30.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 33/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8777 — Votorantim/CPPIB/VTRM Energia Participações/Ventos do Araripe III)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 33/11)

1.

Fid-19 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Votorantim (il-Brażil)

Canada Pension Plan Investment Board (CPPIB) (il-Kanada)

Votorantim u CPPIB jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ diversi kumpaniji ta’ parks eoliċi fil-Brażil.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Votorantim: hija attiva f’firxa wiesgħa ta’ segmenti kummerċjali inklużi servizzi ta’ siment u konkrit, tħaffir u metallurġija (aluminju, azzar, nikil u zingu), polpa u karti, meraq tal-larinġ ikkonċentrat, swieq speċjali tal-kimiċi, ġenerazzjoni interna tal-elettriku u tas-settur finanzjarju,

—   CPPIB: din hija organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-investiment professjonali li tinvesti l-fondi mhux meħtieġa mill-Canada Pension Plan Fund (CPP Fund). Biex jinbena portafoll diversifikat ta’ assi, CPPIB tinvesti f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u strumenti b’introjtu fiss,

—   VTRM Energia Participações: tħaddem parks eoliċi fil-Brażil,

—   Ventos do Araripe III: tħaddem parks eoliċi fil-Brażil.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8777 — Votorantim/CPPIB/VTRM Energia Participações/Ventos do Araripe III

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.