5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8772 — Borealis/NOVA Chemicals/Total/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 82/04)

1.

Fit-23 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Borealis AG (“Borealis”, l-Awstrija), ikkontrollata b’mod konġunt ma’ Mubadala Investment Company (“Mubadala”, Abu Dhabi) u OMV AG (l-Awstrija),

NOVA Chemicals Corporation (“NOVA”, il-Kanada), proprjetà kollha kemm hi ta’ Mubadala,

Total SA (“Total”, Franza), u

Bayport Polymers LLC, (il- “JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Borealis, Nova u Total jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-joint venture (JV).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża Borealis: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-poljolefina, il-kimiċi bażiċi u l-fertilizzanti,

—   l-impriża PAI: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ethylene, il-polyethylene u styrene u l-koprodotti tagħhom,

—   l-impriża Total: involuta fl-industrija taż-żejt u l-gass kif ukoll f’setturi oħra tal-enerġija,

—   il-JV: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-polyethylene.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8772 — Borealis/NOVA Chemicals/Total/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.