13.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8771 — Total/Engie (Parti min-Negozju tal-Gass Naturali Likwifikat)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 95/09)
1. |
Fit-2 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Total takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet min-negozju tal-gass naturali likwifikat (liquefied natural gas, “LNG”) li attwalment imwettaq minn Engie S.A. direttament jew indirettament permezz ta’ entitajiet fil-grupp korporattiv tagħha. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Total: produttur integrat tal-enerġija internazzjonali involuta f’kull segment tal-industrija taż-żejt u tal-gass, kemm upstream u kemm downstream, kif ukoll fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; — Engie LNG: firxa ta’ assi tal-LNG li huma proprjetà tal-kumpanija tal-enerġija Engie inklużi kuntratti għall-provvista, il-bejgħ u r-rigassifikazzjoni tal-LNG, ekwità u drittijiet kuntrattwali fuq assi tat-tbaħħir tal-LNG u impjanti ta’ likwifikazzjoni tal-gass, flimkien ma’ entitajiet legali assoċjati u persunal rilevanti f’diversi ġurisdizzjonijiet. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8771 — Total/Engie (Parti tan-Negozju tal-Gass Naturali Likwifikat) Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).