14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8765 — Lenovo/Fujitsu/FCCL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/08)

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Lenovo Group Limited (“Lenovo”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina);

Fujitsu Limited (“Fujitsu”, il-Ġappun); kif ukoll

Fujitsu Client Computing Limited (“FCCL”, il-Ġappun), impriża konġunta (joint venture, JV) ġdida bejn Lenovo u Fujitsu.

It-Tranżazzjoni tikkonsisti fit-twaqqif ta’ joint venture, FCCL, bejn Lenovo u Fujitsu, billi Lenovo tixtri l-maġġoranza tal-ishma f’ċerti assi relatati man-negozju tal-computers personali tal-Fujitsu.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Lenovo: grupp multinazzjonali tat-teknoloġija tal-computers li jiżviluppa, jimmanifattura u jikkummerċjalizza desktops u notebooks, workstations, servers, drives tal-ħżin, u software tal-ġestjoni tal-IT. Lenovo jimmanifattura wkoll apparat intelliġenti taċ-ċellulari, u joffri servizzi tal-IT.

—   Fujitsu: kumpanija tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti, soluzzjonijiet u servizzi għat-teknoloġija. Fost l-oħrajn, Fujitsu hija attiva fit-tfassil, il-manifattura, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ desktops, notebooks u tablets.

—   FCCL: il-JV se tinkludi l-biċċa l-kbira tan-negozju tal-computers personali ta’ Fujitsu, notevolment id-desktops, in-notebooks u t-tablets tagħha, kif ukoll diversi aċċessorji u apparat periferali, inkluż funzjonijiet għar-RuŻ. Il-JV, madankollu, mhux se tinkludi l-funzjonijiet li ġejjin tan-negozju tal-computers personali tal-Fujitsu li se jinżammu minn Fujitsu: (i) il-manifattura ta’ desktops u ċerti tablets, u (ii) il-bejgħ u l-appoġġ / il-manutenzjoni ta’ wara l-bejgħ għal klijenti li mhumiex konsumaturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8765 — Lenovo/Fujitsu/FCCL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).