8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 88/10)
1. |
Fit-28 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
IBM u Maersk jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV), GTD Operations LLC (il-“JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — IBM: korporazzjoni multinazzjonali attiva madwar id-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni (“IT”), li jikkonsistu f’software, sistemi (bħas-servers u sistemi ta’ ħażna), u servizzi (bħas-servizzi ta’ konsulenza lin- negozji u servizzi ta’ infrastruttura tal-IT). — Maersk: grupp internazzjonali b’attivitajiet fil-ġarr tal-containers bil-baħar, servizzi ta’ terminals tal-containers, rmonk fil-portijiet, loġistika kif ukoll diviżjoni separata tal-enerġija (b’mod partikolari t-tiftix għaż-żejt u l-gass, it-tħaffir, u t-tħaddim ta’ tankers). — il-JV: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjoni ta’ diġitalizzazzjoni kummerċjali għall-katina dinjija tal-provvista ta’ bastimenti li se jipprovdu viżibbiltà tal-bastimenti minn tarf sa tarf u ġestjoni ta’ dokumenti għall-kummerċ dinji. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8742 — IBM/Maersk/GTD JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.