9.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8694 — Hochtief/Abertis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 6/04)

1.

Fit-22 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hochtief AG (“Hochtief”, il-Ġermanja, sussidjarja ta’ ACS (Spanja)

Abertis Infraestructuras, S.A. (“Abertis”, Spanja).

Hochtief takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Abertis.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kompetizzjoni ta’ offerta pubblika mħabbra minn Hochtief fit-18 ta’ Ottubru 2017.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Hochtief: il-kostruzzjoni, il-konċessjonijiet, il-proprjetà immobbli, il-ġestjoni ta’ faċilitajiet, it-tħaffir b’kuntratt, l-inġinerija u servizzi relatati. Fi ħdan iż-ŻEE, Hochtief hija attiva fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, in-Netherlands, il-Polonja, Spanja u r-Renju Unit.

—   għal Abertis: konċessjonijiet ta’ pedaġġ fuq l-awtostrada u l-forniment ta’ servizzi tal-infrastruttura tal-mobilità u tat-telekomunikazzjonijiet. Fi ħdan iż-ŻEE, Abertis hija attiva fi Spanja, Franza, u sa ċertu punt, fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8694 — HOCHTIEF/ABERTIS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).