|
19.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8480 — Praxair/Linde)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 19/08)
|
1. |
Fit-12 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Praxair tidħol f’għaqda sħiħa ma’ Linde fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Praxair: provvista ta’ gassijiet industrijali, gassijiet mediċi, gassijiet ta’ speċjalità u servizzi relatati, kif ukoll teknoloġiji tal-kisi tal-wiċċ — Linde: provvista ta’ gassijiet industrijali, gassijiet mediċi, gassijiet ta’ speċjalità u servizzi relatati, inkluża l-inġinerija. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8480 — Praxair/Linde Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).