|
30.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 394/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Ottubru 2018
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank
(BĊE/2018/25)
(2018/C 394/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIVE TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ De Nederlandsche Bank, Deloitte Accountants B.V., jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2018. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2019. |
|
(3) |
De Nederlandsche Bank għażel lil KPMG Accountants N.V. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2022, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż fuq bażi annwali sas-sena finanzjarja 2025, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li KPMG Accountants N.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2019 sa 2022, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż fuq bażi annwali sas-sena finanzjarja 2025.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Ottubru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI