9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 76/242


P8_TA(2018)0234

In-nomina ta' membru għall-bord tal-għażla tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Mejju 2018 dwar il-ħatra tas-Sur Antonio Mura fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (2018/2071(INS))

(2020/C 76/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (1),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (B8-0237/2018),

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Antonio Mura jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939;

1.

Jipproponi li Antonio Mura jinħatar fil-bord tal-għażla;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.