IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.11.2018
COM(2018) 735 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tad-delega mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO 2 minn vetturi ħfief
1. Introduzzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi l-miri għall-emissjonijiet medji tas-CO2 minn vetturi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni, li jridu jinkisbu permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi u ta’ teknoloġiji innovattivi.
Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati, kif imsemmi fl-Artikolu 14a(2) bil-ħsieb li:
·temenda l-Anness II u tadotta regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet medji, kif previst fl-Artikolu 8(9);
·tissupplimenta r-Regolament, fost l-oħrajn, fejn jidħlu l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-derogi, il-kontenut tal-applikazzjonijiet, u l-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, kif previst fl-Artikolu 11(8);
·sal-31 ta’ Ottubru 2014 (u kull tliet snin minn dakinhar), temenda l-Anness I biex tiġi aġġustata ċ-ċifra ta’ M0 għall-massa medja ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri fit-tliet snin preċedenti, kif previst fl-Artikolu 13(2);
·temenda l-Anness I, biex tadatta l-formoli biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi indikattivi tas-CO2 ta’ vetturi tal-passiġġieri, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 13(7).
2. Bażi ġuridika
B’dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha l-għan li tissodisfa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 14a(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta’ ħames snin, li jibda mit-8 ta’ April 2014. Il-Kummissjoni hija meħtieġa wkoll tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-eżerċizzju tad-delega mogħtija lilha b’dak ir-Regolament. Ir-rapport għandu jitfassal sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin tad-delega. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Eżerċizzju tad-delega
L-Artikolu 14a(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(8), fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 13(2) u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 13(7) ta’ dak ir-Regolament.
3.1 L-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jeħtieġ li l-Kummissjoni temenda l-Anness II u tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati, regoli dettaljati għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet medji ta’ vetturi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fit-territorju tal-UE.
Fit-2 ta’ Ġunju 2017 ġie adottat att delegat u ntbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-iskrutinju. Wieħed mill-għanijiet tal-att kien li jadatta r-rekwiżit ta’ rappurtar u ta’ monitoraġġ għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl ta’ emissjonijiet bħal dawn (ara t-Taqsima 3.4).
3.2 L-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta r-Regolament, fost l-oħrajn, fejn jidħlu l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-derogi, il-kontenut tal-applikazzjonijiet, u l-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2.
Billi s-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati ġiet mogħtija lill-Kummissjoni, ma ġie adottat l-ebda att delegat għall-fini tal-Artikolu 11(8).
3.3 L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex sal-31 ta’ Ottubru 2014 (u kull tliet snin minn dik id-data ’l quddiem) temenda l-Anness I ta’ dak ir-Regolament. L-għan ta’ din ir-responsabbilizzazzjoni huwa li jiġi żgurat l-adattament regolari tal-valur tal-massa medja li jintuża għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri, billi titqies il-massa medja tal-vetturi l-ġodda rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu tat-tliet snin preċedenti.
L-ewwel att delegat
ġie adottat mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Ottubru 2014 u ntbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-iskrutinju. It-tieni att delegat ġie adottat mill-Kummissjoni tliet snin wara — fit-23 ta’ Jannar 2018 — u ntbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-iskrutinju.
3.4 It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti delegati sabiex tadatta l-formoli stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1502 ġie adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Ġunju 2017 u ntbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-iskrutinju. L-għan ewlieni ta’ dan l-att legali huwa li jadatta l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 u r-rekwiżit tal-monitoraġġ u tar-rappurtar għall-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl ta’ emissjonijiet bħal dawn. Il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) hija stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151
u tissostitwixxi ċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008
, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2017.
4. Konklużjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 ilu japplika mill-2009. Sa issa, il-Kummissjoni adottat atti delegati biex tiddefinixxi u temenda r-regoli għall-monitoraġġ u għar-rappurtar tad-data dwar l-emissjonijiet medji, b’mod partikolari l-aġġustament tal-formoli tal-kalkolu tal-miri u tal-valuri tal-massa fl-Annessi I u II ta’ dak ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma qajmu l-ebda oġġezzjoni bħala riżultat tal-iskrutinju ta’ dawk l-atti.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.