Brussell, 16.10.2018

COM(2018) 709 final

ITTRA EMENDATORJA Nru 1 GĦALL-ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2019

Aġġornament tal-ħtiġijiet stmati għan-nefqa agrikola





L-impatt tal-ftehimiet fuq il-proposti u l-inizjattivi ġodda tal-Kummissjoni






Aġġustamenti bbażati fuq żviluppi riċenti






Korrezzjonijiet tekniċi














Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (…) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

–l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, kif adottat mill-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2018 2 ,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Ittra Emendatorja Nru 1 tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 għar-raġunijiet stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

WERREJ

1.    INTRODUZZJONI    

2.    Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija    

2.1 Ħarsa ġenerali

2.2 Kummenti dettaljati

2.3 Ċifri dettaljati skont il-linja baġitarja

3.    L-impatt tal-ftehimiet fuq proposti tal-Kummissjoni    

3.1 Il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża

3.2 Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

3.3 Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali

4.    L-impatt tal-inizjattivi ġodda tal-Kummissjoni    

4.1 It-tisħiħ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

4.3 L-emendar tar-Regolament dwar Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

5.    Aġġustamenti oħra bbażati fuq żviluppi riċenti    

5.1 It-tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

5.2 It-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

5.3 L-immodifikar tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

5.4 It-tisħiħ tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

6.    Korrezzjonijiet tekniċi    

6.1 L-immodifikar tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

6.2 L-immodifikar tal-kummenti baġitarji tas-Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà u tal-oqfsa komuni tan-  nefqa ta' appoġġ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA²)

7.    Tabella fil-Qosor skont l-Intestatura tal-QFP    

1.INTRODUZZJONI

Din l-Ittra Emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit tal-2019 (IE 1/2019) tkopri dan li ġej:

¾L-aġġornament tal-ħtiġijiet stmati, id-dħul assenjat u l-approprjazzjonijiet għan-nefqa agrikola. Minbarra l-fatturi tas-suq li dejjem jinbidlu, l-IE 1/2019 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-agrikoltura minn meta l-AB 2019 ġie adottat f’Ġunju 2018, kif ukoll proposti oħra li huma mistennija li jkollhom effett sinifikanti matul l-2019.

¾L-aġġornament tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fis-segwitu tal-ftehimiet politiċi li ntlaħqu riċentement bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-proposti segwenti li ressqet il-Kummissjoni:

§Il-ħolqien tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża;

§Il-ħolqien tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà;

§L-adattament tal-għan ġenerali u ż-żieda fil-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali.

¾L-impatt tal-inizjattivi ġodda li ressqet il-Kummissjoni riċentement dwar:

§L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

§L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil;

§L-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej.

¾Aġġustamenti oħra msejsa fuq l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-Europol, l-eu-LISA, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli;

¾Korrezzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-kumment baġitarju tal-linja tan-nefqa ta’ appoġġ tal-programm ISA².

B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-IE 1/2019 fuq in-naħa tan-nefqa fl-abbozz tal-baġit tal-2019 jikkonsisti fi tnaqqis ta’ EUR 45,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 85,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

2.Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija 

2.1    Ħarsa ġenerali

L-għan tal-IE 1/2019 huwa li taġġorna l-istimi għan-nefqa agrikola abbażi tal-aktar data ekonomika u qafas leġiżlattiv aġġornati. Sa lejn l-aħħar ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-ewwel indikazzjoni tal-livell ta’ produzzjoni għall-2018, kif ukoll perspettiva għas-swieq agrikoli, li huma l-bażi għall-istimi aġġornati tal-ħtiġijiet baġitarji għall-2019.

Minbarra li tikkunsidra l-fatturi tas-suq, din l-IE 1/2019 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi fis-settur agrikolu minn meta tfassal l-abbozz ta’ baġit tal-2019 f’Mejju 2018, kif ukoll għal uħud li qegħdin jitħejjew iżda dalwaqt jiġu adottati.



Kumplessivament, il-ħtiġijiet tal-FAEG 2019 (wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-FAEG relatati mad-“dixxiplina finanzjarja”) bħalissa huma stmati għal EUR 44 254,4 miljun, li hija żieda ta’ EUR 91,9 miljun meta mqabbel mal-abbozz ta’ baġit tal-2019. Ir-raġuni prinċipali għaż-żieda huma l-ħtiġijiet addizzjonali (+EUR 52,0 miljun) għall-kapitolu 05 03 Pagamenti diretti mmirati li jikkontribwixxu għall-introjtu tal-azjendi agrikoli, li jillimitaw il-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli u li jissodisfaw l-għanijiet relatati mal-ambjent u l-klima. Barra minn hekk, saru modifiki limitati għall-kapitolu 05 02 It-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu permezz ta’ interventi fis-swieq agrikoli kif ukoll għall-kapitolu 05 07 Awditu tan-nefqa agrikola ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), ta’ +EUR 10,0 miljuni u +EUR 29,9 miljun rispettivament.

L-ammont ta’ dħul assenjat mistenni li jkun disponibbli fl-2019 jiżdied minn EUR 549,1 miljun fl-abbozz tal-baġit tal-2019 għal EUR 825,0 miljun (+EUR 275,9 miljun), li altru milli jagħmel tajjeb għall-ħtiġijiet addizzjonali. L-aġġornament tal-istimi jikkonċerna ammonti minn deċiżjonijiet għall-ikklirjar tal-kontijiet (+EUR 88,9 miljun) u l-irregolaritajiet (-EUR 4 miljuni). Barra minn, l-IE 1/2019 tinkorpora riport mistenni ta’ dħul assenjat mill-2018 għall-2019 ta’ ammont ta’ EUR 191,0 miljun (“eċċess” mistenni mill-FAEG) 3 . L-eċċess stmat ma jinkludix approprjazzjonijiet mhux użati (EUR 459,5 miljun) tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-2018, li mhux se jintużaw. Dawn l-approprjazzjonijiet mhux użati se jiġu riportati għal rimborż lill-bdiewa suġġetti għad-dixxiplina finanzjarja fl-2019.

B’konsegwenza ta’ dawn l-aġġornamenti, il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-istimi tan-nefqa għall-agrikoltura b’-EUR 184,0 miljun meta mqabbel mal-abbozz tal-baġit tal-2019. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 43 429,4 miljun, li jinkludu EUR 468,7 miljun għar-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet tal-FAEG għall-2019. Dan l-ammont globali għadu taħt il-livell tas-sottolimitu nett tal-FAEG ta’ EUR 43 880,3 miljun. Dan ifisser li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja se jiġi applikat biss biex jistabbilixxi r-riżerva ta’ kriżi agrikola għas-sena finanzjarja tal-2019 4 .

2.2    Kummenti dettaljati

05 02 — It-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu permezz ta’ interventi fis-swieq agrikoli (approprjazzjonijiet - EUR 30,0 miljun)

(f’miljuni ta’ EUR, ċifri mqarrba bil-prezzijiet kurrenti)

Interventi fis-swieq agrikoli

Abbozz tal-Baġit tal-2019

Ittra Emendatorja
Nru 1/2019

Abbozz tal-Baġit tal-2019
(inkl. IE 1/2019)

Ħtiġijiet

2 613,2

+10,0

2 623,2

-Stima tad-dħul assenjat disponibbli fl-2018

100,0

+40,0

140,0

Approprjazzjonijiet mitluba

2 513,2

-30,0

2 483,2

B'mod ġenerali, il-ħtiġijiet għal miżuri ta’ intervent fis-swieq agrikoli jiżdiedu kemxejn b’EUR 10,0 miljun meta mqabbla mal-abbozz tal-baġit tal-2019. L-approprjazzjonijiet mitluba fl-IE 1/2019 jistgħu jitnaqqsu bi EUR 30,0 miljun, minħabba li d-dħul assenjat li mistenni jkun disponibbli għall-kapitolu 05 02 (li jammonta għal EUR 140,0 miljun) huwa EUR 40,0 miljun ogħla meta mqabbel mal-AB 2019.



Fir-rigward tal-frott u l-ħaxix, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet għall-partita baġitarja 05 02 08 03 (Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi) b’EUR 40 miljun meta mqabbel mal-abbozz tal-baġit tal-2019. Id-dħul assenjat addizzjonali jenħtieġ li jinġabar fl-2019 sabiex ikopri l-ħtiġijiet kollha. L-approprjazzjonijiet li jirriżultaw minn dan it-tnaqqis se jintużaw għal riallokazzjoni lejn l-artikolu baġitarju 13 08 02 (SRSP – Assistenza teknika operazzjonali trasferita mill-Intestatura 2), li jirrifletti l-ftehim politiku milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni li żżid il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (it-taqsima 3.3 hawn taħt). L-approprjazzjonijiet għas-settur tal-ħalib (artikolu baġitarju 05 02 12) naqsu bi EUR 3,0 miljuni li jirrefletti r-ritmu stabbli tal-bejgħ ta’ trab tal-ħalib xkumat (SMP) permezz tal-intervent, li qed inaqqas l-ispejjeż tal-ħżin għall-bqija tal-kwantitajiet li huma maħżuna.

Modifika oħra li hija proposta fl-IE 1/2019 għal miżuri tas-suq tikkonċerna s-settur tal-pollam (partita baġitarja 05 02 15 99) b’żieda ta’ EUR 13,0-il miljun, relatata ma’ miżuri speċifiċi eċċezzjonali lill-bdiewa wara tifqigħat tal-influwenza avjarja.

05 03 —Pagamenti diretti mmirati bħala kontribuzzjoni għall-introjti tal-azjendi agrikoli, biex jillimitaw il-varjabbiltà tal-introjti tal-azjendi agrikoli u biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi (approprjazzjonijiet - EUR 183,9 miljun)

(f’miljuni ta’ EUR, ċifri mqarrba bil-prezzijiet kurrenti)

Pagamenti diretti

Abbozz tal-Baġit tal-2019

Ittra Emendatorja
Nru 1/2019

Abbozz tal-Baġit tal-2019
(inkl. IE 1/2019)

Wara d-dixxiplina finanzjarja (inkluż krediti għal “Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu”)

Ħtiġijiet

41 430,7

+52,0

41 482,7

- Stima tad-dħul assenjat disponibbli fl-2018

449,1

+235,9

685,0

Approprjazzjonijiet mitluba

40 981,6

-183,9

40 797,7

Meta mqabbla mal-abbozz tal-baġit tal-2019, l-approprjazzjonijiet mitluba għall-kapitolu 05 03 huma riveduti ’l isfel b’EUR 183,9 miljun. Din il-bidla hija dovuta l-aktar għall-ammont ogħla ta’ dħul assenjat (+EUR 235,9 miljun) għall-partita 05 03 01 10 Skema ta’ Pagament Bażiku (SPB). Hemm ukoll xi varjazzjonijiet bejn il-partiti baġitarji għal pagamenti diretti, li jirreflettu valutazzjoni aġġornata tal-ħtiġijiet.

Nefqa agrikola oħra ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (approprjazzjonijiet +EUR 29,9 miljun)

Approprjazzjonijiet għall-artikolu tal-baġit 05 07 02 Soluzzjoni ta’ tilwim iridu jiżdiedu b’EUR 29,0 miljun bħala konsegwenza ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-eks imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor. Xi pagamenti li inizjalment kienu mistennija li jiġu ddikjarati fl-2018 ġew posposti għall-2019. Barra minn hekk, hemm xi aġġornamenti żgħar għall-partiti baġitarji 05 07 01 06 Korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet u 05 07 01 07 Korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-konformità.

2.3    Ċifri dettaljati skont il-linja baġitarja

f’EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

05 02 08 03

Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

-40 000 000

-40 000 000

05 02 12 02

Miżuri tal-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat

-3 000 000

-3 000 000

05 02 15 99

Miżuri oħra għall-majjal, pollam, bajd, apikultura, prodotti oħra mill-annimali

13 000 000

13 000 000

Subtotal    05 02

-30 000 000

-30 000 000

05 03 01 02

Skema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE)

71 000 000

71 000 000

05 03 01 07

Pagament ridistributtiv

-5 000 000

-5 000 000

05 03 01 10

Skema ta’ pagament bażiku (SPB)

-242 900 000

-242 900 000

05 03 01 11

Pagamenti għall-prattiki agrikoli li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent

102 000 000

102 000 000

05 03 01 13

Pagament għal bdiewa żgħażagħ

34 000 000

34 000 000

05 03 01 99

Oħra (pagamenti diretti diżakkoppjati)

11 000 000

11 000 000

05 03 02 40

Pagament speċifiku għall-għelejjel tal-qoton

4 000 000

4 000 000

05 03 02 50

POSEI — Programmi ta’ sostenn tal-Unjoni Ewropea

1 000 000

1 000 000

05 03 02 60

Skema volontarja ta’ sostenn akkoppjat

73 000 000

73 000 000

05 03 02 61

Skema tal-bdiewa żgħar

-231 000 000

-231 000 000

05 03 02 99

Oħra (pagamenti diretti)

-1 000 000

-1 000 000

Subtotal    05 03

-183 900 000

-183 900 000

05 07 01 06

Nefqa għal korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena preċedenti fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża ddikjarata fl-ambitu tat-Taqsima Garanzija tal-FAEGG (miżuri preċedenti) u fl-ambitu tal-FAEG

-1 700 000

-1 700 000

05 07 01 07

Nefqa għal korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet tas-sena preċedenti fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża ddikjarata fl-ambitu tat-Taqsima Garanzija tal-FAEGG (miżuri preċedenti) u fl-ambitu tal-FAEG

2 600 000

2 600 000

05 07 02

Soluzzjoni tat-tilwim

29 000 000

29 000 000

Subtotal    05 07

+29 900 000

+29 900 000

Total FAEG    

-184 000 000

-184 000 000

Il-kummenti baġitarji tal-kapitoli 05 02 u 05 03 kif ukoll għall-artikoli ta’ dħul 6701 u 6702 huma aġġustati fl-anness baġtarju.

3.L-impatt tal-ftehimiet fuq proposti tal-Kummissjoni

3.1    Il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża

Il-Kummissjoni tipproponi li taġġorna l-approprjazzjonijiet ta’ impenn previsti għall-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP) sabiex ikunu jirreflettu l-ftehimiet politiċi 5 milħuqa bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’Mejju tal-2018 fuq il-proposta mressqa mill-Kummissjoni f’Mejju tal-2017 6 .

Kif intalab mill-Istati Membri l-ftehim jinkludi l-ħolqien ta’ netwerk sikur għall-iskambju ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-UE, b’sistema ta’ kriptaġġ, bejnhom u l-Kummissjoni. Qiegħed jiġi propost li l-finanzjament ta’ dan ir-rekwiżit, li ma kienx ġie previst fil-proposta tal-Kummissjoni, isir mil-linja tan-nefqa ta’ appoġġ amministrattiv tal-programm.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella t’hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

02 01 04 05

Nefqa ta’ appoġġ tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP)

1 750 000

1 750 000

02 05 01

L-iżvilupp u l-forniment ta’ infrastrutturi u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satelliti (Galileo) sal-2020

15 950 000

-

02 06 01

It-twettiq ta’ servizzi operazzjonali li jiddependu fuq osservazzjonijiet mill-ispazju u data in situ (Copernicus)

2 000 000

-

02 07 01

Il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP)

243 250 000

145 250 000

09 03 03

Il-promozzjoni tal-interoperabbiltà, il-varar sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew

1 992 858

-

32 02 01 01

Aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tal-elettriku u tal-gass bejn il-fruntieri

3 985 714

-

32 02 01 02

It-titjib tas-sigurtà tal-Unjoni fil-provvista tal-enerġija

3 985 714

-

32 02 01 03

Il-kontribuzzjoni għal żvilupp sostenibbli u protezzjoni tal-ambjent

3 985 714

-

32 05 01 02

Il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-isfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

6 050 000

-

40 01 40

Riżerva amministrattiva

-300 000

-300 000

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati

-244 700 000

-146 700 000

Total    

37 950 000

-

Il-kummenti baġitarji tal-kapitoli 40 01 40 u 40 02 41 huma aġġustati fl-anness baġtarju.

3.2    Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Il-Kummissjoni tipproponi li taġġorna l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament previsti għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC) sabiex ikunu jirreflettu l-ftehim politiku 7 milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’Ġunju tal-2018 fuq il-proposta mressqa mill-Kummissjoni f’Ġunju tal-2017 8 .

Il-ftehim jobbliga l-bidliet li ġejjin għall-abbozz tal-baġit tal-2019:

¾L-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-ESC mill-EU-28 għal-livell tal-Erasmus+ timplika r-riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 28,1 miljun mill-Erasmus+ lejn l-ESC, bl-aġġustamenti korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

¾Il-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni mill-assistenza teknika tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) lill-ESC fl-2019 (EUR 12,1-il miljun), li se tiġi riassenjata lil-linja ewlenija tal-assistenza teknika tal-FSE, bl-aġġustamenti korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta’pagament.

It-tpaċija tal-kanċellazzjoni ssir permezz ta’ EUR 6,1 miljuni mill-marġni mhux allokat u minn EUR 6 miljuni mir-riallokazzjonijiet li ġejjin identifikati fl-intestatura 1a:

¾Fl-abbozz tal-baġit tal-2019, it-talba tal-Kummissjoni għall-kontribuzzjoni ta’ bilanċ tal-UE għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA, EUR 61,4 miljun) kienet ibbażata fuq stima konservattiva ta’ introjtu mill-imposti. B’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ introjtu mill-imposti li ġie irċevut realment matul l-2018 jista’ jkun hemm id-disponbbiltà ta’ ammont ta’ EUR 3,0 miljuni.

¾L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) esperjenzat xi dewmien fl-użu gradwali ta’ servizz ta’ dron għal kompiti pubbliċi fuq il-baħar. Qiegħda tiġi proposta d-disponibbiltà ta’ EUR 2,0 miljuni waqt li l-Aġenzija tirkupra dan id-dewmien.

¾Il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-approprjazzjonijiet mitluba għal-linja prerogattiva tas-Salvagwardji Nukleari b’EUR 1,0 miljun (-5 %). B’kunsiderazzjoni tal-eżekuzzjoni fil-passat l-ammont imnaqqas għandu jkun biżżejjed għat-twettiq tal-attivitajiet tal-2019.

Barra minn hekk, f’konformità tal-Analiżi Kost-Benefiċċji (CBA) tad-delega ta’ parti mill-implimentazzjoni tal-ESC lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), il-Kummissjoni tipproponi li tittrasferixxi ammont ta’ EUR 0,9 miljun, kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mil-linja tan-nefqa tal-appoġġ amministrattiv tal-ESC għal-linja ta’ kontribuzzjoni tal-EACEA.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

02 03 03

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi

-3 000 000

-3 000 000

04 02 63 01

Il-Fond Soċjali Ewropew — Assistenza teknika operazzjonali

12 078 000

8 454 600

04 02 65

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà — Kontribuzzjoni mill-Fond Soċjali Ewropew

-

3 330 600

05 04 60 04

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà — Kontribuzzjoni mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

-

540 000

06 02 03 01

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

-2 000 000

-2 000 000

07 02 07

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà – Kontribuzzjoni mis-sottoprogramm LIFE għall-ambjent

1 000 000

1 000 000

15 01 04 03

Nefqa ta’ appoġġ għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

3 612 500

3 612 500

15 01 06 03

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — Kontribuzzjoni mill-Korp Ewropew ta’ Soliarjetà

937 500

937 500

15 02 01 01

Il-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rilevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

-1 900 000

-1 900 000

15 02 01 02

Il-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea

-26 200 000

-19 650 000

15 05 01

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

138 774 568

115 000 000

23 03 01 03

Il-Korpi Ewropej ta' Solidarjetà – Kontribuzzjoni mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM)

2 000 000

2 000 000

32 03 01

Is-salvagwardji nukleari

-1 000 000

-1 000 000

34 02 05

Il-Kori Ewropej ta’ Solidarjetà – Kontribuzzjoni mis-sottoprogramm tal-LIFE għall-Azzjoni Klimatika

500 000

500 000

40 01 40

Riżerva amministrattiva

-4 550 000

-4 550 000

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati

- 114 174 568

-99 341 200

Total    

6 078 000

3 934 000

Il-kummenti baġitarji tal-kapitoli 40 01 40 u 40 02 41 huma aġġustati fl-anness baġtarju.

3.3    Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali

Il-Kummissjoni tipproponi li taġġorna l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament previsti għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) sabiex ikunu jirreflettu l-ftehim politiku 9 milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’Lulju tal-2018 fuq il-proposta mressqa mill-Kummissjoni f’Diċembru tal-2017 10 .



Fil-proposta tal-Kummissjoni ġie propost li ż-żieda tal-pakkett finanzarju tal-programm b’EUR 40 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn tiġi ffinanzjata taħt l-intestatura 1b permezz tal-użu tal-Strument ta' Flessibbiltà 11 . Meta titqies id-disponibbiltà limitata ta’ marġni taħt din l-intestatura (EUR 1,9 miljun), ġiet proposta l-mobilizzazzjoni ta’ ammont ta’ EUR 38,1 miljun mill-Istrument ta’ Flessibbiltà 12 .

Skont il-ftehim politiku milħuq, il-finanzjament taż-żieda tal-2019 se jiġi garantit permezz ta’ riallokazzjonijiet mill-intestatura 2 (it-taqsima 2.2 aktar ’il fuq) u l-mobilizzazzjoni proposta tal-Istrument ta’ Flessibbiltà se tiġi rtirata.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

13 08 01

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita minn H1b (il-FSE, il-FEŻR u l-FK)

-40 000 000

-17 200 000

13 08 02

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita minn H2 (il-FAEŻR)

40 000 000

17 200 000

Total    

-

-

4.L-impatt tal-inizjattivi ġodda tal-Kummissjoni

4.1    It-tisħiħ tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Bħala parti mill-kontribut tagħha għal-Laqgħa tal-Mexxejja f’Salzburg fit-19-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, prinċipalment bil-ħsieb li jinħoloq korp permanenti ta’ 10 000 gwardjan tal-fruntiera sa tmiem l-2020 13 . Huwa propost li l-korp permanenti jkun magħmul minn taħlita ta’ tliet kategoriji ta’ persunal: il-persunal tal-Aġenzija stess, l-issekondar għal żmien twil mill-Istati Membri u skjeramenti fuq terminu qasir mill-Istati Membri, b’bidla gradwali lejn persunal tal-aġenzija stess u ssekondar fit-tul.

Fil-baġit tal-2019 il-Kummissjoni tipproponi li tinkludi 375 pożizzjoni fil-pjan ta' stabbiliment li huma ppjanati li jkunu persunal tal-aġenzija stess bħala parti mit-tisħiħ permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u li żżid il-kontribuzzjoni tal-UE b’EUR 19-il miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament sabiex tiżgura l-finanzjament tagħhom. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija sabiex tibda r-reklutaġġ minnufih hekk kif jintlaħaq il-ftehim politiku dwar il-mandat estiż tagħha. Flimkien mat-tisħiħ ta’ 375 aġent kuntrattwali, dan se jippermetti lill-Aġenzija sabiex matul l-2019 timpjega 750 membru addizzjonali tal-persunal.

Meta jitqies in-nuqqas ta’ marġni u ta’ lok għar-riallokazzjoni taħt l-intestatura 3, il-Kummissjoni tipproponi l-modifika tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità kif xieraq.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

18 02 03

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)

19 321 000

19 321 000

Total    

19 321 000

19 321 000

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

4.2    It-tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil 

Bħala parti mill-kontribut tagħha għal-Laqgħa tal-Mexxejja f’Salzburg fit-19-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-mandat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, prinċipalment bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tagħha li tagħti appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri fejn ikun meħtieġ 14 . Sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali msaħħa, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija b’EUR 55 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Meta jitqies in-nuqqas ta’ marġni u ta’ lok għar-riallokazzjoni taħt l-intestatura 3, il-Kummissjoni tipproponi l-modifika tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità kif xieraq.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

18 03 02

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO)

55 000 000

55 000 000

Total    

55 000 000

55 000 000

4.3    L-emendar tar-Regolament dwar Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej 15 ġie introdott biex iżid il-viżibilità, ir-rikonoxximent, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi affiljati magħhom. Inħolqot Awtorità indipendenti għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ("l-Awtorità), bil-għan li tirreġistra, issegwi u jekk ikun meħtieġ, timponi sanzjonijiet fuq partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, inkluż biex tikkunsidra każijiet fejn tali entitajiet allegatament jonqsu milli jirrispettaw dawn il-valuri fundamentali Ewropej.

Bħala parti mill-kontribut tagħha għal-Laqgħa tal-Mexxejja f’Salzburg fid-19-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni adottat proposta 16 li temenda dan ir-regolament fir-rigward ta’ proċedura ta’ verifika relatata mal-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Sabiex l-Awtorità tkun tista’ topera b’mod effettiv u bla xkiel, qiegħed jiġi propost li jiżdiedu disa’ (9) pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Parlament Ewropew 17 , apparti l-pożizzjoni temporanja tad-Direttur tal-Awtorità, li diġà hija inkluża fl-abbozz tal-baġit tal-2019 18 . B’riżultat ta’ dan, l-Awtorità se tiġi riallokata total ta’ 10 pożizzjonijiet.

Meta jitqies iż-żmien li huwa meħtieġ għar-reklutaġġ tal-persunal permanenti, qiegħed jiġi propost li fit-taqsima tal-Parlament tal-abbozz tal-baġit tal-2019 jiżdied livell ta’ approprjazzjonijiet li jikkorrispondi għal sitt xhur ta’ attività effettiva medja matul l-2019.



Fir-rigward tal-appoġġ immedjat tal-Awtorità, qiegħed jiġi propost ukoll li fit-taqsima tal-Parlament Ewropew tal-abbozz tal-baġit tal-2019 jiżdiedu approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal sitt (6) aġenti kuntrattwali għal sitt xhur ta’ attività effettiva matul l-2019. Din iż-żieda hija kkumpensata minn tnaqqis ekwivalenti fit-taqsima tal-Kummissjoni.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

1 2 0 0

Remunerazzjoni u benefiċċji

535 500

535 500

1 4 0 0

Persunal ieħor — Segretarjat u gruppi politiċi

150 000

150 000

Subtotal tat-Taqsima I

685 500

685 500

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

27 01 02 09

Persunal estern - Ġestjoni mhux deċentralizzata

-150 000

-150 000

Subtotal tat-Taqsima III

-150 000

-150 000

Total

535 500

535 500

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

5.Aġġustamenti oħra bbażati fuq żviluppi riċenti 

5.1    It-tisħiħ tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

Skont l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (il-Europol) għandha rwol ewlieni bħala ċ-ċentru prinċipali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-UE, u tikkontribwixxi għal reazzjoni koordinata kontra t-theddid u l-attakki terroristiċi attwali u dawk li huma mistennija. Wara l-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa, l-ammont ta’ data skambjata mal-Europol u n-numru ta’ utenti żdiedu b’mod qawwi, li joħloq ħtieġa għal titjib tas-sistemi ċentrali tal-IT tal-Aġenzija. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni qed tipproponi li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-Europol tiżdied b’EUR 5,0 miljuni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għal ammont addizzjonali ta’ EUR 3,0 miljuni sabiex testendi l-iskema tal-Europol għall-iskjerament ta’ uffiċjali mistiedna għal kontrolli tas-sigurtà sekondarji, bħala għodda ewlenija li tappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif tal-migrazzjoni illegali fuq ir-rotot eżistenti u emerġenti kollha.

Għaldaqstant il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet addizzjonali totali għall-Europol tammonta għal EUR 8,0 miljuni f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament. Meta jitqies in-nuqqas ta’ marġni taħt l-intestatura 3 u n-nuqqas ta’ lok għar-riallokazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi l-modifika tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità kif xieraq.

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

18 02 04

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (il-EUROPOL)

8 000 000

8 000 000

Total    

8 000 000

8 000 000



5.2    It-tisħiħ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) inħoloq f'Ottubru tal-2017 taħt il-kooperazzjoni msaħħa 19 , dakinhar b’20 pajjiż parteċipi. Minn dik id-data ġiet ikkonfermata l-parteċipazzjoni ta’ Malta u n-Netherlands fl-UPPE. Ibbażat fuq il-mudell kulleġġjali tal-Uffiċċju, dan jirrekjedi r-reklutaġġ ta’ żewġ Prosekuturi Ewropej oħra. Madankollu, fid-dawl tal-volum relattivament baxx ta’ każijiet li mistenni mill-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ġodda, mhuwiex mistenni li jkun hemm il-ħtieġa għal żieda ulterjuri ta’ membri tal-persunal tal-UPPE meta mqabbel mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva riveduta ta’ Settembru 2017.

Barra minn hekk, fid-dawl tal-importanza li jiġu attirati kandidati kwalifikati ferm għall-funzjonijiet ta’ prosekuzzjoni li jridu jiġu eżerċitati u r-rwol u r-responsabbiltà ta’ dawn il-pożizzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li tirrekluta lill-Kap Prosekutur Ewropew u t-22 Prosekutur Ewropew fil-gradi AD15 u AD13, rispettivament.

Meta jitqies iż-żmien ippjanat tar-reklutaġġ tal-persunal tal-UPPE matul l-2019, mhuwa qed jintalab l-ebda finanzjament addizzjonali meta mqabbel mal-kontribuzzjoni tal-UE fl-Abbozz tal-Baġit tal-2019 (EUR 4,9 miljuni).

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

5.3    L-immodifikar tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-verżjoni riveduta tar-Regolament fundatur tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) 20 jinkludi l-ħolqien tal-pożizzjoni ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv li jassisti u jissostitwixxi lid-Direttur Eżekuttiv. Ladarba l-proposta tal-Kummissjoni ma kinitx tinkludi tali pożizzjoni, qiegħed jiġi propost li pożizzjoni fil-grad ta’ AD5 tinbidel għal AD13 fil-pjan ta’ stabbiliment, biex b’hekk l-aġenzija tipproċedi bir-reklutaġġ tal-Viċi Direttur Eżekuttiv. Din ma għandha l-ebda impatt fuq il-kontribuzzjoni tal-UE li ntalbet għall-Aġenzija.

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

5.4    It-tisħiħ tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Fl-abbozz tal-baġit tal-2019, għadd ta’ punti li ma kinux inklużi fit-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) bħala proċessi deċiżjonali relatati ma kinux avvanzati biżżejjed. Sal-lum erbgħa minn dawn il-punti mxew biżżejjed ’il quddiem u jistgħu jiġu inklużi, jiġifieri:

¾Il-ftuħ tad-delegazzjonijiet fit-Turkmenistan u l-Kuwajt u l-istabbiliment ta’ preżenza permanenti fl-Aja;

¾Iż-żamma tal-preżenza tal-Unjoni f’Belfast;

¾Konsulenti militari fid-delegazzjonijiet;

¾It-tisħiħ tad-Direttorat tal-Intelligence u l-Persunal Militari tal-UE (EUMS).

Dawn il-każi kollha jikkonċernaw responsabbiltajiet ġodda li jew ġew approvati mill-Kunsill jew inkella ngħataw appoġġ politiku mill-Istati Membri u li għalihom ma ġewx previsti riżorsi bil-baġits attwali u ġejjiena tas-SEAE.



5.4.1    Il-ftuħ tad-delegazzjonijiet fit-Turmenistan u l-Kuwajt u l-istabbiliment ta’ preżenza permanenti fl-Aja

Ir-Rieżami Annwali tal-2018 tas-SEAE tan-netwerk tad-delegazzjonijiet identifika l-ħtieġa tal-ftuħ ta’ delegazzjonijiet fil-Kuwajt u fit-Turkmenistan u li jkun hemm preżenza permanenti fl-Aja.

¾Il-Kuwajt huwa pajjiż li b’mod konsistenti għandu rwol konstruttiv fit-tensjonijiet globali li qegħdin jikbru u li offra l-medjazzjoni tiegħu mhux biss fil-kriżi tal-Golf iżda wkoll fil-possibbiltà tal-ftuħ ta’ djalogu bejn iż-żewġt ixtut tal-Golf. Huwa wera wkoll interess ġenwin favur it-tisħiħ sostanzjali tar-relazzjonijiet bilaterali mal-UE. Bħalissa d-Delegazzjoni tal-UE għall-Arabja Sawdija hija akkreditata ma’ ħames pajjiżi tal-Golf, fosthom il-Kuwajt. Il-preżenza tal-Kuwajt tiffaċilita l-kondiviżjoni aħjar tal-kompiti ta’ rappreżentanza u l-preżenza fir-reġjun u tkun tkopri lill-Qatar b’mod aktar effiċjenti.

¾Atturi ewlenin bħar-Russja u ċ-Ċina qegħdin jintensifikaw il-preżenza tagħhom fl-Asja Ċentrali. Kulma jmur it-Turkmenistan, li għandu r-raba’ l-akbar riżerva ta’ gass fid-dinja u jinsab f’pożizzjoni ġeorgrafika strateġika u importanti anke fil-qasam tas-sigurtà, qiegħed aktar u aktar iħares lejn l-UE bħala sieħba alternattiva sabiex jiffinalizza l-proċess ta’ riforma u modernizzazzjoni tiegħu. It-Turkmenistan għadu l-uniku pajjiż fl-Asja Ċentrali fejn l-UE ma għandha l-ebda Delegazzjoni żviluppata bis-sħiħ. Il-ftuħ ta’ Delegazzjoni tal-UE f’Ashgabat twassal għal impenn qawwi f’oqsma ta’ interess strateġiku, bħall-enerġija u s-sigurtà.

¾L-Aja hija waħda miċ-ċentri globali tad-diplomazija multilaterali u l-importanza politika tagħha tiżdied b’konsegwenza tal-ħidma li ssir fi ħdan l-organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW). Sa llum is-SEAE kellha biss preżenza temporanja iżda issa huwa meqjus bħala essenzjali li din il-preżenza tinbidel f’waħda permanenti.

Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin qabel formalment dwar il-ftuħ ta’ dawn iż-żewġ delegazzjonijiet fis-16 ta’ Lulju 2018. Wara l-konklużjonijiet tar-Rieżami Annwali, fl-ittra lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (HRVP) tat-28 ta’ Mejju, diversi Stati Membri esprimew ukoll l-appoġġ qawwi tagħhom favur it-tisħiħ tal-preżenza tas-SEAE fl-Aja.

Għaldaqstant, qiegħed jiġi propost li l-approprjazzjonijiet u l-persunal meħtieġa jiżdiedu mat-taqsima tas-SEAE tal-abbozz tal-baġit tal-2019 sabiex is-SEAE tkun tista’ tistabbilixxi l-preżenza (EUR 3,2 miljun f’approprjazzjonijiet u 19-il membru tal-persunal, li minnhom disgħa (9) huma pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment u 10 persunal lokali). Billi la l-delegazzjoni fil-Kuwajt u lanqas dik fit-Turkmenistan ma jistgħu jiġu mistennija li jkunu operazzjonali mill-1 ta’ Jannar 2019, qiegħed jiġi propost finanzjament għal tmien xhur biss matul l-2019, kif ukoll l-ispejjeż ta’ darba narbuta mal-ftuħ. Meta jitqies li diġà hemm preżenza temporanja fl-Aja, il-finanzjament tal-preżenza permanenti qiegħed jiġi propost għal matul l-2019 kollha.

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

5.4.2    Iż-żamma tal-preżenza tal-Unjoni f’Belfast

Meta tiġi kkunsidrata l-inċertezza fir-rigward tat-tliet uffiċċji ta’ rappreżentanza reġjonali li hemm bħalissa fir-Renju Unit, l-abbozz tal-baġit tal-2019 jinkludi biss l-approprjazzjonijiet u l-persunal meħtieġa għall-ftuħ ta’ delegazzjoni f’Londra.

Minn dakinhar il-Kummissjoni u s-SEAE qablu li jżommu l-uffiċċju f’Belfast filwaqt li jagħlqu l-Uffiċċji f’Edinburgh u Cardiff. Bħalissa s-SEAE qiegħda tħejji t-talba formali tagħha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi delegazzjoni f’Londra b’uffiċċju tal-UE f’Belfast.

Meta titqies l-importanza politika, u fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-aktar ħtiġijiet probabbli għal riżorsi fl-2019, qiegħed jiġi propost li l-approprjazzjonijiet (EUR 0,9 miljun) u l-persunal (ħamsa, fosthom żewġ pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment, aġent kuntrattwali wieħed u żewġ membri tal-persunal lokali) meħtieġa għal dan l-Uffiċċju jiżdiedu mat-taqsima tas-SEAE fl-abbozz tal-baġit tal-2019.

Il-pjan ta’ stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

5.4.3    Konsulenti militari fid-delegazzjonijiet

Fit-13 ta’ Marzu 2018 tressaq Dokument Kunċettwali dwar il-Konsulenti Militari fid-Delegazzjonijiet tal-UE quddiem il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u quddiem il-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) 21 fl-14 ta’ Marzu 2018. Abbażi tal-appoġġ u l-kontribut qawwi mingħand dawn iż-żewġ korpi, l-HRVP approva Dokument Kunċettwali rivedut, li ġie maqbul ukoll fil-KPS fl-ewwel nofs ta’ Ottubru.

Id-Dokument Kunċettwali prinċipalment jipproponi li jintbagħtu ħames konsulenti militari (esperti nazzjonali ssekondati) kull sena f’Delegazzjonijiet prijoritarji, sa massimu ta’ 10 matul l-ewwel sentejn u x’aktarx aktar fis-snin ta’ wara. Din l-inizjattiva tirrekjedi żieda fil-baġit amministrattiv tas-SEAE mill-2019.

Għaldaqstant qiegħed jiġi propost li t-taqsima tas-SEAE fl-abbozz tal-baġit tal-2019 tiżdied bl-approprjazzjonijiet meħtieġa (EUR 0,8 miljun) sabiex jiġu impjegati sa seba’ esperti fl-ewwel fażi, u b’hekk titgħaġġel l-implimentazzjoni.

Minħabba fin-natura tal-għarfien espert meħtieġ, xi pożizzjonijiet se jkunu f’Delegazzjonijiet tal-UE fejn l-ispejjeż tas-sigurtà huma għolja u mhux standard.

5.4.4    It-tisħiħ tad-Direttorat tal-Intelligence (EUMS)

Id-Direttorat tal-Intelligence u l-Persunal Militari tal-UE (EUMS) jipprovdi appoġġ ta’ intelligence lill-UE, prinċipalment permezz ta’ Valutazzjonijiet tas-Sitwazzjoni, Rapporti Speċjali u Valutazzjonijiet tar-Riskju. Għaldaqstant huwa jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika, għat-twissija bikrija, għall-ippjanar għar-rispons għall-kriżijiet u l-ippjanar bil-quddiem, u għall-ippjanar u t-twettiq ta’ missjonijiet/operazzjonijiet u eżerċizzji tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK). Id-domanda għall-kontribut tagħha hija kbira u qiegħda tkompli tiżdied filwaqt li r-riżorsi disponibbli għaliha mhumiex biżżejjed meta mqabbla mal-ħtiġijiet.

In-numru ta’ klijenti rdoppja mill-2009. Apparti mit-tmexxija tal-EUMS, il-klijenti tagħha jvarjaw mis-servizzi tal-HR u s-SEAE, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, fosthom il-President tagħha, il-korpi tal-Kunsill, prinċipalment il-KPS u l-EUMC. Barra minn hekk, kull klijent, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk ġodda, kulma jmur qiegħed jitlob prodotti mfassla apposta u li jirrekjedu ħafna xogħol. Mhux talli hekk, it-trasformazzjoni li tinsab għaddejja fix-xena kollha relatata mal-informazzjoni (pereż. l-effetti tal-midja soċjali) għaġġlu l-fluss tal-informazzjoni u għaldaqstant irriżultaw f’talbiet bi skadenzi aktar qosra mingħand kważi l-konsumaturi kollha, b’mod li jkompli jżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi disponibbli.

L-analiżi tar-rekwiżiti tar-riżorsi, imwettqa fuq talba tal-Kunsill, identifikat il-ħtieġa għall-ħolqien ta’ ħames pożizzjonijiet ta’ esperti nazzjonali kofinanzjati; ir-riżultati tal-analiżi ġew ippreżentati lill-EUMC u l-KPS fis-26 ta’ Settembru 2017 u fid-9 ta’ Jannar 2018 rispettivament. Fit-2 ta’ Marzu l-EUMC tat il-Parir Militari tagħha bir-rakkomandazzjoni li jinħolqu ħames pożizzjonijiet (esperti nazzjonali kofinanzjati) b'effett mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ġie approvat mill-KPS u għaldaqstant qiegħed jiġi propost li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet meħtieġa mat-taqsima tas-SEAE fl-abbozz tal-baġit tal-2019 (EUR 0,3 miljun).

5.4.5    L-effett sħiħ tat-taqsima tas-SEAE fuq l-abbozz tal-baġit tal-2019

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima X: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

1 2 0 5

Esperti militari nazzjonali ssekondati

280 000

280 000

3 0 0 0

Rimunerazzjoni u intitolamenti għall-persunal statutorju

1 208 000

1 208 000

3 0 0 1

Persunal estern u servizzi minn barra

437 000

437 000

3 0 0 2

Nefqa oħra marbuta mal-persunal

954 000

954 000

3 0 0 3

Binjiet u spejjeż assoċjati

1 351 000

1 351 000

3 0 0 4

Spejjeż amministrattivi oħrajn

934 000

934 000

Total    

5 164 000

5 164 000

5.5    L-aġġornament tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli

Kif inhu previst fil-punt C tal-Parti II tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) 22 , il-Kummissjoni eżaminat l-aktar informazzjoni riċenti disponibbli dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) u rieżaminat il-ħtiġijiet mistennija għall-2019 abbażi tal-iżviluppi fil-proċessi ta’ negozjati mal-pajjiżi terzi involuti. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li żżid l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għal ammont ta’ EUR 7,0 miljuni, maqsuma fuq il-linja operazzjonali (11 03 01) u r-riżerva (40 02 41) kif inhu spjegat fit-tabella ta’ hawn taħt.

L-ammont mitlub se jintuża biex tissaħħaħ il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ftehim il-ġdid mal-Marokk issa li n-negozjati tlestew għalkollox. Huwa mistenni li dan il-ftehim u l-protokoll relatat se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel nofs tal-2019 23 u qiegħed jiġi propost li jiżdied ammont addizzjonali fil-linja ta’ riżerva. Barra minn hekk, billi l-ftehim mar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju beda japplika provviżorjament mill-1 ta’ Awwissu 2018 24 , il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li ċċaqlaq l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn relatati ta’ EUR 0,7 miljun mir-riżerva (40 02 41) lejn il-linja operazzjonali (11 03 01).

Id-dettalji tal-linja baġitarja jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea

11 03 01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

682 000

-

40 02 41

Approprjazzjonijiet differenzjati

6 318 000

7 000 000

Total    

7 000 000

7 000 000

6.Korrezzjonijiet tekniċi 

6.1    L-immodifikar tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Fl-abbozz tal-baġit tal-2019, il-Kummissjoni pproponiet li żżomm l-għadd totali ta’ pożizzjonijeit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) stabbli fil-livell awtorizzat għall-2018 (591 pożizzjoni). Madankollu, it-tqassim ta’ dawn il-pożizzjonijiet bejn il-gruppi ta’ funzjonijiet f’Amministraturi (AD) u Assistenti (AST) u mal-gradi kollha fil-pjan ta' stabbiliment fl-abbozz tal-baġit tal-2019 ġie modifikat b’mod żbaljat. B'dan il-Kummissjoni qiegħda tipproponi korrezzjoni teknika li ma tħalli l-ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet.

Il-pjan ta' stabbiliment korrett huwa stabbilit fl-anness baġitarju.



6.2    L-immodifikar tal-kummenti baġitarji tas-Soluzzjonijiet ta’ Interoperabbiltà u tal-oqfsa komuni tan-    nefqa ta' appoġġ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA²)

Fl-abbozz tal-baġit tal-2019, il-kumment baġitarju tan-nefqa ta' appoġġ tal-programm ISA² 26 01 04 01 ġie modifikat bi żball u inkluda miżuri li mhumiex permessi f’din il-partita. Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi korrezzjoni teknika biex tmur lura għat-test tal-baġit li ġie vvutat fl-2018. Din il-korrezzjoni ma għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa.

Il-pjan ta' stabbiliment korrett huwa stabbilit fl-anness baġitarju.

7.Tabella fil-Qosor skont l-Intestatura tal-QFP

Intestatura

Abbozz tal-Baġit tal-2019

Ittra Emendatorja 1/2019

Abbozz tal-Baġit tal-2019

 

(inkl. IE1/2019)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

79 973 396 584

67 517 943 173

4 028 000

- 13 266 000

79 977 424 584

67 504 677 173

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

38 069 903

 

- 38 069 903

 

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

233 333 333

 

 

233 333 333

 

Limitu massimu

79 924 000 000

 

 

79 924 000 000

 

Marġni

222 006 652

 

 

 

179 908 749

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

22 859 993 348

20 467 170 955

44 028 000

3 934 000

22 904 021 348

20 471 104 955

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

 

 

 

 

 

Limitu massimu

23 082 000 000

 

 

 

23 082 000 000

 

Marġni

222 006 652

 

 

 

177 978 652

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

57 113 403 236

47 050 772 218

- 40 000 000

- 17 200 000

57 073 403 236

47 033 572 218

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

38 069 903

 

- 38 069 903

 

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

233 333 333

 

 

 

233 333 333

 

Limitu massimu

56 842 000 000

 

 

 

56 842 000 000

 

Marġni

 

 

 

1 930 097

 

2.

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

59 999 077 986

57 790 407 331

- 137 000 000

- 159 800 000

59 862 077 986

57 630 607 331

Limitu massimu

60 344 000 000

 

 

 

60 344 000 000

 

Marġni

344 922 014

 

 

 

481 922 014

 

Li minnhom: Il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 613 447 000

43 537 899 417

- 184 000 000

- 184 000 000

43 429 447 000

43 353 899 417

Sottolimitu

43 881 000 000

 

 

 

43 881 000 000

 

Tqarrib tad-differenza eskluż fil-kalkolu tal-marġini

659 000

 

 

 

659 000

 

Marġni tal-FAEG

266 894 000

 

 

 

450 894 000

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

3 728 518 138

3 486 361 394

82 321 000

82 321 000

3 810 839 138

3 568 682 394

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

927 518 138

 

82 321 000

 

1 009 839 138

 

Limitu massimu

2 801 000 000

 

 

 

2 801 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

11 384 188 562

9 508 356 038

 

 

11 384 188 562

9 508 356 038

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

1 116 188 562

 

 

 

1 116 188 562

 

Limitu massimu

10 268 000 000

 

 

 

10 268 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

5.

Amministrazzjoni

9 956 925 632

9 960 905 652

5 699 500

5 699 500

9 962 625 132

9 966 605 152

Limitu massimu

10 786 000 000

 

 

 

10 786 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

575 192 212

 

 

 

569 492 712

 

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 755 321 712

7 759 301 732

5 699 500

5 699 500

7 761 021 212

7 765 001 232

Sottolimitu

8 700 000 000

 

 

 

8 700 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

690 796 132

 

 

 

685 096 632

 

Total

165 042 106 902

148 263 973 588

- 44 951 500

- 85 045 500

164 997 155 402

148 178 928 088

Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

965 588 041

899 719 628

44 251 097

22 299 869

1 009 839 138

922 019 497

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

1 349 521 895

 

 

1 349 521 895

 

Limitu massimu

164 123 000 000

166 709 000 000

 

164 123 000 000

166 709 000 000

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 253 882 156

 

 

- 253 882 156

 

Marġni

1 142 120 878

19 344 746 040

 

 

1 231 323 475

19 452 091 409

 

Strumenti speċjali oħra

577 248 000

411 500 000

 

 

577 248 000

411 500 000

Total Kumplessiv

165 619 354 902

148 675 473 588

- 44 951 500

- 85 045 500

165 574 403 402

148 590 428 088

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2)    COM(2018) 600, 21.6.2018.
(3)      Din l-istima hija bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa reali li waslu mingħand l-Istati Membri sax-xahar ta’ Awwissu 2018, flimkien mal-previżjonijiet għall-perjodu bejn l-01.09.2018 sal-15.10.2018. Informazzjoni sħiħa dwar in-nefqa reali għal dan il-perjodu li jifdal se tkun disponibbli lejn l-aħħar ta’ Ottubru/bidu ta’ Novembru 2018.
(4)      Ir-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti relatati mal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja fir-rigward tas-sena kalendarja 2018 hija stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/866. Il-Kummissjoni se taġġorna din ir-rata kif xieraq b’kunsiderazzjoni tal-modifiki proposti fl-IE 1/2019.
(5)      Id-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessi mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva adottata mill-Parlament Ewropew fit-3 ta’ Lulju 2018 (TA/2018/0275).
(6)      COM(2017) 294, 7.6.2017.
(7)      Id-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessi mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva adottata mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Settembru 2018 (TA/2018/0328).
(8)      COM(2017) 262, 30.5.2017.
(9)      Id-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessi mar-riżoluzzjoni leġiżlattiva adottata mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Settembru 2018 (TA/2018/0329).
(10)      COM(2017) 825, 6.12.2017.
(11)

     ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884-891, Artikolu 11.

(12)      COM(2018) 280, 23.5.2018.
(13)      COM(2018) 631, 12.9.2018.
(14)      COM(2018) 633, 12.9.2018.
(15)

   ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

(16)      COM(2018) 636, 12.9.2018.
(17)      Erba’ (4) pożizzjonijiet temporanji - wieħed (1) AD9, wieħed (1) AD5, tnejn (2) AST3 u ħames (5) pożizzjonijiet permanenti - tnejn (2) AD5, wieħed (1) AST3 u tnejn (2) AST-SC1.
(18)      1 AD12.
(19)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939 tas-17 ta’ Ottubru 2017.
(20)      COM(2017) 352, 29.6.2017.
(21)      L-EUMC huwa l-ogħla korp militari stabbilit fil-Kunsill. Ta’ min jinnota li dan jagħti pariri militari lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u jagħmel rakkomadazzjonijiet dwar kwistjonijiet militari.
(22)      ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(23)      In-negozjati ngħalqu u l-Kummissjoni se tadotta l-proposti relatati għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u r-Renju tal-Marokk flimkien ma’ Protokoll u skambju ta’ ittri bejn iż-żewġ partijiet malajr kemm jista’ jkun.
(24)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1069 tas-26 ta’ Lulju 2018, (ĠU L 194, 31.07.2018, p. 1).