Brussell, 10.10.2018

COM(2018) 690 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Is-Sittax-il Rapport ta' Progress għal Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina


I. DAĦLA

Is-sigurtà tirrappreżenta tħassib ewlieni għaċ-ċittadini tagħna. L-Ewropej, bir-raġun, jistennew li jkollhom ċerta sigurtà. L-Unjoni għandha rwol importanti biex tissaħħaħ is-sigurtà interna u jiġi indirizzat it-tħassib taċ-ċittadini. Fid-diskors tiegħu tal-Istat tal-Unjoni tal-2018 1 , il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker enfasizza li Ewropa b’saħħitha u magħquda biss tista’ tħares liċ-ċittadini minn theddidiet, kemm interni kif ukoll esterni, inkluż mit-terroriżmu. Matul dawn l-aħħar ftit snin, il-kuntest Ewropew tas-sigurtà ġie modernizzat b’leġiżlazzjoni ġdida u inizjattivi ta’ politika ġodda fl-Unjoni tas-Sigurtà, kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u rwol imsaħħaħ tal-Aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Fid-diskors tiegħu, il-President Juncker appella wkoll għal tmexxija biex titkompla l-Unjoni tas-Sigurtà sabiex jintlaħqu l-aspettativi taċ-ċittadini rigward is-sigurtà interna.

Fl-okkażjoni tal-Istat tal-Unjoni tal-2018, il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ miżuri biex issaħħaħ is-sigurtà fl-UE kif ukoll il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ regoli ġodda biex il-kontenut terroristiku jitneħħa malajr minn fuq l-internet, billi għaqqdet flimkien regoli ċari u mmirati biex jiġi evitat li s-servizzi online jintużaw ħażin biex ixerrdu kontenut terroristiku, filwaqt li tiżgura salvagwardji b’saħħithom li jipproteġu l-libertà tal-espressjoni u informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika. 2 Il-Kummissjoni pproponiet miżuri biex tiżgura li l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla għall-Parlament Ewropew jiġu organizzati b’mod liberu, ġust u sikur, inkluża Rakkomandazzjoni dwar in-netwerks ta’ kooperazzjoni għall-elezzjoni, it-trasparenza online, il-protezzjoni kontra attakki taċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra l-kampanji ta’ diżinformazzjoni. 3 Biex jinżamm il-pass mat-theddid ċibernetiku, li dejjem qed jevolvi, il-Kummissjoni pproponiet Regolament biex tiġbor flimkien ir-riżorsi u l-għarfien espert fit-teknoloġija ċibernetika permezz tal-ħolqien ta’ Netwerk ta’ Ċentri ta’ Kompetenza dwar iċ-Ċibersigurtà. 4 Bħala parti minn rispons komprensiv għal theddid terroristiku transfruntier, il-Kummissjoni ressqet inizjattiva biex maż-żmien jiżdiedu l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għal reati terroristiċi li jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed. 5 Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni billi żżid il-kompetenzi tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u billi ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi. 6

Il-Kummissjoni ressqet dawn il-proposti bħala kontribut għall-Laqgħa tal-Mexxejja f’Salzburg ta’ bejn id-19 u l-20 ta’ Settembru 2018, li serviet biex tenfasizza l-ħtieġa li jsir enfasi fuq is-soluzzjonijiet Ewropej biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri għall-indirizzar tat-theddid kostanti u li qed jevolvi. Hekk kif qed noqorbu lejn l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huwa essenzjali li niksbu riżultati rigward l-objettiv kondiviż biex titjieb is-sigurtà taċ-ċittadini kollha fl-UE. Id-diskussjoni f’Salzburg għalhekk ipprovdiet opportunità biex tingħata spinta pożittiva għall-adozzjoni tal-inizjattivi leġiżlattivi ta’ prijorità qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju 2019, inklużi l-aħħar inizjattivi mressqa mill-Kummissjoni fl-Istat tal-Unjoni 2018. Ix-xhur li ġejjin se jkunu deċiżivi biex il-proposti leġiżlattivi pendenti jitmexxew ‘il quddiem, sabiex jiġu konklużi n-negozjati interistituzzjonali matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

Għandu jingħata aktar enfasi biex jinkisbu riżultati rigward l-inizjattivi fl-Unjoni tas-Sigurtà biex tissaħħaħ is-sigurtà kollettiva tagħna u r-reżiljenza kontra t-theddid ċibernetiku, li jdgħajjef is-sistema bbażata fuq ir-regoli internazzjonali. Fl-4 ta’ Ottubru 2018 ġie mħabbar 7 , li f’April 2018 l-uffiċċji tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi fl-Aja kienu l-mira ta’ operazzjoni ċibernetika ostili mwettqa mis-servizz sigriet militari Russu. Din l-operazzjoni ġiet interrotta mis-servizzi sigrieti Olandiżi flimkien mar-Renju Unit. Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u r-Rappreżentant Għoli / il-Viċi President Federica Mogherini esprimew b’mod konġunt it-tħassib serju dwar dan it-tentattiv biex inaqqas l-integrità tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi u kkundannaw tali azzjonijiet. 8 L-UE trid tkompli ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll tas-sħab u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, fil-qasam diġitali. Dan jenfasizza wkoll l-importanza tal-azzjonijiet fl-Unjoni tas-Sigurtà, u l-appoġġ lill-Istati Membri fl-indirizzar tat-theddid ċibernetiku u l-attakki bl-użu tal-internet, it-theddid ibridu u r-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (chemical, biological, radiological and nuclear, CBRN).

Dan is-sittax-il rapport ta’ progress tal-Unjoni tas-Sigurtà jippreżenta s-sitwazzjoni globali attwali, billi jenfasizza fuq l-inizjattivi riċenti tal-Kummissjoni marbutin flimkien mad-diskors tal-Istat tal-Unjoni 2018 u l-progress li sar mill-aħħar rapport 9 f’Ġunju 2018, inkluż fuq il-prijoritajiet leġiżlattivi li kien hemm qbil fuqhom bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom tal-14 ta’ Diċembru 2017 (ara wkoll il-lista tal-inizjattivi kollha fl-Unjoni tas-Sigurtà fl-Anness I). 10  

II. TWETTIQ TAL-PRIJORITAJIET LEĠIŻLATTIVI

Matul l-aħħar xhur intlaħaq qbil dwar numru ta’ prijoritajiet leġiżlattivi fl-Unjoni tas-Sigurtà: il-koleġiżlaturi laħqu qbil dwar il-proposta tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS), li tippermetti sigurtà avvanzata u verifiki tal-migrazzjoni irregolari ta’ persuni li jivvjaġġaw mingħajr bżonn ta’ viża lejn l-UE. 11 ; huma qablu biex tissaħħaħ is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, l-aktar sistema ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni użata b’mod mifrux għall-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà fl-Ewropa; 12 laħqu qbil dwar il-proposta biex jissaħħaħ il-mandat ta’ eu-LISA, l-Aġenzija tal-UE għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-oqsma ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja; 13 qablu dwar regoli aktar b’saħħithom li jikkriminalizzaw il-ħasil tal-flus; 14 u adottaw miżuri ġodda biex jissaħħu r-regoli tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu permezz tal-ħames (5) Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus. 15 Għal dawk il-miżuri li għadhom ma ġewx adottati, dan il-pass finali jenħtieġ li jittieħed malajr.

Għal għadd kbir ta’ proposti oħra, il-qbil għadu pendenti u jenħtieġu aktar sforzi.

1.Sistemi ta’ informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni

Biex jiġi żgurat li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u l-gwardji tal-fruntieri tal-Istati Membri jkollhom informazzjoni kompluta, preċiża u affidabbli, meta u fejn ikunu jeħtiġuha, f’Diċembru 2017 il-Kummissjoni ppreżentat proposti leġiżlattivi biex tistabbilixxi l-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE għas-sigurtà, il-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, u emendat dawn il-proposti f’Ġunju 2018. 16 Il-miżuri proposti se jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali biex jidentifikaw identitajiet multipli u jiġġieldu kontra l-frodi tal-identità. Fl-14 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill kiseb mandat ta’ negozjar, rigward l-emendi konsegwenzjali, li ġie ffinalizzat fit-12 ta’ Settembru 2018. Fil-jiem li ġejjin, huwa mistenni li l-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) jivvota dwar il-mandat ta’ negozjar tiegħu u l-konferma sussegwenti tal-mandat mill-Plenarja tal-Parlament Ewropew hija ppjanata għall-ġimgħa tat-22 ta’ Ottubru 2018. It-tliet istituzzjonijiet qablu fid-Dikjarazzjoni Konġunta biex jiżguraw li r-Regolamenti proposti dwar l-interoperabbiltà jitwettqu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019. Biex dan jinkiseb, huwa meħtieġ li l-iskeda ambizzjuża tinżamm, kif previst mill-koleġiżlaturi.

In-negozjati rigward il-proposta leġiżlattiva 17 biex tiġi estiża s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li hija prijorità leġiżlattiva oħra fil-qasam tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, jinsabu fil-fażi finali. Il-proposta tipprevedi l-istabbiliment ta’ bażi tad-data ċentralizzata li se tagħmilha possibbli li jiġi vverifikat malajr jekk Stat Membru jkollux informazzjoni dwar il-kundanni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz. Il-qbil finali dwar il-fajl huwa fil-qrib, u l-laqgħa tat-trilogu li jmiss, ippjanata għas-17 ta’ Ottubru 2018, jenħtieġ li tippermetti lill-koleġiżlaturi biex jikkonkludu d-diskussjonijiet dwar din l-inizjattiva leġiżlattiva ta’ prijorità f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta.

Rigward il-proposta tal-Kummissjoni 18 li ssaħħaħ l-Eurodac billi tkabbar l-ambitu tagħha biex tinkludi mhux biss l-identifikazzjoni tal-applikanti għall-ażil iżda wkoll dik ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment u dawk li jidħlu fl-UE b’mod irregolari, ma sar l-ebda progress fin-negozjati matul ix-xhur li għaddew, minkejja l-qbil politiku preliminari li ntlaħaq bejn il-koleġiżlaturi f’Ġunju 2018. Hemm ħtieġa urġenti biex il-koleġiżlaturi jiffinalizzaw din l-inizjattiva leġiżlattiva ta’ prijorità f’konformità mal-qbil skont id-Dikjarazzjoni Konġunta. Dan huwa meħtieġ, minn naħa, biex jiġi żgurat li d-data dwar ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali u dawk li jkunu daħlu fl-UE b’mod irregolari tkun parti mill-interoperabbiltà proposta tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, u min-naħa l-oħra, bħala parti minn sforz biex tinstab soluzzjoni rapida f’dak li għandu x’jaqsam mar-riforma tal-ażil. Il-proposta biex tissaħħaħ l-Eurodac hija waħda mill-aktar ħames fajls avvanzati mmirati għal riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil; bħal fajls oħra avvanzati, il-koleġiżlaturi jenħtieġ li jikkonkludu n-negozjati qabel it-tmiem tal-2018.

Barra minn hekk, għaddejja ħidma fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill fuq il-proposta leġiżlattiva ta’ Mejju 2018 19 biex tissaħħaħ is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS). Il-proposta tipprevedi għat-tkabbir tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-bażi tad-data li tinkludi data dwar dokumenti għal soġġorn twil u d-detenturi tagħhom, kontrolli msaħħa fost il-bażijiet tad-data biex jikxfu u jidentifikaw migrazzjoni potenzjali u r-riskji ta’ sigurtà qabel ma jinħarġu l-viżi jew mal-ħruġ ta’ dokument għal soġġorn twil, u għal kapaċità msaħħa biex ir-reati jiġu evitati, identifikati u investigati. Il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sat-tmiem tal-2018 u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu mhux aktar tard mill-bidu tal-2019, minħabba li dan se jkun meħtieġ biex il-koleġislaturi jkunu jistgħu jilħqu qbil fuq dan il-fajl matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

Biex jinkisbu sistemi ta’ informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex:

Prijoritajiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta:

·f’Ottubru 2018 jidħlu f’diskussjonijiet tat-trilogu rigward il-proposti leġiżlattivi dwar l-interoperabilità, u biex sa tmiem is-sena jintlaħaq qbil;

·biex f’Ottubru 2018 jilħqu qbil rigward il-proposta leġiżlattiva biex is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi tiġi estiża;

·sa tmiem l-2018 jiffinalizzaw in-negozjati dwar il-proposta leġiżlattiva rigward l-Eurodac.

Oħrajn:

·sa tmiem l-2018 jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom dwar il-proposta leġiżlattiva biex tissaħħaħ is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża.

2.Tisħiħ tas-sigurtà permezz ta’ ġestjoni mtejba fil-fruntieri esterni

Is-sigurtà interna hija dipendenti fuq il-protezzjoni msaħħa tal-fruntieri esterni. Fit-12 ta’ Settembru 2018, fl-okkażjoni tad-diskors tal-Istat tal-Unjoni tal-2018, il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva 20 biex issaħħaħ il-mandat tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tal- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil 21 u anki r-ritorni 22 . Meħudin flimkien, dawn il-proposti jipprovdu l-għodod meħtieġa biex tiġi żgurata aħjar il-ġestjoni effikaċi tal-migrazzjoni fil-fruntieri esterni.

Il-Kummissjoni pproponiet għadd ta’ bidliet għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, b’mod partikolari billi tipprovdilha l-parti operattiva tagħha stess: korp permanenti ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ta’ 10,000 persunal operattiv b’setgħat eżekuttivi sal-2020, għall-attivitajiet kollha tagħha biex jappoġġja b’mod effikaċi lill-Istati Membri fuq il-post permezz ta’ appoġġ affidabbli u faċilment disponibbli. Dan se jiżgura li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jkollha l-kapaċitajiet meħtieġa, inkluż it-tagħmir tagħha stess, biex tipproteġi l-fruntieri esterni tal-UE, tipprevjeni movimenti sekondarji u timplimenta b’mod effettiv ir-ritorn ta’ migranti irregolari.

Il-proposta se ssaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u se tkompli ssaħħaħ il-possibbiltajiet għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Europol, inkluż id-data personali marbuta ma’ persuni suspettati ta’ reati transfruntiera. Din il-proposta hija prijorità ċara għall-Kummissjoni, għaldaqstant hija titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw il-leġiżlazzjoni proposta matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew. Biex dan iseħħ, iż-żewġ koleġiżlaturi jenħtieġ li jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-2018, għad-diskussjonijiet tat-trilogu li se jibdew fil-bidu tal-2019.

 

Biex issaħħaħ is-sigurtà permezz ta’ġestjoni mtejba fil-fruntieri esterni, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

Inizjattivi tal-Istat tal-Unjoni tal-2018:

·li sa tmiem l-2018 jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom rigward il-proposti leġiżlattivi biex issaħħu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil kif ukoll il-proposta leġiżlattiva rigward id-Direttiva dwar ir-Ritorn, sabiex jadottaw il-leġiżlazzjoni matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

3.Nipprevjenu r-radikalizzazzjoni

L-indirizzar ta’ kontenut terroristiku online għadu sfida ewlenija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. L-attakki terroristiċi riċenti fuq territorju tal-UE wrew kif it-terroristi konsistentement u sistematikament jużaw ħażin l-internet biex iħejju u jirreklutaw lil min jappoġġjahom, sabiex jippreparaw u jiffaċilitaw attività terroristika, jigglorifikaw l-atroċitajiet tagħhom u jħeġġu lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess, u biex inisslu biża’ fost il-pubbliku ġenerali. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, li jwieġbu għal talbiet minn awtoritajiet pubbliċi, daħħlu fis-seħħ ċerti miżuri biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku fuq il-pjattaformi tagħhom permezz ta’ oqfsa volontarji u sħubiji, inkluż il-Forum tal-UE dwar l-Internet, imniedi f’Diċembru 2015. Madankollu, hemm il-ħtieġa biex tissaħħaħ l-azzjoni min-naħa tal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u l-Istati Membri fir-rigward ta’ kontenut terroristiku online.

Sabiex tiġi indirizzata din-il-problema serja u minħabba t-talbiet urġenti mill-Parlament Ewropew 23 u l-Kunsill Ewropew 24 , id-diskors tal-Istat tal-Unjoni tal-2018 tal-President Juncker kien akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi stabbilit qafas ċar u armonizzat biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online 25 . Il-proposta tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2018 26 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi online u l-Istati Membri biex jissaħħu l-isforzi fir-rigward tal-kontenut illegali online, inkluż b’mod partikolari l-kontenut terroristiku.

Il-miżuri proposti se jgħinu biex jiggarantixxu l-funzjonament mingħajr xkiel tas-Suq Uniku Diġitali, waqt li jżidu s-sigurtà u t-tisħiħ ta’ fiduċja online u jsaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri se jkunu jistgħu joħorġu ordnijiet ta’ tneħħija li jobbligaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting biex ineħħu kontenut terroristiku online fi żmien siegħa, li huwa l-punt fejn il-kontenut terroristiku jagħmel l-aktar ħsara minħabba li jinxtered pjuttost malajr. Skont il-proposta, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kapaċità meħtieġa biex jintervjenu kontra l-kontenut terroristiku online. Il-proposta se tipprovdi wkoll ċarezza rigward ir-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting biex jieħdu l-miżuri kollha xierqa, raġonevoli u proporzjonati biex jiżguraw is-sikurezza tas-servizzi tagħhom u jidentifikaw u jneħħu malajr u b’mod effettiv il-kontenut terroristiku online, filwaqt li titqies l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika. Hija tintroduċi wkoll għadd ta’ salvagwardji meħtieġa mfassla biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali bħalma hija libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika, flimkien mal-possibilità għal rimedju ġudizzjarju ggarantit mid-dritt għal rimedju effettiv.

Din il-proposta hija prijorità ċara għall-Kummissjoni, għaldaqstant hija titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw il-leġiżlazzjoni proposta matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew. Biex dan iseħħ, iż-żewġ koleġiżlaturi jenħtieġ li jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-2018, għad-diskussjonijiet tat-trilogu li se jibdew fil-bidu tal-2019.

B’mod parallel mal-ħidma leġiżlattiva għall-ġlieda kontra kontenut terroristiku online, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting fl-ambitu tal-qafas volontarju tal-Forum tal-UE dwar l-Internet biex titnaqqas l-aċċessibilità għal kontenut terroristiku online, u tagħti s-setgħa lis-sħab tas-soċjetà ċivili biex iżidu l-volum ta’ narrattivi alternattivi effettivi online. Dan se jitlaqqa’ mill-ġdid fil-livell Ministerjali f’Diċembru 2018.

Fl-istess ħin, l-UE tkompli tappoġġja l-prevenzjoni ta’ radikalizzazzjoni fl-Istati Membri u l-komunitajiet lokali tagħhom. Fl-1 u fit-2 ta’ Ottubru 2018, in-Netwerk tal-UE għat-Tfassil tal-Politika fil-Qasam tal-Prevenzjoni (Network of Prevent Policy Makers) iltaqa’ biex jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar ir-Radikalizzazzjoni. 27 Dan se jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Bord ta’ Tmexxija li għadu kif jiġi stabbilit għal azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, li se jiltaqa’ għall-ewwel darba fi Vjenna fl-24 ta’ Ottubru 2018. 28 Fil-11 ta’ Ottubru 2018, ir-raba’ (4) Konferenza ta’ Livell Għoli dwar ir-Radikalizzazzjoni tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (Radicalisation Awareness Network, RAN) se tlaqqa’ flimkien Ministri u prattikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi marbutin ma’ tfal li jirritornaw minn territorju miżmum mit-terroristi (inklużi tfal rifuġjati) kif ukoll sfidi marbutin mar-rilaxx ta’ detenuti radikalizzati, inklużi terroristi mill-ħabs. Bħala parti mill-programm ta’ ħidma tal-2018 tal-Fond għas-Sigurtà Interna 29 għall-kooperazzjoni tal-pulizija u l-prevenzjoni tal-kriminalità, li jipprovdi finanzjament totali ta’ EUR 70 miljun, il-Kummissjoni se tniedi sejħa għal proposti għal finanzjament immirat ta’ EUR 5 miljun għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni.

Biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex:

Inizjattiva tal-Istat tal-Unjoni tal-2018:

·sa tmiem l-2018 jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom dwar il-proposta leġiżlattiva għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ kontenut terroristiku online, sabiex jadottaw il-leġiżlazzjoni matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

4.Indirizzar tat-theddid ċibernetiku u t-titjib taċ-ċibersigurtà

L-iżgurar tar-reżiljenza tad-demokraziji tagħna huwa parti kruċjali tal-Unjoni tas-Sigurtà: l-attakki fuq l-infrastruttura elettorali u s-sistemi ta’ informazzjoni tal-kampanji jirrappreżentaw theddid ibridu li jrid jiġi indirizzat b’mod urġenti mill-Unjoni. Kampanji online ta’ diżinformazzjoni tal-massa li jkollhom motiv politiku, inkluż dawk li jsiru minn pajjiżi terzi, bil-għan speċifiku li jnaqqsu l-kredibilità u l-leġittimità tal-elezzjonijiet, ġew rikonoxxuti bħala theddidiet għad-demokraziji tagħna li dejjem qed jikbru. 30 Biex tindirizza dawn it-theddidiet kumplessi, il-Kummissjoni kienet qed tieħu għadd ta’ inizjattivi, li jvarjaw minn miżuri kontra inċidenti ċibernetiċi mmirati biex isaħħu ċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, sa azzjonijiet immirati għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni online, inkluż permezz ta’ użu ħażin ta’ data personali.

L-aktar riċenti, kif imħabbar mill-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2018, fit-12 ta’ Settembru 2018 il-Kummissjoni ressqet għadd ta’ miżuri biex tiżgura elezzjonijiet Ewropej ħielsa u ġusti 31 . B’Rakkomandazzjoni dwar netwerks ta’ kooperazzjoni għall-elezzjoni, trasparenza online, il-protezzjoni kontra inċidenti taċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu netwerk ta’ kooperazzjoni għall-elezzjoni ġenerali tal-awtoritajiet rilevanti, bħal awtoritajiet elettorali, taċ-ċibersigurtà, tal-protezzjoni tad-data u tal-infurzar tal-liġi u biex jaħtru punt ta’ kuntatt biex jipparteċipaw f’netwerk ta’ kooperazzjoni għall-elezzjonijiet fuq livell Ewropew. 32 Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu jiċċekkjaw jekk il-liġijiet elettorali tagħhom humiex ippreparati għar-realtà tal-kampanji online. Iridu jiżguraw ukoll li r-regoli elettorali u s-sanzjonijiet li japplikaw għal attivitajiet offline, inkluż dwar it-trasparenza u l-finanzjament tal-kampanji, jistgħu jiġu nfurzati għal attivitajiet online. Il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri kif ukoll lill-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-kampanja biex jimplimentaw l-azzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni b’mod urġenti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ressqet gwida dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data li se tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali u atturi oħra involuti fil-proċess elettorali biex japplikaw l-obbligi ta’ protezzjoni tad-data skont il-liġi tal-UE fil-kuntest elettorali. 33 Il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta leġiżlattiva għal bidla mmirata tar-Regolament tal-2014 dwar il-finanzjament tal-partiti li se tagħmilha possibbli li jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji għall-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data bil-għan li deliberatament jinfluwenza l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej. 34 Is-sanzjonijet jammontaw għal multi ta’ 5% tal-baġit annwali tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni kkonċernata. Din il-proposta hija prijorità ċara għall-Kummissjoni, u tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-bidliet immirati proposti jkunu fis-seħħ fil-ħin għall-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew. Biex dan iseħħ, iż-żewġ koleġiżlaturi jenħtieġ li jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom b’mod urġenti, biex id-diskussjonijiet tat-trilogu jibdew mingħajr dewmien.

Permezz tal-implimentazzjoni tal-approċċ Ewropew għall-indirizzar tad-diżinformazzjoni online, kif stabbilit f’April 2018 35 , il-Kummissjoni qed tippromwovi ambjent online aktar trasparenti, affidabbli u responsabbli. Fis-26 ta’ Settembru 2018, il-pjattaformi online u l-industrija tar-reklamar żvelaw Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni Online awtoregolatorju, li jinkludi firxa wiesgħa ta’ impenji għal ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online. Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib il-progress li sar u u tanalizza u tirrapporta dwar l-ewwel riżultati tal-Kodiċi ta’ Prattika sa tmiem l-2018.

Il-Kummissjoni se tqajjem kuxjenza u tkompli d-djalogu tagħha mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, speċjalment permezz ta’ konferenza ta’ livell għoli dwar it-theddid bl-użu taċ-ċibernetika għall-elezzjonijiet fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 2018, u l-konklużjonijiet tagħha għandhom jintużaw fil-Kollokju dwar id-Drittijiet Fundamentali li jmiss (is-26 u s-27 ta’ Novembru 2018), iffukat fuq “Id-Demokrazija fl-Unjoni Ewropea”. L-analiżi tar-riżultati tal-Kodiċi ta’ Prattika u l-konklużjonijiet tal-konferenza ta’ livell għoli se jiġu inklużi fi pjan ta’ azzjoni konġunt biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se jippreżenta sa tmiem is-sena, bħala segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2018 u d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2018. Dan il-pjan ta’ azzjoni se jirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online. Billi jinbena fuq l-esperjenza tat-Task Force East Stratcom 36 , il-pjan ta’ azzjoni se jressaq proposti biex jiġi promoss approċċ aktar magħqud għad-diżinformazzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. 37 Il-pjan ta’ azzjoni se jħares ukoll lejn il-mandat u r-riżorsi tat-tliet Task Forces u jikkunsidra modi kif issaħħaħ il-kapaċità tagħhom biex jindirizza d-diżinformazzjoni li toriġina mit-tliet reġjuni. Dan se jgħin biex jiġi żgurat li l-isforzi fuq livelli tal-UE u tal-Istati Membri jkunu biżżejjed biex tiġi indirizzata l-kumplessità tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni mwettqa minn atturi ostili.

Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u t-tisħiħ taċ-ċibersigurtà għadha prijorità għall-UE. Fit-12 ta’ Settembru 2018, bħala parti mill-Istat tal-Unjoni tal-2018, il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva għal Regolament 38 biex tiġbor flimkien ir-riżorsi u l-għarfien espert fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Biex tlaħħaq mat-theddid ċibernetiku li dejjem qed jevolvi, il-proposta se toħloq Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni biex jiġi mmirat u kkordinat aħjar il-finanzjament disponibbli għall-kooperazzjoni taċ-ċibersigurtà, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà ġdid se jimmaniġġja r-riżorsi finanzjarji tal-UE mmirati għaċ-ċibersigurtà fl-ambitu tal-Programm propost għal Ewropa Diġitali u l-Programm Orizzont Ewropa u jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u l-industrija biex tingħata spinta lill-industrija taċ-ċibersigurtà tal-UE. Barra minn hekk, skont il-Fond Ewropew għad-Difiża futur, li reċentament ġie propost mill-Kummissjoni, se jkun possibbli, fil-prinċipju, li jiġu appoġġjati l-proġetti ta’ difiża ċibernetika. Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà jista’ jaġixxi bħala ġestjoni tal-proġett għal proġetti bħal dawn, jekk ikun mitlub mill-Istati Membri. Din il-proposta hija prijorità ċara għall-Kummissjoni, u titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw il-leġiżlazzjoni proposta matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew. Biex dan iseħħ, iż-żewġ koleġiżlaturi jenħtieġ li jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-2018, biex id-diskussjonijiet tat-trilogu jibdew fil-bidu tal-2019.

Bħala parti mill-azzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni Konġunta 39 ta’ Settembru 2017 dwar “ir-Reżiljenza, id-Deterrenza u d-Difiża: Il-bini ta’ ċibersigurtà b’saħħitha għall-UE ", fit-13 ta’ Settembru 2018 u fl-1 ta’ Ottubru 2018, il-koleġiżlaturi kellhom żewġ laqgħat tat-trilogu dwar l-Att taċ-Ċibersigurtà propost. 40 Sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà u t-tħejjija tal-Istati Membri u tan-negozji, kif ukoll li jittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, il-proposta se ġġedded il-mandat tal-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni u ssemmiha mill-ġdid bħala Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Il-proposta se tistabbilixxi wkoll qafas tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sistemi u servizzi. It-tliet Istituzzjonijiet ikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex jiffinalizzaw in-negozjati dwar il-proposta qabel tmiem is-sena, f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta.

Kien hemm ukoll progress fuq il-proposta leġiżlattiva dwar mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti, parti oħra tal-Pakkett dwar iċ-Ċibersigurtà ta’ Settembru 2017. 41 Ir-regoli proposti se jaġġornaw il-qafas legali tal-UE kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti, jindirizzaw l-isfidi u l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda bħall-muniti virtwali u l-pagamenti bil-mobile, ineħħu l-ostakli għal kooperazzjoni operazzjonali u jtejbu l-miżuri ta’ prevenzjoni u għajnuna għall-vittmi. Il-koleġiżlaturi kellhom l-ewwel laqgħa tat-trilogu fis-26 ta’ Settembru 2018, u t-tliet Istituzzjonijiet indikaw ir-rieda tagħhom li jilħqu qbil rapidu dwar il-proposta.

Biex tindirizza t-theddid bl-użu tal-internet u ssaħħaħ iċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: 

Inizjattivi tal-Istat tal-Unjoni tal-2018:

·biex jiżguraw li l-bidliet immirati proposti tar-Regolament dwar il-finanzjament tal-partiti jkunu fis-seħħ fil-ħin għall-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew;

·li sat-tmiem tal-2018 jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom dwar il-proposta leġiżlattiva rigward iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, sabiex jadottaw il-leġiżlazzjoni matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

Prijoritajiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta:

·biex jintlaħaq qbil qabel tmiem is-sena dwar l-Att taċ-Ċibersigurtà propost.

Oħrajn:

·biex jintlaħaq qbil dwar il-proposta leġiżlattiva dwar mezzi ta’ ħlas mhux bi flus kontanti matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

5.Jingħalqu l-ispazji li fihom joperaw it-terroristi

L-UE ħadet azzjoni soda biex tagħlaq l-ispazju li fih joperaw it-terroristi u kriminali oħra. Il-kontrolli ta’ sigurtà sistematiċi tal-persuni kollha li jaqsmu l-fruntiera esterna 42 u l-ipproċessar ta’ data skont id-Direttiva dwar Ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri 43 jagħmluha aktar diffiċli għat-terroristi biex jidħlu u jiċċaqilqu fl-UE. Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 44 tgħin fil-prevenzjoni ta’ attakki terroristiċi billi tikkriminalizza atti bħalma huma l-finanzjament tat-terroriżmu, it-taħriġ jew l-ivvjaġġar għal finijiet terroristiċi, kif ukoll l-organizzazzjoni jew il-faċilitazzjoni ta’ dawn il-vjaġġi. Regoli msaħħa li jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont il-ħames (5) Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus 45 , kif ukoll ir-regoli li kien hemm qbil dwarhom reċentement dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali 46 , se jagħmluha aktar diffiċli għat-terroristi biex jiksbu aċċess għal flus. Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jittrasponu dawn l-istrumenti malajr kemm jista’ jkun biex issaħħu l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus. Il-qafas legali msaħħaħ dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi 47 , flimkien ma’ azzjoni kontinwa kontra t-traffikar tal-armi tan-nar 48 , jillimitaw il-forniment ta’ armi disponibbli għall-kriminali u t-terroristi.

Filwaqt li qed isir progress sinifikanti biex jiġi indirizzat it-terroriżmu u theddid ieħor għas-sigurtà fl-UE, ma hemm l-ebda approċċ komuni tal-Unjoni dwar l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kundanna ta’ reati terroristiċi transfruntiera. Bħala l-uniku korp tal-Unjoni bis-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet kriminali u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti u jressaq l-awturi quddiem il-qorti, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) 49 għandu potenzjal kbir li jsaħħaħ sew l-isforzi attwali fil-ġlieda kontra reati terroristiċi fl-Unjoni Ewropea. Bħala segwitu għad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017, fit-12 ta’ Settembru 2018 il-Kummissjoni ressqet inizjattiva biex testendi l-kompetenza tal-UPPE biex jinvestiga u jipproċedi kontra reati terroristiċi transfruntiera, flimkien ma’ abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 86 tat-TFUE fir-rigward tal-kompetenzi tal-UPPE. 50 Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill Ewropew biex imexxi din l-inizjattiva ‘l quddiem flimkien mal-Parlament Ewropew u biex jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kompetenzi tal-UPPE għal reati terroristiċi li jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed.

Filwaqt li l-UE għandha regoli fis-seħħ sodi kontra l-ħasil tal-flus, każijiet riċenti li jinvolvu l-ħasil tal-flus f’xi banek tal-UE qajmu tħassib li dawk ir-regoli mhumiex dejjem taħt superviżjoni u infurzati b’mod effettiv madwar l-UE. Fit-12 ta’ Settembru 2018, bħala parti mill-Istat tal-Unjoni 2018, il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ ir-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea fis-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tas-settur finanzjarju. 51 Il-miżuri proposti se jkomplu jsaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE biex jindirizzaw aħjar il-ħasil tal-flus u t-theddid tal-finanzjament tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw l-azzjonijiet proposti biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea u biex jadottaw il-miżuri leġiżlattivi rilevanti malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2019.

L-evidenza elettronika hija importanti fil-maġġoranza kbira tal-investigazzjonijiet kriminali. Dejjem aktar ta’ spiss, l-awtoritajiet ġudizzjarji jeħtieġ li jagħmlu talba f’ġuriżdizzjoni oħra sabiex jiksbu tali data dwar l-evidenza elettronika minn fornituri tas-servizzi. Huwa ta’ importanza kruċjali li jsir aktar faċli u rapidu biex wieħed jikseb din l-evidenza, inkluż fuq livell transfruntier għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inklużi dawk fil-kamp tat-terroriżmu jew iċ-ċiberkriminalità, b’mod effettiv. Għalhekk hemm ħtieġa reali biex il-koleġiżlaturi jadottaw il-proposti tal-Kummissjoni ta’ April 2018 biex jitjieb il-ġbir transfruntier ta’ evidenza elettronika għal proċedimenti kriminali. 52 Fil-Kunsill, id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin. Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li jmiss mill-11 sat-12 ta’ Ottubru 2018 hija okkażjoni importanti għall-Ministri biex jiddiskutu aspetti prinċipali tal-proposti, b’mod partikolari dwar l-ambitu tal-inizjattiva, kif ukoll l-aspetti proċedurali tagħha u s-salvagwardji meħtieġa, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill sa mhux aktar tard minn Diċembru 2018. Minħabba l-importanza tal-evidenza elettronika għal investigazzjonijiet kriminali fi kważi t-tipi kollha ta’ kriminalità, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jaħdmu fuq din l-inizjattiva leġiżlattiva ta’ prijorità b’mod urġenti, jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-2018, u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu mingħajr dewmien. Dan xorta jkun jippermetti t-twettiq ta’ dan l-att leġiżlattiv qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, kif maqbul mit-tliet Istituzzjonijiet fid-Dikjarazzjoni Konġunta.

Il-Kummissjoni qed tkompli ssegwi mill-qrib l-iżviluppi rigward evidenza elettronika f’pajjiżi mhux membri tal-UE, inklużi Att dwar il-Kjarifika tal-Użu Legali tad-Data barra mill-Pajjiż tal-Istati Uniti (United States' Clarifying Lawful Overseas Use of Data Act, CLOUD Act), u se jiġu diskussi fil-livell politiku fil-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Washington bejn it-8 u d-9 ta’ Novembru 2018. Il-Kummissjoni qed issegwi wkoll mill-qrib l-iżviluppi dwar in-negozjar tat-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni ta’ Budapest tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità dwar l-aċċess għal evidenza elettronika. Il-proposti tal-Kummissjoni dwar l-evidenza elettronika jipprovdu bażi solida għal approċċ koordinat u koerenti kemm fl-UE, u mill-UE fuq livell internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipproponi mill-aktar fis possibbli l-adozzjoni ta’ żewġ rakkomandazzjonijiet għal direttivi ta’ negozjar dwar l-aspetti internazzjonali tal-evidenza elettronika proposti, kif mitlub mill-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni f’Ġunju 2018, jiġifieri t-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità ta’ Budapest u dwar qbil bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika. L-għażla taż-żmien tal-adozzjoni taż-żewġ rakkomandazzjonijiet, li ssir b’mod konġunt, hija marbuta mal-progress li sar fid-diskussjonijiet dwar il-proposti tal-evidenza elettronika u maċ-ċarezza suffiċjenti rigward il-parametri u s-salvagwardji tal-arranġamenti interni futuri tal-UE kif ukoll is-salvagwardji meħtieġa fis-sistemi legali ta’ pajjiżi terzi sħab.

Minħabba l-importanza ta’ informazzjoni finanzjarja għal investigazzjonijiet, f’April 2018, il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji. 53 Din l-inizjattiva leġiżlattiva ta’ prijorità għandha l-għan li tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi nominati u lill-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi b’aċċess dirett għall-informazzjoni dwar il-kont bankarju miżmuma f’reġistri ċentralizzati tal-kontijiet bankarji nazzjonali, u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jaħdmu fuq l-inizjattiva leġiżlattiva ta’ prijorità b’mod urġenti, minħabba l-qbil mit-tliet Istituzzjonijiet fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Prijoritajiet Leġiżlattivi biex ikun żgurat l-għoti ta’ dan l-att leġiżlattiv qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019. Dan jirrikjedi li ż-żewġ koleġiżlaturi jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom b’mod urġenti u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu mingħajr dewmien.

It-terroristi għamlu użu minn splussivi artiġjanali f’ħafna attakki fl-UE, u saħansitra għadd akbar ta’ attakki li fallew u sfrattati involvew t-tentattiv biex jintużaw splussivi artiġjanali. Biex tillimita kemm jista’ jkun l-aċċess tat-terroristi għal prekursuri perikolużi tal-isplussivi li jistgħu jintużaw ħażin biex isiru splussivi artiġjanali, f’April 2018 il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex issaħħaħ ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi. 54 Filwaqt li tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 55 ta’ Ottubru 2017, din l-inizjattiva għandha l-għan li tagħlaq il-lakuni fis-sigurtà b’għadd ta’ miżuri addizzjonali, bħall-projbizzjoni ta’ sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw biex isiru splussivi artiġjanali, kontrolli obbligatorji tar-rekords kriminali ta’ dawk li japplikaw għal liċenzja għax-xiri ta’ sustanzi ristretti, u jiġi ċċarat li r-regoli applikabbli għall-operaturi ekonomiċi japplika wkoll għall-kumpaniji li joperaw online. Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, huwa importanti li l-koleġiżlaturi jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sa tmiem l-2018 u jagħtu bidu għal negozjati tat-trilogu sa l-aktar tard fil-bidu tal-2019, minħabba li dan biss jippermetti lill-koleġiżlaturi biex jilħqu qbil rigward dan il-fajl matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

Biex tkun aktar diffiċli li terroristi u kriminali oħra jagħmlu użu ħażin jew jiffalsifikaw dokumenti użati biex jidħlu jew jiċċaqilqu fl-UE, filwaqt li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE, f’April 2018 il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex jissaħħu l-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karti tal-identità nazzjonali u dokumenti ta’ residenza. 56 Il-proposta tistabbilixxi standards minimi ta’ sigurtà tad-dokumenti għall-karti tal-identità nazzjonali, inkluż b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ ritratt bijometriku u marki tas-swaba’ biex jinħażnu f’ċippa fuq il-karta tal-identità. Il-proposta ssemmi wkoll l-informazzjoni minima li trid tiġi pprovduta fuq dokumenti ta’ residenza maħruġa lil ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat Membru ieħor, kif ukoll armonizzazzjoni sħiħa tal- format tal-karti ta’ residenza ta’ membri tal-familja li mhumiex mill-UE. Iż-żewġ koleġiżlaturi huma mistennija li jiksbu l-mandat ta’ negozjar tagħhom sa Novembru 2018, li jenħtieġ li jipprovdu bażi għal progress rapidu u għall-adozzjoni tal-fajl matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

Biex tagħlaq l-ispazju li fih joperaw it-terroristi, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill Ewropew: 

Inizjattiva tal-Istat tal-Unjoni tal-2018:

·biex imexxi ‘l quddiem l-inizjattiva li testendi l-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Il-Kummissjoni titlob ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex: 

Inizjattiva tal-Istat tal-Unjoni tal-2018:

·japprovaw l-azzjonijiet biex isaħħu r-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea fis-superviżjoni tal-ħasil tal-flus tas-settur finanzjarju u biex jadottaw miżuri leġiżlattivi rilevanti malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2019.

Prijoritajiet tad-Dikjarazzjoni Konġunta:

·jadottaw b’mod urġenti l-mandat ta’ negozjar tagħhom rigward il-proposti leġiżlattivi dwar l-evidenza elettronika u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu mingħajr dewmien;

·jadottaw b’mod urġenti l-mandat ta’ negozjar tagħhom rigward il-proposta leġiżlattiva biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ data finanzjarja u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu mingħajr dewmien.

Oħrajn:

·jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom sa tmiem l-2018 rigward il-proposta leġiżlattiva biex isaħħu r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi;

·jadottaw il-mandat ta’ negozjar tagħhom minn Novembru 2018 rigward il-proposta leġiżlattiva biex isaħħu l-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karti tal-identità nazzjonali u d-dokumenti ta’ residenza.

III.    IMPLIMENTAZZJONI TA’ FAJLS PRIJORITARJI OĦRA RIGWARD IS-SIGURTÀ

1.Implimentazzjoni ta’ miżuri maqbula fl-Unjoni tas-Sigurtà

Azzjoni meħuda mill-UE fl-Unjoni tas-Sigurtà tista’ tipprovdi biss benefiċċju massimu, u l-akbar appoġġ possibbli lil awtoritajiet nazzjonali li jaħdmu fuq quddiem nett, jekk l-istrumenti tal-Unjoni jiġu implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha. Sabiex jinkiseb dan, il-Kummissjoni qed tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għal implimentazzjoni u applikazzjoni sħiħa tal-miżuri maqbula fl-Unjoni tas-Sigurtà, inkluż billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u billi tipprovdi finanzjament. 57 Iżda fejn meħtieġ, il-Kummissjoni mhux se taħsibha darbtejn biex tagħmel użu sħiħ mill-miżuri kollha għad-dispożizzjoni tagħha għall-infurzar tal-liġi tal-UE, inkluż azzjoni ta’ ksur fejn xieraq, kif sar b’dawn il-każijiet ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni.

Mal-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE 58 fil-25 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni nediet proċeduri ta’ ksur fid-19 ta’ Lulju 2018 kontra 14-il Stat Membru talli naqsu milli jikkomunikaw l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi b’mod sħiħ id-Direttiva 59 – għodda essenzjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja. B’mod parallel, il-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex ilestu l-iżvilupp tas-sistemi tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri tagħhom, inkluż billi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki. Il-programm ta’ ħidma tal-2018 tal-Fond għas-Sigurtà Interna 60 jipprevedi aktar finanzjament ta’ EUR 1.5 miljun għall-interkonnettività ta’ Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri nazzjonali.

Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data 61 fil-liġi nazzjonali skadiet fis-6 ta’ Mejju 2018. Il-Kummissjoni għalhekk nediet proċeduri ta’ ksur fid-19 ta’ Lulju 2018 kontra 19-il Stat Membru talli naqsu milli jikkomunikaw l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi b’mod sħiħ id-Direttiva. 62

Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS) 63 fil-liġi nazzjonali għalqet fid-9 ta’ Mejju 2018. Għaldaqstant, fid-19 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni nediet proċeduri ta’ ksur kontra 17-il Stat Membru talli naqsu milli jikkomunikaw l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi b’mod sħiħ id-Direttiva. 64 L-iskadenza għall-identifikazzjoni ta’ operaturi li se jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva, l-hekk imsejħa Operaturi ta’ Servizzi Essenzjali (OES), għalqet fid-9 ta’ Novembru 2018. Bħala parti mill-approċċ settorjali speċifiċi għaċ-ċibersigurtà, il-Kummissjoni qed taħdem fuq linji ta’ gwida biex tindirizza r-rekwiżiti tas-settur tal-enerġija fir-rigward taċ-ċibersigurtà. Fil-11 ta’ Ottubru 2018 saret konferenza ta’ livell għoli, organizzata b’mod konġunt mill-Presidenza Awstrijaka u l-Kummissjoni, fi Brussell.

L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 65 għalqet fit-8 ta’ Settembru 2018, filwaqt li l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi 66 għalqet fl-14 ta’ Settembru 2018. Il-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta n-notifiki li waslu mill-Istati Membri u se tuża l-poteri tagħha bħala gwardjan tat-Trattati biex tibda azzjoni ta’ ksur jekk u meta meħtieġ biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn l-istrumenti. Il-Kummissjoni qed tivvaluta wkoll it-traspożizzjoni tar-raba’ Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus 67 u qed taħdem biex tiżgura li r-regoli jiġu implimentati fil-prattika. Il-Kummissjoni nediet proċeduri ta’ ksur kontra 20 Stati Membri talli naqsu milli jikkomunikaw l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva. 68 Hija se tkompli tuża s-setgħat tagħha meta jkun xieraq sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri kollha biex timplimenta b’mod sħiħ u tapplika l-miżuri u l-istrumenti kollha tal-UE maqbula fl-Unjoni tas-Sigurtà.

Minħabba li d-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni tkun għalqet, il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri, b’mod urġenti, biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jittrasponu b’mod sħiħ id-Direttivi li ġejjin fil-liġi nazzjonali u jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni:

·id-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE, fejn tmien (8) Stati Membri għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u żewġ (2) Stati Membri jenħtieġ li jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni; 69

·id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data, fejn 11-il Stat Membru għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u żewġ (2) Stati Membri jeħtieġ li jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni; 70

·id-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks tas-sistemi tal-informazzjoni, fejn tmien (8) Stati Membri għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tliet (3) Stati Membri jenħtieġ li jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni; 71

·id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, fejn disa’ (9) Stati Membri għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u 10 Stati Membri jenħtieġ li jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni; 72

·id-Direttiva dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess tal-armi, fejn 21 Stat Membru għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u ħamsa (5) iridu jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni; 73 kif ukoll

·ir-raba’ (4) Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus, fejn Stat Membru wieħed għad irid jinnotifika t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tliet (3) Stati Membri jenħtieġ li jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni. 74

2. Ħarsien ta’ spazji pubbliċi

Sabiex intejbu l-protezzjoni u r-reżiljenza tagħna kontra t-terroriżmu, il-Kummissjoni qed tkompli tappoġġja l-Istati Membri fil-protezzjoni ta’ spazji pubbliċi, timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni 75 ta’ Ottubru 2017 bil-miżuri biex tappoġġja l-azzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Il-Forum tal-Operaturi, grupp immexxi mill-Kummissjoni biex iħeġġeġ lis-sħubiji pubbliċi-privati u jaħdem flimkien ma’ operaturi privati, organizza laqgħa tematika mas-settur tal-ospitalità u tal-kummerċ bejn is-26 u s-27 ta’ Settembru 2018, li jlaqqa’ flimkien partijiet ikkonċernati minn ristoranti, lukandi, sptarijiet, ċentri kummerċjali u ċentri tal-konvenzjonijiet. Il-laqgħa sħiħa tal-Forum tal-Operaturi li tinvolvi s-setturi kollha se ssir bejn is-26 u s-27 ta’ Novembru 2018. Biex jitrawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki, il-Kummissjoni qed tipproponi li jintgħażlu proġetti għal finanzjament ta’ EUR 25.4 miljun bħala riżultat ta’ sejħa għal proposti tal-2017 permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna. Barra minn hekk, matul il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet bejn it-8 u l-11 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni se tniedi sejħa taħt l-Azzjonijiet Urbani Innovattivi bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. 76 Is-sigurtà se tkun wieħed mis-suġġetti ewlenin taħt din is-sejħa, li għandha finanzjament totali ta’ EUR 100 miljun u skadenza għall-applikazzjonijiet f’Jannar 2019. Barra minn hekk, fil-qafas tal-Aġenda Urbana għall-UE, il-Kummissjoni pproponiet sħubija rigward is-sigurtà fi spazji pubbliċi 77 li se tippermetti lill-Istati Membri, il-bliet rappreżentanti u partijiet ikkonċernati oħra biex jiżviluppaw b’mod konġunt pjan ta’ azzjoni għal regolamentazzjoni aħjar, għarfien u finanzjament biex tissaħħaħ is-sigurtà fi spazji pubbliċi.

Bħala parti mill-programm ta’ ħidma tal-2018 tal-Fond għas-Sigurtà Interna 78 , il-Kummissjoni nediet flimkien ma’ dan ir-rapport sejħa għal proposti għal finanzjament ulterjuri ta’ EUR 9.5 miljun għall-protezzjoni ta’ spazji pubbliċi, kif ukoll finanzjament għall-proposti li jindirizzaw theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN), biex tappoġġja l-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika u tillimita l-aċċess għal splussivi u prekursuri tal-isplussivi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tkompli bil-ħidma tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta 79 rigward Iż-Żieda tar-reżiljenza u ssaħħaħ il-kapaċitajiet li jindirizzaw theddidiet ibridi kif ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni 80 biex ittejjeb it-tħejjija kontra riskji ta’ sigurtà kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, wara t-talba mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2018 biex tissaħħaħ ir-reżiljenza għal dawn ir-riskji.

3. Id-dimensjoni esterna

L-UE u l-Kanada nedew negozjati formali fl-20 ta’ Ġunju 2018 rigward Ftehim rivedut tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri bejn l-UE u l-Kanada. It-tieni sessjoni ta’ negozjati saret f’Ottawa bejn it-18 u d-19 ta’ Settembru 2018 li attwalment qed tiġi segwita f’livell tekniku. Il-Kummissjoni informat lill-Kunsill f’livell ta’ grupp ta’ ħidma fl-1 ta’ Ottubru 2018 u se tinforma lill-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew fil-jiem li ġejjin dwar il-progress sinifikanti li sar fin-negozjati.

Bħala parti minn impenn imsaħħaħ tal-UE mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent rigward is-sigurtà 81 , il-Kummissjoni, f’isem l-UE, iffirmat flimkien ma’ kull wieħed mis-sitt sħab tal-Balkani tal-Punent fuq Pjan ta’ Azzjoni Konġunt dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Balkani tal-Punent fil-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Tirana fil-5 ta’ Ottubru 2018. 82 Il-Pjan ta’ Azzjoni se jipprovdi enfasi komuni u bażi maqbula b’mod konġunt fuq ir-riżultati konkreti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà eżistenti, inkluż it-tisħiħ sistematiku tal-kooperazzjoni reġjonali. Il-ħames objettivi jinkludu t-tfassil ta’ qafas b’saħħtu biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, tiġi żgurata l-prevenzjoni effettiva u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti, l-iżgurar tal-iskambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni operattiva, il-bini tal-kapaċità kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-protezzjoni taċ-ċittadini u l-infrastruttura. Għal kull objettiv, huwa jindika azzjonijiet għas-sħab tal-Balkani tal-Punent (inkluża d-dimensjoni reġjonali) kif ukoll azzjonijiet għall-appoġġ tal-UE. Barra minn hekk, skont l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent, l-UE qed tipprova żżid il-kooperazzjoni tagħha mas-sħab tal-Balkani tal-Punent f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari bl-appoġġ tal-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA).

Wara l-bidu ta’ ftehimiet dwar l-istatus rigward il-kooperazzjoni operattiva mal-Albanija fi Frar 2018 u ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f’Lulju 2018, fit-20 ta’ Settembru 2018 il-Kummissjoni u r-Repubblika tas-Serbja taw bidu għal ftehim dwar l-istatus għall-kooperazzjoni operattiva mas-Serbja li se joffri l-opportunita biex timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jiġu mobilizzati fil-pajjiż. Fil-5 ta’ Ottubru, ġie ffirmat il-ftehim dwar l-istatus mal-Albanija. L-Aġenzija se tkun tista’ tassisti lis-sħab tal-Balkani tal-Punent fil-ġestjoni tal-fruntieri u twettaq operazzjonijiet konġunti, b’mod partikolari f’każ ta’ bidla f’daqqa fil-flussi migratorji. Għaddejjin negozjati mal-Montenegro u l-Bosnja u Ħerzegovina.

L-UE pparteċipat fl-ewwel konferenza ta’ livell għoli kontra t-terroriżmu tal-kapijiet ta’ aġenziji organizzata mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, flimkien mal-Uffiċċju tan-NU għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, bejn it-28 u d-29 ta’ Ġunju 2018. Aktar minn 1,000 parteċipant minn 150 pajjiż, 51 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili kif ukoll 30 organizzazzjoni internazzjonali u reġjonali ltaqgħu biex isaħħu l-kooperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u jibnu sħubijiet ġodda biex jindirizzaw it-theddida kumplessa u transnazzjonali mit-terroriżmu.

Il-Laqgħa tal-Uffiċjali Għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru 2018 fi Vjenna indirizzat l-aspetti relatati mas-sigurtà tal-kooperazzjoni transatlantika bħall-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-iskambju ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri, is-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kooperazzjoni dwar theddidiet kimiċi, it-tħejjija tal-Laqgħa Ministerjali UE-Stati Uniti dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li se ssir f’Washington bejn it-8 u d-9 ta’ Novembru 2018.

Id-Djalogu għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu bejn l-UE u l-Awstralja fit-12 ta’ Lulju 2018 fi Brussell indirizza l-kooperazzjoni mal-Europol, l-iskambju ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri, l-isforzi tal-Awstralja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti fix-Xlokk tal-Asja u l-kooperazzjoni fil-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu u l-Koalizzjoni kontra l-ISIL.

Bħala parti mill-isforzi tal-UE biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu mas-sħab tan-Nofsinhar, missjoni konġunta ta’ livell għoli tal-UE żaret l-Alġerija bejn is-16 u t-18 ta’ Lulju 2018. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isforzi kontra t-terroriżmu fis-Saħel.

IV. KONKLUŻJONI

L-Ewropej jistennew li l-Unjoni tagħhom iżżommhom sikuri, kif il-President Juncker enfasizza fid-diskors tiegħu tal-Istat tal-Unjoni tal-2018. Ix-xhur li ġejjin se jkunu deċiżivi biex isiru l-proposti leġiżlattivi pendenti kollha fl-Unjoni tas-Sigurtà qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju 2019, f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta rigward il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-19 u r-ritmu pożittiv tal-Laqgħa informali tal-Mexxejja f’Salzburg.

Abbażi tal-progress li sar lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina matul l-aħħar ftit snin, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ikomplu jaħdmu b’mod urġenti fuq l-inizjattivi leġiżlattivi ta’ prijorità li kien hemm qbil dwarhom fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-aħħar inizjattivi tal-Unjoni ta’ Sigurtà mressqa mill-Kummissjoni tal-Istat tal-Unjoni tal-2018. Fejn meħtieġ, il-koleġiżlaturi jenħtieġ li jħaffu din il-ħidma biex jintlaħaq qbil dwar il-fajls kollha matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

(1)

      https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/soteu2018-speech_mt_0.pdf . Ara wkoll l-Ittra ta’ Intenzjoni tal-President Juncker: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/soteu2018-letter-of-intent_mt.pdf .

(2)

     COM(2018) 640 final (12.9.2018).

(3)

     COM(2018) 637 final (12.9.2018).

(4)

     COM(2018) 630 final (12.9.2018).

(5)

     COM(2018) 641 final (12.9.2018).

(6)

     COM(2018) 631 final (12.9.2018).

(7)

      https://english.defensie.nl/latest/news/2018/10/04/netherlands-defence-intelligence-and-security-service-disrupts-russian-cyber-operation-targeting-opcw .

(8)

      http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-18-6026_en.htm .

(9)

     COM(2018) 470 final (13.6.2018).

(10)

      https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint-declaration-eu-legislative-priorities-2018-19_en.pdf .

(11)

     COM(2016) 731 final (16.11.2016).

(12)

     COM (2016) 881 final (21.12.2016), COM (2016) 882 final (21.12.2016), COM (2016) 883 final (21.12.2016).

(13)

     COM(2017) 352 final (29.6.2017).

(14)

     COM(2016) 826 final (21.12.2016).

(15)

     Id-Direttiva (UE) 2018/843 (30.5.2018).

(16)

     COM (2017) 793 final (12.12.2017), COM (2017) 794 final (12.12.2017), COM (2018) 478 final (13.6.2018), COM (2018) 480 final (13.6.2018).

(17)

     COM(2017) 344 final (29.6.2017).

(18)

     COM(2016) 272 final (4.5.2016).

(19)

     COM(2018) 302 final (16.5.2018).

(20)

     COM(2018) 631 final (12.9.2018).

(21)

     COM(2018) 633 final (12.9.2018).

(22)

     COM(2018) 634 final (12.9.2018).

(23)

     Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu rigward il-pjattaformi online u s-suq uniku diġitali tal-15 ta’ Ġunju 2017 ħeġġeġ lill-pjattaformi kkonċernati “biex isaħħu l-miżuri biex jiġi indirizzat il-kontenut illegali u ta’ ħsara”, u talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

(24)

     Il-Kunsill Ewropew ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 talab lill-industrija biex “tiżviluppa teknoloġija u għodod ġodda biex jittejbu d-detezzjoni awtomatika u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita l-atti terroristiċi. Dan għandu jiġi kkumplimentat bil-miżuri leġiżlattivi rilevanti fil-livell tal-UE, jekk meħtieġ”. Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2018 laqa’ “l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva biex ittejjeb id-detezzjoni u t-tneħħija ta’ kontenut li jinċita l-mibegħda u t-twettiq ta’ atti terroristiċi”.

(25)

     COM(2018) 640 final (12.9.2018).

(26)

     C(2018) 1177 final (1.3.2018).

(27)

     Ara l-Ħmistax-il Rapport ta' Progress għal Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2018) 470 final, (13.6.2018)).

(28)

     C(2018) 5345 (9.8.2018).

(29)

     C(2018) 6336 (4.10.2018).

(30)

     JOIN(2018) 16 final, 12.6.2018.

(31)

     COM(2018) 637 final (12.9.2018).

(32)

     C(2018) 5949 final (12.9.2018).

(33)

     COM(2018) 638 final (12.9.2018).

(34)

     COM(2018) 636 final (12.9.2018).

(35)

     COM(2018) 236 final (26.4.2018). Fil-Komunikazzjoni dwar, Nindirizzaw id-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew, il-Kummissjoni ressqet azzjonijiet u talbet biex jissaħħu l-għodod awtoregolatorji biex tingħeleb il-firxa u l-impatt tad-diżinformazzjoni fuq l-internet fl-Ewropa.

(36)

     It-Task Force East Stratcom ġie stabbilit biex jindirizza l-kampanji ta’ diżinformazzjoni Russi li għaddejjin, wara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Ġunju 2015 dwar il-Komunikazzjoni Strateġika. It-Task Force jiżviluppa prodotti ta’ komunikazzjoni u kampanji iffukati li jispjegaw il-politiki tal-UE aħjar. Inħolqu żewġ task forces oħra differenti b’enfasi ġeografika: Il-Western Balkans Stratcom Task Force u s-South Med Stratcom Task Force għall-pajjiżi li jitkellmu l-Għarbi.

(37)

     Ara wkoll il-Komunikazzjoni Konġunta dwar iż-żieda tar-reżiljenza u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jindirizzaw theddidiet ibridi (JOIN (2018) 16 final (12.6.2018)).

(38)

     COM(2018) 630 final (12.9.2018).

(39)

     JOIN(2017) 450 final (13.9.2017).

(40)

     COM(2017) 477 final (13.9.2017).

(41)

     COM(2017) 489 final (13.9.2017).

(42)

     Ir-Regolament (UE) 2017/458 (15.3.2017).

(43)

     Id-Direttiva (UE) 2016/681 (27.4.2016).

(44)

     Id-Direttiva (UE) 2017/541 (15.3.2017).

(45)

     Id-Direttiva (UE) 2018/843 (30.5.2018).

(46)

     COM(2016) 826 final (21.12.2016).

(47)

     Id-Direttiva (UE) 2017/853 (17.5.2017).

(48)

     Ara l-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi, (COM(2015) 624 final (2.12.2015)). L-isfrattar ta’ gruppi tal-kriminalità organizzata involuti fit-traffikar, id-distribuzzjoni u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar huwa wkoll prijorità fiċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja għall-perjodu 2018-2021. F’April 2018, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri bil-għan li tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ armi tan-nar ċivili, speċjalment billi jsiru verifiki sistematiċi tal-preċedenti personali dwar l-individwi kollha li japplikaw għal awtorizzazzjonijiet ta’ esportazzjoni (C (2018) 2197 final).

(49)

     Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (12.10.2017).

(50)

     COM(2018) 641 final (12.9.2018).

(51)

     COM(2018) 645 final (12.9.2018).

(52)

     COM(2018) 225 final (17.4.2018) u COM(2018) 226 final (17.4.2018)

(53)

     COM(2018) 213 final (17.4.2018).

(54)

     COM(2018) 209 final (17.4.2018).

(55)

     C(2017) 6950 final (18.10.2017).

(56)

     COM(2018) 212 final (17.4.2018).

(57)

   Pereżempju, il-Kummissjoni appoġġjat lill-Istati Membri matul il-proċess kollu tat-traspożizzjoni għad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni (id-Direttiva NIS) (ara hawn taħt) abbażi tal-Komunikazzjoni ta’ Settembru 2017 dwar Nagħmlu l-aħjar użu min-NIS (COM (2017) 476 final (13.9.2017)). F’Novembru 2016, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll pjan ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE (ara hawn taħt) biex tappoġġja lill-Istati Membri f’dan il-proċess (SWD (2016) 426 final (28.11.2016)).

(58)

     Id-Direttiva (UE) 2016/681 (27.4.2016).

(59)

     L-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja. Il-Kummissjoni qed tirċievi tweġibiet mill-Istati Membri, inklużi notifiki tal-leġiżlazzjoni kkonċernata, li bħalissa qed jiġu analizzati (ara wkoll in-nota 69 f’qiegħ il-paġna).

(60)

     C(2018) 6336 (4.10.2018).

(61)

     Id-Direttiva (UE) 2016/680 (27.4.2016).

(62)

     Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja. Il-Kummissjoni qed tirċievi tweġibiet mill-Istati Membri, inklużi notifiki tal-leġiżlazzjoni kkonċernata, li bħalissa qed jiġu analizzati (ara wkoll in-nota 70 f’qiegħ il-paġna).

(63)

     Id-Direttiva (UE) 2016/1148 (27.4.2016).

(64)

     l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja u l-Ungerija. Il-Kummissjoni qed tirċievi tweġibiet mill-Istati Membri, inklużi notifiki tal-leġiżlazzjoni kkonċernata, li bħalissa qed jiġu analizzati (ara wkoll in-nota 71 f’qiegħ il-paġna).

(65)

     Id-Direttiva (UE) 2017/541 (15.3.2017).

(66)

     Id-Direttiva (UE) 2017/853 (17.5.2017).

(67)

     Id-Direttiva (UE) 2015/849 (20.5.2015).

(68)

     L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Kroazja,, il-Litwanja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(69)

     Ċipru, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja għad iridu jikkomunikaw it-traspożizzjoni. Ir-Repubblika Ċeka u l-Estonja kkomunikaw it-traspożizzjoni parzjali u għad iridu jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni.

(70)

     Il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, il-Finlandja, Spanja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovenja għad iridu jikkomunikaw it-traspożizzjoni. Ir-Repubblika Ċeka u l-Portugall ikkomunikaw traspożizzjoni parzjali u għad iridu jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni.

(71)

     L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Belġju, il-Greċja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u r-Rumanija għad iridu jikkomunikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni. Il-Polonja, il-Litwanja u l-Ungerija kkomunikaw it-traspożizzjoni parzjali u għad iridu jikkompletaw in-notifika ta’ traspożizzjoni.

(72)

     Il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja għad iridu jikkomunikaw it-traspożizzjoni. L-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja kkomunikaw traspożizzjoni parzjali u għad iridu jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni.

(73)

     Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja, għad iridu jikkomunikaw it-traspożizzjoni. Ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Portugall, il-Litwanja u r-Renju Unit ikkomunikaw traspożizzjoni parzjali u għad iridu jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni.

(74)

     Ir-Rumanija għad trid tikkomunika t-traspożizzjoni. L-Awstrija, l-Irlanda u l-Lussemburgu kkomunikaw traspożizzjoni parzjali u għad iridu jikkompletaw in-notifika tat-traspożizzjoni. Is-16-il Stat Membru li jifdal nnotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa u l-valutazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni għadha għaddejja.

(75)

     COM(2017) 612 final (18.10.2017).

(76)

      http://www.uia-initiative.eu/en .

(77)

      https://webgate.ec.europa.eu/playground-multisite/futurium/en/urban-agenda/terms/all/Security%20in%20public%20spaces .

(78)

     C(2018) 6336 final (4.10.2018).

(79)

     JOIN(2018) 16 final (12.6.2018). Dan jinkludi miżuri addizzjonali stabbiliti fil-Ħmistax-il Rapport ta’ Progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina (COM (2018) 470 final (13.6.2018)).

(80)

     COM(2017) 610 final (18.10.2017).

(81)

     Is-sigurtà u l-migrazzjoni huma waħda mill-inizjattivi ewlenin tematiċi skont il-Komunikazzjoni ta’ Frar 2018 dwar Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent (COM (2018) 65 final (6.2.2018)).

(82)

     Dokument tal-Kunsill 12411/18.


Brussell, 10.10.2018

COM(2018) 690 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Is-Sittax-il Rapport ta' Progress għal Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina

Lista ta' inizjattivi leġiżlattivi


ANNESS

TWETTIQ TAL-PRIJORITAJIET LEĠIŻLATTIVI

Preżentati u maqbula

Qbil rapidu possibbli billi jiġu segwiti l-proċeduri normali

Qbil possibbli f’każ ta’ impenn politiku qawwi mill-istituzzjoniijet kollha tal-UE

I) Inizjattivi tal-Istat tal-Unjoni tal-2018 1

Politika

Deskrizzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Prevenzjoni tat-tixrid ta’ kontenut terroristiku onlajn 2

Proposta ta’ Settembru 2018.

Estensjoni tal-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal terroriżmu bejn il-fruntieri 3

Proposta ta’ Settembru 2018.

Bidla mmirata tar-Regolament dwar il-finanzjament tal-partiti fir-rigward tal-proċedura ta’ verifika marbuta ma’ ksur ta’ data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 4

Proposta ta’ Settembru 2018.

Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta 5

Proposta ta’ Settembru 2018.

Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà 6

Proposta ta’ Settembru 2018.

Tisħiħ tar-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea fis-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus 7

Proposta ta’ Settembru 2018.



II) Prijoritajiet maqbula fid-Dikjarazzjoni Konġunta 8

Politika

Deskrizzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar 9

Proposta ta’ Novembru 2016; qbil bejn il-koleġiżlaturi; adozzjoni formali fil-Ħarifa tal-2018.

Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja 10

Proposta ta’ Ġunju 2017; qbil bejn il-koleġiżlaturi; adozzjoni formali fil-Ħarifa tal-2018.

Tisħiħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen 11

Proposta ta’ Diċembru 2016; qbil bejn il-koleġiżlaturi; adozzjoni formali fil-Ħarifa tal-2018.

Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu 12

Proposta ta’ Lulju 2016; adozzjoni formali f’Mejju 2018.

Sistema ta’ Dħul/Ħruġ 13

Proposta ta’ April 2016; adozzjoni formali f’Novembru 2017.

Kontroll tal-akkwist u pussess tal-armi 14

Proposta ta’ Novembru 2015; adozzjoni formali f’Mejju 2017.

Direttiva dwar it-terroriżmu 15

Proposta ta’ Diċembru 2015; adozzjoni formali f’Marzu 2017.

Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali 16

Proposta ta’ Jannar 2016 u ssupplimentata f’Ġunju 2017; fażi finali tad-diskussjonijiet tat-trilogu.

Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni 17

Proposta ta’ Diċembru 2017 u emendata f’Ġunju 2018; Il-Kunsill adotta l-mandat tiegħu ta’ negozjar; Il-Parlament Ewropew irid jadotta l-mandat tiegħu ta’ negozjar biex jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu.

Aċċess transfruntier għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-evidenza elettronika 18

Proposta ta’ April 2018; Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw il-mandati ta’ negozjar tagħhom u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu.

Aċċess transfruntier u l-użu ta’ data finanzjarja minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi 19

Proposta ta’ April 2018; Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw il-mandati ta’ negozjar tagħhom u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu.

Tisħiħ tal-Eurodac 20

Proposta ta’ Mejju 2016; Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jiffinalizzaw id-diskussjonijiet tat-trilogu.

L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà 21

Proposta ta’ Settembru 2017; id-diskussjonijiet tat-trilogu jinsabu għaddejjin.



III) Inizjattivi leġiżlattivi oħrajn qed jiġu diskussi fl-Unjoni tas-Sigurtà

Politika

Deskrizzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Ġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti 22

Proposta ta’ Settembru 2017; id-diskussjonijiet tat-trilogu jinsabu għaddejjin.

Restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi 23

Proposta ta’ April 2018; Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw il-mandati ta’ negozjar tagħhom u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu.

Tisħiħ tal-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karti tal-identità nazzjonali u dokumenti ta’ residenza 24

Proposta ta’ April 2018; Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw il-mandati ta’ negozjar tagħhom u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu.

Tisħiħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża 25

Proposta ta’ Mejju 2018; Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw il-mandati ta’ negozjar tagħhom u jibdew id-diskussjonijiet tat-trilogu.

(1)

      https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/soteu2018-speech_en_0.pdf . Ara wkoll l-Ittra ta’ Intenzjoni tal-President Juncker: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/soteu2018-letter-of-intent_en.pdf .

(2)

     COM(2018) 640 final (12.9.2018).

(3)

     COM(2018) 641 final (12.9.2018).

(4)

     COM(2018) 636 final (12.9.2018).

(5)

     COM(2018) 631 final (12.9.2018).

(6)

     COM(2018) 630 final (12.9.2018).

(7)

     COM(2018) 645 final (12.9.2018).

(8)

      https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint-declaration-eu-legislative-priorities-2018-19_en.pdf .

(9)

     COM(2016) 731 final (16.11.2016).

(10)

     COM(2017) 352 final (29.6.2017).

(11)

     COM(2016) 881 final (21.12.2016), COM(2016) 882 finali (22.4.2016) u COM(2016) 883 finali (21.12.2016).

(12)

     Id-Direttiva (UE) 2018/841 (30.5.2018).

(13)

     Ir-Regolament (UE) 2017/2226 (30.11.2017).

(14)

     Id-Direttiva (UE) 2017/853 (17.5.2017).

(15)

     Id-Direttiva (UE) 2017/541 (15.3.2017).

(16)

     COM(2016) 7 final (19.1.2016) u COM(2017) 344 final (29.6.2017).

(17)

     COM (2017) 793 final (12.12.2017), COM (2017) 794 final (12.12.2017), COM (2018) 478 final (13.6.2018) u COM (2018) 480 final (13.6.2018).

(18)

     COM(2018) 225 final (17.4.2018) u COM(2018) 226 final (17.4.2018).

(19)

     COM(2018) 213 final (17.4.2018).

(20)

     COM(2016) 272 final (4.5.2016).

(21)

     COM(2017) 489 final (13.9.2017).

(22)

     COM(2017) 489 final (13.9.2017).

(23)

     COM(2018) 209 final (17.4.2018).

(24)

     COM(2018) 212 final (17.4.2018).

(25)

     COM(2018) 302 final (16.5.2018).