IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.9.2018
COM(2018) 628 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
IL-11-il RAPPORT FINANZJARJU TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar il-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA
SENA FINANZJARJA 2017
{SWD(2018) 405 final}
WERREJ
1.IL-PROĊEDURA BAĠITARJA
2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET
3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2017
4.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG
Annessi (ara d-dokument separat):
Anness 1
Anness 2
Anness 3-I
Anness 3-II
Anness 4
|
Il-proċedura baġitarja għall-Approprjazzjonijiet tal-FAEG tal-2017
L-analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2017
L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2017. Id-dħul assenjat. C4
L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2017. Id-dħul assenjat. C5
L-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG skont l-artikolu u skont l-Istat Membru – Is-sena finanzjarja 2017
|
Nota: Dan ir-rapport huwa akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dettaljat. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit web Europa tad-DĠ Agrikoltura (
http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_mt.htm
).
|
1.IL-PROĊEDURA BAĠITARJA
1.1.L-Abbozz tal-Baġit għall-2017 u l-Ittra Emendatorja 1/2017
L-Abbozz tal-Baġit għall-2017 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fit-18 ta’ Lulju 2016. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-FAEG kienu jammontaw għal total ta’ EUR 42 937,6 miljun.
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz tal-Baġit għall-2017 fit-12 ta’ Settembru 2016, filwaqt li naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 177,1 miljun. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fis-26 ta’ Ottubru 2016, filwaqt li żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 600,0 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit.
Fis-17 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni adottat l-Ittra Emendatorja (AL) Nru 1 għall-Abbozz tal-Baġit għall-2017, filwaqt li żiedet il-ħtiġijiet fl-impenji b’EUR 527,0 miljun meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit. Madankollu, dawn il-ħtiġijiet addizzjonali kienu kkompensati għalkollox bi dħul assenjat miżjud, li mistenni jkun disponibbli fl-2017. B’riżultat ta’ dan, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mitluba għall-FAEG fl-AL baqgħu l-istess meta mqabbla mal-Abbozz tal-Baġit.
1.2.L-Adozzjoni tal-Baġit għall-2017
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, magħmul minn membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qabel dwar Test Konġunt fit-28 ta’ Novembru 2016. Fl-aħħar nett, il-baġit għall-2017 ġie ddikjarat bħala adottat mill-Parlament Ewropew fl-1 ta’ Diċembru 2016. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali tal-baġit għall-FAEG kienu jammontaw għal EUR
42 612,6 miljun u l-approprazzjonijiet ta’ pagament tiegħu kienu jammontaw għal EUR 42 563,0 miljun.
Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament hija dovuta għall-fatt li, għal ċerti miżuri li jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri jirrigwardaw prinċipalment il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, l-istrateġija tal-politika u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura.
Speċifikament, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG ivvotati għall-qasam ta’ politika 05, li jammontaw għal EUR 42 612,6 miljun: EUR 2 806,8 miljun kienu previsti għal interventi fis-swieq agrikoli taħt il-kapitolu 05 02, EUR 39 661,7 miljun kienu previsti għal pagamenti diretti taħt il-kapitolu 05 03, EUR 85,3 miljun kienu previsti għall-awditjar tan-nefqa agrikola taħt il-kapitolu 05 07 u EUR 48,6 miljun għall-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika taħt il-kapitolu 05 08.
Aktar dettalji jinsabu fl-anness 1.
Sussegwentement, matul is-sena finanzjarja 2017, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-artikoli 05 01 04 (in-nefqa ta’ appoġġ) u 05 08 09 (l-assistenza teknika operazzjonali) tnaqqsu b’EUR 0,9 miljun u EUR 1,0 miljun, rispettivament, permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 6.
1.3.Id-dħul assenjat lill-FAEG
B’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni
, id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-konformità jew tal-kontabbiltà, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huwa indikat bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża sabiex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. Jekk parti minn dan id-dħul ma tintużax, mela din il-parti tiġi riportata awtomatikament għas-sena baġitarja ta’ wara.
Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit għall-2017, saret stima ta’ dan id-dħul kemm għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja 2017, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2016 għall-2017. Din l-istima kienet tammonta għal EUR 2 732 miljun, u ġiet ikkunsidrata meta l-Awtorità Baġitarja adottat il-baġit għall-2017. B’mod partikolari:
–
id-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 1 278 miljun u EUR 152 miljun rispettivament, filwaqt li ma kienx hemm aktar stimi tal-irċevuti mill-imposta fuq il-ħalib. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li kien mistenni jinġabar matul is-sena baġitarja 2017 kien stmat għal EUR 1 430 miljun;
–
L-ammont ta’ dħul assenjat li kien mistenni li jiġi riportat mis-sena baġitarja 2016 għall-2017 kien stmat għal EUR 1 302 miljun.
Fil-baġit għall-2017, dan id-dħul inizjalment stmat ta’ EUR 2 732 miljun kien assenjat għal żewġ skemi, jiġifieri:
–EUR 400 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;
–EUR 2 332 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (pagamenti diretti).
Għall-iskemi msemmija qabel, is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvotati mill-Awtorità Baġitarja u tad-dħul assenjat tikkorrispondi għal stima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’:
–EUR 855 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;
–EUR 17 628 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (pagamenti diretti).
2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET
2.1.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet
2.1.1.Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2017
F’EUR
|
It-taqsima tan-nefqa tal-baġit (1)
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti
|
It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2)
|
Previżjonijiet
|
1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom
|
42 612 572 079,00
|
42 562 967 974,00
|
1. Deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni
|
1 278 000 000,00
|
1a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża
|
42 490 000 000,00
|
42 490 000 000,00
|
2. Irregolaritajiet
|
152 000 000,00
|
1b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta
|
122 572 079,00
|
72 967 974,00
|
3. Imposta speċjali mill-produtturi tal-ħalib
|
-
|
2. Baġit Emendatorju
|
-1 900 000,00
|
-1 900 000,00
|
Previżjoni totali ta’ AR
|
1 430 000 000,00
|
3. Trasferiment lejn il-FAEG jew mill-FAEG matul is-sena
|
|
-2 640 390,66
|
|
|
4. Approprjazzjonijiet finali għall-FAEG, li minnhom:
|
42 610 672 079,00
|
42 558 427 583,34
|
|
|
4a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża
|
42 489 315 000,00
|
42 489 315 000,00
|
|
|
4b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta
|
121 357 079,00
|
69 112 583,34
|
|
|
(1)
L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2017 wara li tnaqqas id-dħul assenjat li jrid jinġabar fl-2017, kif ukoll id-dħul riportat mill-2016 għall-2017 b’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012. Dan jikkonċerna biss l-approprjazzjonijiet ġodda (C1 flimkien ma’ C4), jiġifieri mingħajr l-ammonti riportati (krediti C2 għar-rimborż tar-riżerva mhux użata għall-kriżi agrikola 2016 u d-dħul assenjat C5 mill-eċċess tal-FAEG).
(2)
AR: Dħul assenjat li jrid jinġabar. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.), iżda l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fir-rimarki dwar il-baġit.
|
2.1.2.Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2017
|
|
F’EUR
|
|
Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Ġestjoni kondiviża (1)
|
44 639 387 611,79
|
|
44 639 387 611,79
|
|
Nefqa taħt ġestjoni diretta
|
119 428 161,33
|
|
58 396 372,68
|
|
Total
|
44 758 815 773,12
|
|
44 697 783 984,47
|
|
(1) Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti minbarra d-dħul assenjat ta’ EUR 1 482 465 754,02 (ara l-punt 4 u l-anness 3-I) riċevuti għal ġestjoni kondiviża: EUR 43 156 921 857.77.
Għas-sena finanzjarja 2017, l-ammont proprju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ntużaw kien jammonta għal EUR 44 758 815 773,12, filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien jammonta għal EUR 44 697 783 984,47.
L-ammont imħallas (EUR 43 153 914 666,63) taħt ġestjoni kondiviża kien inqas minn EUR 43 156 921 857,77 minħabba l-ammonti sospiżi għall-Polonja.
2.1.3.Eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvotati - Nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni
F’EUR
|
Nefqa taħt ġestjoni diretta
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti
|
Riport għall-2018 (2)
|
Approprjazzjonijiet (C1) (1)
|
121 357 079,00
|
69 112 583,34
|
-
|
Eżekuzzjoni (C1)
|
119 428 161,33
|
47 177 737,98
|
17 671 686,06
|
Approprjazzjonijiet ikkanċellati
|
1 928 917,67
|
4 263 159,30
|
-
|
(1) C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti minn “ġestjoni kondiviża” għal ammont ta’ EUR 685 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, trasferimenti “’l barra” mill-FAEG għal ammont totali ta’ EUR -2 986 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament, trasferimenti lill-FAEG għal ammont totali ta’ EUR 345 609,34 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u Baġit Emendatorju ta’ EUR -1 900 000,00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
(2) L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss jiġu riportati għall-2018.
|
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għan-nefqa taħt ġestjoni diretta fil-baġit għall-2017 kienu EUR 121,4 miljun. Fl-2017 ġie impenjat ammont ta’ EUR 119,4 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, jiġifieri EUR 1,9 miljun, ġie kkanċellat.
Il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG għan-nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati.
Ir-riport awtomatiku għall-2018, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 17,7 miljun.
2.2.Pagamenti ta’ kull xahar
2.2.1.Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża
2.2.1.1.Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa
L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiddikjara li “il-pagamenti ta' kull xahar għandhom isiru mill-Kummissjoni għal infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati matul ix-xahar ta’ referenza.”. Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih tkun saret in-nefqa.
Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret u jiġu magħmula disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri
. Il-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-infiq u tad-dħul hija soġġetta għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifika tal-Kummissjoni skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.
Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2016 sal-15 ta’ Ottubru 2017 huma koperti mis-sistema għall-pagamenti ta’ kull xahar.
Għas-sena finanzjarja 2017, l-ammont nett totali ta’ pagamenti ta’ kull xahar deċiżi, wara t-tnaqqis tal-approvazzjoni u korrezzjonijiet oħrajn, kien ta’ EUR 43 156 921 857,77. Meta jitqiesu l-ammonti sospiżi, tħallas biss EUR 43 153 914 666,63.
2.2.1.2.Deċiżjonijiet dwar il-pagamenti ta’ kull xahar għall-2017
Għas-sena finanzjarja 2017, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-pagamenti ta’ kull xahar. Barra minn hekk, f’Diċembru 2017 ġiet adottata deċiżjoni addizzjonali dwar il-pagamenti ta’ kull xahar, li taġġusta dawk diġà mogħtija għan-nefqa totali li saret matul is-sena.
3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG GĦALL-2017
3.1.L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG
L-implimentazzjoni tal-baġit ammontat għal EUR 44 758,8 miljun. Din in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit u bl-użu tad-dħul assenjat għall-qasam ta’ politika 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, magħmul mill-ammont sħiħ ta’ EUR 1 304,0 miljun riportat mill-2016 u minn parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2017 li tammonta għal EUR 879,2 miljun minn total ta’ EUR 1 482,5 miljun.
Fil-qasam ta’ politika 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għall-miżuri tas-suq ammontat għal EUR 3 001,1 miljun u dik għall-pagamenti diretti ammontat għal
EUR 41 551,2 miljun.
Għad-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok ara l-anness 2.
L-anness 4 jippreżenta t-tqassim tan-nefqa fuq il-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont l-artikolu u skont l-Istat Membru.
3.2.Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEG għall-2017
Hawn taħt qed jiġi ppreżentat kummentarju qasir dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG għall-2017, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul assenjat disponibbli fl-2017 għall-aktar setturi sinifikanti, abbażi tad-dettalji li jidhru fl-annessi 2, 3-I u 3-II.
3.2.1.Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli
3.2.1.1.Daħla
Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu fl-2017 kienu jammontaw għal EUR 3 001,1 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 2 805,0 miljun u mid-dħul assenjat li jammonta għal EUR 196,2 miljun. Dan tal-aħħar intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.1.2). Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet baġitarji, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti minn partiti oħrajn tal-baġit fi ħdan il-FAEG. Għall-miżuri tas-suq fejn intużaw inqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw ġew ittrasferiti għal partiti oħrajn tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ.
3.2.1.2.Artikolu 05 02 08: Frott u ħxejjex
Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 1 061,5 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. L-Awtorità Baġitarja vvotat approprjazzjonijiet ta’ EUR 661,5 miljun għal dan minħabba li qieset id-dħul stmat assenjat għal dan is-settur, li kien jammonta għal EUR 400 miljun. Barra minn hekk, ġew ittrasferiti EUR 137,8 miljun minn linji baġitarji oħrajn fi ħdan l-istess kapitolu. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 995,4 miljun. Il-bilanċ tad-dħul assenjat li ma ntużax ta’ EUR 203,8 miljun ġie riportat għas-sena baġitarja 2018 sabiex ikopri l-ħtiġijiet ta’ dik is-sena.
3.2.1.3.Artikolu 05 02 09: Prodotti tas-settur tal-vitikultura
Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 1 076 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. Is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 64,2 miljun, meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit għall-2017, kienet dovuta għan-nefqa aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri għall-komponenti ta’ promozzjoni, ristrutturar u investiment tal-programmi tal-inbid nazzjonali tagħhom.
3.2.1.4.Artikolu 05 02 10: Promozzjoni
Fir-rigward tal-pagamenti għall-miżuri ta’ promozzjoni mill-Istati Membri, is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 13,2-il miljun, meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit għall-2017, kienet dovuta għan-nefqa aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri għall-programmi ta’ promozzjoni tagħhom li huma approvati mill-Kummissjoni, meta mqabbla man-nefqa prevista fil-baġit għall-2017 għal dawn il-programmi.
Fir-rigward tal-pagamenti diretti magħmula mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni impenjat approprjazzjonijiet għall-ammont totali previst (EUR 52,5 miljun) fil-baġit għall-2017 għal dawn il-pagamenti.
3.2.1.5.Artikolu 05 02 11: Prodotti/miżuri oħrajn tal-pjanti
Mill-ħtiġijiet previsti tal-baġit għall-2017 ta’ EUR 239,4 miljun għal dan l-artikolu tal-baġit, in-nefqa kienet tammonta għal 99 %.
3.2.1.6.Artikolu 05 02 12: Ħalib u prodotti tal-ħalib
Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 607,7 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 468,0 miljun. L-iskemi kollha ffinanzjati skont dan l-artikolu ġew implimentati f’livell inqas milli kien mistenni meta mqabbla mal-ħtiġijiet stmati previsti fil-baġit għall-2017.
1.1.1.1.Artikolu 05 02 13: Ċanga u vitella
Il-baġit għall-2017 ma ppreveda l-ebda approprjazzjoni, filwaqt li n-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 23,6 miljun. L-eżekuzzjoni eċċessiva f’dan l-artikolu hija r-riflessjoni opposta tal-implimentazzjoni nieqsa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-għajnuna mmirata għas-setturi tat-trobbija tal-bhejjem. In-nefqa ddikjarata għal dan is-settur ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti mill-approprjazzjonijiet disponibbli għal din il-miżura fl-artikolu 05 02 12.
3.2.1.8.Artikolu 05 02 15: Laħam tal-majjal, bajd u pollam, trobbija tan-naħal u prodotti oħrajn li ġejjin mill-annimali
Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 34,0 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur. Madankollu, in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2017 kienet tammonta għal EUR 90,7 miljun u kienet iffinanzjata kemm mill-approprjazzjonijiet ivvotati kif ukoll mit-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 56,7 miljun minn linji baġitarji oħrajn fi ħdan l-istess kapitolu.
3.2.2.Kapitolu 05 03: Pagamenti diretti
Is-sena finanzjarja 2017 kienet it-tieni sena ta’ implimentazzjoni tal-iskemi kollha taħt l-istruttura riformata ta’ pagamenti diretti hekk kif deċiża fir-riforma tal-PAK tal-2013. Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu tal-baġit għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 41 551,2 miljun. Dan jinkludi ammont ta’ EUR 425,6 miljun li tħallas għar-rimborż ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, iffinanzjat minn EUR 433,1 miljun riportati mill-2016 (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.2.3). Il-bqija tal-pagamenti li saru, EUR 41 125,6 miljun, ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati, li kienu jammontaw għal EUR 39 138,5 miljun, u mid-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 1 987,0 miljun. Dan tal-aħħar intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-iskema ta’ pagament bażiku. L-approprjazzjonijiet ivvotati li ma ntużawx kienu jammontaw għal EUR 523,2 miljun kif turi d-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ivvotati ta’ EUR 39 138,5 miljun użati għar-rimborż lill-Istati Membri u l-approprjazzjonijiet ivvotati inizjali ta’ EUR 39 661,7 miljun inklużi fil-baġit għall-2017. Dawn l-approprjazzjonijiet ivvotati li ma ntużawx tnaqqsu permezz ta’ trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ivvotati ta’ EUR 66,8 miljun għal partijiet oħrajn tal-baġit tal-FAEG. Barra minn hekk, l-ammont mhux użat tar-riżerva għall-kriżijiet (EUR 450,5 miljun), li ġie stabbilit mid-dixxiplina finanzjarja proposta fl-2017, ġie ttrasferit għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex l-ammont tad-dixxiplina finanzjarja effettivament applikata (EUR 450,5 miljun) ikun jista’ jiġi riportat għall-2018 sabiex isir ir-rimborż lill-Istati Membri kkonċernati (ara l-punt 3.2.2.4). Il-bilanċ li fadal tad-dħul assenjat miġbur fl-2017 kien jammonta għal EUR 399,4 miljun u ġie riportat għall-2018. Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħrajn tal-baġit jew ta’ dħul assenjat. Bl-istess mod, għall-pagamenti diretti, fejn intużaw inqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli kien mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw minn dan ġew ittrasferiti għal partiti oħrajn tal-baġit fi ħdan il-FAEG sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ.
3.2.2.1.Artikolu 05 03 01: Pagamenti diretti diżakkoppjati
L-iskemi ewlenin iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE), l-iskema ta’ pagament bażiku (BPS), il-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, il-pagament ridistributtiv u l-pagament għal bdiewa żgħażagħ. L-iskemi ta’ għajnuna kollha f’dan l-artikolu jitħallsu b’mod indipendenti mill-produzzjoni iżda taħt ċerti kundizzjonijiet, pereżempju, ir-rispett tal-kundizzjonalità. Il-ħtiġijiet baġitarji tal-2017 għal pagamenti diretti diżakkoppjati kienu jammontaw għal EUR 35 523,8 miljun li għalihom l-Awtorità Baġitarja vvotat approprjazzjonijiet li kienu jammontaw għal EUR 33 191,8 miljun wara li qieset id-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 2 332,0 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-iskemi kollha f’dan l-artikolu kienet tammonta għal EUR 35 366,2 miljun u b’hekk qabżet l-approprjazzjonijiet ivvotati b’EUR 2 174,4 miljun. Dan l-aħħar ammont ta’ nfiq iddikjarat kien kopert mid-dħul assenjat. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għal pagamenti diretti diżakkoppjati kienet tikkorrispondi għal 99,6 % tal-ħtiġijiet previsti fil-baġit għall-2017 għal dawn l-iskemi.
3.2.2.2.Artikolu 05 03 02: Pagamenti diretti oħrajn
L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu kienu jkopru n-nefqa għal “pagamenti diretti oħrajn”. Dan jinkludi skemi li għalihom xorta jista’ jkun hemm rabta bejn il-pagament u l-produzzjoni, b’kundizzjonijiet definiti sewwa u fi ħdan limiti ċari. Bħala konsegwenza tar-riforma tal-2013, skemi miżjuda taħt dan l-Artikolu kienu l-appoġġ akkoppjat volontarju u l-iskema għall-bdiewa żgħar, filwaqt li għadd ta’ linji koprew biss pagamenti residwi relattivament żgħar għal skemi skaduti.
Il-Kummissjoni kienet stmat li kienu meħtieġa approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 6 019,3 miljun għal dan l-Artikolu fl-2017. L-Istati Membri ġarrbu nefqa li tammonta għal EUR 5 759,4 miljun, li b’hekk kienet aktar baxxa mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit.
3.2.2.3.Artikolu 05 03 09: Ir-rimborż tal-pagamenti diretti b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja
L-Awtorità Baġitarja ma allokat l-ebda approprjazzjoni għal dan l-artikolu. Dan l-artikolu jservi l-iskop tal-ġbir tal-approprjazzjonijiet ivvotati mhux impenjati, fosthom, b’mod partikolari, l-approprjazzjonijiet tar-riżerva għall-kriżijiet mhux użata sabiex tiġi riportata għas-sena baġitarja N+1 u jiġi ffinanzjat ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja applikata għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja N
.
Mill-ammont ta’ EUR 433,1 miljun, li jikkorrispondi għad-dixxiplina finanzjarja applikata matul is-sena finanzjarja 2016 u li ġie riportat għall-baġit tal-2017 għar-rimborż, l-Istati Membri ħallsu lura EUR 425,6 miljun. Id-differenza ta’ EUR 7,5 miljun reġgħet iddaħħlet fil-baġit għall-2017 sabiex tingħata lura lill-Istati Membri permezz ta’ Baġit Emendatorju fis-sena baġitarja li jmiss.
3.2.2.4.Artikolu 05 03 10: Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu
L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma maħsuba sabiex ikopru n-nefqa għall-miżuri li jridu jittieħdu bil-għan li jiġu ffaċċjati l-kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Ir-riżerva għall-kriżijiet tiġi stabbilita billi, fil-bidu ta’ kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja b’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
. Din ir-riżerva għandha tiġi stabbilita b’ammont annwali ta’ EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011). Għas-sena baġitarja 2017, l-ammont ekwivalenti tar-riżerva għall-kriżijiet bil-prezzijiet attwali kien ta’ EUR 450,5 miljun. Ir-riżerva ma ntużatx fis-sena finanzjarja 2017.
Għas-sena tat-talba 2016, id-dixxiplina finanzjarja ġiet ikkalkulata esklussivament għall-kostituzzjoni tar-riżerva għall-kriżijiet ta’ EUR 450,5 miljun. Madankollu, sa tmiem is-sena finanzjarja, l-approprjazzjonijiet ivvotati mhux impenjati li jikkorrispondu għall-ammont tad-dixxiplina finanzjarja effettivament applikata għas-sena tat-talba 2016 (filwaqt li jitqies l-ammont mhux użat tar-riżerva għall-kriżijiet) ġew ittrasferiti għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex jiġu riportati għas-sena finanzjarja li jmiss u, b’dan il-mod, jiffinanzjaw ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja imposta fuq il-bdiewa fis-sena kalendarja 2017.
3.2.3.Kapitolu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola
3.2.3.1.Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola
Dan l-artikolu jinvolvi l-miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħu l-mezzi ta’ kontrolli fuq il-post u sabiex jittejbu s-sistemi ta’ verifika bil-għan li jiġi limitat ir-riskju ta’ frodi u irregolaritajiet għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni. Jinkludi wkoll in-nefqa sabiex jiġu ffinanzjati l-korrezzjonijiet possibbli tal-kontabbiltà u tal-konformità favur l-Istati Membri.
L-Unjoni Ewropea ffinanzjat direttament ix-xiri ta’ immaġini bis-satellita fil-qafas tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll għal ammont ta’ EUR 11,3-il miljun, sabiex b’hekk ħadet l-approprjazzjonijiet kollha previsti fil-baġit għall-2017.
Kien hemm korrezzjonijiet ferm ogħla milli mistenni favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet (EUR 125,3 miljun minflok EUR 25,0 miljun previsti fil-Baġit). Din l-eżekuzzjoni eċċessiva kienet parzjalment ikkumpensata minn korrezzjonijiet aktar baxxi milli mistennija favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni finanzjarja tal-kontijiet (EUR 14,8-il miljun minflok EUR 20,0 miljun previsti fil-Baġit).
3.2.3.2.Artikolu 05 07 02: Soluzzjoni tat-tilwim
L-approprjazzjonijiet f’dan l-artikolu huma maħsuba sabiex ikopru n-nefqa li għaliha l-Kummissjoni tista’ tinżamm responsabbli permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-ġustizzja, inkluż il-kost tal-ħlas tat-talbiet għad-danni u l-imgħax. Il-baġit għall-2017 ippreveda approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 29,0 miljun, madankollu, ma ġiet iddikjarata l-ebda nefqa. Għalhekk, dawn l-approprjazzjonijiet ġew ittrasferiti għal partiti oħrajn tal-baġit għall-2017.
4.L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG
Id-dħul assenjat effettivament riportat mill-2016 għall-2017 kien jammonta għal EUR 1 304,0 miljun u ntuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena baġitarja 2017 b’konformità mal-artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju. Kif ippreżentat fl-anness 3-II, dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 118,7-il miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u n-nefqa ta’ EUR 1 185,3 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku.
Fir-rigward tad-dħul assenjat miġbur fl-2017, l-anness 3-I juri li dan id-dħul kien jammonta għal EUR 1 482,5 miljun u li dan kien ġej:
–mill-korrezzjonijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, EUR 1 348,0 miljun;
–mid-dħul mill-irregolaritajiet, EUR 130,7 miljun;
–mill-ġbir tal-imposta fuq il-ħalib, EUR 3,7 miljun.
Id-dħul assenjat miġbur fl-2017 intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-miżuri li ġejjin:
–EUR 77,5 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;
–EUR 801,7 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (BPS) (pagamenti diretti).
Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2017, li kien jammonta għal EUR 603,3 miljun, ġie riportat awtomatikament għall-baġit tal-2018 sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet baġitarji ta’ dik is-sena.
Għad-dettalji, jekk jogħġbok ara l-annessi 3-I u 3-II.