IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.5.2018
COM(2018) 301 final
ANNESSI
għall-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport ta' Progress dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
ANNESS 1 - Il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika
Kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri
|
|
Kontribuzzjonijiet iċċertifikati (EUR)
|
Kontribuzzjonijiet riċevuti (EUR)
|
|
Pajjiż
|
Il-pakketti kollha
|
Allokati skont il-pakkett
|
Fit-08/05/2018
|
|
|
|
Is-Saħel u l-Lag Chad
|
Il-Qarn tal-Afrika
|
It-Tramuntana tal-Afrika
|
Total
|
|
L-Awstrija
|
6 000 000
|
|
3 000 000
|
3 000 000
|
6 000 000
|
|
Il-Belġju
|
10 000 000
|
5 500 000
|
500 000
|
4 000 000
|
6 000 000
|
|
Il-Bulgarija
|
550 000
|
220 000
|
220 000
|
110 000
|
550 000
|
|
Il-Kroazja
|
300 000
|
100 000
|
100 000
|
100 000
|
300 000
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
10 411 624
|
-
|
740 000
|
9 671 624
|
10 411 624
|
|
Id-Danimarka
|
10 032 933
|
2 400 768
|
2 400 768
|
5 231 396
|
10 032 932
|
|
L-Estonja
|
1 450 000
|
-
|
-
|
1 450 000
|
1 450 000
|
|
Il-Finlandja
|
5 000 000
|
1 000 000
|
3 000 000
|
1 000 000
|
5 000 000
|
|
Franza
|
9 000 000
|
7 200 000
|
1 200 000
|
600 000
|
9 000 000
|
|
Il-Ġermanja
|
157 500 000
|
39 600 000
|
1 200 000
|
116 700 000
|
139 500 000
|
|
L-Ungerija
|
9 450 000
|
|
700 000
|
8 750 000
|
9 450 000
|
|
L-Irlanda
|
6 000 000
|
1 200 000
|
4 200 000
|
600 000
|
2 600 000
|
|
L-Italja
|
104 000 000
|
86 000 000
|
5 000 000
|
11 000 000
|
102 000 000
|
|
Il-Latvja
|
300 000
|
20 000
|
20 000
|
260 000
|
300 000
|
|
Il-Litwanja
|
200 000
|
20 000
|
20 000
|
160 000
|
200 000
|
|
Il-Lussemburgu
|
3 100 000
|
3 000 000
|
100 000
|
|
3 100 000
|
|
Malta
|
325 000
|
-
|
125 000
|
200 000
|
175 000
|
|
In-Netherlands
|
26 362 000
|
3 000 000
|
13 362 000
|
10 000 000
|
23 362 000
|
|
In-Norveġja (ekwivalenti f’EUR tan-NOK)
|
8 865 381
|
2 695 547
|
4 061 018
|
2 108 815
|
8 865 381
|
|
Il-Polonja
|
10 550 748
|
-
|
1 100 000
|
9 450 748
|
10 550 748
|
|
Il-Portugall
|
1 800 000
|
855 000
|
180 000
|
765 000
|
1 800 000
|
|
Ir-Rumanija
|
100 000
|
40 000
|
40 000
|
20 000
|
100 000
|
|
Is-Slovakkja
|
10 350 000
|
700 000
|
300 000
|
9 350 000
|
10 350 000
|
|
Is-Slovenja
|
100 000
|
40 000
|
40 000
|
20 000
|
100 000
|
|
Spanja
|
9 000 000
|
7 200 000
|
1 200 000
|
600 000
|
9 000 000
|
|
L-Iżvezja
|
3 000 000
|
1 200 000
|
1 200 000
|
600 000
|
3 000 000
|
|
L-Iżvizzera
|
4 100 000
|
1 640 000
|
1 640 000
|
820 000
|
3 600 000
|
|
Ir-Renju Unit
|
6 000 000
|
|
3 000 000
|
3 000 000
|
1 200 000
|
|
Kontribuzzjoni esterna totali
|
413 847 685
|
163 631 316
|
48 648 787
|
199 567 583
|
377 997 685
|
Proġetti approvati skont l-objettivi strateġiċi tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika (f’miljuni ta’ EUR)
|
EUTF - Objettivi strateġiċi
|
Is-Saħel u l-Lag Chad
|
Il-Qarn tal-Afrika
|
It-Tramuntana
tal-Afrika
|
Trażversali
|
Total
|
|
1.Opportunitajiet ekonomiċi u ta’ impjieg akbar
|
383.6
|
184
|
0
|
0
|
567.6
|
|
2.Tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet
|
397
|
335.2
|
0
|
0
|
732.2
|
|
3.Ġestjoni tal-migrazzjoni mtejba
|
182.5
|
114.15
|
335
|
123.6
|
755.25
|
|
4.Titjib fil-governanza u fil-prevenzjoni ta’ kunflitti
|
328.1
|
174.8
|
0
|
0
|
502.9
|
|
5.Oħrajn u trażversali
|
2.2
|
12.1
|
0
|
21.5
|
35.8
|
|
Total
|
1293*
|
820.3*
|
335*
|
145.1*
|
2 593*
|
*Ċifri mqarrba
Anness 2 - Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija
Minn perspettiva operazzjonali, il-pakkett tal-Faċilità - EUR 3 biljun - kien impenjat u kkuntrattat operazzjonalment fi tmiem l-2017 permezz ta’ 72 proġett. Għal dawn il-kuntratti kollha għaddejja implimentazzjoni effettiva. Mill-aħħar rapport f’Marzu 2018, l-iżborżi żdiedu minn EUR 1,85 biljun għal aktar minn EUR 1,93 biljun, jew 64 % tal-pakkett totali, u l-bilanċ għandu jitħallas matul l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-Faċilità, u l-ħlasijiet finali se jsiru sa mhux aktar tard minn tmiem l-2021. Id-dettalji sħaħ jinsabu fit-tabella aġġornata tal-proġetti online. L-attivitajiet li għaddejjin bħalissa diġà għandhom impatt sinifikanti fuq il-post:
Għajnuna umanitarja
Taħt is-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza, madwar 1,3 miljun refuġjati attwalment jibbenefikaw minn trasferimenti ta’ flus kull xahar permezz tal-programm. It-Trasferiment Kundizzjonali ta’ Flus għall-Edukazzjoni issa qed jibbenefika lill-familji ta’ aktar minn 290 000 tfal refuġjati li kollha jattendu l-iskola fuq bażi regolari.
Is-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza u t-Trasferiment Kundizzjonali ta’ Flus għall-Edukazzjoni huma kkumplementati minn proġetti oħra li jiffukaw fuq is-saħħa, inklużi servizzi speċjalizzati, l-edukazzjoni mhux formali u l-protezzjoni. Proġetti oħra jiffokaw fuq l-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi tal-gvern u l-iffaċilitar tal-informazzjoni dwarhom u l-aċċess għalihom. B’kollox, 45 proġett umanitarju ġew miftiehma taħt il-Faċilità.
Għajnuna mhux umanitarja
Taħt l-għotja diretta mal-Ministeru tas-Saħħa, 12-il ċentru tas-saħħa għall-migranti, huma operattivi u jgħinu biex jittejbu s-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja. 813 membru tal-persunal huma impjegati f’dawn iċ-ċentri u fis-86 ċentri oħrajn diġà stabbiliti. Ir-refuġjati bbenefikaw minn 763 963 konsultazzjoni tal-kura tas-saħħa primarja u 217 511-il tarbija refuġjata Sirjana tlaqqmu kompletament. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-proġetti biex jinbnew żewġ sptarijiet f’Kilis u Hatay bdiet, b’kapaċità ta’ 300 u 250 sodda rispettivament.
Taħt l-għotja diretta lill-Ministeru għall-Edukazzjoni Nazzjonali, 312 151 tifel u tifla rċevew taħriġ fil-lingwa Torka minn 5 486 għalliem tal-lingwa Torka impjegati bis-saħħa tal-Faċilità. Id-distribuzzjoni ta’ kartolerija u kotba tal-korsijiet għal 500 000 student u l-kostruzzjoni ta’ 175 skola bdew.
It-tieni porzjon tal-Faċilità
Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija ta’ Marzu 2016 tistipula li “meta dawn ir-riżorsi jkunu waslu biex jintużaw kollha”, l-UE “timmobilizza finanzjament addizzjonali … ta’ EUR 3 biljun addizzjonali sa tmiem l-2018”. Il-mobilizzazzjoni tat-tieni porzjon ta’ EUR 3 biljun issa tinsab għaddejja. Implimentazzjoni rapida se tkun meħtieġa biex jiġu assikurati nuqqasijiet fil-finanzjament tal-Faċilità, sabiex l-ewwel kuntratti taħt il-porzjon li jmiss ikunu jistgħu jiġu ffirmati fis-sajf tal-2018. Valutazzjoni aġġornata tal-ħtiġijiet qed titħejja u għandha tkun lesta sa Ġunju 2018.
ANNESS 3 - Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
1.Skjeramenti
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tkompli tappoġġa lill-Istati Membri bi skjeramenti fil-Greċja, l-Italja, il-Bulgarija u Spanja, kif ukoll fil-Balkani tal-Punent, b’aktar minn 1 300 membru ta’ timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-mappa tippreżenta s-sitwazzjoni matul il-ġimgħa tal-14-18 ta’ Mejju 2018.
* Il-Balkani tal-Punent
Bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru 2017, l-Istati Membri kkontribwew aktar minn 75 272 jiem ta’ xogħol.
|
SM/Pajjiżi assoċjati ma’ Schengen
|
Jiem ta’ xogħol ta’ skjeramenti tal-EBCGT (Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntieri) (minbarra Skjeramenti Interni)
|
Jiem ta’ xogħol ta’ skjeramenti ta’ ekwipaġġ/persunal tekniku, persunal għall-koordinazzjoni u interpreti (minbarra skjeramenti interni)
|
Jiem ta’ xogħol ta’ skjeramenti interni
|
Skjeramenti tal-Balkani tal-Punent
|
Total
|
|
L-Awstrija
|
2,725
|
|
|
931
|
3,656
|
|
Il-Belġju
|
486
|
|
|
|
486
|
|
Il-Bulgarija
|
712
|
|
3,024
|
29
|
3,765
|
|
Il-Kroazja
|
196
|
257
|
|
367
|
820
|
|
Ċipru
|
26
|
|
|
|
26
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
1,514
|
212
|
|
1,210
|
2,936
|
|
Id-Danimarka
|
2,014
|
406
|
|
|
2,420
|
|
L-Estonja
|
1,672
|
272
|
|
157
|
2,101
|
|
Il-Finlandja
|
568
|
268
|
|
6
|
842
|
|
Franza
|
6,213
|
159
|
|
167
|
6,539
|
|
Il-Ġermanja
|
8,318
|
378
|
|
1,714
|
10,410
|
|
Il-Greċja
|
244
|
6
|
6,323
|
29
|
6,602
|
|
L-Ungerija
|
276
|
|
|
122
|
398
|
|
L-Iżlanda
|
|
126
|
|
-
|
126
|
|
L-Italja
|
450
|
193
|
3,283
|
138
|
4,064
|
|
Il-Latvja
|
967
|
676
|
|
731
|
2,374
|
|
Il-Litwanja
|
2,018
|
198
|
|
12
|
2,228
|
|
Il-Lussemburgu
|
302
|
156
|
|
6
|
464
|
|
Malta
|
|
313
|
|
48
|
361
|
|
In-Netherlands
|
3,659
|
3,653
|
|
414
|
7,726
|
|
In-Norveġja
|
372
|
-
|
|
6
|
378
|
|
Il-Polonja
|
3,101
|
157
|
|
867
|
4,125
|
|
Il-Portugall
|
1,161
|
754
|
|
306
|
2,221
|
|
Ir-Rumanija
|
1,860
|
167
|
|
432
|
2,459
|
|
Is-Slovakkja
|
961
|
|
|
87
|
1,048
|
|
Is-Slovenja
|
260
|
|
|
512
|
772
|
|
Spanja
|
470
|
|
2,033
|
301
|
2,804
|
|
L-Iżvezja
|
672
|
|
|
57
|
729
|
|
L-Iżvizzera
|
95
|
|
|
250
|
345
|
|
Ir-Renju Unit*
|
1,163
|
884
|
|
|
2,047
|
|
Total
|
42,475
|
9,235
|
14,663
|
8,899
|
75,272
|
* Mhux formalment kontibutur tal-EBCGT
Madankollu, nuqqasijiet serji f’impenji f’riżorsi umani u tekniċi ġew identifikati għall-2018 għall-attivitajiet operazzjonali. Minkejja żewġ sejħiet miftuħa għal tagħmir addizzjonali, hemm riskju li n-nuqqasijiet konsiderevoli jillimitaw serjament l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati għal Mejju-Diċembru 2018 fil-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru.
|
Fruntieri tal-Art
|
|
|
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna mitluba
|
Maqbula
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
Nuqqasijiet
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
Nuqqasijiet %
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
|
Riżorsi umani (profili differenti tal-EBCGT)
|
106045
|
48232
|
57847
|
55 %
|
|
|
Mitluba
Assi - Jiem
|
Maqbula
Assi - Jiem
|
Nuqqasijiet
Assi - Jiem
|
Nuqqasijiet %
Assi - Jiem
|
|
Karozzi tal-għassa
|
21061
|
8372
|
12689
|
60 %
|
|
Vetturi b’viżjoni termika
|
2368
|
1209
|
1159
|
49 %
|
|
Vetturi tat-trasport
|
786
|
0
|
786
|
100 %
|
|
Rilevatur tas-CO2
|
1320
|
1603
|
0
|
0 %
|
|
Detettur tal-polz
|
338
|
0
|
338
|
100 %
|
|
Laboratorju mobbli
|
169
|
0
|
169
|
100 %
|
|
Total
|
26042
|
11184
|
15141
|
58 %
|
|
Fruntieri Marittimi
|
|
|
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna mitluba
|
Maqbula
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
Nuqqasijiet
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
Nuqqasijiet %
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
|
Riżorsi umani (profili differenti tal-EBCGT)
|
112176
|
88623
|
23553
|
21 %
|
|
|
Mitluba
Assi - Jiem
|
Maqbula
Assi - Jiem
|
Nuqqasijiet
Assi - Jiem
|
Nuqqasijiet %
Assi - Jiem
|
|
Bastiment tal-Għassa Offshore
|
1711
|
899
|
812
|
47 %
|
|
Bastiment tal-Għassa tal-Kosta
|
1778
|
510
|
1268
|
71 %
|
|
Dgħajjes tal-Għassa tal-Kosta
|
3554
|
2048
|
1506
|
42 %
|
|
Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi
|
1220
|
814
|
406
|
33 %
|
|
Ħelikopters
|
1102
|
630
|
472
|
43 %
|
|
Vetturi b’viżjoni termika
|
736
|
1106
|
0
|
0 %
|
|
Karozzi tal-għassa
|
4725
|
887
|
3838
|
81 %
|
|
Vettura tat-trasport
|
2376
|
2376
|
0
|
0 %
|
|
Total
|
17202
|
9270
|
8302
|
48 %
|
|
Fruntieri tal-Ajru
|
|
|
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna mitluba
|
Maqbula
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
Nuqqasijiet
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
Nuqqasijiet %
Jiem ta’ xogħol ta’ persuna
|
|
Riżorsi umani (profili differenti tal-EBCGT)
|
11111
|
7942
|
3169
|
29 %
|
2.Kapaċitajiet ta’ Reazzjoni Rapida, inkluża r-riżerva obbligatorja ta’ riżorsi
Sat-30 ta’ April 2018, l-għadd totali ta’ gwardji tal-fruntieri “nnominati” disponibbli għall-iskjeramenti mir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida se jkun 1482, li jirrappreżentaw 99% tar-Riżerva, fejn huma nieqsa nominazzjonijiet sħaħ minn żewġ Stati Membri u fejn tnejn oħra jridu jiġu kkumplimentati.
|
Stati Membri
|
L-Awstrija
|
Il-Belġju
|
Il-Bulgarija
|
Il-Kroazja
|
Ċipru
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
Id-Danimarka
|
L-Estonja
|
Il-Finlandja
|
Franza
|
Il-Ġermanja
|
Il-Greċja
|
L-Ungerija
|
L-Iżlanda
|
L-Italja
|
Il-Latvja
|
Il-Litwanja
|
Il-Lussemburgu
|
Malta
|
In-Netherlands
|
In-Norveġja
|
Il-Polonja
|
Il-Portugall
|
Ir-Rumanija
|
Is-Slovakkja
|
Is-Slovenja
|
Spanja
|
L-Iżvezja
|
L-Iżvizzera
|
|
Għadd ta’ gwardji tal-fruntieri nnominati f’Opera
|
55
|
83
|
40
|
96
|
0
|
147
|
28
|
175
|
57
|
400
|
377
|
87
|
65
|
0
|
130
|
30
|
52
|
8
|
14
|
93
|
13
|
284
|
68
|
196
|
56
|
36
|
146
|
53
|
49
|
|
Għadd disponibbli għal skjerament obbligatorju skont il-Pjan ta’ Risposta Reġjonali (Regional Response Plan, RRP)
|
34
|
30
|
40
|
65
|
0
|
20
|
28
|
18
|
30
|
170
|
225
|
50
|
65
|
0
|
125
|
30
|
39
|
8
|
6
|
50
|
12
|
100
|
47
|
75
|
35
|
35
|
111
|
17
|
16
|
|
Kontribuzzjonijiet skont l-Anness I tar-Regolament tal-EBCG
|
34
|
30
|
40
|
65
|
8
|
20
|
29
|
18
|
30
|
170
|
225
|
50
|
65
|
2
|
125
|
30
|
39
|
8
|
6
|
50
|
20
|
100
|
47
|
75
|
35
|
35
|
111
|
17
|
16
|
Skont ir-Riżerva ta’ Reazzjoni Rapida, filwaqt li sar xi titjib, jibqgħu nuqqasijiet konsiderevoli għall-maġġoranza tat-tipi ta’ tagħmir u l-kontribuzzjonijiet attwali jkomplu jiġu żgurati minn 15-il Stat Membru/Stat Assoċjat biss:
|
Tip ta’ tagħmir
|
Nru. ta’ assi-xhur mitlubin mid-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni
|
Nru. ta’ assi-xhur offruti mill-SM/SAC
|
Nuqqasijiet
|
Stati kontribwenti
|
|
Dgħajsa tal-Għassa tal-Kosta
|
67
|
24
|
43
|
Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Latvja, in-Netherlands, is-Slovenja, il-Portugall, l-Italja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Ġermanja, l-Iżvizzera, id-Danimarka
|
|
Bastiment tal-Għassa tal-Kosta
|
33
|
14
|
19
|
|
|
Inġenju tal-ajru bi ġwienaħ fissi
|
19
|
5
|
14
|
|
|
Ħelikopter
|
20
|
3
|
17
|
|
|
Bastiment tal-Għassa Offshore
|
28
|
14
|
14
|
|
|
Karozza tal-għassa
|
167
|
453
|
0
|
|
|
Rilevatur tat-taħbit tal-qalb
|
6
|
1
|
5
|
|
|
Vetturi b’viżjoni termika
|
55
|
35
|
20
|
|
|
Rilevatur tas-CO2
|
54
|
0
|
54
|
|
|
Laboratorju Mobbli
|
3
|
0
|
3
|
|
3.Valutazzjonijiet tal-Vulnerabbiltà
Sas-27 ta’ April 2018, wara l-valutazzjonijiet tal-2017, l-Aġenzija rakkomandat 53 miżura fi 21 Stat Membru, li jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet f’oqsma differenti. Għadhom jistgħu jinħarġu xi rakkomandazzjonijiet addizzjonali.
|
Vulnerabbiltajiet
|
Miżuri rrakkomandati
|
Għadd ta’ Stati Membri
|
|
Verifiki fuq il-fruntieri
|
·Proċeduri adatti għall-konsultazzjonijiet tal-bażi tad-dejta għall-verifiki sistematiċi
·Stabbiliment ta’ għadd stmat ta’ każijiet mhux identifikati ta’ frodi ta’ dokumenti/dħul klandestin u twettiq ta’ verifiki mmirati
|
21
|
|
Ippjanar ta’ kontinġenza
|
·Żvilupp u/jew aġġornament tal-pjan ta’ kontinġenza, ittestjar tal-pjan
|
10
|
|
Kapaċità tar-reġistrazzjoni u tal-akkomodazzjoni
|
·Żieda fil-kapaċità ta’ akkomodazzjoni
·Jiġi stabbilit inventarju dettaljat tal-apparat tat-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-EURODAC
|
7
|
|
Persunal għall-kontroll tal-fruntieri
|
·Żieda fin-numru effettiv ta’ persunal
|
2
|
|
Analiżi tar-riskju
|
·Implimentazzjoni tal-Mudell ta’ Analiżi ta’ Riskju Komuni
|
1
|
|
Movimenti Sekondarji
|
·Twettiq ta’ kontrolli biex jiġu evitati movimenti sekondarji
|
1
|
|
Sorveljanza fil-fruntiera
|
·Twaqqif ta’ reġistru ta’ ħinijiet ta’ reazzjoni wara l-identifikazzjoni
|
11
|
ANNESS 4 - Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni tal-4 ta’ Mejju 2018
|
Stat Membru /
Stat Assoċjat
|
Imwiegħda skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015
|
Risistemati skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015
|
Imwiegħda skont l-iskema tal-“50,000”
|
Risistemati skont l-iskema tal-“50,000”
|
Risistemati skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija
|
Risistemazzjonijiet totali skont l-iskemi tal-UE
(2015-2018)
|
|
L-Awstrija
|
1,900
|
1,900
|
0
|
|
210 (210)
|
1,900
|
|
Il-Belġju
|
1,100
|
1,100
|
2,000
|
360
|
823 (252)
|
2,031
|
|
Il-Bulgarija
|
50
|
0
|
110
|
|
0
|
0
|
|
Il-Kroazja
|
150
|
40
|
200
|
41
|
81 (81)
|
81
|
|
Ċipru
|
69
|
0
|
69
|
|
0
|
0
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
400
|
52
|
0
|
|
0
|
52
|
|
Id-Danimarka
|
1,000
|
481
|
0
|
|
0
|
481
|
|
L-Estonja
|
20
|
20
|
80
|
|
59 (20)
|
59
|
|
Il-Finlandja
|
293
|
293
|
1,670
|
163
|
1,002 (5)
|
1,453
|
|
Franza
|
2,375
|
2,375
|
10,200
|
1,425
|
1,681 (730)
|
4,751
|
|
Il-Ġermanja
|
1,600
|
1,600
|
10,200
|
|
4,840 (1,600)
|
4,840
|
|
Il-Greċja
|
354
|
0
|
0
|
|
0
|
0
|
|
L-Ungerija
|
|
|
0
|
|
0
|
0
|
|
L-Iżlanda
|
50
|
50
|
|
|
|
50
|
|
L-Irlanda
|
520
|
520
|
1,200
|
|
0
|
520
|
|
L-Italja
|
1,989
|
1,612
|
1,000
|
94
|
327 (327)
|
1,706
|
|
Il-Latvja
|
50
|
46
|
0
|
|
46 (46)
|
46
|
|
Il-Lichtenstein
|
20
|
20
|
|
|
|
20
|
|
Il-Litwanja
|
70
|
32
|
74
|
52
|
84 (84)
|
84
|
|
Il-Lussemburgu
|
30
|
28
|
200
|
|
206
|
234
|
|
Malta
|
14
|
14
|
20
|
|
17 (14)
|
17
|
|
In-Netherlands
|
1,000
|
1,000
|
3,000
|
24
|
2,602 (570)
|
3,056
|
|
In-Norveġja
|
3,500
|
3,500
|
|
|
|
3,500
|
|
Il-Polonja
|
900
|
0
|
0
|
|
0
|
0
|
|
Il-Portugall
|
191
|
136
|
1,010
|
43
|
142 (142)
|
179
|
|
Ir-Rumanija
|
80
|
43
|
146
|
|
0
|
43
|
|
Is-Slovakkja
|
100
|
0
|
0
|
|
0
|
0
|
|
Is-Slovenja
|
20
|
0
|
60
|
|
0
|
0
|
|
Spanja
|
1,449
|
1,360
|
2,250
|
64
|
440 (440)
|
1,424
|
|
L-Iżvezja
|
491
|
491
|
8,750
|
1,986
|
753 (269)
|
2,961
|
|
L-Iżvizzera
|
519
|
519
|
|
|
|
519
|
|
Ir-Renju Unit
|
2,200
|
2,200
|
7,800
|
|
0
|
2,200
|
|
TOTAL
|
22,504
|
19,432
|
Il-Liġi Għat-Trasport bil-Ferrovija, l-Artikoli 50, 039
|
4,252
|
13,313 (4,790)
|
32,207
|
Anness 5 – Statistika dwar ir-ritorn
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
|
|
Residenti illegalment
|
Ordnati biex jitilqu
|
Ritornati lejn pajjiż terz
|
Rata ta’ ritorn
|
Residenti illegalment
|
Ordnati biex jitilqu
|
Ritornati lejn pajjiż terz
|
Rata ta’ ritorn
|
Residenti illegalment
|
Ordnati biex jitilqu
|
Ritornati lejn pajjiż terz
|
Rata ta’ ritorn
|
Residenti illegalment
|
Ordnati biex jitilqu
|
Ritornati lejn pajjiż terz
|
Rata ta’ ritorn
|
|
L-Unjoni Ewropea (28 pajjiż)
|
672.215
|
470.080
|
170.415
|
36,25 %
|
2.154.675
|
533.395
|
196.190
|
36,78 %
|
983.860
|
493.785
|
226.150
|
45,80%
|
550.670
|
516.115
|
188.920
|
36,60%
|
|
Il-Belġju
|
15.540
|
35.245
|
5.250
|
14,90 %
|
16.275
|
31.045
|
5.550
|
17,88 %
|
19.320
|
33.020
|
6.920
|
20,96 %
|
18.285
|
32.235
|
5.255
|
16,30 %
|
|
Il-Bulgarija
|
12.870
|
12.870
|
1.090
|
8,47 %
|
20.810
|
20.810
|
540
|
2,59 %
|
14.125
|
14.120
|
1.105
|
7,83 %
|
2.595
|
2.600
|
1.250
|
48,08 %
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
4.430
|
2.460
|
315
|
12,80 %
|
8.165
|
4.510
|
330
|
7,32 %
|
4.885
|
3.760
|
390
|
10,37 %
|
4.360
|
6.090
|
680
|
11,17 %
|
|
Id-Danimarka
|
515
|
2.905
|
910
|
31,33 %
|
2.165
|
3.925
|
1.040
|
26,50 %
|
1.390
|
3.050
|
930
|
30,49 %
|
1.105
|
3.185
|
1.115
|
35,01 %
|
|
Il-Ġermanja
|
128.290
|
34.255
|
19.060
|
55,64 %
|
376.435
|
54.080
|
53.640
|
99,19 %
|
370.555
|
70.005
|
74.080
|
105,82 %
|
156.710
|
97.165
|
44.960
|
46,27 %
|
|
L-Estonja
|
720
|
475
|
100
|
21,05 %
|
980
|
590
|
40
|
6,78 %
|
665
|
505
|
380
|
75,25 %
|
755
|
645
|
580
|
89,92 %
|
|
L-Irlanda
|
900
|
970
|
335
|
34,54 %
|
2.315
|
875
|
205
|
23,43 %
|
2.315
|
1.355
|
245
|
18,08 %
|
2.780
|
1.105
|
270
|
24,43 %
|
|
Il-Greċja
|
73.670
|
73.670
|
27.055
|
36,72 %
|
911.470
|
104.575
|
14.390
|
13,76 %
|
204.820
|
33.790
|
19.055
|
56,39 %
|
:
|
45.765
|
18.060
|
39,46 %
|
|
Spanja
|
47.885
|
42.150
|
14.155
|
33,58 %
|
42.605
|
33.495
|
12.235
|
36,53 %
|
37.295
|
27.845
|
9.530
|
34,23 %
|
44.625
|
27.340
|
10.165
|
37,18 %
|
|
Franza
|
96.375
|
86.955
|
13.030
|
14,98 %
|
109.720
|
79.950
|
12.195
|
15,25 %
|
91.985
|
81.000
|
10.930
|
13,49 %
|
115.085
|
84.675
|
12.720
|
15,02 %
|
|
Il-Kroazja
|
2.500
|
3.120
|
2.150
|
68,91 %
|
3.295
|
3.910
|
1.405
|
35,93 %
|
3.320
|
4.730
|
1.720
|
36,36 %
|
3.495
|
4.400
|
1.980
|
45,00 %
|
|
L-Italja
|
25.300
|
25.300
|
5.310
|
20,99 %
|
27.305
|
27.305
|
4.670
|
17,10 %
|
32.365
|
32.365
|
5.715
|
17,66 %
|
36.230
|
36.240
|
7.045
|
19,44 %
|
|
Ċipru
|
4.980
|
3.525
|
2.985
|
84,68 %
|
4.215
|
2.250
|
1.840
|
81,78 %
|
3.450
|
1.575
|
1.035
|
65,71 %
|
4.090
|
1.850
|
760
|
41,08 %
|
|
Il-Latvja
|
265
|
1.555
|
1.550
|
99,68 %
|
745
|
1.190
|
1.030
|
86,55 %
|
745
|
1.450
|
1.355
|
93,45 %
|
400
|
1.350
|
1.275
|
94,44 %
|
|
Il-Litwanja
|
2.465
|
2.245
|
1.925
|
85,75 %
|
2.040
|
1.870
|
1.685
|
90,11 %
|
1.920
|
1.740
|
1.545
|
88,79 %
|
2.210
|
2.080
|
1.860
|
89,42 %
|
|
Il-Lussemburgu
|
440
|
775
|
605
|
78,06 %
|
190
|
700
|
720
|
102,86 %
|
140
|
655
|
405
|
61,83 %
|
300
|
915
|
435
|
47,54 %
|
|
L-Ungerija
|
56.170
|
5.885
|
3.440
|
58,45 %
|
424.055
|
11.750
|
5.755
|
48,98 %
|
41.560
|
10.765
|
780
|
7,25 %
|
25.730
|
8.730
|
685
|
7,85 %
|
|
Malta
|
990
|
990
|
495
|
50,00 %
|
575
|
575
|
465
|
80,87 %
|
450
|
415
|
420
|
101,20 %
|
530
|
470
|
470
|
100,00 %
|
|
In-Netherlands
|
2.645
|
33.735
|
7.655
|
22,69 %
|
2.340
|
23.765
|
8.380
|
35,26 %
|
2.685
|
32.950
|
11.980
|
36,36 %
|
2.165
|
31.565
|
8.310
|
26,33 %
|
|
L-Awstrija
|
33.055
|
:
|
:
|
:
|
86.220
|
9.910
|
:
|
:
|
49.810
|
11.850
|
5.895
|
49,75 %
|
26.660
|
8.850
|
5.715
|
64,58 %
|
|
Il-Polonja
|
12.050
|
10.160
|
9.000
|
88,58 %
|
16.835
|
13.635
|
12.750
|
93,51 %
|
23.375
|
20.010
|
18.530
|
92,60 %
|
28.470
|
24.825
|
22.165
|
89,28 %
|
|
Il-Portugall
|
4.530
|
3.845
|
760
|
19,77 %
|
5.145
|
5.080
|
565
|
11,12 %
|
6.500
|
6.200
|
0
|
0,00 %
|
6.005
|
5.760
|
0
|
0,00 %
|
|
Ir-Rumanija
|
2.335
|
2.030
|
2.085
|
102,71 %
|
2.010
|
1.930
|
1.995
|
103,37 %
|
2.430
|
2.070
|
1.865
|
90,10 %
|
3.340
|
1.975
|
1.815
|
91,90 %
|
|
Is-Slovenja
|
1.025
|
1.025
|
150
|
14,63 %
|
1.025
|
1.025
|
155
|
15,12 %
|
2.475
|
1.375
|
205
|
14,91 %
|
4.180
|
1.220
|
120
|
9,84 %
|
|
Is-Slovakkja
|
1.155
|
925
|
655
|
70,81 %
|
1.985
|
1.575
|
970
|
61,59 %
|
2.035
|
1.735
|
1.390
|
80,12 %
|
2.590
|
2.375
|
1.725
|
72,63 %
|
|
Il-Finlandja
|
2.930
|
3.360
|
2.855
|
84,97 %
|
14.285
|
4.905
|
2.980
|
60,75 %
|
2.130
|
17.975
|
5.610
|
31,21 %
|
930
|
7.255
|
3.565
|
49,14 %
|
|
L-Iżvezja
|
72.835
|
14.280
|
6.230
|
43,63 %
|
1.445
|
18.150
|
9.695
|
53,42 %
|
1.210
|
17.585
|
10.160
|
57,78 %
|
2.145
|
20.525
|
6.845
|
33,35 %
|
|
Ir-Renju Unit
|
65.365
|
65.365
|
41.265
|
63,13 %
|
70.020
|
70.020
|
40.965
|
58,50 %
|
59.895
|
59.895
|
36.445
|
60,85 %
|
54.910
|
54.910
|
29.090
|
52,98 %
|
|
L-Iżlanda
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
30
|
:
|
:
|
:
|
15
|
:
|
:
|
:
|
|
Il-Lichtenstein
|
0
|
15
|
5
|
33,33 %
|
110
|
15
|
0
|
0,00 %
|
40
|
15
|
5
|
33,33 %
|
35
|
:
|
:
|
:
|
|
In-Norveġja
|
3.720
|
13.305
|
3.755
|
28,22 %
|
5.455
|
13.705
|
3.540
|
25,83 %
|
5.330
|
14.540
|
3.540
|
24,35 %
|
3.850
|
9.795
|
2.345
|
23,94 %
|
|
L-Iżvizzera
|
13.800
|
3.335
|
:
|
:
|
15.555
|
3.730
|
0
|
0,00 %
|
15.765
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
Data estratta mill-bażi tad-data tal-EUROSTAT:
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi misjuba preżenti illegalment - data annwali (imqarrba) [migr_eipre]
Ċittadini ta’ pajjiżi ordnati jitilqu - data annwali (imqarrba) [migr_eiord]
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi rritornati lejn pajjiż terz wara ordni biex jitilqu - data annwali (mqarrba) [migr_eirtn]
Rata ta’ Redditu - ikkalkulat
L-aħħar aġġornament
17.04.18
Data meta ġiet estratta d-data
17.04.18
Sors tad-data
Eurostat
UNITÀ
Persuna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.5.2018
COM(2018) 301 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Rapport dwar il-progress fl-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
1.INTRODUZZJONI
Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress u l-iżviluppi fl-aspetti kollha ta’ ħidma tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni li saru mill-aħħar rapport tal-Kummissjoni f’Marzu 2018. Ir-rapport iqis ukoll il-progress li sar skont il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni ppreżentat lil-Laqgħa tal-Mexxejja tal-UE f’Diċembru 2017. Dan juri n-natura komprensiva tal-ħidma u l-ħtieġa li tinżamm l-intensità tal-isforzi tal-UE kullimkien.
Dan jidentifika wkoll l-azzjonijiet ewlenin konkreti meħtieġa biex jiżguraw l-effikaċja kontinwa tar-rispons tal-UE. Dan jinkludi l-ħtieġa għal aktar investiment finanzjarju b’mod konġunt mill-Istati Membri u l-UE biex tiġi appoġġata l-azzjoni mill-UE fuq id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni.
Dan ir-rapport juri l-ħtieġa għal azzjoni kontinwa biex tiġi indirizzata l-isfida tal-migrazzjoni u jidentifika fejn l-azzjoni attwali hija insuffiċjenti u huma meħtieġa sforzi addizzjonali. Kif stabbilit f’rapporti preċedenti, is-sitwazzjoni attwali tikkonferma li l-kawżi tal-pressjoni migratorja fuq l-Ewropa huma strutturali. Konflitti mtawla bħal dawk fis-Sirja x’aktarx li mhumiex se jonqsu. It-tibdil fil-klima qed joħloq raġunijiet ġodda li jimbuttaw lin-nies jiċċaqilqu. Id-demografija tindika xejra fit-tul ta’ popolazzjonijiet li qed jikbru fil-viċinat tal-UE. Dan ifisser li huwa saħansitra iktar essenzjali li l-UE tgħammar lilha nnifisha bl-għodda biex tkun tista' tlaħħaq mas-sitwazzjoni.
2.IS-SITWAZZJONI FIR-ROTOT EWLENIN TAL-MIGRAZZJONI
L-ewwel xhur tal-2018 raw żieda fil-pressjoni fuq ċerti rotot u żidiet xi kultant qawwija, f’daqqa, u f’postijiet speċifiċi. Filwaqt li l-pressjoni għadha għolja, ix-xejra ’l isfel tal-2017 kompliet fil-Mediterran Ċentrali għall-ewwel tliet xhur tal-2018. L-esperjenza tissuġġerixxi li t-titjib fil-kundizzjonijiet tat-temp fis-sajf iwassal għal probabbiltà ikbar ta’ żidiet f’daqqa u li hija meħtieġa attenzjoni partikolari fuq rotot li wrew xejriet differenti matul dawn l-aħħar snin. L-esperjenza turi wkoll li hemm ċaqliq minn rotta għal oħra u li hemm bżonn ta’ viġilanza u ta’ koordinazzjoni fiż-żoni kollha.
Qsim irregolari tal-fruntieri fuq ir-rotot migratorji prinċipali — 2014–2017
Ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant
Fuq ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran, wara iż-żieda fil-wasliet matul is-sajf tal-2017, il-wasliet reġgħu żdiedu b’mod sinifikanti sa minn Marzu 2018 — anki jekk il-movimenti ġenerali jibqgħu limitati meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel l-attivazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ bejn l-UE u t-Turkija f’Marzu 2016. Fit-18-il ġimgħa sas-6 ta’ Mejju, kien hemm 9 349 wasla reġistrata fil-Gżejjer Griegi, meta mqabbel mal-5 582 matul l-istess perjodu fl-2017. It-tliet nazzjonalitajiet ewlenin baqgħu l-istess bħal 2017, li huma 41 % Sirjani, 23 % Iraqqini u 11 % Afgani sa issa fl-2018. Fir-rigward tal-wasliet bil-baħar, Lesvos kienet il-gżira li rat l-aktar wasliet (58 % tat-total tal-wasliet bil-baħar), segwita minn Samos. Fl-2018, sas-6 ta’ Mejju, 19-il fatalità u persuni neqsin ġew irreġistrati fil-Baħar Eġew, b’hekk jitkompla t-tnaqqis li rajna fl-2017.
Filwaqt li l-qsim mit-Turkija lejn l-Italja, Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija ġie limitat, kien hemm żieda sinifikanti fil-qsim irregolari mit-Turkija lejn il-Greċja permezz tal-fruntiera fuq l-art. It-tendenza li qed tikber ta’ żieda fil-pressjonijiet migratorji irregolari f’din il-fruntiera diġà kienet tidher fl-aħħar xhur tal-2017, u baqgħet. Matul l-ewwel xhur tal-2018, il-qsim illegali tal-fruntieri żdied aktar minn disa’ darbiet meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017: 6 108 qasma illegali tal-fruntieri ġew irreġistrati sa mis-6 ta’ Mejju. Iż-żieda inizjali fuq din ir-rotta kienet tikkonsisti b’mod predominanti minn ċittadini Torok (kważi 50 %), iżda minn Marzu 2018, in-nazzjonalitajiet ewlenin kienu Sirjani (48 %), Torok (18 %) u Iraqini (15 %). Il-perċentwal ta’ ċittadini Torok f’din il-fruntiera matul l-2017 kien ta’ 39,6 %.
Ir-rotta tal-Balkani tal-Punent
L-azzjoni koordinata biex jiġi indirizzat it-tranżitu irregolari permezz tal-kuritur ċentrali tal-Balkani tal-Punent poġġa l-attenzjoni fuq rotot alternattivi possibbli. Żieda fil-moviment ġiet irrapportata matul l-ewwel kwart tal-2018 mill-Albanija, il-Montenegro u l-Bożnja u Ħerzegovina lejn il-fruntiera Kroata u minn hemm lejn is-Slovenja. Barra minn hekk, hemm evidenza ta’ migranti preżenti fis-Serbja li jingħaqdu ma’ din ir-rotta biex jevitaw il-kontrolli msaħħa fuq il-fruntieri tas-Serbja mal-Kroazja, l-Ungerija u r-Rumanija. Għall-ewwel tliet xhur tas-sena, il-Bożnja u Ħerzegovina rrappurtaw 533 każ identifikat ta’ qsim illegali tal-fruntieri f’pajjiżhom; in-nazzjonalitajiet ewlenin kienu Sirjani, Libjani, Pakistani u Afgani.
Il-fenomenu taċ-ċittadini Iranjani li qed jippruvaw jidħlu fl-UE illegalment kompla, għalkemm f’livell stabbli. Is-Serbja rrapportat aktar minn 11 305 ċittadin Iranjan li daħlu fit-territorju tagħha minn mindu tneħħew ir-restrizzjonijiet tal-viża f’Settembru 2017 u 9 052 ħarġa rreġistrati, b’inqas minn 30 sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal ażil. Hemm rapporti li l-Iranjani qed jippruvaw jaslu l-Ewropa Ċentrali u tal-Punent mill-Greċja, bl-użu ta’ dokumenti foloz. It-tnedija ta’ titjiriet diretti minn Teheran għal Belgrad f’Marzu 2018 tista’ tintensifika l-ħtieġa biex jiġu sorveljati dawn l-iżviluppi.
Ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali
Sas-6 ta’ Mejju, fl-2018 kien hemm 9 567 wasla, madwar 77 % inqas minn dak irreġistrat fl-istess perjodu fl-2017. Madankollu, kien hemm xi żidiet qawwija f’dawn l-aħħar ġimgħat, b’2 072 persuna jaslu f’dawn l-aħħar ġimagħtejn ta’ April u l-ewwel ġimgħa ta’ Mejju. Hemm ukoll bidla notevoli fin-nazzjonalitajiet ewlenin fuq din ir-rotta meta mqabbel mal-2017. In-nazzjonalitajiet ewlenin fl-2018 huma Tuneżini (20 %), Eritreani (19 %), u Niġerjani (7 %), filwaqt li n-nazzjonalitajiet ewlenin fl-2017 kienu Niġerjani, Guineani u Ivorijani.
Għadd sinifikanti ta’ dgħajjes lejn l-Italja jitilqu mit-Tuneżija, li jirrappreżenta 22 % tal-wasliet fl-2018 sas-26 ta’ April (il-maġġoranza kbira ta’ dawk li waslu mit-Tuneżija huma ċittadini Tuneżini).
Ix-xejra ta’ inqas imwiet ta’ migranti tul din ir-rotta kompliet. Fuq il-baħar, kien hemm 358 fatalità u persuni neqsin rreġistrati sas-6 ta’ Mejju ta’ din is-sena. L-operazzjonijiet tal-UE b’appoġġ għall-Gwardja tal-Kosta Taljana salvaw madwar 290 000 migrant mill-1 ta’ Frar 2016. Bis-saħħa tal-azzjoni tal-UE, il-kapaċità tal-Gwardja tal-Kosta Libjana biex issalva lill-migranti fl-ibħra territorjali Libjani tjiebet ukoll, u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tistma li l-awtoritajiet Libjani salvaw 4 964 migrant matul l-ewwel erba’ xhur tal-2018. Fl-ewwel tliet xhur tal-2018, 2 963 migrant ġew salvati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni fid-deżert fin-Niġer.
Ir-rotta tal-Mediterran tal-Punent/tal-Atlantiku
Il-wasliet mir-rotta tal-Mediterran tal-Punent/Atlantiku tkompli turi xejra ’l fuq, li hija riflessa wkoll fin-numru ta’ mwiet u persuni nieqsa (b’217 irreġistrati sas-6 ta’ Mejju ta’ din is-sena). L-għadd totali ta’ wasliet fi Spanja (permezz tar-rotta tal-Mediterran tal-Punent, ir-rotta tal-Atlantiku u minn Ceuta u Melilla) fl-2018 sad-29 ta’ April kien ta’ 6 623, li huwa 22 % ogħla milli kien fl-istess perjodu fl-2017 (5 429). In-nazzjonalitajiet ewlenin tal-wasliet fuq din ir-rotta fl-2018 huma Marokkini (17 %), Guineani (14 %), Maljani (10 %), Ivorjani (7 %), u Gambjani (6 %).
Ażil
Minkejja li l-wasliet huma anqas mill-massimu tal-2015, numru sinifikanti ta’ każi pendenti ta’ applikazzjoni għall-ażil għadu joħloq pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil. L-UE tkompli tappoġġa lill-Istati Membri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni. L-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil imressqa fl-UE fl-2017 (685 000, inkluż 160 000 magħmula minn tfal) kien 43 % iktar baxx milli fl-2016.Fir-rigward tal-2018, kien hemm 186 522 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali mressqa fl-Istati Membri tal-UE mid-29 ta’ April, inklużi 5 257 minorenni mhux akkumpanjati.
Għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE, 2018 sal-ewwel kwart tal-2018
Sehem kbir tal-għadd totali tal-applikazzjonijiet għall-ażil huwa kkonċentrat fi ftit Stati Membri biss. Fl-2015, it-tliet Stati Membri bl-aktar applikazzjonijiet għall-ażil rċevew 62 % tat-total tal-UE (dan jitqabbel ma’ 76 % fl-2016 u 64 % fl-2017).
In-nazzjonalitajiet ewlenin tal-persuni li jitolbu l-ażil fl-UE nbidel mill-2015 ‘l hawn.Filwaqt li s-Sirja, l-Afganistan u l-Iraq baqgħu fost l-ewwel ħamsa mill-2015, il-Kosovo u l-Albanija ġew sostitwiti fl-2016 mill-Pakistan u n-Niġerja. L-ogħla nazzjonalità f’termini ta’ numru ta’ applikazzjonijiet għal ażil hija s-Sirja. Ir-rata medja ta’ rikonoxximent għas-Sirjani baqgħet stabbli, minn 97 % fl-2015 għal 94 % fl-2017.
Fl-2017, ir-rata ta’ rikonoxximent ġenerali għal deċiżjonijiet fl-ewwel istanza fl-UE kienet ta’ 46 % (meta mqabbla ma’ 61 % fl-2016 u 52 % fl-2015). Apparti s-Sirja, l-Eritrea (92 %) u s-Somalja (69 %) kellhom ukoll rati għoljin ta’ rikonoxximent. L-iżjed rati ta’ rikonoxximent baxxi kellhom it-tendenza li jikkonċernaw nazzjonalitajiet mill-Balkani tal-Punent.
Il-protezzjoni tat-tfal migranti
Skont l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati UNHCR, fl-2017, 32 963 tifel u tifla waslu l-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Bulgarija, li minnhom 60 % kienu tfal mhux akkumpanjati jew mifruda. Il-wasliet ta’ tfal fl-2017 naqsu b’mod ġenerali b’67 % meta mqabbel mal-2016, iżda, minkejja dan, il-proporzjon ta’ tfal li jaslu mhux akkumpanjati jew mifruda żdied minn 34 % fl-2016 għal 60 % fl-2017. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal fil-Migrazzjoni tiġi intensifikata mill-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tat-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-iżgurar tal-aċċess għas-servizzi, il-prevenzjoni tal-għajbien tat-tfal, u t-tnaqqis tad-dewmien fil-proċeduri li jikkonċernaw it-tfal, speċjalment ir-riunifikazzjoni tal-familja, u b’mod ġenerali, il-kisba ta’ implimentazzjoni aktar b’saħħitha tal-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal fid-deċiżjonijiet kollha li jaffettwaw lit-tfal. Il-Kummissjoni infurmat dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni u l-isfidi li ġejjin waqt id-dibattitu plenarju tal-Parlament Ewropew fit-2 ta’ Mejju 2018.
3.L-APPOĠĠ TAL-UE GĦALL-ĠESTJONI TAL-MIGRAZZJONI
L-appoġġ tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni kien sostenut u intens. Dan kien l-aktar effettiv meta kien l-aktar kollettiv. L-appoġġ dirett u l-appoġġ finanzjarju tal-UE u l-aġenziji tagħha kienu l-aktar effettivi meta l-ħidma saret flimkien mal-għarfien espert u r-riżorsi fuq il-post mill-Istati Membri. Ir-reviżjoni proposta tal-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Immigrazzjoni se tikkontribwixxi wkoll biex tiġi intensifikata l-koordinazzjoni meħtieġa u biex titjieb l-effikaċja tal-azzjoni komuni tal-UE. Il-passi stipulati hawn taħt juru kemm huwa essenzjali li l-intensità tal-appoġġ tinżamm u l-koordinazzjoni tiġi intensifikata aktar.
Illum, il-Kummissjoni qed tadotta wkoll proposta għal Reviżjoni tal-qafas legali tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, li se żżid is-sigurtà fil-fruntieri u fl-UE, billi ttejjeb il-kontrolli fl-ipproċessar tal-viżi bl-użu tal-interoperabilità u bl-indirizzar tal-lakuni ta’ informazzjoni li jibqa’. Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-isfidi tal-migrazzjoni irregolari f’pajjiżi li ma jeħtiġux viża u qed tieħu miżuri proattivi meta meħtieġ.
Ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant — Appoġġ lill-Greċja u lill-Bulgarija
Element ewlieni tal-appoġġ tal-UE lill-Greċja jibqa’ l-approċċ tal-hotspots. L-appoġġ għall-kapaċità ta’ akkoljenza addizzjonali tkompla. Il-kapaċità ta’ akkoljenza totali żdiedet bi ftit (minn 6 292 għal 6 338 post), bis-saħħa tal-postijiet addizzjonali maħluqa fil-hotspot ta’ Kos. Il-kapaċità ta’ qabel it-tneħħija inżammet f’710 postijiet, b’aktar minn 200 detenut jinżammu f’dawn iċ-ċentri.
Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għadhom ta’ tħassib serju. Sas-6 ta’ Mejju, l-għadd totali ta’ migranti preżenti fil-5 gżejjer tal-Lvant tal-Eġew kien ta’ 16 565, li jwassal għal iffullar gravi kontinwu. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet f’Lesvos użaw tined kemm ġewwa kif ukoll barra miż-żona hotspot biex jilgħu aktar wasliet u hemm pressjoni kbira fuq l-infrastruttura, is-servizzi mediċi, u l-ġestjoni tal-iskart: it-tensjonijiet bejn il-komunitajiet u bejn il-migranti u l-partijiet tal-popolazzjoni lokali żdiedu. Biex jiġu indirizzati uħud mill-aktar bżonnijiet urġenti fil-gżejjer, l-awtoritajiet Griegi qed jinvestu EUR 3 miljun fuq il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma, kif ukoll imexxu ’l quddiem proġetti ffinanzjati mill-UE biex itejbu l-infrastruttura (EUR 15-il miljun) u l-għoti ta’ servizzi u oġġetti mhux tal-ikel (EUR 63 miljun).
Problema partikolari hija l-provvitsa ta’ kenn xieraq għal minorenni mhux akkumpanjati, kemm fil-gżejjer kif ukoll fuq il-kontinent. Aktar minn 2 000 minorenni (inklużi tfal separati) bħalissa qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għal kenn, inklużi tfal minorenni residenti fil-hotspots jew dawk li huma taħt kustodja protettiva. Bħalissa għaddejja sejħa għal proposti u offerti ġew irċevuti għal 1 785 post ta’ akkomodazzjoni. Għadd ta’ kuntratti ġew iffirmati mill-awtoritajiet Griegi, iżda huma meħtieġa aktar sforzi mill-imsieħba kollha, inklużi l-muniċipalitajiet u l-NGOs, biex tiddaħħal fis-seħħ sistema nazzjonali sostenibbli. Dan għandu jiġi kkomplementat b’leġiżlazzjoni ġdida dwar il-foster care, fejn jiġu koperti wkoll migranti minorenni mhux akkumpanjati, u bħalissa tinsab quddiem il-Parlament Grieg. Uffiċjali għall-protezzjoni tat-tfal ġew reklutati, imħarrġa u skjerati fil-hotspots.
B’dawn il-ħtiġijiet riflessi mill-pressjoni maġġura wara l-wasliet fuq il-fruntiera fuq l-art, l-awtoritajiet Griegi issa qed jelaboraw pjan ta’ kontinġenza sabiex ilaħħaq mal-probabbiltà ta’ wasliet akbar hekk kif qed joqrob is-sajf. Dan il-pjan għandu jintuża bħala bażi għall-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva għal sistema nazzjonali ta’ akkoljenza sostenibbli bbażata fuq il-flussi attwali u projjettati, għadd ta’ benefiċjarji potenzjali ta’ protezzjoni internazzjonali, l-ipproċessar imħaffef ta’ talbiet għall-ażil, u ż-żieda fir-ritorni.
L-UE tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-Greċja biex tindirizza l-isfidi relatati mal-migrazzjoni, bil-Pjan Finanzjarju tal-2018 li qed jiġi implimentat bħalissa biex imexxi ’l quddiem il-programmi nazzjonali li jammontaw għal EUR 561 miljun. Barra minn hekk, l-Istrument ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza qed jaħdem mas-sħab umanitarji biex jiġu megħjuna r-refuġjati biex ikollhom ħajja aktar sikura u normali u biex jintegraw aħjar fl-ekonomija u s-soċjetà lokali. Bħalissa jipprovdi aktar minn 24 500 akkomodazzjoni għall-kiri ta’ postijiet u jipprovdi assistenza fi flus kull xahar biex tingħata s-setgħa lir-refuġjati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom u joħloq xibka ta’ sigurtà soċjali bażika għal dawk li qed ifittxu l-ażil u r-refuġjati fil-Greċja, kif ukoll jgħin lill-ekonomija lokali. Kważi 45 000 ruħ bħalissa qegħdin jibbenefikaw minn din l-iskema.
L-aġenziji tal-UE komplew il-ħidma importanti tagħhom fl-appoġġ lill-awtoritajiet Griegi. Mit-30 ta’ April, b’kollox 63 espert nazzjonali, megħjuna minn 27 persunal interim u 85 interpretu, kienu sjkerati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil fil-Greċja. Sa mis-7 ta’ Mejju, 13-il uffiċjali mistiedna tal-Europol u żewġ membri tal-persunal tal-Europol, ġew stazzjonati għal ħames postijiet fil-Greċja, biex iwettqu kontrolli ta' sigurtà sekondarji. Il-ħidma tal-Europol se tiġi żviluppata wkoll permezz ta’ Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet minn evalwazzjoni riċenti. Rigward l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, in-numri totali skjerati mill-14 ta’ Mejju kienu 573. Dan l-appoġġ xorta waħda għadu ma jilħaqx mal-ħtieġa, u l-inċertezzi dwar is-sostituzzjoni mill-Istati Membri tal-uffiċjali f’rotazzjoni joħolqu instabbiltà fit-tul fl-għajnuna li l-UE tista’ tipprovdi.
Aktar pressjoni fuq il-fruntiera fuq l-art bejn il-Greċja u t-Turkija indikat il-ħtieġa għal appoġġ aktar intensiv fuq il-fruntiera. Minbarra l-kooperazzjoni eżistenti bejn it-Turkija u l-Greċja, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tinsab lesta biex issaħħaħ il-preżenza tagħha u żżid l-operazzjonijiet konġunti. Dan ovvjament jirrikjedi aktar impenn mill-Istati Membri.
Il-programm ewlieni ta’ appoġġ lill-Bulgarija jkompli, b’ammont addizzjonali ta’ EUR 13-il miljun li jsir disponibbli bħala żieda għall-2018, flimkien mal-EUR 97,2 miljun fil-programmi nazzjonali u EUR 172 miljun ipprovduti fl-assistenza ta’ emerġenza sa mill-bidu tal-2015. L-implimentazzjoni ta’ xi għotjiet taħt l-assistenza ta’ emerġenza għal tagħmir għall-kontrol tal-fruntieri mxiet bil-mod minħabba dewmien fis-sejħiet għal offerti, iżda l-fondi taħt il-programmi nazzjonali qed jiġu implimentati b’pass tajjeb. Barra minn hekk, fil-Bulgarija, għad hemm nuqqasijiet fl-iskjerament tal-persunal tal-Aġenzija Ewropea ta’ Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta: in-numru attwali ta’ esperti huwa ta’ 130, li huwa 57 espert inqas mill-ħtiġijiet definiti.
Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija
Id-dikjarazzjoni UE-Turkija tibqa’ ta’ importanza kbira fit-tnaqqis tal-vjaġġi irregolari u perikolużi lejn il-gżejjer Griegi, fis-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, u fil-promozzjoni tar-risistemazzjoni ta’ Sirjani fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. Is-suċċess tagħha jiddependi fuq l-involviment u l-isforz sostnut mill-partijiet kollha involuti. Huwa kruċjali li t-Turkija tkompli l-isforzi tal-infurzar tal-liġi intensivi tagħha biex iżżarma n-netwerks ta’ kutrabandu u biex twaqqaf il-qsim irregolari lejn il-Greċja, kemm fil-Greċja kontinentali kif ukoll fil-gżejjer, u li tkompli tikkoopera dwar ir-ritorn u r-riammissjoni mill-Greċja, jew permezz tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija jew permezz tal-protokoll bilaterali bejn il-Greċja u t-Turkija.
It-Turkija għamlet sforzi eċċellenti biex tipprovdi kenn u appoġġ lil aktar minn 3,5 miljun refuġjat Sirjan irreġistrati, u l-UE wriet l-impenn tagħha biex tappoġġa lit-Turkija f’din l-isfida. Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija qed tkompli tappoġġa l-ħtiġijiet tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Torok. Din uriet li kienet waħda mill-iżjed mekkaniżmi ta’ appoġġ tal-UE rapidi u effettivi, bl-iżborżamenti jilħqu EUR 1,9 biljun. Il-faċilità qed tgħin lil aktar minn 1,3 miljun refuġjat, permezz ta’ trasferimenti ta’ flus u tappoġġa l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa għal mijiet ta’ eluf ta’ nies. Il-mobilizzazzjoni tat-tieni porzjon ta’ EUR 3 biljun issa tinsab għaddejja. L-implimentazzjoni rapida se tiżgura li jkun hemm segwitu kontinwu tal-interventi ffinanzjati taħt il-Faċilità ta’ suċċess tal-ewwel porzjon, b’mod partikolari finanzjament addizzjonali għal appoġġ għall-edukazzjoni, li trid tkun fis-seħħ qabel il-bidu tas-sena skolastika l-ġdida.
Id-dewmien tal-eżami tal-applikazzjonijiet għall-ażil fil-Greċja għadu qed iżomm lura ir-ritorni lejn it-Turkija skont id-Dikjarazzjoni. Ir-riskju ta’ żieda possibbli fil-wasliet fis-sajf ifisser li huwa dejjem iktar importanti li dan jiġi indirizzat b’mod urġenti mill-awtoritajiet Griegi. L-UE tkompli tappoġġa s-Servizz tal-Ażil Grieg u l-Kumitati ta’ Appell.
B’mod parallel, ir-restrizzjoni ġeografika ġenerali li tapplika għal persuni li jfittxu ażil preżenti fil-gżejjer tal-Eġew ġiet annullata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat Grieg f’April. Il-Qorti kkonkludiet li r-restrizzjoni ma kellhiex ir-raġunament legali meħtieġ u rrikonoxxiet li r-restrizzjoni toħloq piż konsiderevoli fil-gżejjer. L-awtoritajiet Griegi rreaġġixxew mill-ewwel għas-sentenza u s-Servizz ta’ Ażil Grieg ħareġ Deċiżjoni ġdida li skont l-awtoritajiet Griegi tindirizza t-tħassib tal-Kunsill tal-Istat. Il-Greċja ressqet ukoll leġiżlazzjoni ġdida li timmira biex tlesti t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza, li tipprovdi bażi ġuridika aktar b’saħħitha għal din id-Deċiżjoni. Il-liġi l-ġdida issa qed jiġi ffinalizzata għall-adozzjoni mill-Parlament Grieg.
Sakemm ikun hemm implimentazzjoni effettiva min-naħa tat-Turkija tal-klawżola taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi tal-ftehim ta’ riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija, it-Turkija u l-Greċja huma mħeġġa jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim bilaterali ta’ riammissjoni bejn il-Greċja u t-Turkija għal dawk il-wasliet li mhumiex koperti mid-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija.
L-appoġġ fis-Sirja u l-ġirien tagħha jibqa’ prijorità għolja. Aktar minn EUR 1 biljun ġew allokati mill-UE lill-Ġordan u lil-Libanu sa mill-bidu tal-kriżi, biex jappoġġaw lil dawk l-aktar vulnerabbli permezz ta’ finanzjament umanitarju u jipprovdu edukazzjoni u kura tas-saħħa u jgħinu l-għajxien għar-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti. L-appoġġ lil-Libanu kien ukoll appoġġat f’żewġ konferenzi internazzjonali fil-livell ministerjali li koprew is-sigurtà u l-investiment. Il-konferenza Brussell II dwar l-appoġġ għall-ġejjieni tas-Sirja u tar-reġjun, kopreseduta mill-UE u min-Nazzjonijiet Uniti f’April 2018 ikkonfermat mill-ġdid l-appoġġ tal-UE għal soluzzjoni politika fis-Sirja u l-impenn tagħha li tindirizza l-ħtiġijiet sostanzjali, b’konferma ta’ EUR 560 miljun għall-2018 u l-allokazzjoni ta’ ammont addizzjonali ta’ EUR 560 miljun għall-2019. B’kollox, il-Konferenza mmobilizzat EUR 6,2 biljun f’għotjiet mill-komunità internazzjonali għal 2020, bi tliet kwarti ġejjin mill-UE u l-Istati Membri tagħha.
Ir-rotta tal-Balkani tal-Punent
Il-Kummissjoni bħalissa qed tiffinalizza l-proċeduri interni tagħha biex tiffirma ftehim mal-Albanija, inizjalat fi Frar 2018, li se jippermetti lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tipprovdi assistenza fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni kif ukoll biex tibgħat timijiet operattivi fuq it-territorju Albaniż malajr kemm jista’ jkun f’każ ta’ bidla f’daqqa fil-flussi migratorji. Fit-30 ta’ April, intlaħaq ftehim fuq livell tekniku dwar arranġament simili mal-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Bħalissa għaddejjin negozjati mas-Serbja u l-Kummissjoni pproponiet li tibda negozjati dwar tali ftehim mal-Montenegro u l-Bożnja u Ħerzegovina.
Iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti tal-Europol kompla jappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali biex jindirizza t-traffikar tal-migranti mir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Fl-ewwel kwart tal-2018, il-Europol organizza 11-il laqgħa operazzjonali li ffokaw fuq il-Balkani tal-Punent u mexxa 28 każ ta’ prijorità. 7 jiem ta’ azzjoni komuni li rriżultaw fl-arrestar b’suċċess ta’ kuntrabandisti ġew ukoll organizzati fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Il-Europol kompliet issegwi x-xejra ’l fuq tat-traffikar ta’ migranti fi trakkijiet u vetturi kbar. Il-pajjiżi tar-reġjun saħħew il-kapaċitajiet tagħhom ta’ kontroll u sorveljanza tal-fruntieri, bit-trasferiment ta’ pattulji lejn taqsimiet immirati tal-fruntieri.
B’mod parallel, l-UE tkompli tipprovdi appoġġ lill-pajjiżi fuq ir-rotta tal-Balkani tal-Punent billi tiffoka fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u tal-kapaċità għall-migranti u għar-rifuġjati u biex tibni l-kapaċitajiet biex issaħħaħ is-sistemi ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-vidjokonferenzi regolari ta’ darbtejn fil-ġimgħa, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE, u msieħba tal-Balkani tal-Punent komplew sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni migratorja tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Il-pakkett annwali tat-Tkabbir tal-Kummissjoni adottat fis-17 ta’ April 2018, enfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi jsaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi relatati mal-migrazzjoni.
Il-passi li jmiss:
·L-awtoritajiet Griegi għandhom itejbu l-kundizzjonijiet fil-hotspots, filwaqt li jindirizzaw b’mod partikolari l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli u l-minorenni mhux akkumpanjati;
·L-awtoritajiet Griegi għandhom jaċċeleraw urġentement l-implimentazzjoni tar-ritorni lejn it-Turkija skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija;
·L-awtoritajiet Griegi għandhom jiffinalizzaw b’urġenza il-pjan ta’ kontinġenza tagħhom biex ilaħħqu maż-żieda fil-wasliet fil-gżejjer u permezz tal-fruntiera fuq l-art;
·Tissaħħaħ il-kooperazzjoni mat-Turkija biex jimpedixxu rotot bl-art u bil-baħar attwali u emerġenti għall-migrazzjoni irregolari f’konformità mad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija;
·Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Greċja u t-Turkija dwar ir-ritorni u r-riammissjonijiet mill-Greċja permezz tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija kif ukoll permezz tal-protokoll bilaterali bejn il-Greċja u t-Turkija;
·L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-appoġġ espert neċessarju għall-ħidma tal-Aġenziji tal-UE fil-Greċja u fil-Bulgarija;
·Il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-sħab tal-Balkani tal-Punent dwar l-appoġġ operazzjonali mogħti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu konklużi b’ħeffa.
Ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali
-
Appoġġ lill-Italja
L-UE tkompli tappoġġa lill-Italja fl-implimentazzjoni tal-approċċ hotspot. L-attivitajiet fil-hotspot ta’ Taranto ġew sospiżi b’mod temporanju biex jitwettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni u x-xogħlijiet ta’ tiġdid qed jillimitaw ukoll l-attivitajiet fil-hotspot ta’ Lampedusa. B’mod parallel, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw l-impenn tagħhom biex jiftħu tliet lokazzjonijiet hotspot addizzjonali fil-Kalabrija u fi Sqallija aktar tard din is-sena. Reviżjoni tal-proċeduri operattivi standard tal-hotspots tinsab għaddejja.
L-aġenziji tal-UE qed jieħdu miżuri biex jadattaw il-livelli tal-persunal tagħhom u jiffokaw fuq l-attivitajiet tagħhom fl-Italja skont il-ħtiġijiet attwali. Mit-30 ta’ April, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil immobilizza 38 espert nazzjonali fl-Italja, appoġġjati minn 54 persunal interim u 98 medjatur kulturali. 428 espert Ewropej tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta qed jappoġġaw il-ħidma mal-migranti li jkunu għadhom kif waslu. Sa mis-7 ta’ Mejju 2018, f’ħames postijiet fl-Italja kien hemm skjerati total ta’ 15-il uffiċjal tal-Europol mistieden u tliet membri tal-persunal mill-Europol biex iwettqu kontrolli ta' sigurtà sekondarji. L-Italja żiedet ukoll il-kapaċità ta’ detenzjoni fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Potenza u laħqet il-kapaċità sħiħa ta’ 96 post.
L-UE tkompli tipprovdi assistenza finanzjarja sostanzjali lill-Italja. L-awtoritajiet Taljani bdew l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-pakkett finanzjarju allokat lill-Italja f’Novembru, fil-qasam tal-assistenza medika, il-medjazzjoni interkulturali, it-tagħmir għall-iskrinjar tal-migranti fil-hotspots u l-operazzjonijiet għas-sorveljanza tal-fruntieri marittimi u ta’ tfittxija u salvataġġ. B’segwitu għall-ittra lill-Prim Ministru Gentiloni tal-25 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni u l-Ministeru Taljan tal-Intern komplew id-diskussjonijiet tagħhom sabiex ifasslu l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt l-assistenza ta’ emerġenza mmirati biex jappoġġaw l-integrazzjoni fil-livell lokali, jipproteġu l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u jtejbu l-effettività tal-proċeduri tal-ażil u r-ritorn. L-assistenza ta’ emerġenza pprovduta lill-Italja tikkumplimenta aktar minn EUR 654 miljun f’appoġġ tal-UE għall-programmi nazzjonali tal-Italja.
L-Operazzjoni Konġunta Themis kompliet, u appoġġat lill-Italja biex tindirizza l-immigrazzjoni irregolari mil-Mediterran Ċentrali, issalva l-ħajjiet fuq il-baħar u tipprevjeni u tiskopri l-kriminalità transfruntiera. Iż-żona operazzjonali tagħha issa tkopri l-Baħar Adrijatiku u l-komponent ta’ infurzar tal-liġi tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġellieda barranin, issaħħaħ. Attwalment, b’kontribuzzjonijiet minn 27 Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tappoġġa l-Italja b’428 gwardja tal-fruntiera u membri tal-ekwipaġġ, żewġ ajruplani, ħelikopter, bastiment ta’ pattulja wieħed ’il barra mix-xatt, seba’ bastimenti tal-għassa tal-kosta, erba’ bastimenti ta’ pattulja tal-kosta, u 14-il uffiċċju mobbli.
Il-passi li jmiss:
·L-Italja tiftaħ tliet postijiet hotspot oħra kif ippjanat;
·L-Italja żżid il-kapaċità ta’ detenzjoni ulterjorment;
·Il-finalizzazzjoni tal-fażi l-ġdida ta’ finanzjament ta’ emerġenza mal-awtoritajiet Taljani;
·L-Istati Membri jżidu l-kontribuzzjonijiet għall-aġenziji tal-UE (livelli ta’ persunal u appoġġ operattiv) fl-Italja b’konformità mal-ħtiġijiet;
·L-Italja tkompli l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-4 ta’ Lulju 2017.
-
Il-Libja u r-reġjun, u l-pajjiżi tul ir-rotta
L-UE tkompli l-ħidma tagħha biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-biża’ li qegħdin jiffaċċjaw ħafna migranti u refuġjati fil-Libja u biex jiġi indirizzat il-kuntrabandu tal-migranti. Il-programmi ffinanzjati mill-UE qed jaħdmu biex jindirizzaw il-ħtiġijiet immedjati tal-migranti u r-refuġjati, jgħinu lill-migranti jerġgħu lura lejn darhom jew isibu passaġġ sikur għal dawk fi bżonn ta’ protezzjoni lejn l-Ewropa permezz tar-risistemazzjoni, u x-xogħol għal żmien twil biex jiġu stabbilizzati l-komunitajiet.
Sal-lum, bl-appoġġ tal-UE, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tat lil kważi 41 000 migrant kutri, saqqijiet u settijiet tal-iġjene fil-punti ta’ żbark, fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u fil-komunitajiet ospitanti fil-Libja. Assistenza medika ġiet ipprovduta lil iktar minn 14 500 migrant vulnerabbli. Aktar minn 950 migrant ingħataw ukoll għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Riżorsi u ta’ Reazzjoni għall-Migrazzjoni stabbilit fin-Nofsinhar tal-Libja. Kien hemm ukoll għajnuna speċifika mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal UNICEF biex jiġu pprovduti ħwejjeġ tax-xitwa fiċċentri ta’ detenzjoni, kif ukoll il-ħtiġijiet ewlenin għas-sopravivenza u l-għajxien deċenti, inklużi attivitajiet ta’ rikreazzjoni u attivitajiet edukattivi. Sforz konġunt għadu għaddej ukoll biex jinħelsu t-tfal u jinstabu alternattivi għad-detenzjoni.
Il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti waqqaf ukoll Campus tal-Intraprenditorija li jipprova jgħin lil intraprendituri żgħażagħ.
L-UE kompliet tappoġġa lill-muniċipalitajiet Libjani madwar il-pajjiż, li qed jaħdmu fuq ir-riabilitazzjoni ta’ infrastrutturi ewlenin li jippermettu l-aċċess għal servizzi bażiċi għall-popolazzjonijiet lokali u l-migranti. Għaddejjin diskussjonijiet bejn l-UE u s-sħab implimentattivi (il-Kooperazzjoni Taljana, il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal UNICEF) biex jibda jitħaddem programm ta’ EUR 50 miljun f’appoġġ għall-muniċipalitajiet, adottat f’Marzu 2018. Dan se jsaħħaħ il-kapaċità tal-muniċipalitajiet Libjani biex jipprovdu s-servizzi bażiċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma u s-sanità.
Sa mill-4 ta’ Mejju, 1 006 refuġjat u dawk li jfittxu l-ażil ġew rilaxxati mid-detenzjoni wara l-interventi tal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati UNHCR fl-2018, żieda fuq 1 428 fl-2017. L-Aġenzija wettqet 486 żjara ta’ monitoraġġ f'ċentri ta’ detenzjoni s’issa fl-2018. Is-sostenn tal-UE ppermetta wkoll lill-Aġenzija għar-refuġjati tan-NU UNHCR twettaq 15 216-il konsultazzjoni medika għar-refuġjati u għal dawk li jfittxu l-ażil — filwaqt li stinkat għall-ħelsien tagħhom.
L-UE ilha taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati UNHCR biex tiżgura li l-ikbar numru ta’ persuni vulnerabbli li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali kemm jista’ jkun jiġu evakwati mil-Libja lejn in-Niġer, u mbagħad risistemati malajr. Wara sospensjoni temporanja tal-evakwazzjonijiet fil-bidu ta’ Marzu minħabba tħassib mill-gvern tan-Niġer li t-tluq lejn pajjiżi oħra ma kienx qed jinżamm mar-ritmu tal-wasliet lejn in-Niġer, l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) fl-10 ta’ Mejju reġgħet bdiet il-Mekkaniżmu ta’ Tranżitu ta' Emerġenza, u ttrasportat bl-ajru 132 rifuġjat vulnerabbli u dawk li qed ifittxu ażil. Minn 1 152 persuna evakwati mil-Libja lejn in-Niġer, sat-13 ta’ Mejju l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati UNHCR ippreżentat 475 persuna għar-risistemazzjoni u minn dawn, 108 diġà telqu min-Niġer. 71 oħra ġew aċċettati mill-istati ta’ risistematizzazzjoni u qed jistennew it-tluq. Dan ifisser li l-istati ta’ risistematizzazzjoni diġà risistemaw madwar 38 % tal-persuni kollha ppreżentati. Għalkemm għadhom meħtieġa impenji għal risistemazzjoni addizzjonali min-Niger, l-għadd ta’ impenji ta’ risistemazzjoni min-Niger mhuwiex il-fattur limitanti billi saru 2 681 impenn. Huwa importanti li r-riferimenti mill-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati UNHCR jiġu aċċellerati, b’tali mod li l-impenji jistgħu jiġu mmaterjalizzati u l-persuni evakwati mil-Libja risistemati malajr kemm jista’ jkun mill-Istati Membri ta’ risistemazzjoni. L-UE tappoġġa bis-sħiħ dawn l-isforzi, u se tissupplimenta l-appoġġ finanzjarju eżistenti lill-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati UNHCR ta’ EUR 20 miljun. L-Istati Membri, li għadhom ma rriżervawx parti mill-impenn tar-risistemazzjoni tagħhom għan-Niġer huma mistiedna jagħmlu dan u dawk li diġà qed jirrisistemaw għandhom ikomplu jiżguraw li t-trasferimenti jseħħu malajr wara r-riferimenti. Il-UNHCR għandha tiġi mħeġġa tiffoka ir-riferimenti ta’ risistemazzjoni tagħha fin-Niġer primarjament fuq persuni evakwati mil-Libja.
Wara l-missjoni trilaterali ta’ livell għoli bejn l-Unjoni Afrikana-UE-Nazzjonijiet Uniti fi Tripli fi Frar, il-Kummissjoni involviet ruħha mal-awtoritajiet Libjani biex jiġi żgurat it-twettiq tal-impenji meħuda. Dawn jinkludu l-importanza li jiġu ffaċilitati l-operazzjoni ta’ evakwazzjoni umanitarja billi jsiru rinunzji fuq il-viżi ta’ ħruġ; biex jippermetti li l-Aġenzija għar-Refuġjati tan-NU UNHCR timplimenta bis-sħiħ il-mandat tagħha lil hinn mil-limiti imposti fuq in-nazzjonalitajiet; jitjieb l-aċċess u l-kundizzjonijiet tal-migranti u r-refuġjati fiċ-ċentri ta’ detenzjoni; isir progress lejn l-għeluq taċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-forma attwali tagħhom; u ssir kunsiderazzjoni ta’ alternattivi għall-kriminalizzazzjoni tal-migranti irregolari; tiġi żgurata r-reġistrazzjoni sħiħa u t-traċċar l-migranti kollha.
Komplew l-isforzi tal-UE biex tappoġġa ż-żewġ Gwardji tal-Kosta Libjana. L-operazzjoni EUNAVFORMED Sophia sa issa ħarġet madwar 191 membru tal-persunal tal-Gwardja tal-Kosta Navali Libjana inklużi 5 membri tal-ekwipaġġ tad-dgħajjes tal-għassa permezz ta’ taħlita ta' taħriġ fuq l-art u fuq il-baħar. It-taħriġ għadu għaddej fil-Greċja għal 22 persunal Libjan u modulu ieħor huwa skedat fi Spanja għal 34 kandidat fil-bidu ta’ Lulju 2018. L-ewwel rapport ta’ monitoraġġ f’Marzu enfasizza li l-kapaċità u l-professjonaliżmu qed jipprogressaw iżda li l-monitoraġġ effettiv jista’ jibbenefika aktar mill-preżenza kontinwa tal-persunal ta’ EUNAVFORMED fiċ-ċentri ta’ operazzjoni tal-Gwardja tal-Kosta Navali Libjana.
It-twaqqif ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni sigur fil-Mediterran għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-migrazzjoni irregolari bil-baħar issa qed jilħaq l-aħħar stadju, u s-Seahorse Mediterranean network għandu jkun operattiv fit-tieni nofs tal-2018.
Proġett pilota biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE u l-Operazzjoni EUNAVFORMED Sophia, li ħadem direttament flimkien, taħt l-azzjoni ewlenija Operazzjoni Sophia, bħala Ċellula ta’ Informazzjoni dwar il-Kriminalità , ġie approvat mill-Ministri waqt il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ta’ Marzu 2018. Iċ-Ċellula għandha tibda taħdem malajr kemm jista’ jkun. Il-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja qed tfittex li iżżid il-kapaċità biex tibgħat sa 17-il membru tal-persunal fi Tripli fuq bażi permanenti jew fuq bażi ta’ rotazzjoni sa Mejju 2018, biex tibni fuq l-aktar impenn profond possibbli mal-awtoritajiet Libjani ma mill-“preżenza ħafifa” stabbilita f’Diċembru 2017.
-
Finanzjament
Il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika se jkompli jaqdi rwol importanti fil-ħidma tal-UE. Mit-8 ta’ Mejju 2018, 147 programm ġew miftiehma għal ammont totali ta’ madwar EUR 2 593,4 miljun, maqsum bejn it-tliet twieqi: Is-Saħel/il-Lag Chad EUR 1293 miljun (79 programm), il-Qarn tal-Afrika EUR 820,3 miljun (50 programm), l-Afrika ta’ Fuq EUR 335 miljun (14-il programm). Dan l-ammont jinkludi wkoll 4 programmi trasversali bejn it-twieqi (EUR 145,1 miljun). Total ta’ 235 kuntratt ma’ implimentaturi s’issa ġew iffirmati għal total ta’ ammont ta’ EUR 1611,2 miljun, u żborżi totali li jammontaw għal EUR 650 miljun.
Ir-riżorsi li huma allokati fil-preżent lill-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika jammontaw għal EUR 3,39 biljun, u jinkludu aktar minn EUR 2,98 biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u mill-baġit tal-UE. B’kollox, l-Istati Membri tal-UE u donaturi oħra (l-Iżvizzera u n-Norveġja) ikkontribwew EUR 413,8 miljun, li minnhom EUR 378 miljun tħallsu s’issa. Id-donaturi ewlenin jibqgħu l-Ġermanja (EUR 157,5 miljun) u l-Italja (EUR 104 miljun). Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għat-tieqa tal-Afrika ta’ Fuq tal-Fond Fiduċjarju tal-UE kienet ta’ importanza partikolari biex ikun jista’ jiġi offrut approċċ ġdid mal-Libja: Id-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew wasslu lill-Istati Membri jagħmlu wegħdiet ta’ EUR 178,6 miljun, l-aktar biex ifornu lit-tieqa tal-Afrika ta’ Fuq.
Madankollu, diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament x’aktarx li sseħħet diġà fl-2018. Din ġiet diskussa waqt il-laqgħa tal-Bord Strateġiku tal-24 ta’ April 2018. Is-sett ta’ proġetti għat-tliet itwieqi, li jinkludi azzjonijiet bħal li jitkompla x-xogħol fil-Libja, u jinżamm l-istess ritmu ta’ ritorni volontarji assistiti u evakwazzjonijiet, huwa stmat li jiswa madwar EUR 2 biljun. Filwaqt li r-riżorsi li fadal jistgħu jkopru xi prijoritajiet, nuqqas fil-finanzjament totali ta’ madwar 1,2 biljun ġie identifikat għat-tliet itwieqi, biex jinżamm il-livell attwali ta’ ambizzjoni. Għall-Afrika ta’ Fuq, il-prijoritajiet se jkomplu jikkontribwixxu għal ġestjoni ta’ migrazzjoni effettiva, inkluż il-protezzjoni ta’ migranti vulnerabbli, ir-ritorn volontarju, l-istabbilizzazzjoni tal-komunità, il-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-appoġġ għall-migrazzjoni tax-xogħol. L-attivitajiet fil-Qarn tal-Afrika u s-Saħel u ż-żoni tal-Lag Chad għandhom impatt dirett fuq l-effikaċja tal-azzjoni tal-UE fl-Afrika ta’ Fuq u huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-approċċ tal-UE jkun verament komprensiv. L-Istati Membri rrikonoxxew il-valur tas-sett ta’ proġetti, u qablu li jkomplu jipprijoritizzaw l-azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin: ir-ritorn u r-riintegrazzjoni, il-Qafas ta’ Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati, dokumenti u reġistru ċivili sikuri, l-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin, sforzi ta’ stabilizzazzjoni essenzjali fis-Somalja, is-Sudan u s-Sudan t’Isfel, u appoġġ għal djalogi dwar il-migrazzjoni. Fl-istess ħin, il-Bord qabel, li l-Fond Fiduċjarju għandu jkompli l-operazzjonijiet tiegħu lil hinn mill-2018 u li biex dan iseħħ kien meħtieġ li jiġu fornuti mill-ġdid ir-riżorsi.
Taħt l-ewwel pilastru tal-Pjan ta’ Investiment Estern, il-garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, total ta’ 12-il istituzzjoni finanzjarja eliġibbli pproponew aktar minn 46 programm ta’ investiment taħt il-ħames twieqi ta’ investiment li għalihom hemm disponibbli fondi ta’ garanzija ta’ EUR 1,5 biljun. Il-proposti rċevuti jammontaw għal valur totali ta’ aktar minn EUR 3,5 biljuni għall-ħames twieqi. L-ewwel deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-programmi huma mistennija kmieni fis-sajf. L-operazzjonijiet ta’ taħlit taħt il-Pjattaformi ta’ Investiment Għall-Afrika u l-Viċinat tal-Pjan ta’ Investiment qed jitħejjew.
-
Pajjiżi tul ir-rotta
Il-kooperazzjoni ssaħħet ma’ numru ta’ sħab fl-Afrika. Minkejja t-taqlib politiku, il-ħidma mal-awtoritajiet Etjopjani dwar il-ħames pilastri tad-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta issokktat mingħajr problemi. Id-djalogu dwar il-migrazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Guinea u l-Gambja isostni progress kontinwu, b’seminar ta’ suċċess tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-aħjar prattiki għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet relatati mar-ritorn f’Marzu. Fil-Kosta tal-Avorju, id-djalogu dwar il-migrazzjoni tnieda mill-ġdid. Tkomplew id-diskussjonijiet man-Niġerja dwar il-pakkett tal-migrazzjoni u l-mobilità, li jkopri t-tkabbir u l-investimenti, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-identifikazzjoni diġitali, il-kuntrabandu, it-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll ir-riintegrazzjoni u r-riammissjoni.
Apparti mill-kooperazzjoni operattiva kontinwa, l-appoġġ addizzjonali għan-Niġer ikun jiffoka fuq azzjoni li tindirizza rotot migratorji emerġenti ħdejn il-fruntiera Niġerjana u programmi ta’ sostituzzjoni ekonomika msaħħa. F’Marzu 2018, in-Niġer ospita konferenza ministerjali li involviet il-partijiet interessati ewlenin kollha biex jiddiskutu u jippromwovu l-kooperazzjoni kontra l-kuntrabandu tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin. In-Niġer, iċ-Chad, il-Libja u s-Sudan laħqu wkoll ftehim ġdid biex jistabbilixxu kooperazzjoni biex jiġu żgurati fruntieri komuni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.
Ingħatat spinta wkoll lill-ħidma biex jiġu indirizzati netwerks tal-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali fil-Qarn tal-Afrika bl-iżvilupp ulterjuri taċ-Ċentru Operattiv Reġjonali għall-Proċess ta’ Khartoum appoġġat mill-Fond Fiduċjarju tal-UE, bil-mira tat-titjib tal-investigazzjonijiet konġunti fost il-pajjiżi. Il-programm għall-Ġestjoni Aħjar tal-Migrazzjoni fil-Qarn tal-Afrika ra aktar minn 400 uffiċjal tal-gvern mħarrġa fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, u madwar 150 parti konċernata governattiva u mhux governattiva mħarrġa dwar id-drittijiet tal-migranti.
Il-migrazzjoni kienet inkluża fl-aġenda tar-Raggruppament dwar l-Istabbiltà UE-Eġittu li sar fil-15 ta’ Marzu fil-Kajr. Dan kompla fejn ħalliet l-ewwel laqgħa tad-Djalogu dwar il-Migrazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu f’Diċembru 2017 u ħa kont tal-progress fl-oqsma differenti ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Eġittu dwar il-migrazzjoni. Aktar kooperazzjoni mal-aġenziji tal-UE ġiet diskussa wkoll.
Ir-rotta tal-Mediterran tal-Punent
Il-Marokk qed ikompli jagħmel sforzi biex jipprevjeni l-migrazzjoni irregolari billi jikkoopera fuq is-sorveljanza tal-fruntieri, b’mod partikolari ma’ Spanja. Għaddejjin kuntatti tekniċi bil-għan li jitfassal pakkett ta’ għajnuna biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-ġestjoni tal-fruntieri u jiġu mnedija mill-ġdid in-negozjati dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi u l-Ftehimiet ta’ Riammissjoni. Programm ta’ appoġġ baġitarju għall-politiki ta’ migrazzjoni tal-Marokk (EUR 35 miljun) ġie ffirmat mill-Kummissjoni u l-Marokk f’Diċembru 2017. Fit-2 ta’ Mejju f’Marrakexx, il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-proċess ta’ Rabat affermat mill-ġdid l-impenn permezz ta’ Pjan ta’ Azzjoni Adottat b’mod konġunt biex titkompla l-kooperazzjoni dwar l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, u t-tisħiħ tar-ritorni u r-riammissjonijiet.
Wara żieda ta’ 43 % bejn l-2016 u l-2017, l-għadd ta’ ċittadini Alġerini li waslu jaslu b’mod irregolari fl-Ewropa naqas fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2018, meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017. L-Alġerija wkoll tibqa’ pajjiż ta’ tranżitu għall-migranti irregolari li jippruvaw jaslu l-Marokk u l-Libja, u l-awtoritajiet Alġerini rrappurtaw żieda fil-wasliet minn pajjiżi tal-Afrika Sub-Saħarjana lejn l-Alġerija. Filwaqt li l-UE u l-Alġerija qablu dwar it-titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar wasliet illegali, dwar il-possibilitajiet ta’ mobilità legali u dwar ir-ritorn, dan għadu ma ġiex tradott f’kooperazzjoni konkreta.
Il-passi li jmiss:
·L-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati UNHCR u l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi ta’ evakwazzjoni u risistemazzjoni miżjuda permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżitu ta’ Emerġenza billi jiżdiedu r-riferimenti u jiġu mħaffa r-risistemazzjonijiet;
·Jitkompla x-xogħol mat-Task Force tal-Unjoni Afrikana - UE - Nazzjonijiet Uniti biex tingħata għajnuna lin-nies jitilqu mil-Libja u mal-awtoritajiet Libjani biex tintemm id-detenzjoni sistematika tal-migranti;
·Tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-pajjiżi tas-Saħel dwar il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin f’konformità mad-Dikjarazzjoni adottata f’Niamey f’Marzu;
·Jitkompla t-tisħiħ tad-djalogi dwar il-migrazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini, li jgħaqqad flimkien il-pilastri kollha tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta.
4.IR-RITORN U R-RIAMMISSJONI
L-istatistika dwar ir-ritorni fl-2017 tindika li meta mqabbel mal-2016 (493 785 deċiżjoni ta’ ritorn), in-numru ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa fl-UE fl-2017 żdied b’4 % (516 115-il deċiżjoni fl-2017). Din iż-żieda tista’ tiġi attribwita għall-fatt li numru kbir ta’ proċeduri ta’ ażil (ta’ appell), fosthom bosta mibdija matul iż-żmien ta’ influss bil-massa fl-UE — qed joqorbu lejn tmiemhom, f’ħafna każijiet konklużi b’deċiżjoni negattiva. Hemm żieda konsistenti fl-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa mill-Istati Membri li kienu l-aktar milquta mill-influss, b’mod partikolari, il-Ġermanja u l-Greċja.
Madankollu, iż-żieda fin-numru ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn mhijiex riflessa f’żieda simili fl-għadd ta’ ritorni implimentati fir-realtà. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri għall-EUROSTAT tindika b’mod ċar li l-għadd ta’ ritorni implimentati fl-2017 naqas bi kważi 20 %: minn 226 150 fl-2016 għal 188 920 fl-2017. Dan jissarraf fi tnaqqis konsiderevoli fir-rata ta’ ritorn madwar l-UE minn 45,8 % fl-2016 għal biss 36,6 % fl-2017.
Din it-tendenza negattiva hija parzjalment spjegata mill-fatt li l-istokk ta’ dawk li potenzjalment jirritornaw lura pajjiżhom minn pajjiżi fil-Balkani tal-Punent naqas b’mod sinifikanti. Il-koperazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi dwar ir-riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom stess kienet eċċellenti matul dawn l-aħħar sentejn, iffaċilitata minn ftehimiet ta’ riammissjoni effettivi tal-UE. Ir-riżultat huwa li fejn qabel kien hemm ħafna każijiet ta’ ritorni pendenti akkumulati lejn dawn il-pajjiżi, dawn tlestew fl-2015 u fl-2016, li mbagħad, żied ir-rata ta’ ritorn medja tal-UE.
Madankollu, anki jekk id-data dwar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent titneħħa mid-data ta’ ritorn ġenerali tal-2017, għad hemm tnaqqis fir-rata ta’ ritorn minn 34,5 % fl-2016 għal 29,2 % fl-2017. Dan jista’ jiġi spjegat minn żieda proporzjonata fl-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn għal ċittadini ta’ pajjiżi ta’ oriġini, inqas kooperattivi, ta’ migranti irregolari lejn l-UE u li mhijiex tiġi mqabbla bir-ritorni effettivi. Dan jenfasizza b’mod ċar il-ħtieġa ta’ aktar sforz fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ ritorn jiġu implimentati b’mod effikaċi, billi tintuża l-ħidma taħt il-Qafas ta’ Sħubija bħala xprun u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala għodda ewlenija biex jitwettqu r-ritorni.
Filwaqt li l-iżgurar tal-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fuq ir-riammissjoni taċ-ċittadini proprji għadu sfida għall-UE, l-2017 ra progress sinifikanti b’diversi arranġamenti prattiċi ġodda konklużi. Inkisbet il-mira stabbilita fil-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni ta’ Diċembru tal-2017 biex jintlaħaq ftehim ma’ tliet pajjiżi sħab dwar l-arranġamenti għar-ritorn u r-riammissjoni. Ir-reviżjoni proposta tal-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Immigrazzjoni se tgħin biex tintensifika wkoll il-koordinazzjoni meħtieġa f’dan il-qasam.
Bħala parti mill-proposta tagħha li temenda l-Kodiċi dwar il-Viżi, il-Kummissjoni ipproponiet li jissaħħaħ l-użu tal-politika dwar il-viżi bħala għodda biex isir progress fil-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Se jiġu stabbiliti kundizzjonijiet aktar stretti għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża għal ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex tal-UE li ma jikkooperawx b’mod sodisfaċenti dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.
Madankollu, żieda sinifikanti fin-numru ta’ ritorni tiddependi l-ewwel u qabel kollox fuq l-impenn tal-Istati Membri f’din il-kooperazzjoni u fl-użu ta’ dawn l-istrumenti sal-potenzjal sħiħ tagħhom. S’issa, hemm varjazzjonijiet sinifikanti f’dan ir-rigward: filwaqt li xi Stati Membri qed jużaw l-istrumenti eżistenti b’mod proattiv u effettiv u b’hekk qed jibdew jaraw riżultati, oħrajn għad iridu jintegraw il-proċeduri l-ġodda fil-fluss tax-xogħol tagħhom u għadhom ma bdewx l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta joffru appoġġ speċifiku lill-Istati Membri biex jagħmlu użu effettiv minn dawn l-arranġamenti l-ġodda, pereżempju billi jorganizzaw seminars ta’ tagħrif ma’ pajjiżi terzi dwar proċeduri ġodda. Xi azzjonijiet speċifiċi, bħall-istabbiliment ta’ pjattaformi elettroniċi (il-Pakistan) jew l-aġġornament ta’ dawk eżistenti (is-Sri Lanka), jew ta’ proċeduri għall-verifika tan-nazzjonalità b’mezzi elettroniċi (il-Bangladexx), għandhom jagħtu riżultati sinifikanti fuq medda twila ta’ żmien.
Għadd dejjem jikber ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn ġew appoġġati operazzjonalment mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta: 111-il operazzjoni ġew organizzati jew ikkoordinati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fl-2018 sal-aħħar ta’ April, imqabbla ma’ 39 għall-istess perjodu fl-2016 u 108 fl-2017. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu vantaġġ aħjar tal-mandat il-ġdid u estiż tal-Aġenzija dwar ir-ritorn. L-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li l-bżonnijiet dejjem ikbar jiġu korrisposti b’mod xieraq mill-kapaċità disponibbli biex jitwettqu r-ritorni, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà fiżika tal-persuni ripatrijati, u biex jintużaw proċeduri ta’ ritorn rapidi u effiċjenti.
Bħala segwitu tal-impenn tagħha biex trawwem iċ-ċarezza dwar ir-riskji possibbli tal-kriminalizzazzjoni għal dawk li jipprovdu għajnuna umanitarja ġenwina lill-migranti f’diffikultà, fit-3 ta’ Mejju, il-Kummissjoni organizzat l-ewwel skambju ta’ fehmiet mal-NGOs ewlenin involuti u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, sabiex ikun hemm fehim komuni tal-istat attwali u skambju dwar modi possibbli ’l quddiem.
Kruċjali għall-effettività tal-monitoraġġ tar-ritorni hija l-istatistika aktar dettaljata, frekwenti u f’waqtha dwar l-ażil u l-migrazzjoni ġestita, inkluż dwar ir-ritorn u r-riammissjoni. Tali statistika se tikkontribwixxu għal ħarsa ġenerali aktar komprensiva u regolari tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-ażil u tal-migrazzjoni ġestita. Abbażi ta’ dan, kif imħabbar fir-rapport ta’ progress ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni qed tipproponi li tindirizza l-aktar lakuni urġenti b’emenda fil-leġiżlazzjoni dwar l-istatistika dwar il-imigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali. Sabiex titjieb aktar il-kooperazzjoni rigward id-dħul iridu jintużaw l-inċentivi u l-ingranaġġi kollha tal-politiki interni u esterni tagħna.
Il-passi li jmiss:
·Użu sħiħ mill-Istati Membri tal-arranġamenti li ġew stabbiliti dan l-aħħar dwar ir-ritorn u r-riammissjoni, jiżdied l-għadd ta’ applikazzjonijiet ta’ riammissjoni lejn il-pajjiżi kkonċernati;
·Użu sħiħ mill-Istati Membri tal-possibbiltajiet offruti mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar operazzjonijiet ta’ ritorn, biex jiġi sostnut sforz iktar iddeterminat fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ ritorn ikunu applikati b’mod effettiv;
·Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikomplu l-isforzi tagħhom lejn progress rapidu fuq il-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu li temenda l-Kodiċi dwar il-Viżi;
·Implimentazzjoni rapida ta’ regoli ġodda li jtejbu l-għoti ta’ informazzjoni statistika dwar l-ażil u l-migrazzjoni ġestita, inkluż dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.
5.ĠESTJONI MSAĦĦA TAL-FRUNTIERI ESTERNI
Ġew identifikati lakuni serji fil-wegħdiet għall-attivitajiet operattivi tal-2018. Minkejja żewġ sejħiet imnedija fid-19 ta’ Jannar 2018 u t-23 ta’ Marzu 2018, ma kien hemm l-ebda titjib sinifikanti. L-impenji kollha magħmula sa tmiem April 2018 ikopru biss 49 % mill-ħtiġijiet operazzjonali identifikati mill-esperti u 44 % tal-assi tekniċi għall-attivitajiet fil-fruntieri tal-art fil-perjodu Mejju-Ġunju 2018. Għall-operazzjonijiet tal-fruntieri tal-baħar, ġew ipprovduti 85 % tal-esperti iżda 51 % biss tal-assi tekniċi.
B’dawn in-nuqqasijiet konsiderevoli hemm riskju li tkompli tiġi limitata serjament l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati sa Diċembru tal-2018. Fis-17 ta’ April 2018, l-Aġenzija kellha laqgħa ta’ livell għoli mal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex ittejjeb il-proċess annwali tal-impenji għall-2019 billi tinġieb aktar flessibbiltà u trasparenza u permezz tal-progress fit-tnedija tal-eżerċizzju ta’ impenji li jippermetti għal aġġustamenti possibbli u miżuri oħra ta' mitigazzjoni (bħall-użu ta’ kapaċitajiet tekniċi proprji).
Sat-30 ta’ April 2018, l-għadd totali ta’ gwardji tal-fruntieri “nominati” disponibbli għall-iskjerament mir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida se jkun ta’ 1 482, li jirrappreżenta 99 % tar-Riżerva. Żewġ Stati Membri biss kienu għadhom ma nnominawx gwardji tal-fruntieri. In-nuqqasijiet serji ta’ Riżerva Ewropea ta' Tagħmir għal Reazzjoni Rapida għadhom ma ġewx indirizzati mill-Istati Membri mill-aħħar rapport.
Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021–2027. Din tipprevedi riżorsi sinifikanti biex tappoġġja l-iżvilupp futur tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż il-ħolqien ta’ korp permanenti ta’ 10 000 gwardjan tal-fruntieri għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, sabiex tkun tista’ ssir effettiva għal kollox fl-appoġġ tal-fruntiera esterna sikura tal-UE.
|
Il-passi li jmiss:
·L-Istati Membri għandhom jagħtu segwitu malajr u bis-sħiħ tar-rakkomandazzjonijiet li saru fl-eżerċizzju tal-Valutazzjonijiet tal-Vulnerabbiltà tal-2017;
·L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jimlew il-lakuni fl-impenji tal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ppjanati għall-2018 fil-fruntieri esterni tal-UE;
·L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fix-xhur li ġejjin tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u l-Istati Membri jiżguraw li jkollhom fis-seħħ strateġiji nazzjonali korrispondenti.
|
6.RILOKAZZJONI, RISISTEMAZZJONI, VIŻA U MEZZI LEGALI
Sal-aħħar ta’ Marzu 2018, l-applikanti eliġibbli kollha ġew rilokati mill-Greċja għal Stati Membri oħra, total ta’ 21 999 persuna, inklużi 546 minorenni mhux akkumpanjati għal 24 pajjiż. Mill-Italja, sas-7 ta’ Mejju 2018, 12 691 persuna ġew rilokati (inklużi 256 minorenni mhux akkumpanjati), b’31 applikant (inklużi 26 minorenni mhux akkumpanjati) diġà ġew aċċettati għar-rilokazzjoni u qed jistennew li jiġu ttrasferiti. Erba’ talbiet ta’ rilokazzjoni għal minorenni mhux akkumpanjati ġew mibgħuta mill-Italja u għadhom ma ġewx imwieġba. Ir-rilokazzjoni kienet waħda ta’ suċċess, b’mod ġenerali 96 % tal-persuni eliġibbli ġew rilokati.
F’Settembru 2017, fid-dawl tal-pressjoni migratorja li qed tkompli fuq il-Greċja u l-Italja, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri kollha biex jikkunsidraw ikomplu r-rilokazzjoni fuq bażi volontarja, lil hinn mill-iskemi ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza, u impenjat ruħha li tipprovdi l-appoġġ finanzjarju meħtieġ. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha biex jimpenjaw ruħhom mal-Greċja u l-Italja u li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà kif xieraq.
L-ewwel skema ta’ risistemazzjoni tal-UE ta’ Lulju 2015 waslet fi tmiema. L-għadd totali ta’ persuni risistemati skont l-iskemi ta’ risistemazzjoni fl-UE kollha sa minn dan iż-żmien, inklużi s-Sirjani li ġew risistemati mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija, huwa ta’ 32 207.L-isforzi ta’ risistemazzjoni mill-Istati Membri issa huma ffukati fuq il-kisba tal-impenji li saru skont l-iskema l-ġdida tal-UE. B’deċiżjoni reċenti tal-gvern Ġermaniż li jwiegħed 10 200 post ta’ risistemazzjoni, 20 Stat Membru wiegħdu aktar minn 50 000 post ta’ risistemazzjoni, li huwa l-ikbar l-impenn kollettiv tal-UE u l-Istati Membri tagħha dwar ir-risistemazzjoni sal-lum. L-iskema hija appoġġjata minn EUR 500 miljun mill-baġit tal-UE, u 10 Stati Membri diġà risistemaw 4 252 persuna taħt din l-iskema ta’ risistemazzjoni tal-UE. Dan jirrappreżenta progress sinifikanti, b’2 397 persuna li ġew risistemati sar-rapport ta’ progress ta’ Marzu.
Dan jinkludi persuni risistemati wara l-evakwazzjoni mil-Libja lejn in-Niġer u r-risistemazzjoni tas-Sirjani mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. Ir-risistemazzjoni mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija miexja b’pass aktar bil-mod meta mqabbla mal-għadd rekord ta’ Sirjani risistemati fis-sajf tal-2017. Seba’ Stati Membri biss taw il-kontribut tagħhom għar-risistemazzjoni mit-Turkija s’issa din is-sena u l-ebda Stat Membru addizzjonali ma kkontribwixxa sa mill-aħħar rapport ta’ progress. Mir-rapport ta’ Marzu dwar il-progress, 837 Sirjan ġew risistemati u b’hekk it-total minn meta saret id-dikjarazzjoni tela’ għal aktar minn 13 313.
Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jimplimentaw 50 % tal-wegħdiet li saru taħt l-iskema l-ġdida tal-UE minn Ottubru, il-mira stabbilita fil-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2017. Għandha ssir risistemazzjoni kostanti għar-reġjuni kollha ta’ prijorità b’enfasi urġenti fuq ir-risistemazzjoni tal-persuni evakwati mil-Libja lejn in-Niġer permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżitu ta’ Emerġenza.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tlesti studju dwar il-fattibiltà u l-valur mżjud tal-iskemi ta’ sponsorizzazzjoni bħala direzzjoni possibbli għal kanali sikuri għall-ammissjoni fl-UE, sabiex tiġi esplorata l-possibbiltà tal-appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp ulterjuri ta’ direzzjonijiet alternattivi legali għall-protezzjoni. L-istudju huwa mistenni li jkun iffinalizzat sa Lulju 2018.
Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw proġetti pilota għall-migrazzjoni legali ma’ pajjiżi Afrikani magħżulin. Fis-16 ta’ April, tnediet sejħa għal proposti taħt il-Faċilità tas-Sħubija għall-Mobilità. Din is-sejħa hija apparti programm reġjonali ta’ EUR 15-il miljun li jappoġġa l-migrazzjoni legali fl-Afrika ta’ Fuq fir-reġjun li għandu jiġi adottat taħt il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika fit-tieqa li jmiss tal-Afrika ta’ Fuq fil-laqgħa tal-Kumitat Operattiv.
L-ewwel kwart tal-2018 ra l-bidu tal-implimentazzjoni tas-Sħubija (iffirmata f’Diċembru 2017) bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali li jippromwovu l-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol. Dan kien jinkludi skambji li jinvolvu l-imsieħba ekonomiċi u soċjali ma’ gruppi rilevanti bħan-netwerk tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi, in-Netwerk Ewropew tal-Integrazzjoni u l-Kumitat tal-Fond Soċjali Ewropew. Fit-tieni nofs tal-2018 se jsir eżerċizzju ta’ rendikont sabiex jitkejjel il-progress miksub.
L-isforzi biex tiġi promossa l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi huma aktar u aktar rilevanti fid-dawl tar-riżultati tal-Istħarriġ Speċjali tal-Ewrobarometru dwar l-Integrazzjoni (li sar fl-aħħar ta’ Ottubru 2017). Dan juri li maġġoranza kbira tal-Ewropej (69 %) iqisu l-integrazzjoni "bħala investiment neċessarju fuq perjodu ta’ żmien fit-tul għal pajjiżhom”. Erbgħa minn kull ħamsa minn dawk li wieġbu (u maġġoranza fl-Istati Membri kollha) jaraw li l-UE għandha rwol importanti fl-integrazzjoni tal-immigranti, b’valur miżjud partikolari għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-atturi kollha involuti u l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju. L-integrazzjoni b’suċċess ta’ għadd kbir ta’ refuġjati u persuni li jfittxu l-ażil rikonoxxuti li qed jistennew l-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom se teħtieġ investiment xieraq fis-snin li ġejjin.
Il-passi li jmiss:
·L-Istati Membri għandhom iwieġbu t-talbiet pendenti ta’ rilokazzjoni kollha ppreżentati mill-Italja u jittrasferixxu malajr lill-applikanti eliġibbli kollha li fadal, bi prijorità assoluta fuq il-minorenni;
·L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-rilokazzjoni fuq bażi volontarja mill-Italja u l-Greċja;
·L-Istati Membri għandhom jirrisistemaw malajr minn reġjuni prijoritarji, b’mod partikolari l-persuni evakwati mil-Libja lejn in-Niġer;
·L-Istati Membri jridu jagħmlu offerti konkreti bil-ħsieb li jinbdew diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi magħżula għall-proġetti pilota fuq il-migrazzjoni legali.
7.KONKLUŻJONIJIET U PASSI LI JMISS
Dan ir-rapport juri li l-progress li sar matul l-aħħar sena b’mod ġenerali inżamm, u l-firxa ta’ miżuri stabbiliti qed ikomplu jipproduċu l-effetti tagħhom. Madankollu, l-esperjenza turi li l-flussi migratorji huma soġġetti għal varjazzjonijiet f’daqqa u qawwija. Barra minn hekk, il-pressjonijiet migratorji strutturali minn reġjuni ġirien lejn l-UE għadhom b’saħħithom. Għalhekk, is-sitwazzjoni tibqa’ fraġli u ma tagħti l-ebda lok għall-kompjaċenza. L-UE trid tkun viġilanti u mħejjija kif hemm bżonn biex tirrispondi għal kwalunkwe żidiet kbar jew ċaqliq staġonali fil-pressjoni, inkluż minn rotta għall-oħra.
F’din il-perspettiva, dan ir-rapport identifika oqsma fejn ir-rispons attwali jeħtieġ li jissaħħaħ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota għal darb’ oħra l-ħtieġa li l-Istati Membri jimplimentaw l-impenji li għamlu biex jappoġġaw ix-xogħol essenzjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-fruntieri esterni. Ir-rapport jenfasizza wkoll l-isfida taż-żieda fir-rata effettiva ta’ ritorn. Hemm ukoll setturi fejn huwa kruċjali li jiġu intensifikati l-isforzi biex jiġi kkonsolidat il-progress li sar sa issa: il-protezzjoni ta’ migranti u l-ġlieda kontra l-kuntrabandu fil-Libja u tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, ir-risistemazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. F’dan ir-rigward, il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija taw prova li huma għodod effettivi u rapidi iżda is-suċċess kontinwu tagħhom se jirrikjedi livell adegwat ta’ finanzjament mill-Istati Membri wkoll. UE li titkellem b’leħen wieħed fil-fora internazzjonali tibqa’ kruċjali biex jinkisbu riżultati effettivi u biex jiġu appoġġati d-djalogi eżistenti reġjonali, kontinentali u globali dwar il-migrazzjoni. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-importanza tat-tkomplija ta’ koordinazzjoni regolari u effikaċi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, kemm fl-Istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri u l-pajjiżi sħab.
Dan ir-rapport ta’ progress jenfasizza mill-ġdid l-importanza ta’ approċċ komprensiv tal-UE għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni hija bbażata fuq sett ta’ għanijiet li jirrinfurzaw lil xulxin li flimkien joffru tweġiba stabbli fit-tul għall-isfida tal-migrazzjoni. Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata hija parti ċentrali ta’ dan l-approċċ, u l-importanza li jintlaħaq ftehim malajr kemm jista’ jkun dwar ir-riforma ma tistax tiġi stmata żżejjed. Flimkien mal-enfasi importanti fuq il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali propost, is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata hija essenzjali biex ikun żgurat li l-UE tkun ippreparata sew biex tittratta l-kriżijiet migratorji futuri.
Il-Kunsill Ewropew li jmiss f’Ġunju se jkollu diskussjoni fuq l-ilħuq ta’ qbil dwar il-politika ta’ migrazzjoni interna u esterna, li l-Kummissjoni se tikkontribwixxi għaliha.