IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.3.2018
COM(2018) 118 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-effetti tal-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar il-ġlieda kontra l-frodi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.3.2018
COM(2018) 118 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-effetti tal-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar il-ġlieda kontra l-frodi
1SFOND
L-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (“id-Direttiva tal-VAT”) jipprevedu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jsiru l-fornimenti tal-provvista (il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas). Dan il-mekkaniżmu huwa limitat fiż-żmien u jista’ jiġi applikat sal-31 ta’ Diċembru 2018.
Skont l-Artikolu 199a(3) tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmu għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017 abbażi tal-kriterji definiti fl-Artikolu 199a(2)(c).
Sussegwentement, qabel l-1 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni ġenerali dwar l-effetti tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT fuq il-ġlieda kontra l-frodi.
L-Artikolu 199b(1) tad-Direttiva tal-VAT jippermetti lill-Istati Membri jinnominaw lir-riċevitur bħala l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT fuq fornimenti speċifiċi ta’ merkanzija u servizzi bħala miżura ta’ Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida (“MRR”) fil-ġlieda kontra l-frodi massiva u għall-għarrieda li tista’ twassal għal telf finanzjarju konsiderevoli u rrimedjabbli. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018 1 .
B’segwitu għall-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/42/UE li temenda d-Direttiva tal-VAT, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni ġenerali dwar l-impatt tal-miżura tal-MRR u dan sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018.
Għaldaqstant, dan ir-rapport jiffoka fuq l-effetti tal-miżuri previsti fl-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT fuq il-ġlieda kontra l-frodi u fuq l-impatti tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 199b tad-Direttiva tal-VAT.
2L-AMBITU TAR-RAPPORT
L-għan tal-miżuri previsti fl-Artikoli 199a u 199b huwa li jippermettu lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod rapidu l-problemi ta’ Frodi Intra-Komunitarja b’Negozjant Nieqes (il-frodi MTIC): fl-Artikolu 199a, billi jingħataw il-possibbiltà li japplikaw il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas għall-fornimenti elenkati u fl-Artikolu 199b billi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom proċedura aktar mgħaġġla għall-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas f’każ ta’ frodi għall-għarrieda u massiva.
Il-frodi MTIC isseħħ meta negozjant jixtri merkanzija li hija eżentata mill-VAT minn Stat Membru ieħor u jbigħha lill-klijent bil-VAT inkluża fuq il-fattura. Wara li jkun irċieva l-ammont tal-VAT mingħand il-klijent it-tali negozjant jisparixxi qabel ma jħallas il-VAT dovuta lill-awtoritajiet tat-taxxa. Fl-istess ħin, il-klijent, kemm jekk aġixxa in bona fede u kemm jekk le, jista’ jnaqqas il-VAT li jkun ħallas lill-fornitur permezz tad-dikjarazzjoni tal-VAT tiegħu. Il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas fakultattiv ibbażat fuq l-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT jidher li huwa strument utli għall-Istati Membri biex jiġġieldu din it-tip ta’ frodi f’oqsma sensittivi definiti minn qabel meta din isseħħ fit-territorju tagħhom. Meta n-negozjant ikun obbligat juża l-inverżjoni tal-ħlas għal dawn il-fornimenti domestiċi, huwa ma jistax jitlob il-VAT fuq il-fattura tiegħu u ma jirċevix l-ammont tal-VAT mingħand il-klijent tiegħu. Minħabba f’hekk, huwa ma jkunx jista’ jgħib u jieħu miegħu l-ammont tal-VAT li jkun irċieva.
L-MRR tal-Artikolu 199b hija miżura proċedurali li tippermetti lill-Istati Membri jdaħħlu malajr mekkaniżmu ta’ inverżjoni tal-ħlas temporanju għal provvisti li b’rabta magħhom tkun seħħet frodi għall-għarrieda u massiva, inkluż għal provvisti li mhumiex elenkati fl-Artikolu 199a. Permezz tal-użu ta’ dan il-mekkaniżmu, l-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu l-perjodu meħtieġ għall-kisba ta’ deroga normali skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT, li trid tintalab fl-istess ħin.
Dan l-aħħar il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti leġiżlattivi li għandhom jgħinu lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. L-ewwel proposta hija għal kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT 2 , li għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġġieldu b’mod effiċjenti l-frodi transkonfinali. It-tieni hija proposta għal sistema definittiva tal-VAT 3 li fl-aħħar mill-aħħar tillimita r-riskju tal-frodi MTIC, peress li tintroduċi tassazzjoni fil-post fejn it-trasport tal-merkanzija jispiċċa, u b’hekk tneħħi l-provvisti u l-akkwiżizzjonijiet ta’ merkanzija intra-Komunitarji eżenti.
Dan ir-rapport huwa bbażat fuq il-kummenti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati f’dak li għandu x’jaqsam mal-effettività tal-inverżjoni tal-ħlas settorjali fil-ġlieda kontra l-frodi, kif meħtieġ mid-Direttiva dwar il-VAT.
Fit-tħejjija tar-rapport, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu l-esperjenza tagħhom u l-valutazzjoni tagħhom tal-miżuri. Sabiex jiġi żgurat li jiġu kkunsidrati l-kummenti tan-negozji, il-partijiet interessati tan-negozju ġew mitluba, permezz tal-Grupp ta' Esperti tal-VAT 4 , sabiex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom.
3IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
3.1 L-użu tal-miżura inkluża fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT
L-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT għandu karattru fakultattiv u jippermetti lill-Istati Membri japplikaw il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas għal sensiela ta’ fornimenti ta’ merkanzija u servizzi. Skont l-Istati Membri, uħud għamlu użu estensiv mill-għażliet u japplikaw il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas għal numru kbir ta’ fornimenti, filwaqt li oħrajn ma jagħmlu l-ebda użu mill-għażliet.
Ħarsa ġenerali lejn l-użu mill-Istati Membri tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas ibbażat fuq l-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva dwar il-VAT hija inkluża fl-Anness I (kif mogħti mill-Istati Membri jew mill-partijiet interessati).
3.2Il-miżura inkluża fl-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT
Il-valutazzjoni tal-miżura inkluża fl-Artikolu 199a essenzjalment tiffoka fuq il-ħames mistoqsijiet li ġejjin: 1) Taħseb li l-miżura li ġiet applikata hija/kienet effettiva u effiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi? 2) Taħseb li l-miżura kienet neċessarja għall-ġlieda kontra l-frodi? X’kienu jkunu l-konsegwenzi fir-rigward tal-frodi tal-VAT li kieku l-Istat Membru tiegħek ma daħħalx il-miżura? 3) Kien hemm ċaqliq fl-attivitajiet ta’ frodi għal fornimenti oħrajn ta’ merkanzija jew servizzi wara l-introduzzjoni tal-miżura? 4) Identifikajt xi ċaqliq fil-frodi tal-VAT għal pajjiżi oħra wara l-introduzzjoni tal-miżura domestikament? 5) Kien hemm żieda fl-ispejjeż ta’ konformità għall-persuni taxxabbli li ġiet mill-introduzzjoni tal-miżura u jekk iva, tqis li dawn l-ispejjeż huma proporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji li jirriżultaw mill-miżura?
Kważi l-Istati Membri kollha wieġbu għall-kwestjonarju u pprovdew il-valutazzjoni tagħhom tal-miżura. Anke l-partijiet interessati, bħal għadd ta’ intrapriżi kbar, ta’ kumpaniji ta’ konsulenza u ta’ kumpaniji ta’ kontabilità żgħar u xi akkademiċi, taw il-fehmiet tagħhom.
3.2.1L-effettività tal-miżura fil-ġlieda kontra l-frodi
3.2.1.1Valutazzjoni mill-Istati Membri
B’mod ġenerali, l-Istati Membri jqisu l-miżura bħala għodda effettiva u effiċjenti ħafna fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fis-setturi kkonċernati jew fil-prevenzjoni tal-frodi.
Għadd ta’ Stati Membri indikaw li, minħabba l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas, il-frodi b’negozjant nieqes (MTIC) naqas b’mod sinifikanti jew sparixxa kompletament fis-setturi definiti. L-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas fis-setturi speċifikati għenet lill-Istati Membri biex inaqqsu b’mod sinifikanti t-telf fid-dħul ikkawżat mill-frodi MTIC u wassal għal iżjed ġbir tal-VAT. Minbarra l-eliminazzjoni tan-negozjanti nieqsa, il-miżura kkontribwixxiet ukoll għat-tnaqqis tal-għadd ta’ negozjanti fis-“suq iswed” u installat mill-ġdid il-kompetizzjoni ġusta fis-settur.
Xi Stati Membri indikaw li l-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas mhuwiex kompletament reżistenti għall-frodi, peress li huwa miftuħ għal metodi oħra ta’ evitar tal-VAT. Fl-istess ħin, madankollu, huma indikaw li dan jista’ jkun effettiv biex titnaqqas il-frodi f’ċerti oqsma.
L-Istati Membri kollha li japplikaw il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas domestiku għall-kwoti tal-emissjonijiet indikaw li kien effiċjenti ħafna biex iwaqqaf il-frodi partikolarment aggressiva. Intqal li s-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra huwa partikolarment suxxettibbli għall-frodi minħabba l-mobilità għolja tal-kwoti u l-ammonti għolja involuti, u li l-miżura tippermetti lill-Istati Membri jipprevjenu t-tali frodi tal-VAT milli sseħħ. Il-miżura hija kkunsidrata effettiva wkoll fil-limitazzjoni tat-telf fid-dħul tal-VAT fil-futur u għalhekk, xi Stati Membri daħħluha bħala miżura ta’ prevenzjoni, billi kien hemm biżżejjed sinjali li jindikaw li hemm riskji ta’ frodi fis-settur partikolari.
3.2.1.2Valutazzjoni mill-partijiet interessati
Il-partijiet interessati jqisu li l-miżura hija effettiva fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, speċjalment il-frodi karusell u l-frodi MTIC.
Il-miżura tidher li eliminat il-frodi f’għadd ta’ każijiet, li naqqset ir-riskju li l-kumpaniji jsiru parti minn frodi karusell tal-VAT u li naddfet is-settur minn prezzijiet baxxi inspjegabbli, u b’hekk ħolqot mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi għan-negozji onesti.
Xi partijiet interessati saħqu li l-inverżjoni tal-ħlas huwa effettiv biss bħala miżura fuq perjodu qasir taż-żmien iżda mhux bħala soluzzjoni fit-tul. Din hija miżura ġenerali kontra l-frodi li tapplika għan-negozji kollha fis-settur li jkollhom jiffaċċjaw regoli ta’ konformità kumplessi. Barra minn hekk, billi l-implimentazzjoni mhijiex uniformi fil-livell tal-UE, qed jinħoloq piż żejjed għan-negozjanti li joperaw fi Stati Membri differenti, billi r-regoli tal-fatturazzjoni jvarjaw skont jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx għażel li jintroduċi l-inverżjoni tal-ħlas domestika fuq il-komoditajiet jew fuq is-servizzi li n-negozju jkun qed jinnegozja fihom jew le. Dawn il-partijiet interessati qed jinsistu fuq implimentazzjoni standardizzata u armonizzata tad-Direttiva tal-UE dwar il-VAT fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fuq il-ħtieġa ta’ sistema tal-VAT tal-UE iktar robusta u iktar reżistenti għall-frodi.
Xi partijiet interessati enfasizzaw il-fatt li l-miżura kienet effettiva ħafna fil-ġlieda kontra l-frodi tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.
3.2.2Il-ħtieġa tal-miżura għall-ġlieda kontra l-frodi
3.2.2.1Valutazzjoni mill-Istati Membri
B’mod ġenerali, l-Istati Membri jqisu li l-introduzzjoni tal-inverżjoni tal-ħlas f’setturi partikolari kienet neċessarja u indispensabbli fil-ġlieda kontra l-frodi. Kieku l-miżura ma ġietx introdotta f’każijiet speċifiċi, kien ikun hemm riskju kbir ta’ frodi u telf fuq skala kbira għall-baġits pubbliċi.
Għadd ta’ Stati Membri indikaw li, peress li l-miżuri standard ta’ awditjar ma kinux biżżejjed fil-maġġoranza tal-każijiet, l-inverżjoni tal-ħlas kienet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu kontra l-frodi f’setturi speċifiċi. Xi Stati Membri indikaw li mingħajr il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas wieħed ikollu jiddependi fuq riżorsi operattivi sinifikanti u l-eżitu ta’ spiss ikun retrospettiv u ma jiggarantix suċċess.
B’mod partikolari, rigward il-fornimenti tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, l-Istati Membri indikaw li kien meħtieġ il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT u biex jiġi evitat li jiġġarrab aktar telf mill-baġits tal-istat. Mingħajr il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas domestiku, x’aktarx li l-frodi kienet tkompli billi r-riżorsi u l-miżuri ta’ kontroll konvenzjonali ma kinux ikunu biżżejjed biex tiġi indirizzata l-frodi.
Xi Stati Membri ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-ġlieda kontra l-frodi internazzjonali fil-qasam tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra kienet possibbli biss bl-introduzzjoni ta’ regoli komuni fuq livell usa’; l-introduzzjoni tal-inverżjoni tal-ħlas fi Stat Membru wieħed jew f’xi wħud mill-Istati Membri ma kienx ikollhom l-istess effett.
3.2.2.2Valutazzjoni mill-partijiet interessati
Il-partijiet interessati kollha li pprovdew kummenti dwar dan l-element iqisu li l-miżura kienet neċessarja għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.
Mingħajr din il-miżura, probabbilment l-attivitajiet ta’ frodi li jinvolvu din il-merkanzija u dawn is-servizzi jkomplu għaddejjin. Ħafna kumpaniji kien ikollhom jieqfu jagħmlu l-kuntratti ma’ negozji mingħajr assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-onestà tagħhom, li kien ikollu impatt fuq l-attivitajiet tan-negozju inġenerali. In-negozji kienu jintlaqtu wkoll mill-perspettiva kummerċjali, mhux biss minħabba l-fatt li t-timijiet kummerċjali kien ikollhom jgħaddu minn proċessi twal sabiex iġibu l-approvazzjoni għall-kontroparti, iżda wkoll f’dak li jirrigwarda l-ħin imqatta’ mit-tim tat-taxxa biex jagħmel l-awditu tal-attivitajiet tagħhom.
3.2.3Ċaqliq fil-frodi għal setturi oħra
3.2.3.1Valutazzjoni mill-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom fehmiet pjuttost diverġenti dwar il-kwistjoni taċ-ċaqliq fil-frodi għal setturi oħra. Filwaqt li xi Stati Membri li japplikaw il-miżura jikkunsidraw li ma kien hemm l-ebda ċaqliq fil-frodi għal merkanzija jew servizzi oħrajn, l-istess numru ta’ Stati Membri jiddikjaraw li fil-fatt kien hemm ċaqliq fil-frodi għal oġġetti jew servizzi oħrajn.
L-Istati Membri li identifikaw ċaqliq fil-frodi għal setturi oħra indikaw li dawk li jwettqu l-frodi jadattaw u tabilħaqq jibdlu għal merkanzija oħra li mhijiex koperta mill-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas.
Wieħed mill-Istati Membri stabbilixxa li, b’rabta mal-introduzzjoni tal-inverżjoni tal-ħlas, ta’ spiss jiġi osservat li l-kumpaniji involuti fi frodi MTIC ibiddlu posthom fil-katina ta’ tranżazzjonijiet ta’ frodi (eż. minn sensar għal kumpanija intermedjarja). Stat Membru partikulari enfasizza li dawk li jwettqu l-frodi jbiddlu l-mod ta’ kif joperaw wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas. Pereżempju, huma jibdew jużaw aktar minn tip ta’ komodità waħda (prodott wieħed) fil-katina ta’ frodi sabiex jagħmluha diffiċli li wieħed jivvaluta l-komodità milquta u l-effett finanzjarju tal-frodi.
Fil-każ ta’ inverżjoni tal-ħlas għall-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, Stat Membru wieħed indika li kien hemm ċaqliq fil-frodi tal-VAT lejn is-settur tal-elettriku.
Xi Stati Membri identifikaw ċaqliq fl-attivitajiet ta’ frodi fil-każ tal-merkanzija elettronika li tista tiġi sostitwita faċilment minn xi merkanzija li hija biss ftit differenti mid-deskrizzjoni tal-merkanzia inkluża fid-dispożizzjoni. Xi Stati Membri indikaw li, wara l-introduzzjoni tal-inverżjoni tal-ħlas fis-setturi tal-mowbajls, tal-mikroproċessuri, tat-tablets, tal-kompjuters u tal-laptops, kien hemm ċaqliq fl-attivitajiet ta’ frodi lejn firxa ta’ merkanzija simili bħall-kameras, il-playstations, il-moniters, il-linka tal-printer jew it-tagħmir elettroniku għall-konsumatur inġenerali u l-apparat elettriku għall-konsumatur inġenerali.
Stat Membru wieħed skopra frodi fis-settur tad-dqiq, tal-uċuħ għall-għalf u taż-żjut veġetali, li jista’ jkun l-effett ta’ ċaqliq minħabba l-introduzzjoni tal-inverżjoni tal-ħlas fis-settur taż-żrieragħ.
Fl-aħħar nett, xi Stati Membri qalu li ma kellhom l-ebda informazzjoni dwar iċ-ċaqliq għal setturi oħra.
3.2.3.2Valutazzjoni mill-partijiet interessati
Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan l-element kienu pjuttost limitati, billi l-maġġoranza tal-partijiet interessati jidher li ma kellhomx informazzjoni dwar dan il-qasam. Skont uħud mill-partijiet interessati, jidher li hija ħaġa naturali li wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas f’settur wieħed, dawk li jwettqu l-frodi jdawru l-attenzjoni tagħhom għal xi settur ieħor.
3.2.4Ċaqliq fil-frodi lejn Stati Membri oħrajn
3.2.4.1Valutazzjoni mill-Istati Membri
Kien hemm daqstant Stati Membri li identifikaw ċaqliq fil-frodi lejn Stati Membri oħrajn wara l-introduzzjoni tal-miżura daqs kemm kien hemm Stati Membri li ma identifikawx ċaqliq bħal dan.
Skont xi Stati Membri, x’aktarx li ċ-ċaqliq fil-frodi jseħħ għal Stat Membru li ma jkunx daħħal il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas, billi dawk li jwettqu l-frodi jfittxu opportunitajiet ġodda biex iwettqu l-frodi. Xi Stati Membri indikaw li kien hemm xi riskji ta’ frodi fit-territorju tagħhom wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas fi Stat Membru ġar tagħhom.
Fil-każ tal-kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, xi wħud mill-Istati Membri ġibdu l-attenzjoni għaċ-ċaqliq fil-frodi lejn Stati Membri oħrajn. Xi Stati Membri indikaw li raġuni għaliex il-frodi ma tiċċaqlaqx għal Stati Membri oħra tista’ tkun parzjalment attribwita għall-fatt li, meta l-frodi ġiet osservata f’settur speċifiku, l-Istati Membri l-oħra wieġbu għall-frodi tal-VAT billi daħħlu b’mod preventiv l-inverżjoni tal-ħlas fis-settur rispettiv tagħhom u b’hekk illimitaw il-possibbiltà li l-frodi tiġi fit-territorju tagħhom.
3.2.4.2Valutazzjoni mill-partijiet interessati
Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar dan l-element kienu limitati, billi l-maġġoranza tal-partijiet interessati jidher li ma kellhomx informazzjoni dwar dan il-qasam. Uħud mill-partijiet interessati infurmaw lill-Kummissjoni li ma ġie osservat l-ebda ċaqliq fil-frodi lejn Stati Membri oħrajn.
3.2.5Impatt fuq l-ispejjeż ta’ konformità u l-proporzjonalità tal-miżura
3.2.5.1Valutazzjoni mill-Istati Membri
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jqisu li kien hemm xi żieda fl-ispejjeż ta’ konformità li ġiet mill-introduzzjoni tal-miżura. L-ispejjeż addizzjonali huma assoċjati ma’ modifiki fis-sistemi tal-kontabilità, fil-cash-registers, fil-fatturazzjoni, fit-taħriġ tal-persunal, eċċ.
Għalkemm xi Stati Membri jqisu li ż-żieda fl-ispejjeż hija konsiderevoli, l-Istati Membri kollha jqisu li ż-żieda fl-ispejjeż kienet proporzjonata u kienet ferm inqas mill-benefiċċji li rriżultaw mill-introduzzjoni tal-miżura bħal, pereżempju, iż-żieda fid-dħul mill-VAT, it-tnaqqis tal-kompetizzjoni inġusta, it-tnaqqis fl-ispejjeż ta’ valutazzjoni tar-riskji potenzjali tat-tranżazzjonijiet marbutin mal-VAT, it-tnaqqis fl-ispejjeż iġġenerati minn tilwimiet fil-qasam fiskali u t-titjib fil-fluss tal-flus.
Xi Stati Membri jqisu li ma kien hemm l-ebda żieda fl-ispejjeż ta’ konformità li ġiet mill-introduzzjoni tal-miżura.
3.2.5.2Valutazzjoni mill-partijiet interessati
Il-maġġoranza tal-partijiet interessati identifikat xi żieda fl-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas fis-setturi definiti.
B’mod ġenerali, waħda mill-ispejjeż ewlenin għan-negozji kienet il-bidla fil-fluss tal-flus tal-VAT u l-ispiża ta’ darba għall-implimentazzjoni (eż. inkluża l-analiżi tal-prodotti li jaqgħu taħt l-inverżjoni tal-ħlas). L-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas titqies ukoll li żżid il-kumplessità marbuta mad-determinazzjoni korretta tal-VAT, mal-fatturazzjoni u mal-analiżi tal-fatturi tad-dħul li jaslu mingħand fornituri oħra. Din tiġġenera wkoll riskji ġodda għall-fornituri u għall-klijenti bħal, pereżempju, meta l-fornitur japplika l-inverżjoni tal-ħlas bi żball u ma jinkludi l-ebda VAT fuq il-fattura jew fil-każ fejn il-konsumatur jaċċetta fattura li tkun inħarġet bil-VAT bi żball minflok ma jindika li jeħtieġ li tapplika l-inverżjoni tal-ħlas u, b’hekk, iħallas il-VAT lill-fornitur tiegħu.
Fl-istess ħin, il-partijiet interessati jikkunsidraw b’mod definittiv li l-ispejjeż huma proporzjonati mal-benefiċċji miksuba. Ġie indikat li n-negozji leġittimi jqisu b’mod ċar li l-introduzzjoni tal-inverżjoni tal-ħlas, li tirriżulta fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi, tiġġustifika ż-żieda fl-ispejjeż ta’ konformità. Għal ċerti negozji, l-ispejjeż imġarrba kienu meħtieġa sabiex is-suq isir akter stabbli.
Għadd ta’ partijiet interessati ma identifikaw l-ebda żieda fl-ispejjeż ta’ konformità. Xi wħud jgħidu li l-proċedura tal-inverżjoni tal-ħlas tissimplifika l-proċeduri interni u tillimita l-fluss tal-flus bla bżonn għal min iħallas it-taxxa u għall-amministrazzjonijiet fiskali.
3.2.6Kwistjonijiet oħra u kummenti tal-Kummissjoni
Għalkemm ma ġiet identifikata l-ebda problema kbira b’rabta maċ-ċaqliq fil-frodi lejn Stati Membri oħrajn, għadd ta’ Stati Membri indikaw li r-riskju tat-tali ċaqliq jikber u li l-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas qed jiġi introdott ukoll bħala miżura preventiva, b’mod partikolari meta l-Istat Membru ġar ikun daħħal il-miżura. B’hekk, il-fatt li ma ġie osservat l-ebda ċaqliq fil-frodi lejn Stati Membri oħra jista’ jiġi attribwit parzjalment għall-fatt li, bl-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas b’mod preventiv, l-Istati Membri qed jillimitaw l-opportunitajiet għaċ-ċaqliq fil-frodi.
Rigward iċ-ċaqliq fil-frodi għal setturi oħra, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ talbiet mingħand l-Istati Membri li jixtiequ japplikaw l-inverżjoni tal-ħlas għall-fornimenti domestiċi ta’ ċerti komoditajiet mhux elenkati fl-Artikolu 199a iżda li ta’ spiss huma relatati mill-qrib ma’ merkanzija koperta minn dak l-Artikolu. Il-motivazzjoni li ta’ spiss tiġi ddikjarata għat-tali talbiet hija li kien hemm bidla fil-katina tat-tranżazzjonijiet ta’ frodi mill-merkanzija li għaliha l-pajjiż ikkonċernat ikun għażel li japplika l-inverżjoni tal-ħlas għal merkanzija simili mhux koperti mil-lista. Dan jindika li l-inverżjoni tal-ħlas domestika hija miżura li tista’ ssolvi f’qasir żmien problema speċifika ta’ frodi b’rabta mal-forniment ta’ ċerta merkanzija jew servizzi, iżda li fil-fatt twassal għal ċaqliq fil-frodi lejn merkanzija oħra - frodi li fiha ta’ spiss ikunu involuti l-istess negozjanti. Dan jikkonferma dak li xi wħud mill-Istati Membri indikaw fit-tweġibiet tagħhom. Għalhekk, meta tivvaluta dawn it-talbiet għal derogi, il-Kummissjoni dejjem tinsisti li l-Istati Membri għandhom jindikaw fl-istess ħin liema huma l-miżuri l-oħra li qed jieħdu, jew li jkun beħsiebhom jieħdu, biex isolvu l-problema tal-frodi tal-VAT fis-settur ikkonċernat.
Fl-aħħar nett, għadd ta’ partijiet interessati tan-negozju għamlu kummenti ta’ natura ġenerali dwar il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas settorjali. Dawn ġeneralment jikkunsidraw li l-inverżjoni tal-ħlas fakultattiva żżid il-kumplessità tan-negozju u tnaqqas iċ-ċertezza legali, u li din żiedet il-ħtieġa għal implimentazzjoni standardizzata u armonizzata tad-Direttiva tal-VAT. Xi wħud indikaw li l-inverżjoni tal-ħlas fakultattiva hija miżura għall-użu rapidu biss u mhix effettiva bħala soluzzjoni fit-tul, billi fuq livell globali l-frodi tal-VAT ma naqsitx matul is-snin. Għalhekk, skont dawn, hemm bżonn ta’ sistema aktar robusta u aktar reżistenti għall-frodi.
3.3Il-perjodu minimu ta’ sentejn għall-applikazzjoni tal-miżura inkluża fl-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT
Skont l-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas sal-31 ta’ Diċembru 2018 u għal mill-inqas sentejn.
Ir-rekwiżit ta’ perjodu minimu ta’ sentejn għall-applikazzjoni tal-miżura kien ta’ impediment għal għadd żgħir ta’ Stati Membri li xtaqu jdaħħlu l-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas matul l-2017 biex jiġġieldu każijiet li skoprew ġodda ta’ frodi tal-VAT fil-fornimenti ta’ merkanzija u/jew ta’ servizzi inklużi fil-lista tal-Artikolu 199a. L-Istati Membri kkonċernati finalment kellhom jippreżentaw talba għal deroga bbażata fuq l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT u skont il-proċedura inkluża f’dan l-Artikolu, u dan wassal għal dewmien fir-reazzjoni tal-Istati Membri għall-problema tal-frodi. F’dan il-kuntest tqum il-kwistjoni dwar sa liema punt hija utli l-limitazzjoni ta’ sentejn.
3.4Il-valutazzjoni tal-miżura inkluża fl-Artikolu 199b tad-Direttiva tal-VAT
L-Artikolu 199b tad-Direttiva tal-VAT jippermetti lill-Istati Membri jinnominaw lir-riċevitur bħala l-persuna responsabbli mill-ħlas tal-VAT fuq forniment speċifiċi ta' merkanzija u servizzi bħala miżura ta’ Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida (“MRR”) fil-ġlieda kontra l-frodi massiva u għall-għarrieda li tista’ twassal għal telf finanzjarju konsiderevoli u rrimedjabbli.
L-MRR qatt ma ġie applikat minħabba l-fatt li huwa diffiċli għall-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet. Il-kwestjonarju rigward il-miżura ntbagħat lill-Istati Membri biss 5 u ffoka fuq l-utilità tal-miżura u fuq il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taw l-opinjoni tagħhom dwar dawn l-elementi.
3.4.1Valutazzjoni mill-Istati Membri
Il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri li pprovdew tweġiba jikkunsidraw li l-MRR għadu għodda utli għall-ġlieda kontra każijiet partikolari ta’ frodi għall-għarrieda u massiva. Din il-miżura ttejjeb il-possibbiltà għall-Istati Membri li jindirizzaw l-iskemi tal-frodi u li jnaqqsu l-possibbiltà ta’ telf tal-VAT irreparabbli. Din il-miżura tikkumplimenta u tipproteġi s-sistema tal-VAT kollha. L-Istati Membri enfasizzaw il-karattru straordinarju tal-miżura li għandha sservi biss bħala l-aħħar riżorsa.
Xi Stati Membri ma jqisux il-miżura bħala utli u ddikjaraw li l-kundizzjonijiet huma estremament stretti u ma jistgħux jiġu ssodisfati fil-prattika. Stat Membru wieħed indika li l-kundizzjonijiet “għall-għarrieda” u “massivi” fil-prattika jeskludu lil xulxin b’mod reċiproku. Jekk il-frodi sseħħ għall-għarrieda, huwa diffiċli li wieħed jipprova li hija massiva. Jekk ikun jista’ jiġi ppruvat li l-frodi hija massiva, il-kriterju “għall-għarrieda” ma jkunx jista’ jiġi ssodisfat.
Stat Membru wieħed biss indika li l-miżura mhijiex utli, minħabba li l-miżuri l-oħrajn previsti mid-Direttiva tal-VAT huma biżżejjed.
4KONKLUŻJONIJIET U T-TRIQ 'IL QUDDIEM
B’mod ġenerali, l-Istati Membri jqisu li l-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas inkluż fl-Artikolu 199(1) tad-Direttiva tal-VAT huwa għodda effettiva u effiċjenti ħafna fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Minħabba l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas, il-frodi naqset b’mod sinifikanti jew sparixxiet fis-setturi definiti. Din il-fehma hija kondiviża wkoll fit-tweġibiet li waslu mingħand il-partijiet interessati tan-negozju li ġew ikkonsultati. Fir-rigward tal-MRR inkluż fl-Artikolu 199b tad-Direttiva tal-VAT, minkejja li qatt ma ntuża, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jikkunsidraw li dan għadu għodda utli għal każijiet eċċezzjonali ta’ frodi tal-VAT.
Il-miżuri inklużi fl-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-VAT huma limitati fiż-żmien u jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2018. Abbażi ta’ dawn il-kummenti mingħand l-Istati Membri u l-partijiet interessati, jidher li jekk il-miżuri ma jiġux estiżi, l-Istati Membri jistgħu jitilfu għodda effiċjenti biex jiġġieldu l-frodi tal-VAT.
Il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas settorjali jżid kemxejn il-kumplessità tas-sistema tal-VAT tal-Istat Membru parteċipanti, u dan iwassal għal żieda fl-ispejjeż ta’ konformità għan-negozji u għal żieda fil-piż amministrattiv għall-amministrazzjonijiet fiskali. Skont studju reċenti dwar il-valutazzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas fakultattiv 6 , il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas jimplika żieda ta’ 43 % fl-ispejjeż ta’ konformità għan-negozji. Il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas jista’ jkun partikolarment ta’ piż għall-SMEs li, ta’ spiss, ma jkollhomx ir-riżorsi tekniċi għoljin meħtieġa biex jittrattaw ir-rekwiżiti ta’ konformità tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas.
Valutazzjoni ta’ mekkaniżmu ġenerali tal-inverżjoni tal-ħlas (anki meta mqabbel mal-inverżjoni tal-ħlas settorjali) fis-suq intern twettqet fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta dwar l-applikazzjoni temporanja ta’ mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas ġeneralizzat 7 . Il-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas settorjali huwa meqjus bħala miżura temporanja effettiva u l-Kummissjoni ma ġietx infurmata bil-possibbiltà li mekkaniżmu mmirat tal-inverżjoni tal-ħlas jista’ jwassal għal konsegwenzi negattivi kbar minħabba l-ambitu limitat tiegħu u l-limitazzjoni tiegħu mil-lat taż-żmien.
Sakemm tidħol fis-seħħ is-sistema definittiva, l-għażliet inklużi fl-Artikoli 199a u 199b kienu utli ħafna għall-Istati Membri bħala miżuri temporanji u mmirati ad hoc. L-iskadenza tal-miżuri mingħajr ma jiġu previsti soluzzjonijiet alternattivi tista’, fl-aħħar mill-aħħar, twassal għal aktar frodi tal-VAT, inqas ġustizzja fiskali u telf fid-dħul tal-Istat.
B’kont meħud tal-elementi msemmija hawn fuq u peress li s-sistema definittiva tal-VAT għandha ssolvi l-problema kkawżata mill-eżenzjoni tal-VAT marbuta mal-forniment intra-Komunitarja tal-prodotti, li permezz tagħha l-konsumatur jakkwista l-prodotti mingħajr ma jkollu jħallas il-VAT lill-fornitur, l-estensjoni taż-żewġ miżuri (dik tal-Artikolu 199a u dik tal-MRR prevista fl-Artikolu 199b) għandha tkun limitata għall-perjodu sa ma tidħol fis-seħħ is-sistema definittiva jew għal perjodu taż-żmien limitat ieħor. Jekk iż-żewġ miżuri jiskadu f’dan l-istadju, jonqsu l-għodod li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT f’ċerti setturi. Għalhekk il-Kummissjoni se toħroġ proposta leġiżlattiva xierqa fit-tieni kwart tal-2018 li testendi l-miżuri eżistenti.
COM(2017) 706 final.
COM(2017) 569 final, COM(2017) 568 final, COM(2017) 567 final.
Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta’ mekkaniżmu tar-reverse change ġeneralizzat b’rabta mal-provvista ta’ prodotti u servizzi ’l fuq minn ċertu livell limitu (COM(2016) 811 final tal-21 ta' Diċembru 2016).
Din il-proposta tipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà li jintroduċu mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas ġenerali (u mhux għal setturi speċifiċi) għall-fornimenti domestiċi ta’ prodotti u servizzi sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. L-ambitu u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-inverżjoni tal-ħlas ġenerali huma differenti mill-kundizzjonijiet tal-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-VAT. Għalhekk, dan mhux se jieħu post il-miżuri previsti f’dawn l-Artikoli.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 8.3.2018
COM(2018) 118 final
ANNESS
tar-
Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew
dwar l-effetti tal-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar il-ġlieda kontra l-frodi
L-użu li l-Istati Membri jagħmlu mill-mekkaniżmu ta’ inverżjoni tal-ħlas abbażi tal-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT
|
L-Istati Membri |
||||||
|
Il-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi msemmijin fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DK |
|
(a) it-trasferiment tal-allokazzjonijiet tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, li huma trasferibbli f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2010) |
IVA (mit-18 ta’ Jannar 2010) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2011) |
IVA (mid-9 ta’ April 2010) |
|
(b) it-trasferiment ta’ unitajiet oħrajn li jistgħu jintużaw mill-operaturi għall-konformità mal-istess Direttiva, |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2010) |
IVA (mit-18 ta’ Jannar 2010) |
LE |
LE |
LE |
IVA (mid-9 ta’ April 2010) |
|
(c) fornimenti ta’ telefowns ċellulari, li huma mezzi magħmula jew adattati għall-użu f’konnessjoni ma’ netwerk liċenzjat u operati fuq frekwenzi speċifikati, kemm jekk ikollhom jew jekk ma jkollhomx xi użu ieħor, |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2012) |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2014) |
|
(d) fornimenti ta’ tagħmir ta’ ċirkwiti integrati bħal mikroproċessuri u unitajiet ta’ proċessar ċentrali fl-istat ta’ qabel l-integrazzjoni fi prodotti għall-utenti finali, |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2012) |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2014) |
|
(e) fornimenti ta’ gass u elettriku għal negozjant taxxabbli kif definit fl-Artikolu 38(2), |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Frar 2016) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2015) |
|
(f) fornimenti ta’ ċertifikati tal-gass u l-elettriku, |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Frar 2016) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2015) |
|
(g) fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif definit fl-Artikolu 24(2), |
LE |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Ottubru 2016) |
LE |
|
(h) fornimenti ta’ konsols tal-logħob, tablet PCs u laptops, |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2014) |
|
(i) fornimenti ta’ ċereali u għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor, li normalment ma jintużawx fl-istat mhux mibdul għall-konsum finali, |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Diċembru 2013) |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015 (imwessa’ fl-1 ta’ Lulju 2015 u fl-1 ta’ Settembru 2015)) |
LE |
|
(j) fornimenti ta’ metalli mhux maħduma u dawk parzjalment maħduma, inklużi metalli prezzjużi, fejn mhumiex koperti b’xi mod ieħor mill-punt (d) tal-Artikolu 199(1), l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet skont l-Artikoli 311 sa 343 jew l-iskema speċjali għad-deheb ta’ investiment skont l-Artikoli 344 sa 356. |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
MHUX APPLIKABBLI |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
LE |
|
Il-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi msemmijin fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT |
DE |
EE |
EL |
ES |
FI |
|
(a) it-trasferiment tal-allokazzjonijiet tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, li huma trasferibbli f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2010) |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Awwissu 2010) |
|
(b) it-trasferiment ta’ unitajiet oħrajn li jistgħu jintużaw mill-operaturi għall-konformità mal-istess Direttiva, |
LE |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Awwissu 2010) |
|
(c) fornimenti ta’ telefowns ċellulari, li huma mezzi magħmula jew adattati għall-użu f’konnessjoni ma’ netwerk liċenzjat u operati fuq frekwenzi speċifikati, kemm jekk ikollhom jew jekk ma jkollhomx xi użu ieħor, |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2011) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
LE |
|
(d) fornimenti ta’ tagħmir ta’ ċirkwiti integrati bħal mikroproċessuri u unitajiet ta’ proċessar ċentrali fl-istat ta’ qabel l-integrazzjoni fi prodotti għall-utenti finali, |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2011) |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(e) fornimenti ta’ gass u elettriku għal negozjant taxxabbli kif definit fl-Artikolu 38(2), |
IVA (mill-1 ta’ Settembru 2013) |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(f) fornimenti ta’ ċertifikati tal-gass u l-elettriku, |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(g) fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif definit fl-Artikolu 24(2), |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(h) fornimenti ta’ konsols tal-logħob, tablet PCs u laptops, |
IVA, mingħajr il-laptops (mill-1 ta’ Ottubru 2014) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
LE |
|
(i) fornimenti ta’ ċereali u għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor, li normalment ma jintużawx fl-istat mhux mibdul għall-konsum finali, |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(j) fornimenti ta’ metalli mhux maħduma u dawk parzjalment maħduma, inklużi metalli prezzjużi, fejn mhumiex koperti b’xi mod ieħor mill-punt (d) tal-Artikolu 199(1), l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet skont l-Artikoli 311 sa 343 jew l-iskema speċjali għad-deheb ta’ investiment skont l-Artikoli 344 sa 356. |
IVA (mill-1 ta’ Ottubru 2014) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2014), inverżjoni tal-ħlas tal-1 ta’ Lulju 2014 fuq il-metalli għandha x’taqsam mal-metall prezzjuż għall-finijiet tal-Att dwar l-Oġġetti tal-Metall Prezzjuż, minbarra d-deheb ta’ investiment, u mal-materjal tal-metall li fih il-metall prezzjuż, fosthom l-iskart li fih il-metall prezzjuż, jekk dan jiġi ttrasferit għal persuna taxxabbli li ma jkollhiex permess għall-iskart; inverżjoni tal-ħlas tal-1 ta’ Jannar 2017 għandha x’taqsam mal-prodotti tal-metall li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 7208 sa 7220 (ħlief għall-wajer tal-iwweldjar u għall-vireg tal-iwweldjar), 7222, 7225, 7226, 7228 (ħlief għall-vireg tal-iwweldjar), 73011000, 730300 sa 7306, 73081000, 73082000, 73121061, 73121069, 731420 u 73143900. |
LE |
IVA (mill-1 ta’ April 2015) |
LE |
|
Il-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi msemmijin fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LV |
LT |
LU |
MT |
|
(a) it-trasferiment tal-allokazzjonijiet tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, li huma trasferibbli f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, |
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2013) |
IVA
|
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2015) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2010) |
LE |
|
(b) it-trasferiment ta’ unitajiet oħrajn li jistgħu jintużaw mill-operaturi għall-konformità mal-istess Direttiva, |
LE |
LE |
IVA
|
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2015) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2010) |
LE |
|
(c) fornimenti ta’ telefowns ċellulari, li huma mezzi magħmula jew adattati għall-użu f’konnessjoni ma’ netwerk liċenzjat u operati fuq frekwenzi speċifikati, kemm jekk ikollhom jew jekk ma jkollhomx xi użu ieħor, |
LE |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
IVA (mill-1 ta’ April 2016) |
LE |
LE |
LE |
|
(d) fornimenti ta’ tagħmir ta’ ċirkwiti integrati bħal mikroproċessuri u unitajiet ta’ proċessar ċentrali fl-istat ta’ qabel l-integrazzjoni fi prodotti għall-utenti finali, |
LE |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
IVA (mill-1 ta’ April 2016) |
LE |
LE |
LE |
|
(e) fornimenti ta’ gass u elettriku għal negozjant taxxabbli kif definit fl-Artikolu 38(2), |
IVA
|
LE |
LE |
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2015) |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(f) fornimenti ta’ ċertifikati tal-gass u l-elettriku, |
LE |
LE |
LE |
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2015) |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(g) fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif definit fl-Artikolu 24(2), |
IVA
|
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(h) fornimenti ta’ konsols tal-logħob, tablet PCs u laptops, |
LE |
LE |
LE |
LE |
IVA (mit-2 ta’ Mejju 2016) |
IVA (mill-1 ta’ April 2016) |
LE |
LE |
LE |
|
(i) fornimenti ta’ ċereali u għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor, li normalment ma jintużawx fl-istat mhux mibdul għall-konsum finali, |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2012, abbażi ta’ deroga qabel l-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Ġunju 2016) |
LE |
LE |
LE |
|
(j) fornimenti ta’ metalli mhux maħduma u dawk parzjalment maħduma, inklużi metalli prezzjużi, fejn mhumiex koperti b’xi mod ieħor mill-punt (d) tal-Artikolu 199(1), l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet skont l-Artikoli 311 sa 343 jew l-iskema speċjali għad-deheb ta’ investiment skont l-Artikoli 344 sa 356. |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2013, b’kundizzjonijiet speċjali għall-iskema speċjali għad-deheb ta’ investiment skont l-Artikoli 344 sa 356) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2015) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2017) |
LE |
LE |
LE |
|
Il-forniment ta’ prodotti u ta’ servizzi msemmijin fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SK |
SI |
SE |
UK |
|
(a) it-trasferiment tal-allokazzjonijiet tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, li huma trasferibbli f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011; abbażi tal-Artikolu 199a b’segwitu għal dispożizzjoni nazzjonali li bdiet fl-14 ta’ Lulju 2009) |
IVA (mill-1 ta’ April 2011) |
IVA |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Novembru 2010) |
|
(b) it-trasferiment ta’ unitajiet oħrajn li jistgħu jintużaw mill-operaturi għall-konformità mal-istess Direttiva, |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2011) |
LE |
LE |
IVA
|
IVA (mill-1 ta’ Novembru 2010) |
|
(c) fornimenti ta’ telefowns ċellulari, li huma mezzi magħmula jew adattati għall-użu f’konnessjoni ma’ netwerk liċenzjat u operati fuq frekwenzi speċifikati, kemm jekk ikollhom jew jekk ma jkollhomx xi użu ieħor, |
IVA (mill-1 ta’ April 2013; abbażi tal-Artikolu 199a b’segwitu għal deroga bbażata fuq l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE li bdiet fl-1 ta’ Ġunju 2012) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2015) |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2016) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Ġunju 2007) |
|
(d) fornimenti ta’ tagħmir ta’ ċirkwiti integrati bħal mikroproċessuri u unitajiet ta’ proċessar ċentrali fl-istat ta’ qabel l-integrazzjoni fi prodotti għall-utenti finali, |
IVA (mill-1 ta’ April 2013; abbażi tal-Artikolu 199a b’segwitu għal deroga bbażata fuq l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE li bdiet fl-1 ta’ Ġunju 2012) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2017) |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2016) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Ġunju 2007) |
|
(e) fornimenti ta’ gass u elettriku għal negozjant taxxabbli kif definit fl-Artikolu 38(2), |
LE |
LE |
IVA |
IVA, għall-elettriku
|
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2014) |
|
(f) fornimenti ta’ ċertifikati tal-gass u l-elettriku, |
LE |
LE |
LE |
IVA, għaċ-ċertifikati tal-elettriku (mill-1 ta’ Settembru 2013) |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(g) fornimenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni kif definit fl-Artikolu 24(2), |
LE (mill-1 ta’ Ġunju 2017 abbażi ta’ deroga skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE) |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Frar 2016) |
|
(h) fornimenti ta’ konsols tal-logħob, tablet PCs u laptops, |
IVA (mill-1 ta’ April 2013) |
IVA (mill-1 ta’ Lulju 2015) |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2016) |
LE |
LE |
LE |
LE |
|
(i) fornimenti ta’ ċereali u għelejjel industrijali inklużi żrieragħ taż-żejt u pitravi taz-zokkor, li normalment ma jintużawx fl-istat mhux mibdul għall-konsum finali, |
LE |
LE |
LE |
IVA (mill-31 ta’ Mejju 2011) |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
LE |
|
(j) fornimenti ta’ metalli mhux maħduma u dawk parzjalment maħduma, inklużi metalli prezzjużi, fejn mhumiex koperti b’xi mod ieħor mill-punt (d) tal-Artikolu 199(1), l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, opri tal-arti, oġġetti ta’ kollezzjoni u antikitajiet skont l-Artikoli 311 sa 343 jew l-iskema speċjali għad-deheb ta’ investiment skont l-Artikoli 344 sa 356. |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Ottubru 2013) |
LE |
LE |
IVA (mill-1 ta’ Jannar 2014) |
LE |
LE |
LE |