|
3.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/204 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2018/1362 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta’ April 2018
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0067/2018), |
|
A. |
billi, fil-kuntest tal-proċedura tal-kwittanza, l-awtorità tal-kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta’ titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani; |
|
B. |
billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-“Awtorità”) għas-sena finanzjarja 2016 kien jammonta għal EUR 36 491 378, li jfisser żieda ta’ 9,19 % meta mqabbel mal-2015; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 14 071 959, jiġifieri 40 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 22 419 419, jiġifieri 60 %); |
|
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (ir-“rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari; |
Segwitu għall-kwittanza 2012, 2013 u 2014
|
1. |
Jinnota li, fir-rigward ta’ kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 dwar il-kontribuzzjoni tal-edukazzjoni, li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala “għadha għaddejja” fir-rapporti tal-Qorti tal-2013 u tal-2014, ittieħdu azzjonijiet korrettivi mill-Awtorità u ġew iffirmati kuntratti ma’ 26 skola li fihom jattendu t-tfal tal-membri tal-persunal, u għaddejjin negozjati ma’ erba’ skejjel oħra; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
2. |
Jagħraf li l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2016 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 96,76 %, li tfisser tnaqqis ta’ 2,58 % meta mqabbla mal-2015, u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 88,67 %, li tfisser tnaqqis ta’ 1,03 %; jagħraf mill-Awtorità li din ir-rata għolja kontinwata ta’ eżekuzzjoni hija dovuta għal ippjanar u monitoraġġ tajbin tal-baġit; |
|
3. |
Jinnota li, minħabba ż-żieda fil-valur tal-euro fil-konfront tal-isterlina Brittanika fl-2016, l-Awtorità talbet tnaqqis ta’ EUR 1 572 000 tal-baġit emendatorju; |
Impenji u riporti
|
4. |
Jilqa’ l-fatt li l-Awtorità kompliet tnaqqas ir-rata globali ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati, minn 10 % fl-2015 għal 8 % fl-2016, l-aktar livell baxx fil-kuntest ta’ żieda ta’ 9 % fil-baġit totali fuq is-sentejn; |
|
5. |
Jirrimarka li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b’mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Awtorità u kkomunikati lill-Qorti; |
Trasferimenti
|
6. |
Jinnota li, skont il-kontijiet finali tal-Awtorità, din wettqet 34 trasferiment baġitarju matul l-2016; josserva li l-limitu ta’ 10 % msemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità qatt ma nqabeż; jinnota b’sodisfazzjon li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2016 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji; |
Akkwist u politika tal-persunal
|
7. |
Jilqa’ l-fatt li, mill-1164 fattura mħallsa mill-Awtorità fl-2016, 13 (0,9 %) biss tħallsu tard, u għat-tielet sena konsekuttiva l-Awtorità ma ħallset l-ebda mgħax ta’ inadempjenza; |
|
8. |
Jinnota li, skont it-tabella tal-persunal tal-Awtorita’, 126 post tax-xogħol (mill-127 post awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni) kienu okkupati fil-31 ta’ Diċembru 2016, meta mqabbla ma’ 118-il post fl-2015; jinnota li l-persunal tal-Awtorità huwa magħmula minn proporzjon ta’ 50,3 % fil-każ tan-nisa u 49,7 % fil-każ tal-irġiel; josserva b’sodisfazzjon li t-tqassim tal-persunal skont il-ġeneru huwa bbilanċjat sew; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-kompożizzjoni tal-bord maniġerjali, b’sitt persuni tal-istess ġeneru; |
|
9. |
Jinnota li, il-medja ta’ jiem ta’ liv minħabba mard fl-2016 għal kull membru tal-persunal tal-Awtorità kienet 7,45; josserva li l-Awtorità nefqet GBP 800 (+ VAT) għal kull persuna fuq attivitajiet għall-benesseri, bħal sessjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza u viżti mediċi annwali; |
|
10. |
Jinnota li l-inċertezza politika bħala riżultat tar-referendum tar-Renju Unit tat-23 ta’ Ġunju 2016 kellha impatt negattiv fuq il-pjanijiet ta’ reklutaġġ tal-Awtorità; jappella lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi ulterjuri fil-pjanijiet tagħha ta’ reklutaġġ; |
|
11. |
Jinnota li l-Awtorità ma tuża l-ebda vettura uffiċjali; |
Prevenzjoni u ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess, trasparenza u demokrazija
|
12. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità għandha fis-seħħ politika dwar il-kunflitt ta’ interess għall-persunal, kif ukoll politika speċifika applikabbli għall-membri tal-bord tas-superviżuri u tal-bord maniġerjali; |
|
13. |
Jinnota li ġew rapportati 17-il każ ta’ kunflitt ta’ interess; jinnota li dawn il-każijiet kienu jikkonċernaw żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet, id-detenzjoni ta’ ishma u impjiegi preċedenti; jinnota wkoll li l-membri kollha tal-persunal li rrapportaw detenzjoni ta’ ishma f’istituzzjonijiet kienu kisbuhom qabel ma ngħaqdu mal-Awtorità u ntalbu biex iċedu dawn l-ishma; jagħraf li fl-2017 reġa’ sar eżami analitiku ta’ dawn is-sitwazzjonijiet u dan ikkonferma li, fil-każijiet kollha, l-ishma kienu nbiegħu; jinnota li fil-każ ta’ impjiegi preċedenti tal-persunal, fl-2016 ġew investigati tliet każijiet, u ġie deċiż li jiġu stabbiliti miżuri li bihom il-persunal ikkonċernat ma jkunx involut f’każijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti minn fejn huma kienu ġejjin, fuq liv bla ħlas; |
|
14. |
Jilqa’ l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi u s-CVs tal-membri tal-bord tas-superviżuri u tal-bord maniġerjali, kif ukoll tal--resident, id-direttur eżekuttiv u d-diretturi tal-Awtorità, ġew ippubblikati fis-sit web tal-Awtorità; |
|
15. |
Jinnota li l-proċess tal-pubblikazzjoni tal-minuti tal-bord tas-superviżuri qiegħed jiġi rieżaminat b’tali mod li l-minuti jiġu approvati permezz ta’ proċedura bil-miktub u jiġu ppubblikati qabel il-laqgħa sussegwenti; jappella lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza ladarba jiġi approvat il-proċess tal-pubblikazzjoni tal-minuti; |
|
16. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità għandha fis-seħħ linji gwida dwar l-etika, maħsuba biex jiżguraw li l-persunal tagħha jaġixxi b’mod indipendenti, imparzjali, oġġettiv, leali u trasparenti; |
|
17. |
Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ reġistru tal-laqgħat pubbliċi maħsub biex itejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Awtorità permezz ta’ rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu mal-partijiet ikkonċernati, u d-disponibbiltà ta’ dan ir-reġistru fis-sit web tal-Awtorità; |
|
18. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorità żviluppat strateġija kontra l-frodi għall-perjodu 2015–2017; jinnota li t-tim ta’ kontra l-frodi, li jikkoordina l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija, huwa magħmul minn uffiċjal għall-etika u tliet membri oħra minn fost il-persunal, inklużi esperti legali u jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ obbligatorji lill-persunal kollu; josserva li sar eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskji, bl-involviment tal-unitajiet u d-dipartimenti kollha tal-Awtorità, sabiex jiġu identifikati r-riskji ta’ frodi u jiġi stmat kemm jistgħu jkunu frekwenti u gravi l-event ta’ riskju f’dawn l-oqsma; jappella lill-Awtorità tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu ta’ dan l-eżerċizzju; |
|
19. |
Josserva li l-Awtorità adottat politika interna dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta u implimentat mezz sigur għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta għall-persunal tagħha; |
|
20. |
Jesprimi l-bżonn li jiġi stabbilit korp inkarigat mill-iżvelar, konsulenza u riferiment indipendenti b’riżorsi baġitarji suffiċjenti, li jgħin lill-informaturi jużaw il-mezzi adatti biex jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar irregolaritajiet possibbli li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li titħares il-kunfidenzjalità tagħhom u jiġu offruti l-appoġġ u l-konsulenza li jeħtieġu; |
Riżultati ewlenin li nkisbu
|
21. |
Jilqa’ t-tliet kisbiet u suċċessi ewlenin identifikati mill-Awtorità fl-2016, jiġifieri:
|
Awditu intern
|
22. |
Jinnota li, fi Frar 2016, is-Servizz ta’ Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskji tal-proċessi kollha tal-Awtorità (amministrattivi, finanzjarji, operattivi u tal-IT) li ser isservi bħala bażi għat-tħejjija tal-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern il-ġdid li jkopri l-perjodu 2017–2019; jinnota, barra minn hekk, li f’Novembru 2016 sar l-ewwel awditu tal-Konverġenza Superviżorja – Kulleġġi u taħriġ; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżiti ta’ dan l-awditjar; |
|
23. |
Jinnota li, f’Settembru 2016, l-IAS wettaq rieżami dokumentarju ta’ segwitu dwar ir-rakkomandazzjonijiet pendenti mill-awditu tal-2013; jilqa’ l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet pendenti ġew implimentati b’mod adegwat u effikaċi u issa ngħalqu; jinnota li matul l-2016 ma nħarġet u ma ngħalqet l-ebda rakkomandazzjoni kritika, u li fl-1 ta’ Jannar 2017 ma kien għad hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika miftuħa; |
Kummenti oħra
|
24. |
Jinnota b’sodisfazzjon li, fl-2016, l-Awtorità kienet involuta f’diversi attivitajiet biex tnaqqas l-impronta ambjentali; |
|
25. |
Jinnota li l-Qorti ħarġet “paragrafu ta’ osservazzjonijiet” għaż-żewġ aġenziji bbażati f’Londra, rigward id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jinnota li, bil-ħsieb tad-deċiżjoni dwar is-sede futura tagħha, l-Awtorità ddivulgat bħala obbligazzjonijiet kontinġenti fir-rapporti finanzjarji l-ispiża residwa tagħha ta’ EUR 14 000 000 relatata mal-kuntratt ta’ lokazzjoni tal-uffiċċju (bis-suppożizzjoni li dan jiġi kkanċellat sa tmiem l-2020), kif ukoll il-fatt li hemm spejjeż potenzjali oħra assoċjati ma’ dan it-trasferiment, bħat-trasferiment tal-persunal flimkien mal-familji tagħhom, li għad ma tistax issir stima tagħha; jinnota barra minn hekk li huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-ispejjeż tat-trasferiment; |
|
26. |
Jinnota li l-Awtorità ffirmat lokazzjoni ta’ 12-il sena bi skadenza fit-8 ta’ Diċembru 2026 u li, f’kundizzjonijiet kuntrattwali normali, hemm l-obbligu li titħallas kera sħiħa għall-perjodu kollu; josserva, madankollu, li l-Awtorità nnegozjat klawżola ta’ ħall f’nofs il-perjodu tal-kuntratt, li jfisser li jekk din il-klawżola tiġi attivata, l-Awtorità ser tkun eżentata mill-obbligu li tħallas il-kera għall-aħħar sitt snin; jinnota, madankollu, li l-Awtorità għandha l-obbligu li tħallas lura nofs l-inċentiv (16-il xahar kera – ekwivalenti għal EUR 3 246 216) li kienet irċeviet fil-bidu tal-kuntratt u li kien maħdum fuq perjodu sħiħ ta’ 12-il sena tal-kuntratt (32 xahar mingħajr kera) u li r-riattivazzjoni tal-bini skont il-kundizzjoni inizjali trid issir sa tmiem l-okkupazzjoni, irrispettivament mid-data tat-tluq tal-kerrej; jirrakkomanda li għandhom jittieħdu tagħlimiet minn din l-esperjenza fin-negozjar tal-kuntratti ta’ kiri futuri kollha; |
|
27. |
Josserva b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni qiegħda taġġorna kontinwament lill-Awtorità dwar l-aktar iżviluppi reċenti marbuta mad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni u li jaffettwaw l-Awtorità; josserva li l-funzjonament tal-Awtorità għandu jiġi żgurat matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni; |
|
28. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, fl-interessi tal-kontinwità operattiva, il-belt li ser tospita s-sede l-ġdida tal-Awtorità ntgħażlet f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; jirrimarka li l-Parlament ser iwettaq għal kollox ir-rwol tiegħu billi jqiegħed din id-deċiżjoni fil-prattika; |
|
29. |
Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha żżomm rigorożament mal-kompiti, ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat mogħti lilha mill-Parlament u mill-Kunsill, u għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta’ proporzjonalità, bil-għan li tottimizza l-użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi li ngħatat mandat dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill; |
|
30. |
Jindika r-rwol ċentrali tal-Awtorità fl-iżgurar ta’ superviżjoni aħjar tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-istabilità finanzjarja, it-trasparenza meħtieġa u sigurtà ikbar għas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari billi tikkoordina s-superviżjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, billi, fejn ikun meħtieġ, tikkoopera ma’ istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali, kif ukoll billi tissorvelja l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq atmosfera ta’ fiduċja; jissottolinja r-rwol tal-Awtorità li tikkontribwixxi għal prattiki ta’ superviżjoni konverġenti f’livell għoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u li tippromwovi dawn il-prattiki; |
|
31. |
Jinnota li, minħabba li x-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-baġit u l-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; iqis li huwa essenzjali li l-Awtorità jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha bis-sħiħ, inkluż biex tlaħħaq ma’ kwalunkwe volum ta’ xogħol addizzjonali kkawżat minn dawk il-kompiti, filwaqt li tiżgura livell adatt ta’ prijoritizzazzjoni f’dak li jirrigwarda l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza baġitarja; barra minn hekk, jirrimarka li kwalunkwe żieda fix-xogħol tal-Awtorità tista’ tiġi akkomodata internament permezz tar-riallokazzjoni ta’ riżorsi baġitarji jew umani, bil-kundizzjoni li din ir-riallokazzjoni ma taffettwax l-eżerċizzju sħiħ min-naħa tal-Awtorità tal-mandat tagħha u tiżgura l-indipendenza tal-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħha; |
|
32. |
Jissottolinja li r-riżorsi disponibbli għall-Awtorità għandhom jintużaw bi qbil ma’ prijoritajiet ċari u b’enfasi ċara fuq il-mandat sabiex tikseb l-għanijiet mixtieqa b’mod effiċjenti; jinnota l-ħtieġa li l-ħidma tal-Awtorità tiġi valutata tajjeb fuq bażi regolari fi sforz biex ir-riżorsi tagħha jiġu allokati u użati b’mod aktar effikaċi, trasparenti u kredibbli; |
|
33. |
Jistenna li l-Awtorità tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill, fuq bażi regolari, informazzjoni aġġornata u komprensiva dwar il-ħidma tagħha, b’mod partikolari b’rabta mat-twaqqif ta’ standards tekniċi vinkolanti, opinjonijiet u regoli, sabiex turi t-trasparenza liċ-ċittadini tal-Unjoni u tagħti prova tal-prijorità tagħha li tipproteġi lill-konsumaturi; |
|
34. |
Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 (2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0133 (ara l-paġna 393 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).