16.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/37 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Ewropa Kreattiva u Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura”
(2019/C 168/07)
Relatur: |
János Ádám KARÁCSONY (HU/EPP), Local councillor, Tahitótfalu village |
Dokument ta’ referenza: |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 COM(2018) 366 final Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura COM(2018) 267 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 Preambolu, Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta’ dawk is-setturi, inkluż il-kontribut aktar wiesa’ tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività , u għall-kreattività u l-innovazzjoni. Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej qawwija, b’mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra u għat-turiżmu kulturali, ikunu ġew ikkunsidrati […] |
Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta’ dawk is-setturi, kif ukoll il-kontribut aktar wiesa’ tagħhom għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE, kif ukoll għall-kompetittività , u għall-kreattività u l-innovazzjoni. Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej qawwija, b’mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra, l-iżvilupp territorjali u r-rabtiet tiegħu mal-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u għat-turiżmu kulturali, ikunu ġew ikkunsidrati […] |
Raġuni
Il-Kooperazzjoni Reġjonali u Territorjali Ewropea toħloq tkabbir u impjiegi u tippromovi l-Ewropa bħala destinazzjoni, inkluż permezz ta’ rotot kulturali makroreġjonali. Hemm raġuni biex nibnu fuq dawn l-esperjenzi biex titħeġġeġ il-promozzjoni tal-kultura fil-livell territorjali abbażi tal-prinċipji tal-Artikolu 174 tat-TFUE u biex jissaħħaħ ir-rwol tagħha fl-iżvilupp territorjali mmexxi mill-innovazzjoni. Kif indikat fil-pjan ta’ azzjoni għal Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tkompli tappoġġja r-reġjuni li jimplimentaw l-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti u l-istrateġiji makroreġjonali ffukati fuq il-kultura u jippromovu t-turiżmu kulturali sostenibbli.
Emenda 2
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 Preambolu, Premessa (20)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. |
Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti bħala pijunier , dan il-Programm se jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 30 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima u jappoġġja l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-politiki kollha tal-Unjoni . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. |
Raġuni
L-emenda għandha l-għan li tenfasizza l-importanza tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u tirrifletti l-pożizzjoni tal-KtR dwar il-finanzjament tagħhom.
Emenda 3
Preambolu, Premessa (22)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Sa mill-ħolqien tagħha, l-Akkademja Ewropea tal-Films żviluppat kompetenza unika u tinsab f’pożizzjoni unika biex toħloq komunità pan-Ewropea ta’ persuni li joħolqu l-films u professjonisti tal-films, bl-għan li l-films Ewropej jiġu promossi u disseminati lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom biex tiżi żviluppata udjenza verament Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni. |
|
Raġuni
Din id-dispożizzjoni tammonta għal diskriminazzjoni pożittiva mhux xierqa favur dan il-korp. M’hemmx ġustifikazzjoni biżżejjed għall-ħtieġa ta’ appoġġ dirett mill-UE għal dan il-korp u kwalunkwe appoġġ dirett ma jkunx trasparenti.
Emenda 4
Preambolu, Premessa 23
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat kompetenza unika fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta’ kwalità permezz ta’ proċess annwali rigoruż ta’ udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni. |
Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat kompetenza unika fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta’ kwalità permezz ta’ proċess annwali rigoruż ta’ udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, sakemm il-partijiet kollha kkonċernati jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dan ir-Regolament , jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni. |
Raġuni
Għar-raġunijiet stipulati hawn fuq fit-test tal-Kummissjoni, l-orkestra taż-żgħażagħ għandha tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-UE u l-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027, sakemm ikun hemm konformità mar-regoli kollha dwar il-finanzjament.
Emenda 5
Preambolu, Premessa (25)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni ta’ fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ssir b’mod effiċjenti, hemm bżonn li jiġu żgurati l-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu skont il-Programm, u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li jiġu mfittxija l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw l-oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin kif ukoll ma’ politiki orizzontali bħall-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni. |
Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni ta’ fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ssir b’mod effiċjenti, hemm bżonn li jiġu żgurati l-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu skont il-Programm, u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri u tar-reġjuni , filwaqt li jenħtieġ li jiġu mfittxija l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw l-oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin kif ukoll ma’ politiki orizzontali bħall-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni. |
Raġuni
Jeħtieġ ukoll li tiġi kkunsidrata l-komplementarjetà mal-attivitajiet tar-reġjuni, fid-dawl tal-fatt li f’dan il-livell hemm politiki proprji li jinbtu mill-ispeċifiċitajiet tagħhon, l-iżjed b’rabta mar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 6
Preambolu, żid premessa ġdida wara l-Premessa (34)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
B’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. il-programm għandu jqis is-sitwazzjoni speċifika – strutturali, soċjali u ekonomika – tar-reġjuni ultraperiferiċi. Għandhom jiġu pprovduti miżuri fl-oqsma kollha tal-programm biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju kulturali bejniethom u l-bqija tal-UE u tad-dinja. Barra minn hekk, dawn il-miżuri għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati. |
Raġuni
Il-programm għandu jkun fih referenza għas-sitwazzjoni speċifika ta’ dawn ir-reġjuni għaliex, minkejja li huma remoti, jagħmlu parti minn ċerti Stati Membri tal-UE. Peress li jarrikkixxu l-kultura Ewropea, ir-relazzjonijiet kulturali tagħhom mal-Unjoni għandhom jissaħħu anke jekk il-programm attwali ma jinkludi l-ebda referenza għalihom.
Emenda 7
Artikolu 3(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-ambitu tal-għanijiet speċifiċi tal-programm għandu jkun usa’ u jmur taħt il-livell tas-CCS billi jiffoka fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju sabiex tintwera b’mod preċiż ir-realtà tal-persuni li jaħdmu fis-setturi tal-kreattività u l-kultura.
Emenda 8
Artikolu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||
B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “KULTURA”għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:
|
B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “KULTURA”għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:
|
Raġuni
Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali liż-żoni remoti bi żvantaġġi ġeografiċi, u din is-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi tiġi rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE.
Emenda 9
Artikolu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Kif enfasizzat fir-Rapport ta’ Evalwazzjoni ta’ Nofs it-terminu tal-programm Ewropa Kreattiva (2014-2020), il-programm jilħaq liċ-ċittadini permezz tax-xogħlijiet u l-attivitajiet appoġġjati, u jarrikkixxi l-identitajiet Ewropej tagħhom. Is-suċċess globali jiddependi fuq l-effiċjenza fit-tixrid ta’ informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-isfidi fil-livell tagħhom. L-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva għandhom jitħeġġu jiżviluppaw ir-rwol tagħhom, billi jaqsmu l-istejjer ta’ suċċess mhux biss minn pajjiżhom iżda pjuttost fil-livell pan-Ewropew, kif ukoll fl-istrutturi lokali u reġjonali.
Emenda 10
Artikolu 7(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 850 000 000 , f’termini ta’ prezzijiet attwali. Il-programm għandu jiġi implimentat skont id-distribuzzjoni finanzjarja indikattiva li ġejja:
|
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 2 000 000 000 , f’termini ta’ prezzijiet attwali. Il-programm għandu jiġi implimentat skont id-distribuzzjoni finanzjarja indikattiva li ġejja:
|
Raġuni
Il-kultura u l-wirt kulturali għandhom jiġu integrati aħjar fil-prijoritajiet tal-QFP li jmiss kemm permezz ta’ mainstreaming kif ukoll l-iffissar ta’ mira baġitarja ta’ aktar minn EUR 2 biljun għall-programm “Ewropa Kreattiva”; Kważi 78 % aktar finanzjament huwa ppjanat għas-sottoprogramm MEDIA milli għas-sottoprogramm KULTURA, minkejja l-fatt li s-sottoprogramm KULTURA jkopri aktar setturi tal-arti; għalhekk nissuġġerixxu li ż-żieda proposta ta’ EUR 150 000 000 tiġi allokata għas-sottoprogramm KULTURA.
Emenda 11
Artikolu 7(4)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-[Artikolu 62(1)(a)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-[Artikolu 62(1)(c)] ta’ dak ir-Regolament. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. |
Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-[Artikolu 62(1)(a)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-[Artikolu 62(1)(c)] ta’ dak ir-Regolament. Ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. |
Raġuni
Fl-Artikolu 7(4) tal-proposta, fejn Stat Membru jittrasferixxi parti mill-allokazzjoni tiegħu ta’ riżorsi ġestiti b’mod konġunt lill-programm Ewropa Kreattiva, iqajjem ċertu tħassib. F’dan il-każ, l-Istat Membru ma għandux biżżejjed garanziji li dawn ir-riżorsi se jkunu allokati għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Għaldaqstant, il-proposta għandha tiġi abbozzata b’tali mod li dawn ir-riżorsi huma ċerti li għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 12
Għal Artikolu 13 ġdid
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
Il-proċedura tal-kumitat
|
Raġuni
Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità se jintlaħqu kompletament biss jekk il-“Proċedura ta’ Kumitat”terġa’ tiddaħħal fil-proposta biex jiġi żgurat skrutinju xieraq tal-Istat Membru rigward il-ġestjoni tal-programm.
Emenda 13
Artikolu 15
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, l-għajnuna mill-Istat u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali. |
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, il-protezzjoni tal-minoranzi u b’mod partikolari l-preservazzjoni tal-wirt tal-minoranzi nazzjonali, etniċi u lingwistiċi indiġeni , l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-turiżmu sostenibbli , l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, l-għajnuna mill-Istat u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali. |
Raġuni
It-Turiżmu tal-Wirt Kulturali huwa komponent u kontributur ewlieni għall-attrazzjoni tal-Ewropa, ir-reġjuni, il-bliet, u ż-żoni rurali tagħha f’termini ta’ investiment esoġenu tas-settur privat, li jiżviluppa kwartieri kreattivi kulturali u jattira talenti u negozji mingħajr xkiel – b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività reġjonali kemm fl-Ewropa u kif ukoll globalment. Barra minn hekk, peress li ħafna ċittadini tal-UE (madwar 50 miljun persuna) għandhom ċittadinanza li hija differenti mil-lingwa materna tagħhom u min-nazzjonalità tagħhom, jeħtieġ li jitqiesu wkoll l-interessi tagħhom fil-proċess leġislattiv tal-Unjoni.
Emenda 14
Artikolu 18(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. |
L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda r-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-term għandu jiġi komunikat mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. |
Raġuni
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-term huwa strumentali fit-tfassil tal-programm qafas li jmiss, u għalhekk għandu jkun lest u disponibbli fil-ħin għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.
Emenda 15
Anness 1 Fergħa Kultura
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||
Azzjonijiet settorjali:
|
Azzjonijiet settorjali:
|
Raġuni
Il-kultura tradizzjonali folkloristika fil-forom varji tagħha (l-artiġjanat, il-mużika, iż-żfin...) hija sors sinifikanti ta’ vitalità għall-insedjamenti rurali b’mod partikolari, u għall-iżvilupp lokali u reġjonali u l-iskambju kulturali Ewropew. Hija wkoll strument biex tissaħħaħ l-identità kulturali Ewropea u jiġi ppreservat il-prinċipju ta’ “l-unità fid-diversità”.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Ewropa Kreattiva
1. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-programm attwali Ewropa Kreattiva bħala programm waħdu, denju tal-atturi kollha tas-settur kulturali. Qafas finanzjarju awtonomu huwa l-aħjar mod biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kisbiet tal-perjodu 2014-2020 kif ukoll biex jipproduċi evalwazzjoni kredibbli għall-futur; |
2. |
ifakkar li l-programm Ewropa Kreattiva jidħol fil-kuntest ta’ proposta usa’ dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (ippubblikata fit-2 ta’ Mejju 2018), għalhekk l-eżitu tan-negozjati dwar il-proposta tal-baġit għandu impatt kbir fuq il-forma finali u l-kontenut tal-programm; Ewropa Kreattiva huwa programm ta’ importanza kbira għall-iżvilupp kulturali u l-internazzjonalizzazzjoni, u għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fl-allokazzjoni lill-programm. Huwa kruċjali li ma titnaqqasx din il-parti tal-baġit tal-UE, mhux l-inqas fid-dawl tal-isfidi li tiffaċċja l-kooperazzjoni Ewropea; |
3. |
iqajjem kuxjenza dwar l-espansjoni tal-kultura bħala qasam ta’ politika: l-għadd ta’ proġetti transsettorjali li jinvolvu l-kultura qed jikber, u jindirizzaw oqsma bħar-riġenerazzjoni urbana, l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ, is-saħħa, il-benessri u l-inklużjoni soċjali. Il-Kumitat jilqa’ l-fatt li l-proposta tirrifletti dan il-fenomenu; |
4. |
fir-rigward tar-rwol tal-arti u l-kultura fit-tiswir tal-identità u l-ħolqien tal-koeżjoni, jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza tal-libertà artistika u l-libertà ta’ espressjoni, li għandhom jiġu ggarantiti skont il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, kif ukoll il-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; |
5. |
barra minn hekk, jemmen li huwa fundamentali għall-iżvilupp tal-“identità ċivika Ewropea”li l-azzjonijiet u r-riżorsi jkunu mmirati lejn it-tixrid ta’ elementi komuni li l-Ewropej kollha naqsmu bejnietna, f’oqsma bħall-istorja, il-kultura u l-patrimonju. F’dan ir-rigward, il-programm Ewropa Kreattiva estiż u l-Aġenda Ewropea għall-Kultura huma partikolarment rilevanti; |
6. |
bi pjaċir jinnota li l-proposta tirrifletti id-dimensjonijiet soċjali, ekonomiċi u esterni kif ukoll il-wirt kulturali u diġitali bħala ż-żewġ azzjonijiet trasversali tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura billi jiġu assenjati azzjonijiet lilhom; |
7. |
jilqa’ d-dimensjoni internazzjonali rinfurzata tal-proposta iżda jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi li jinsabu fir-rikonċiljazzjoni tal-prijoritajiet fi ħdan u lil hinn mill-UE; |
8. |
jilqa’ r-referenzi għas-sinerġiji ma’ – fost oħrajn – politiki reġjonali, urbani u rurali tul il-programm kollu li huma “strumentali għall-promozzjoni tar-ristawr tal-wirt kulturali u għall-appoġġ tal-industriji kulturali u kreattivi” (1). |
9. |
jipproponi wkoll li tissaħħaħ ir-referenza għar-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni u t-tixrid tal-ħajja artistika u kulturali tal-komunità tagħhom, u jitlob tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-programm. F’dan il-kuntest, jenfasizza li hemm lok li jinkiseb bilanċ adegwat bejn, minn naħa, ir-riżorsi ddedikati għall-proġetti l-kbar globali, u min-naħa l-oħra, il-finanzjament tal-miżuri u l-attivitajiet iffokati fuq il-livell lokali u reġjonali, inklużi l-SMEs; |
10. |
itenni li l-biċċa l-kbira tal-intrapriżi tas-settur tal-kultura u l-kreattività huma mikrointrapriżi, SMEs u intrapriżi b’ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jirrikjedu inizjattivi u organizzazzjoni fil-livell lokali. Dan l-approċċ lokali huwa aspett pożittiv għar-reġjuni kemm għax jagħti spinta lill-ekonomiji lokali kif ukoll għax jagħti kontribut sabiex jinżammu l-ħiliet u l-impjiegi korrispondenti fil-livell lokali. Għalhekk jeħtieġ li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolari tal-intraprendituri u l-ħaddiema tas-settur tal-kultura, inklużi dawk li joperaw f’reġjuni b’restrizzjonijiet strutturali permanenti (2); |
11. |
jesprimi tħassib li l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) tissemma espliċitament fil-preambolu tal-proposta bħala entità li “għandha tkun eliġibbli għal appoġġ dirett tal-Unjoni”, minkejja l-fatt li l-emenda għar-Regolament attwali miftiehem mill-Istati Membri tiddikjara b’mod ċar li “[j]enħtieġ li l-finanzjament jingħata eċċezzjonalment lill-EUYO sa tmiem il-Programm Ewropa Kreattiva fil-31 ta’ Diċembru 2020”; f’dan ir-rigward il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jixtieq jirċievi garanzija li l-partijiet rilevanti kollha jaġixxu f’konformità sħiħa mar-regolament attwali emendat bir-Regolament (UE) 2018/596 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018. |
12. |
fir-rigward tas-sitwazzjoni partikolari tal-ħaddiema u l-intraprendituri fil-qasam kulturali, jenfasizza l-importanza li, fi ħdan il-programm Ewropa Kreattiva, jiġi promoss u jitħeġġeġ l-użu tal-faċilità ta’ garanzija fuq is-self żviluppata fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, anke jekk il-Faċilità ta’ Garanzija tinsab f’post differenti; |
Il-fergħa Kultura
13. |
jesprimi tħassib dwar il-bilanċ tal-azzjonijiet orizzontali u settorjali ġodda minħabba li baġit li żdied bi ftit ma jippermettix awtomatikament għal numru ferm ikbar ta’ prijoritajiet biex jiġu realizzati; |
14. |
fil-każ tal-azzjonijiet settorjali:
|
15. |
jissuġġerixxi li t-taqsima dwar l-identità u l-valuri Ewropej fil-fergħa tal-programm “Kultura”jkollha rabta aktar qawwija mal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) għall-kisba tal-għan mixtieq u jiġi evitat li l-programm jinftiehem ħażin; |
16. |
iħeġġeġ bil-qawwa lis-setturi kulturali u awdjoviżivi kollha – bħas-settur tal-mużika – biex jittrasferixxu l-għarfien u l-ħiliet diġitali biex irawmu relazzjonijiet u joħolqu kollaborazzjonijiet innovattivi fil-livell lokali u reġjonali wkoll; |
Il-fergħa Transsettorjali
17. |
jilqa’ l-prijoritajiet il-ġodda u t-tisħiħ ta’ din il-fergħa u b’hekk jiġu żgurati s-sinerġiji fi ħdan il-programm; fl-istess ħin, jirrimarka li meta mqabbla ma’ din il-proposta, hemm enfasi akbar fuq il-ġbir tad-data u l-istatistika fil-Programm Ewropa Kreattiva għall-perjodu 2014-2020 f’din il-fergħa, li għandu jkun inkluż ukoll fil-programm futur; |
Il-fergħa Media
18. |
jirrikonoxxi l-bidla fil-mudell li qed iġġib magħha l-bidla diġitali bil-mod kif il-prodotti kulturali qed jinħolqu, jiġu ġestiti, disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfin fi flus. Id-diġitalizzazzjoni ġġib magħha opportunitajiet ġodda anke biex ir-reġjuni fl-Ewropa jingħaqdu hekk kif jaqsmu xogħlijiet awdjoviżivi u jeżaminaw modi ġodda kif joħolqu rabtiet u jaqsmu l-kontenut bejniethom. Din it-tranżizzjoni tista’ tgħinhom ukoll biex jiġbdu lejhom udjenzi ġodda, japprofittaw ruħhom minn kontenut alternattiv, jipprovdu servizzi ġodda u jagħtu aktar viżibbiltà lill-kontenut minn reġjuni differenti (3). It-tranżizzjoni diġitali se tippermetti lill-atturi kulturali jipproponu lilhom infushom bħala promoturi tal-innovazzjoni permezz ta’ għodod ta’ komunikazzjoni ġodda u diġitali, multidirezzjonali u fuq ħafna kanali, bl-implimentazzjoni tar-rabta mat-territorju u għalhekk huma stess isiru atturi attivi għal tkabbir kulturali u ekonomika intelliġenti u sostenibbli; |
19. |
f’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni fuq l-għadd konsiderevoli ta’ artisti li x-xogħlijiet u l-iżviluppi, minkejja li mhumiex diġitali, huma daqstant importanti wkoll, kif ukoll fuq l-istrutturi li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali possibbiltajiet u għodod edukattivi, bħal-libreriji; |
20. |
iħeġġeġ bil-qawwa lis-setturi kulturali u awdjoviżivi kollha – bħas-settur tal-mużika – biex jittrasferixxu l-għarfien u l-ħiliet diġitali biex irawmu relazzjonijiet u joħolqu kollaborazzjonijiet innovattivi fil-livell lokali u reġjonali wkoll; |
21. |
f’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kreazzjoni u l-iżvilupp artistiċi mhux diġitali jippersistu u bħala tali huma għandhom ukoll ikollhom post denju fil-komunitajiet tas-seklu 21; |
Baġit
22. |
jesprimi tħassib dwar il-baġit propost tal-programm il-ġdid minħabba l-fatturi li ġejjin:
|
23. |
f’dan ir-rigward, jipproponi li tiġi stabbilita mira baġitarja ta’ aktar minn EUR 2 biljuni kif ukoll jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inkorporati aħjar il-kultura u l-wirt kulturali fil-prijoritajiet tal-QFP li jmiss kemm permezz ta’ integrazzjoni kif ukoll ta’ sinerġiji ma’ programmi u politiki oħrajn; |
24. |
jenfasizza bil-qawwa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati b’mod sistematiku fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-governanza tal-miżuri mfasslin biex jipprovdu finanzjament għal setturi kulturali u kreattivi madwar l-Ewropa b’attenzjoni għal kopertura ġeografika wiesgħa; |
25. |
dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jesprimi t-tama li, filwaqt li tibni fuq il-kisbiet komuni u l-esperjenzi kulturali sal-lum, l-UE u r-Renju Unit ser ikunu jistgħu jkomplu u jiżviluppaw aktar relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku fil-qasam kulturali; |
26. |
jemmen li l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità se jintlaħqu kompletament biss jekk il-“Proċedura ta’ Kumitat”terġa’ tiddaħħal fil-proposta biex jiġi żgurat skrutinju xieraq tal-Istat Membru rigward il-ġestjoni tal-programm; bl-istess mod, il-livelli lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati regolarment dwar id-direzzjonijiet u l-programmi ta’ ħidma annwali; |
Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura
27. |
jilqa’ l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura bħala bażi ta’ politika notevoli u komprensiva biex issaħħaħ l-identità Ewropea permezz tar-rikonoxximent tad-diversità tal-kulturi Ewropej, biex issaħħaħ is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ sħab lil hinn mill-Ewropa, kif ukoll biex issaħħaħ il-konnessjonijiet bejn il-kultura, l-edukazzjoni u oqsma oħra ta’ politika; |
28. |
jilqa’ l-fatt li l-Aġenda Ewropea Ġdida, bl-introduzzjoni tal-kunċett ta’ “kapaċità kulturali”tqis l-isfida ta’ xi jfisser meta jinbidlu l-aspettattivi tal-udjenzi, li tirrikjedi involviment akbar tal-popolazzjoni lokali fit-tfassil tal-programmi kulturali mill-użu tal-ideat tagħhom għal li jiġu involuti fl-implimentazzjoni; |
29. |
jinsab kuntent li l-komunikazzjoni ssemmi espliċitament lill-bliet u r-reġjuni bħala waħda mit-tliet ekosistemi li għandna niffukaw fuqhom; fl-istess ħin jenfasizza l-importanza li jittieħed kont tar-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-eżekuzzjoni prattika tal-prijoritajiet; |
30. |
fl-istess ħin, jinnota f’dan il-kuntest li l-Kumitat diġà enfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, minħabba li huma qrib iċ-ċittadini, jinsabu fl-aħjar pożizzjoni strateġika biex jindirizzaw il-bżonnijiet u t-talbiet speċifiċi tal-gruppi kulturali differenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li tinvolvi wkoll livell għoli ta’ responsabbiltà (5); |
31. |
jilqa’ l-fatt li l-Aġenda Ġdida tirrikonoxxi l-ħtieġa għal bidla radikali minn STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) għal STEAM (li tinkludi l-Arti) u l-puntwalità li l-ħsieb kreattiv u kritiku jestendi għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll li nitbiegħdu mis-separazzjoni ċara bejn ix-xjenzi u l-istudji umanistiċi. L-arti hija l-kapaċità li wieħed jibni ideat ġodda u ta’ użu. Permezz tal-integrazzjoni tal-arti u l-kreattività, il-kurrikulu STEM isir saħansitra aktar attraenti, innovattiv u kreattiv. Is-suġġetti artistiċi jappoġġaw l-iżvilupp tat-talenti, tal-kultura; huwa għalhekk li jridu jiġu integrati mat-teknoloġija; |
32. |
il-kultura tal-minoranzi nazzjonali, etniċi u lingwistiċi indiġeni hija komponent essenzjali tal-wirt kulturali tal-Unjoni Ewropea. Il-livell lokali u reġjonali huwa responsabbli biex jippreserva u jappoġġja din il-kultura u biex jiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal dawn il-kulturi individwali. Barra minn hekk, l-UE għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal din il-kawża, inklużi riżorsi mmirati li huma allokati għall-kompiti assenjati lil-livell reġjonali fir-rigward tas-salvagwardja tal-isfond kulturali tal-minoranzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-użu ta’ strumenti virtwali innovattivi, kif ukoll għall-promozzjoni fil-livell tal-UE tad-diversi kulturi tal-minoranzi; |
33. |
jitlob għal governanza fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex tirrikonoxxi l-innovazzjoni tas-CCS (is-settur kulturali u kreattiv) bħala mutur għal żvilupp lokali u reġjonali olistiku; |
34. |
ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali integraw b’suċċess is-setturi kulturali u kreattivi fl-istrateġiji ta’ żvilupp tagħhom, u li dan kien ta’ kontribut biex l-ekonomiji lokali jingħataw spinta ’l quddiem u biex iżommu l-popolazzjoni fit-territorji tagħhom (6); |
35. |
madankollu, jinsisti li l-integrazzjoni ta’ Strateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3) fi strateġiji ta’ żvilupp reġjonali għadha tippreżenta sfida u għaldaqstant ir-reġjuni jkollhom bżonn l-appoġġ imsaħħaħ tal-istituzzjonijiet tal-UE fit-twettiq tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, meqjusa bħala qafas ta’ politika reġjonali għat-tkabbir xprunat mill-innovazzjoni; |
36. |
jenfasizza li s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 tat spinta għal parteċipazzjoni ferventi fil-post, b’eluf ta’ attivitajiet li qed iseħħu mal-Ewropa kollha, li jħeġġu l-iskambju u l-apprezzament tal-wirt kulturali Ewropew bħala riżorsa komuni, iqajmu kuxjenza dwar l-istorja u l-valuri komuni tal-Ewropa, u jsaħħu s-sens ta’ appartenenza għal spazju komuni Ewropew; |
37. |
jitlob li l-impatt u l-wirt pożittiv tas-Sena jkomplu jiġu valorizzati, appoġġjati u nkomplu nibnu fuqhom u li s-sħubijiet u netwerks li bdew matul is-Sena jkomplu wara bħala parti mill-kooperazzjoni kulturali tal-UE. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-qafas Ewropew għall-wirt kulturali ppreżentat f’Diċembru 2018, li jinkludi ħames miżuri konkreti bil-għan li jkun hemm tibdil ġenwin fil-mod li bih napprezzaw, nikkonservaw u nippromovu l-wirt kulturali Ewropew; |
38. |
japprova l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażijiet legali magħżula, jirrikonoxxi r-rilevanza tal-Artikoli 173 u 208 TFUE, u jappoġġja t-tliet għanijiet strateġiċi (soċjali, ekonomiku u d-dimensjonijiet esterni) u ż-żewġ azzjonijiet trasversali (il-wirt kulturali u diġitali); |
39. |
jirrakkomanda li fid-dimensjoni soċjali, is-silta “jiġi [p]rotett u promoss il-wirt kulturali Ewropew bħala riżorsa komuni, biex titqajjem kuxjenza dwar l-istorja u l-valuri komuni tagħna u jissaħħaħ is-sens ta’ identità Ewropea komuni”tappoġġja l-protezzjoni u r-rispett tal-wirt reliġjuż Ewropew u tippromovi l-valuri ċentrali stabbiliti taħt l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE); |
40. |
rigward it-tielet dimensjoni (relazzjonijiet esterni), “jirrimarka bil-qawwa dwar il-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha u profonda fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali meta jingħata bidu u jiġu żviluppati strateġiji li jappoġġjaw ir-relazzjonijiet u l-attivitajiet kulturali internazzjonali” (7) u jemmen li diplomazija tal-bliet tista’ tkun triq ’il quddiem fil-promozzjoni tal-identità kulturali Ewropea madwar id-dinja; |
41. |
jemmen li l-mobilità tal-professjonisti kulturali kienet tkun f’pożizzjoni aħjar fost azzjonijiet trasversali minħabba li din tipprovdi valur miżjud sostanzjali lit-tliet dimensjonijiet kollha; |
42. |
itenni l-ħtieġa għal titjib fil-ġbir ta’ data u statistika dwar il-kultura, li huwa prerekwiżit biex jiġu żviluppati politiki bbażati fuq l-evidenza kredibbli fil-futur u jappella għal approċċ ta’ riċerka strateġiku li jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien madwar inizjattivi mifruxa attwalment, li jiggarantixxi l-kopertura tas-setturi kollha f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati kulturali. |
Brussell, is-6 ta’ Frar 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) COM(2018) 366 final.
(2) CdR 401/2011 fin.
(3) CdR 293/2010 fin.
(4) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52011AR0401&from=EN.
(5) CdR 44/2006 fin.
(6) CdR 181/2010 fin.
(7) COR-2016-05110-00-00-AC-TRA.