|
21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 461/173 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
(2018/C 461/15)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014
(COM(2018) 438 final) — Parti 1
Emenda 1
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (1), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ħtieġa li jingħata finanzjament mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm. |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (1), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtiġijiet speċifiċi tat-trasport , tal-enerġija u dak diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi . Jenfasizza, fir-rigward tat-trasport, il-ħtieġa li jingħata finanzjament mill-Unjoni biex dawn il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati, inkluż permezz tal-Programm. |
Raġuni
Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi (RUP) tirrikonoxxi li wkoll fil-livell tal-enerġija u dak diġitali, dawn ir-reġjuni għandhom potenzjal, iżda jbatu minn serje ta’ limitazzjonijiet li jeħtieġu appoġġ sabiex jingħelbu.
Emenda 2
Premessa 22
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Komunikazzjoni dwar “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali — Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (1) (l-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025, bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/XXX (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) timmira, fost l-oħrajn, li toħloq ambjent regolatorju li jinċentivizza l-investimenti privati fin-netwerks ta’ konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-netwerk se jibqa’ kummerċjalment mhux vjabbli f’ħafna żoni madwar l-Unjoni, minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi, densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jiġi aġġustat biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits, b’mod li jikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-implimentazzjoni ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond ta’ InvestEU. |
Il-Komunikazzjoni dwar “Konnettività għal Suq Uniku Diġitali — Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits” (1) (l-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits) tistabbilixxi għanijiet strateġiċi għall-2025, bil-għan li jiġi ottimizzat l-investiment fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali. Id-Direttiva (UE) 2018/XXX (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) timmira, fost l-oħrajn, li toħloq ambjent regolatorju li jinċentivizza l-investimenti privati fin-netwerks ta’ konnettività diġitali. Madankollu huwa ċar li l-użu tan-netwerk se jibqa’ kummerċjalment mhux vjabbli f’ħafna żoni madwar l-Unjoni, minħabba diversi fatturi bħad-distanza u speċifiċitajiet territorjali jew ġeografiċi, kif huwa l-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, densità tal-popolazzjoni baxxa u diversi fatturi soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Programm jiġi aġġustat biex jikkontribwixxi għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet strateġiċi stipulati fl-Istrateġija tas-Soċjetà tal-Gigabits, b’mod li jikkomplementa l-appoġġ ipprovdut għall-implimentazzjoni ta’ netwerks b’kapaċità għolja ħafna minn programmi oħra, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond ta’ InvestEU. |
Raġuni
Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma każ emblematiku ta’ din is-sitwazzjoni, kif huwa rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE, billi jiffaċċjaw għadd ta’ limitazzjonijiet, bħall-fatt li jinsabu mbiegħda ħafna, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima, li minħabba n-natura permanenti u kumulattiva tagħhom jagħmlu l-iżvilupp tagħhom diffiċli.
Emenda 3
Premessa 28
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
L-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta’ kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma’ pajjiżi terzi f’kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej jew territorji extra-Ewropej mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux kummerċjalment vjabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku. |
L-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi ċentrali, inkluż permezz ta’ kejbils sottomarini li jgħaqqdu territorji Ewropej ma’ pajjiżi terzi f’kontinenti oħrajn jew li jgħaqqdu gżejjer Ewropej jew reġjuni ultraperiferiċi mal-kontinent, hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut it-tnaqqis meħtieġ għal infrastruttura tant essenzjali, u sabiex jiżdiedu l-kapaċità u r-reżiljenza tan-netwerks diġitali tal-Unjoni. Madankollu, proġetti bħal dawn spiss ma jkunux kummerċjalment vjabbli mingħajr l-appoġġ pubbliku. |
Raġuni
Il-kuntest speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, li huma iżolati mill-kontinent Ewropew, u li jinsabu aktar qrib ta’ kontinenti oħrajn, jagħmel din il-kwistjoni saħansitra aktar urġenti.
Emenda 4
Artikolu 2 (h)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Għandu jiġi promoss l-użu ta’ REKT għall-iżvilupp ta’ proġetti transfruntiera. Barra minn hekk, ċerti proġetti jirċievu finanzjament biss min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għaldaqstant dawn iridu jiġġestixxu wkoll l-aċċess għall-applikazzjonijiet għal finanzjament Ewropew.
Emenda 5
Artikolu 3(2)(a)(i)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 6
Artikolu 3(2)(a), (b) u (c)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: |
Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin: |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
Raġuni
Is-subparagrafi tal-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu referenza għall-każ speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi (RUP), bl-istess mod kif huwa previst fl-Artikolu 10 – Prijoritajiet Ġenerali tar-Regolament attwali (UE) Nru 1315/2013 tal-PE u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.
Emenda 7
Artikolu 4(8)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
8. Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni , 30 % minn dawn l-ammonti għandhom isiru disponibbli minnufih lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzja proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament, bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera u neqsin. Sal -31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward ta’ 70 % mir-riżorsi ttrasferiti . B’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta’ infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament. |
8. Fir-rigward tal-ammonti ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sal -31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali skont il-Fond ta’ Koeżjoni. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi ttrasferiti lill-Programm li ma jkunux ġew impenjati għal proġett ta’ infrastruttura tat-trasport għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport skont dan ir-Regolament , bi prijorità tingħata lill-konnessjonijiet transfruntiera, il-konnessjonijiet neqsin u lill-proġetti fir-reġjuni ultraperiferiċi . Għall-fondi kollha ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni, il-kwoti nazzjonali huma kkunsidrati fl-użu mill-Istati Membri |
Raġuni
Ir-riżorsi trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni huma aspett essenzjali tas-CEF. Madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis sinifikanti tal-allokazzjonijiet ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-bliet u r-reġjuni tal-Istati Membri benefiċjarji ma jistgħux jaċċettaw ir-riskju ta’ telf baġitarju ġdid. Madankollu, jenħtieġ li l-pakkett kollu jiġi kkonsmat sa tmiem il-programmazzjoni.
Emenda 8
Artikolu 4(9)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont [il-punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak l-istess Artikolu. Fejn possibbli, dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. |
Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża u trasferibbli taħt Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) jistgħu, fuq talba tal-awtorità amministrattiva u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali/lokali, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (1) (c) ta’ dak l-istess Artikolu. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju taż-żona ġeografika korrispondenti għall-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernata . |
Raġuni
Ir-riżorsi trasferiti għall-programm għandhom jintużaw mill-awtorità ta’ ġestjoni li twettaq it-trasferiment. Dan l-approċċ se jippermetti li jinżammu l-allokazzjonijiet għal territorji differenti u jgħin ukoll għal immirar aħjar tal-fondi, skont il-ħtiġijiet attwali tar-reġjuni u l-Istati Membri.
Emenda 9
Artikolu ġdid wara l-Artikolu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Adattament tan-netwerks TEN-T għall-mobbiltà militari 1. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ netwerk ewlieni ta’ infrastruttura tat-trasport adatta għal użu doppju, ċivili u militari. 2. Il-proġetti appoġġjati taħt dan l-objettiv huma fin-netwerk kollu tat-TEN-T. 3. L-infrastruttura b’użu doppju ċivili u militari għandha tissodisfa speċifikazzjonijiet tekniċi tat-TEN-T u militari u tilħaq ħtieġa reali, attwali jew potenzjali. 4. L-infrastruttura li bbenefikat minn finanzjament taħt dan l-objettiv ma tistax tiġi limitata għal użu militari, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u għal tul ta’ żmien limitat, u għandha tiżgura f’kull mument is-sigurtà tal-persuni, tas-servizzi, tal-merkanzija u l-infrastrutturi tagħhom. 5. L-azzjonijiet li jadattaw l-infrastruttura għal użu doppju ċivili u militari jistgħu jiġu appoġġjati biss taħt dan l-objettiv. 6. Sal-31 ta’ Diċembru 2019 il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jiddeskrivu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għal użu doppju ċivili u militari stabbiliti mill-Kunsill, lista ta’ proġetti ta’ prijorità eliġibbli għal finanzjament taħt dan l-objettiv u r-regoli ta’ eliġibbiltà u tal-għażla. Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni ġeografika konsistenti u bbilanċjata ta’ dawn l-infrastrutturi. |
Raġuni
Fid-dawl tal-allokazzjoni baġitarja ddedikata għal dan l-objettiv, ir-Regolament għandu jispeċifika r-regoli.
Emenda 10
Artikolu 7(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn Stati Membri u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE. Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji u l-proċedura stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Il-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli għandhom jinvolvu mill-anqas żewġ Stati Membri jew REKT jew żewġ reġjuni ultraperiferiċi u għandhom ikunu inklużi fi ftehim ta’ kooperazzjoni jew kwalunkwe tip ta’ arranġament ieħor bejn Stati Membri , awtoritajiet lokali jew reġjonali u reġjuni ultraperiferiċi u/jew bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kif stipulat fl-Artikoli 6, 7, 9 jew 11 tad-Direttiva 2009/28/KE. Dawn il-proġetti għandhom ikunu identifikati skont il-kriterji u l-proċedura stipulati fil-Parti IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 11
Artikolu 8(3)(d)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
3. Mingħajr ħsara għall-kriterji tal-għoti stipulati fl-Artikolu 13, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin: |
3. Mingħajr ħsara għall-kriterji tal-għoti stipulati fl-Artikolu 13, il-prijorità għall-finanzjament għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin: |
||||
|
(…) |
(…) |
||||
|
|
||||
|
(…) |
(…) |
Raġuni
Minħabba d-distanza kbira bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-kontinent Ewropew u l-fatt li jinsabu qrib ta’ pajjiżi terzi ġirien, huwa indispensabbli li jinbnew netwerks, b’mod partikolari permezz ta’ kejbils sottomarini, bil-għan li jittaffa l-iżolament tagħhom.
Emenda 12
Artikolu 9(2)(a)(i)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 13
Artikolu 9(2)(a)(ii)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 14
Artikolu 9(2)(a)(iii)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Nifhmu li l-problemi li tiġġenera l-insularità jeħtieġu trattament differenti min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE u li jkun ekwivalenti għal dak tar-reġjuni ultraperiferiċi, peress li l-problema ewlenija titnissel mhux daqstant mid-distanza iżda min-nuqqas ta’ kontinwità territorjali.
L-ajruporti huma għodda essenzjali għall-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi, u xi drabi l-aktar mod effettiv biex dawn ir-reġjuni jiġu integrati fin-netwerks tat-trasport tal-Unjoni.
Emenda 15
Artikolu 9(2) u (4)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
2. Fis-settur tat-trasport, dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament: |
2. Fis-settur tat-trasport, dawn l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament: |
||||||||
|
|
||||||||
|
(…) |
(…) |
||||||||
|
|
||||||||
|
(…) |
(…) |
||||||||
|
|
||||||||
|
(…) |
(…) |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
|
||||||||
|
(…) |
(…) |
||||||||
|
4. Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament: |
4. Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament: |
||||||||
|
(…) |
(…) |
||||||||
|
|
||||||||
|
(…) |
(…) |
Emenda 16
Artikolu 9(4)(b)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
4. Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament: |
4. Fis-settur diġitali, l-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni skont dan ir-Regolament: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
Lista indikattiva ta’ proġetti eliġibbli fis-settur diġitali hija pprovduta fil-Parti V tal-Anness. |
Lista indikattiva ta’ proġetti eliġibbli fis-settur diġitali hija pprovduta fil-Parti V tal-Anness. |
Emenda 17
Artikolu 10(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi anċillari, li jistgħu ma jkunux relatati ma’ azzjonijiet eliġibbli kif ipprovdut fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin: |
F’kull wieħed mis-setturi tat-trasport, tal-enerġija u dak diġitali, l-azzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 9 jistgħu jinkludu elementi anċillari, li jistgħu jkunu relatati jew le ma’ azzjonijiet eliġibbli kif ipprovdut fl-Artikolu 9(2), (3) jew (4) rispettivament, dment li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin: |
Raġuni
Is-sinerġiji għandhom jiġu ffaċilitati. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu propost fil-punt 2 għandu jippermetti li azzjonijiet eliġibbli taħt l-għanijiet ta’ settur ieħor tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jiġu inklużi fis-sejħa għal proposti f’settur speċifiku. Is-sejħiet għal proposti speċifiċi għall-proġetti konġunti ser jappoġġaw proġetti li jkollhom taħlita settorjali aktar minn 20 %-80 %.
Emenda 18
Artikolu 11(2)(b)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa m’għandhiex tkun ta’ benefiċċju għall-intrapriżi mhux Ewropej għal attivitajiet fit-territorju tal-Unjoni.
Emenda 19
Artikolu 11(5)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
5. Il-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 jistgħu jipprevedu li jkunu eliġibbli biss proposti mressqin minn Stat Membru jew diversi Stati Membri jew, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, impriżi konġunti, jew impriżi jew korpi pubbliċi jew privati. |
|
Raġuni
Iż-żamma tal-proċedura ta’ approvazzjoni mill-Istati Membri ma tagħmilx parti mis-semplifikazzjoni amministrattiva appoġġjata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
Emenda 20
Artikolu 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġġestiti skont it-Titolu [VIII] tar-Regolament Finanzjarju. |
Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġġestiti skont it-Titolu [VIII] tar-Regolament Finanzjarju. |
||||
|
|
1. Il-proċess ta’ għażla ta’ proġett jinkludi żewġ fażijiet:
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti mill-inqas xahar qabel il-ftuħ tagħhom. Dawk li jipproponu l-proġetti għandu jkollhom mill-inqas xahar biex jippreżentaw l-ewwel fajl. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-eliġibilità tal-fajls fi żmien xahar. Dawk li jipproponu l-proġetti wara għandu jkollhom mill-inqas tliet xhur biex jippreżentaw fajl komplut. |
Raġuni
Huwa xieraq li tiġi ssemplifikata l-implimentazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa billi jiġi evitat li dawk li jipproponu l-proġetti jħejju fajl komplut twil u li jiswa l-flus jekk mhumiex eliġibbli għas-sejħa għall-proposti. Barra minn hekk, dawk li jipproponu l-proġetti għandu jkollhom il-ħin jaddattaw għal sejħa għall-proposti u jħejju fajl komplut.
Emenda 21
Artikolu 13(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 u fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin: |
Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu definiti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 19 u fis-sejħiet għall-proposti filwaqt li jitqiesu, sal-limitu applikabbli, l-elementi li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
Emenda 22
Artikolu 14(2)(a)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 50 % għal azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
għal xogħlijiet relatati mal-għanijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a), l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni ma għandux jaqbeż it-30 % tal-kost totali eliġibbli. Ir-rati ta’ kofinanzjament jistgħu jiżdiedu sa massimu ta’ 50 % għal azzjonijiet relatati ma’ konnessjonijiet transfruntiera skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu, għall-azzjonijiet relatati mal-konġestjonijiet u s-sezzjonijiet neqsin fin-netwerk bażika, għall-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-awtostradi tal-baħar, għall-azzjonijiet ta’ appoġġ għall-konnessjonijiet marittimi u tax-xmajjar tan-netwerk bażika u ġenerali, inklużi l-azzjonijiet fil-portijiet u l-konnessjonijiet maż-żoni interni, għal nodi urbani u multimodali u konnessjonijiet u pjattaformi tal-aħħar mil, għal azzjonijiet li jappoġġjaw sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi, għal azzjonijiet li jappoġġjaw teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, u għal azzjonijiet li jappoġġjaw it-titjib tas-sikurezza tal-infrastruttura f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u għal azzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi; |
Raġuni
Din l-emenda hija konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni li żżid konnessjonijiet marittimi fil-kurituri tan-netwerk ewlieni. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, it-trasport marittimu għandu jiġi appoġġjat b’mod sostanzjali.
Emenda 23
Artikolu 14(5)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Ir-rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet magħżula taħt il-programmi ta’ ħidma transettorjali msemmija fl-Artikolu 10 għandha tkun l-ogħla rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati. |
Ir-rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għall-azzjonijiet magħżula taħt il-programmi ta’ ħidma transettorjali msemmija fl-Artikolu 10 għandha tkun l-ogħla rata massima ta’ kofinanzjament applikabbli għas-setturi kkonċernati miżjuda b’10 % . L-azzjonijiet appoġġjati fil-kuntest tal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 10(2) jibbenefikaw mir-rata ta’ kofinanzjament skont is-settur prinċipali, inklużi l-ispejjeż anċillari. |
Raġuni
Is-sinerġiji għandhom jiġu appoġġjati, anke finanzjarjament. Għal raġunijiet ta’ semplifikazzjoni, il-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 10(2), għandu jibbenefika minn rata unika ta’ kofinanzjament.
Emenda 24
Artikolu 15(a)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju: |
Il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kostijiet li ġejjin għandhom japplikaw, flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [186] tar-Regolament Finanzjarju: |
||||
|
|
Raġuni
Huwa propost li fl-Artikolu 15(a) tiġi inkluża referenza għas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi.
Emenda 25
Artikolu 16(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-użu ta’ għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun implimentat permezz ta’ sejħiet għal proposti ddedikati. |
2. L-użu ta’ għotjiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun implimentat fis-sejħiet kollha għal proposti u permezz ta’ sejħiet għal proposti ddedikati u llimitat għal 10 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tas-CEF . |
Raġuni
L-operazzjonijiet imħallta finanzjament għandhom jitħeġġu u jkunu possibbli f’każ li promotur ta’ proġett ikun jixtieq jużahom. Madankollu, l-għotjiet għandhom jibqgħu l-ewwel soluzzjoni ta’ finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
Emenda 26
Artikolu 17(2) u Artikolu 17(3) ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
3. Il-fondi rkuprati skont dan l-Artikolu għandhom jerġgħu jintużaw fil-kuntest ta’ programmi oħra ta’ ħidma tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; dawn il-fondi se jitqassmu billi jitqies il-pakkett nazzjonali miftiehem. |
Raġuni
Il-fondi allokati mill-QFP lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jinżammu fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. It-tqassim ta’ dawn il-fondi billi jitqies il-pakkett nazzjonali miftiehem jikkostitwixxi inċentiv għall-Istati Membri u l-kuntratturi ewlenin ta’ kull proġett sabiex ma jimponux piż żejjed fuq id-deċiżjoni dwar il-futur tal-proġett minħabba l-biża’ li jitilfu l-appoġġ finanzjarju. Barra minn hekk, din il-miżura tippermetti distribuzzjoni ġeografika tal-fondi aktar bilanċjata bejn l-Istati Membri tal-UE.
Emenda 27
Artikolu 19
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. |
1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. |
|
2. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. |
2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tħabbar skeda indikattiva tal-programmi ta’ ħidma li jinkludu l-allokazzjonijiet u l-prijoritajiet ta’ dawn il-programmi għall-ipprogrammar kollu. |
|
|
3. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. |
Raġuni
Il-fondi allokati mill-QFP lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jinżammu fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
Emenda 28
Artikolu 23
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament: |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014
(COM(2018) 438 final) — Parti 2
Emenda 29
Anness, Parti III, Tabella 1
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Atlantiku” Allinjament |
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Atlantiku” Allinjament |
|
Gijón — León — Valladolid |
Gijón — León — Palencia – Valladolid |
|
A Coruña — Vigo — Orense — León |
A Coruña — Vigo — Orense — Ponferrada — Astorga — León — Palencia-Venta de Baños |
|
Zaragoza — Pamplona/Logroño — Bilbao |
Zaragoza — Pamplona/Logroño — Bilbao (Y basque) |
|
|
Bordeaux — Dax — Vitoria/Gasteiz Bordeaux — Toulouse |
|
Tenerife/Gran Canaria — Huelva/Sanlúcar de Barrameda — Sevilla — Córdoba |
Tenerife/Gran Canaria — Huelva/Sanlúcar de Barrameda — Sivilja — Córdoba |
|
Algeciras — Bobadilla — Madrid |
Algeciras — Bobadilla — Madrid |
|
Sines/Lisboa — Madrid — Valladolid |
Sines/Lisboa — Madrid — Valladolid |
|
Lisboa — Aveiro — Leixões/Porto — Douro |
Lisbona — Aveiro — Leixões/Porto — Ix-Xmara Douro |
|
Aveiro — Valladolid — Vitoria-Gasteiz — Bergara — Bilbao/Bordeaux — Tours — Paris — Le Havre/Metz — Mannheim/Strasbourg |
Aveiro — Valladolid — Vitoria-Gasteiz — Bergara — Bilbao/Bordeaux — Tours — Pariġi — Le Havre/Metz — Mannheim/Strasburgu |
|
|
Shannon Foynes — Dublin — Cork — Le Havre — Rouen — Pariġi |
|
Saint Nazaire — Nantes — Tours |
Dublin — Cork — Saint Nazaire — Nantes — Tours |
Raġuni
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ser ikollu ħafna konsegwenzi, fosthom impatt sinifikanti fuq l-integrazzjoni tal-Irlanda fin-netwerk ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, peress li hija tiddependi biss fuq ir-rotot li jgħaddu mir-Renju Unit. Barra minn hekk, il-konnessjonijiet bil-baħar lejn il-portijiet tan-netwerk ċentrali tal-kuritur tal-Atlantiku u lejn ċerti portijiet tan-netwerk globali jridu jiġu integrati fil-mappa tal-kurituri. L-integrazzjoni fi ħdan il-kurituri prijoritarji tan-netwerk ewlieni ta’ rabta bejn il-kuritur “Mediterran” u l-Kuritur “Atlantiku” ser issaħħaħ il-prestazzjoni soċjoekonomika ta’ dawn iż-żewġ kurituri billi jiġu żviluppati l-infrastrutturi u l-użu tagħhom. Dan joffri wkoll l-opportunità li jintrabtu l-portijiet tal-Mediterran u tal-Atlantiku fuq l-ass Bordeaux-Toulouse-Narbonne. Barra minn hekk, din il-proposta hija parti mill-proġett kbir fil-lbiċ li jiġu introdotti żewġ treni b’veloċità għolja li jikkondividu medda komuni minn Bordeaux sa Toulouse u minn Bordeaux lejn Spanja.
Huwa wkoll xieraq li tiġi promossa l-linja Zaragoza-Pamplona-Y Basque, li tgħaqqad il-kurituri tal-Atlantiku u l-Mediterran, u tagħti aċċess għall-port ta’ Bilbao. Franza għandha terġa’ tniedi l-konnessjoni Bordeaux-Dax-Vitoria, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak biex jitneħħew l-ostakli għat-trasport tal-merkanzija (Irun-Hendaye, varjant fuq l-assi ta’ Bordeaux).
Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiġu inklużi dawk l-enklavi u pjattaformi loġistiċi ta’ interess strateġiku għoli u b’potenzjal fil-futur, li jinsabu f’reġjuni periferiċi li għad għandhom ħafna bżonnijiet ta’ infrastrutturi bażiċi sabiex titjieb l-aċċessibbiltà u l-konnettività tagħhom, b’mod partikolari mal-portijiet.
Emenda 30
Anness, Parti III, Tabella 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Mediterran” Allinjament |
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Mediterran” Allinjament |
|
Algeciras — Bobadilla –Madrid — Zaragoza — Tarragona |
Algeciras — Bobadilla — Madrid — Zaragoza — Sagunto /Tarragona |
|
|
Madrid — Albacete — Valencia |
|
Sivilja — Bobadilla — Murcia |
Sivilja — Bobadilla — Almería — Murcia |
|
Cartagena — Murcia — Valencia — Tarragona/Palma de Mallorca — Barċellona |
Cartagena — Murcia — Valencia — Tarragona/Palma de Mallorca — Barċellona |
|
Tarragona — Barċellona — Perpignan — Marsilja — Ġenova/Lyon — Turin — Novara — Milan — Bolonja/Verona — Padova — Venezja — Ravenna/Trieste/Koper — Ljubljana — Budapest |
Tarragona/ Palma de Mallorca — Barċellona — Perpignan — Marsilja — Ġenova/Lyon — Turin — Novara — Milan — Bolonja/Verona — Padova — Venezja — Ravenna/Trieste/Koper — Ljubljana — Budapest |
|
|
Alcúdia — Ciudadela — Toulon — Ajaccio— Bastia — Porto Torres — Cagliari — Palerme Toulouse — Narbonne |
|
Ljubljana/Rijeka — Zagreb — Budapest — fruntiera UA |
Ljubljana/Rijeka — Zagreb — Budapest — fruntiera UA |
Raġuni
L-integrazzjoni fi ħdan il-kurituri prijoritarji tan-netwerk ewlieni ta’ rabta bejn il-kuritur “Mediterran” u l-Kuritur “Atlantiku” ser issaħħaħ il-prestazzjoni soċjoekonomika ta’ dawn iż-żewġ kurituri billi jiġu żviluppati l-infrastrutturi u l-użu tagħhom. Dan joffri wkoll l-opportunità li jintrabtu l-portijiet tal-Mediterran u tal-Atlantiku fuq l-ass Bordeaux-Toulouse-Narbonne.
Emenda 31
Anness, Parti III, Tabella 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Baħar tat-Tramuntana — Mediterranju” |
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Baħar tat-Tramuntana — Mediterranju” |
|
Allinjament |
Allinjament |
|
Belfast — Dublin — Shannon Foynes/Cork |
Belfast — Dublin — Shannon Foynes/Cork |
|
|
Dublin — Cork — Calais — Zeebruge — Antwerp — Rotterdam Shannon Foynes — Dublin — Rosselare — Waterford — Cork — Brest — Roscoff — Cherbourg — Caen — Le Havre — Rouen — Paris”. |
|
Glasgow/Edinburgh — Liverpool/Manchester — Birmingham |
Glasgow/Edinburgh — Liverpool/Manchester — Birmingham |
|
Birmingham — Felixstowe/Londra/Southampton |
Birmingham — Felixstowe/Londra/Southampton |
|
Londra — Lille — Brussell |
Londra — Lille — Brussell |
|
Amsterdam — Rotterdam — Antwerp — Brussell — Lussemburgu |
Amsterdam — Rotterdam — Antwerp — Brussell — Lussemburgu |
|
Lussemburgu — Metz — Dijon — Macon — Lyon — Marsilja |
Lussemburgu — Metz — Dijon — Macon — Lyon — Marsilja |
|
Lussemburgu — Strasburgu — Basel |
Lussemburgu — Strasburgu — Basel |
|
Antwerp/Zeebrugge — Gent — Dunkerque/Lille — Pariġi |
Antwerp/Zeebrugge — Gent — Dunkerque/Lille — Pariġi |
Raġuni
Din l-emenda tirrifletti l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jiġi emendat ir-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-każ fejn il-ħruġ tar-Renju Unit isir mingħajr ftehim u tinkludi fiha l-portijiet tan-netwerk globali u tan-netwerk ewlieni.
Emenda 32
Anness, Parti III, Tabella 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Skandinavu — Mediterran” |
Kuritur tan-netwerk ewlieni “Skandinavu — Mediterran” |
|
Allinjament |
Allinjament |
|
Fruntiera RU — Hamina/Kotka — Helsinki — Turku/Naantali — Stokkolma — Örebro — Malmö |
Fruntiera RU — Hamina/Kotka — Helsinki — Turku/Naantali — Stokkolma — Örebro — Malmö |
|
Narvik/Oulu — Luleå — Umeå — Stokkolma |
Narvik/Uleåborg–Luleå–Umeå– Gävle -Stokkolma - Örebro |
|
|
Stokkolma — Örebro — Oslo |
|
Oslo — Goteburg — Malmö — Trelleborg |
Oslo — Goteburg — Malmö — Trelleborg |
|
Malmö — Copenhagen — Fredericia — Aarhus — Aalborg — Hirtshals/Frederikshavn |
Malmö — Copenhagen — Fredericia — Aarhus — Aalborg — Hirtshals/Frederikshavn |
|
Copenhagen — Kolding/Lübeck — Hamburg — Hannover |
Copenhagen — Kolding/Lübeck — Hamburg — Hannover |
|
Bremerhaven — Bremen — Hannover — Nuremberg |
Bremerhaven — Bremen — Hannover — Nuremberg |
|
Rostock — Berlin — Leipzig — Munich |
Rostock — Berlin — Leipzig — Munich |
|
Nuremberg — Munich — Innsbruck — Verona — Bolonja — Ancona/Firenze |
Nuremberg — Munich — Innsbruck — Verona — Bolonja — Ancona/Firenze |
|
Livorno/La Spezia — Firenze — Ruma — Napli — Bari — Taranto — il-Belt Valletta |
Livorno/La Spezia — Firenze — Ruma — Napli — Bari — Taranto — il-Belt Valletta |
Emenda 33
Anness, Parti III, punt 2. Sezzjonijiet identifikati minn qabel fuq in-netwerk komprensiv
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Is-sezzjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv imsemmi fl-Artikolu 9(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament jinkludu fost l-oħrajn dawn is-sezzjonijiet: |
Is-sezzjonijiet transfruntiera tan-netwerk komprensiv imsemmi fl-Artikolu 9(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament kif ukoll il-konnessjonijiet transfruntiera għat-trasport bil-ferrovija eżistenti u l-konnessjonijiet neqsin mal-fruntieri interni tal-UE, jinkludu speċjalment dawn is-sezzjonijiet: |
Raġuni
Din iż-żieda tippermetti l-konnessjonijiet bejn il-kurituri TEN, għalkemm għalissa dawn huma formalment barra min-netwerk komprensiv (eż. il-konnessjonijiet neqsin).
Emenda 34
Anness, Parti V
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
(…) |
(…) |
||||
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ infrastrutturi ta’ konnettività diġitali fir-reġjuni ultraperiferiċi jitqiesu bħala prijoritarji.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
(COM(2018) 568 final) — Parti 1
Emenda 35
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi evitat li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana — Mediterran jissepara f’żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana — Mediterran jenħtieġ li jinkludi konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet ewlenin tal-Irlanda u l-portijiet ewlenin tal-Belġju u tan-Netherlands. |
|
Raġuni
Diversi portijiet Franċiżi (Le Havre, Dunkerque, Calai) huma portijiet tan-netwerk ewlieni inklużi fil-kurituri tal-Atlantiku u tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterranju. M’hemm l-ebda raġuni għaliex dawn għandhom jiġu esklużi.
Emenda 36
Anness
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Baħar tat-Tramuntana — Mediterran”, wara l-linja “Belfast — Baile Átha Cliath/Dublin — Corcaigh/Cork” tiddaħħal il-linja li ġejja : |
Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Baħar tat-Tramuntana — Mediterran”, wara l-linja “Belfast — Baile Átha Cliath/Dublin — Corcaigh/Cork” jiddaħħlu l-linji li ġejjin : |
|
“Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork — Zeebrugge/Antwerpen/Rotterdam”. |
“Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork — Calais/Dunkerque- Zeebrugge/Antwerpen/Rotterdam. |
|
|
Shannon Foynes — Dublin — Rosselare — Waterford — Cork — Brest — Roscoff — Cherbourg — Caen — Le Havre — Rouen — Paris” . Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Atlantiku”, wara l-linja “Aveiro — Valladolid — Vitoria-Gasteiz — Bergara — Bilbao/Bordeaux — Tours — Pariġi — Le Havre/Metz — Mannheim/Strasburgu” tiddaħħal il-linja li ġejja: “Shannon Foynes — Dublin — Cork — Le Havre — Rouen — Pariġi” Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri tan-netwerk ewlieni”), fit-taqsima “Atlantiku”, il-linja “Saint Nazaire — Nantes — Tours” tinbidel kif ġej: “Dublin — Cork — Saint Nazaire — Nantes — Tours” |
Raġuni
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ser ikollu għadd ta’ konsegwenzi, fosthom impatt sinifikanti fuq l-integrazzjoni tal-Irlanda fin-netwerk ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T. Konnessjonijiet marittimi lejn il-portijiet tan-netwerk ewlieni jeħtieġ jiġu integrati fil-mappa tal-kurituri.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
|
1. |
ifakkar li politika Ewropea ta’ infrastruttura sikura, moderna, sostenibbli u effiċjenti tat-trasport, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni pprovduta min-netwerks trans-Ewropej (TENs) hija essenzjali biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi u insulari, kif ukoll dawk bi sfidi demografiċi, tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u hija meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri ta’ bosta politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk klimatiċi u ambjentali; |
|
2. |
jinnota li sa minn meta ġiet adottata fl-2013, ċerti kummenti dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li saru mill-KtR, b’mod partikolari fl-Opinjoni tiegħu 1531/2017 dwar “Il-futur tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Trasport” adottata fl-10 ta’ Ottubru 2017, jibqgħu rilevanti; |
|
3. |
jemmen li għandu jingħata widen għall-vuċi tal-bliet u r-reġjuni, responsabbli għall-politika ta’ ġestjoni u ta’ żvilupp tal-mobilità u tat-trasport pubbliku fit-territorju tagħhom; |
|
4. |
jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. L-objettiv ewlieni tal-proposta huwa li jinħoloq netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea hija l-aħjar livell ta’ implimentazzjoni; |
|
5. |
jirrimarka li fl-2017, 72 % tal-Ewropej kienu jgħixu f’żoni urbani. L-aċċess għal mezzi ta’ trasport urban sikur, effikaċi u sostenibbli huwa waħda mill-isfidi ewlenin għal dawn il-persuni. Is-CEF jista’ jgħin fit-tranżizzjoni u biex inaqqas il-konġestjoni, it-tniġġis u l-inċidenti relatati mat-traffiku fit-toroq. Il-konnessjoni aħjar bejn il-modi differenti ta’ trasport u l-iżgurar ta’ vjaġġi mingħajr xkiel f’dawn iż-żoni urbani huma kruċjali biex jinħolqu n-netwerk ewlieni sal-2030 u n-netwerk globali sal-2050. Għandha tingħata prijorità għall-isforzi fil-qasam tal-multimodalità tat-trasport urban; |
|
6. |
ifakkar li l-Unjoni Ewropea għandha infrastrutturi marittimi u tax-xmajjar numerużi u antiki li jeħtieġ jiġu modernizzati u żviluppati. Dawn iż-żewġ modi ta’ trasport huma parti mis-soluzzjoni għall-konġestjoni tar-rotot u għad-dekarbonizzazzjoni meħtieġa tas-settur; |
|
7. |
jirrikonoxxi li t-trasport huwa responsabbli għal kważi 50 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Ewropa. Huwa l-uniku settur li ma kienx kapaċi jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu mill-1990. Il-bliet u r-reġjuni huma milqutin direttament mill-impatti tat-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni. Għalhekk għandha tittieħed azzjoni ambizzjuża u urġenti favur id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport; |
|
8. |
ifakkar li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tkun adattata għall-għanijiet ambizzjużi tal-Unjoni f’termini ta’ infrastruttura tat-trasport. B’mod partikolari, ir-Regolament tat-TEN-T jistabbilixxi l-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni sal-2030; jinnota li l-ħtiġijiet tar-reġjuni kollha għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib u għandhom jittieħdu passi li jiżguraw li qed ilaħħqu mal-innovazzjonijiet tal-infrastruttura; |
|
9. |
jissuġġerixxi li jitħeġġu l-proġetti transkonfinali billi jsir użu mir-REKT jew mill-Faċilità sabiex jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transkonfinali propost mill-Kummissjoni Ewropea għall-perjodu 2021-2027. B’mod partikolari, ir-REKT għandhom ikunu entitajiet eliġibbli għas-sejħiet kollha għall-proġetti tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lilhom; |
|
10. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li ġġedded u temenda l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
|
11. |
jilqa’ b’sodisfazzjon li l-proposta tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tar-RUP u l-ħtieġa li jiġu pprovduti fondi għat-trasport permezz tal-MIE, li għandu jiġi estiż ukoll fuq il-livell tal-enerġija u dak diġitali. |
|
12. |
jirrimarka li finanzjament adegwat tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa kapaċi joħloq impjiegi ġodda, jappoġġja t-tkabbir u jagħmel mill-UE mexxejja dinjija fir-riċerka u l-innovazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija; |
|
13. |
jilqa’ l-isforzi sabiex jiġu ssemplifikati r-regoli u l-proċeduri. L-ebda promotur ta’ proġett m’għandu jirrinunzja li jressaq applikazzjoni għal finanzjament; |
|
14. |
jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tintroduċi għan ta’ adattament tal-infrastruttura tat-TEN-T għal użu doppju ċivili u militari u jissuġġerixxi li jiġu ċċarati r-regoli ta’ dan l-għan, iżda jiddispjaċih li din il-proposta mhix aktar dettaljata; |
|
15. |
jitlob li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tagħti aktar attenzjoni lill-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. |
Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) COM(2017) 623
(1) COM(2017) 623
(1) COM(2016) 587
(1) COM(2016) 587