21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 461/225 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-valutazzjoni tar-riskju fil-katina alimentari
(2018/C 461/19)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 4 tal-proposta għal Regolament
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta’ komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma’ djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha biex jiġu żgurati koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta’ analiżi tar-riskju. |
Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta’ komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma’ djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha, inkluż il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jiġu żgurati l-prevalenza tal-interess pubbliku, il-koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta’ analiżi tar-riskju. |
Emenda 2
Premessa 8 tal-proposta għal Regolament
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Proporzjon sostanzjali tal-legislazzjoni Ewropea hija implimentata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għalhekk huwa essenzjali li dawn il-korpi jkunu involuti kif xieraq fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni, kif ukoll biex jiġi żgurat li din l-istrateġija hija koerenti.
Emenda 3
L-Artikolu 8a ġdid tar-Regolament (KE) Nru 178/2002
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju |
Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju |
||||
Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju: |
Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Minħabba d-diversi approċċi għall-fehim tal-kunċetti tar-riskju u l-periklu fl-Istati Membri u d-dibattitu relatat bejn dawk li jfasslu l-politiki, l-akkademiċi, ir-regolaturi u l-industrija, ta’ min jenfasizza l-importanza tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ta’ dawn il-kunċetti u l-iżgurar li l-pubbliku jifhem u jaċċetta l-kompromessi bejn ir-riskji u l-benefiċċji.
Emenda 4
L-Artikolu ġdid 8c tar-Regolament (KE) Nru 178/2002
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju |
Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju |
||||
1. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 57a li jistabbilixxi pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b’kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b. |
1. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 57a li jistabbilixxu pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b’kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b. |
||||
2. Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta’ komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b’mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu: |
2. Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta’ komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b’mod koerenti u sistematiku fil-livell tal-Unjoni , nazzjonali, reġjonali u lokali . Dan għandu: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b’kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.”; |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b’kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.”; |
Raġuni
L-istess bħall-emenda 1.
Emenda 5
L-Artikolu 39.2.1
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
“Artikolu 39 |
“Artikolu 39 |
||||
Kunfidenzjalità |
Kunfidenzjalità |
||||
(…) |
(…) |
||||
|
|
||||
(…) |
(…) |
Raġuni
L-emenda għandha l-għan li tagħti konsiderazzjoni aħjar għas-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent
Emenda 6
Artikolu 39.4.b
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
“Artikolu 39 |
“Artikolu 39 |
||||
Kunfidenzjalità |
Kunfidenzjalità |
||||
(…) |
(…) |
||||
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja xorta waħda għandha tiġi ppubblikata: |
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-informazzjoni li ġejja xorta waħda għandha tiġi ppubblikata: |
||||
(…) |
(…) |
||||
|
|
Raġuni
L-emenda għandha l-għan li tagħti konsiderazzjoni aħjar għas-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Sfond
1. |
jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni mmirata biex jiżdiedu t-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju fil-katina tal-ikel tal-UE bħala pass fid-direzzjoni t-tajba li jikklarifika r-regoli ta’ trasparenza b’mod partikolari rigward l-istudji xjentifiċi użati mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-valutazzjonijiet tar-riskji tagħha, itejjeb l-amministrazzjoni tal-EFSA, isaħħaħ il-kollaborazzjoni xjentifika bejn l-Istati Membri u l-EFSA u l-involviment tagħhom fil-ħidma xjentifika tal-EFSA u jiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni komprensiva u effettiva fil-qasam tar-riskju; |
2. |
jemmen li din l-inizjattiva hija pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda għad fadal xi dubji dwar jekk il-bidliet proposti se jippermettu skrutinju xjentifiku indipendenti tal-istudji u d-data użati fil-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ prodotti regolati u sustanzi minħabba l-qafas legali attwali dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli ta’ kunfidenzjalità; |
3. |
jinnota li din il-proposta leġislattiva tirrispondi għas-sejbiet tal-verifika tal-idoneità mwettqa mill-Kummissjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-liġi dwar l-ikel (1), kif ukoll l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Projbizzjoni tal-glifosat biex b’hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi”, u jemenda diversi liġijiet speċifiċi għas-settur; |
4. |
jirrimarka li l-kontroll tal-idoneità għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 żvela li n-nies qed isejħu għal proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju aktar trasparenti fil-qasam tal-liġi dwar l-ikel, kif ukoll għal proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar trasparenti bbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju. Il-konklużjonijiet tal-kontroll tal-idoneità identifikaw ukoll oqsma oħra fejn hija meħtieġa l-bidla, jiġifieri l-amministrazzjoni tal-EFSA (sinjali negattivi dwar il-kapaċità tagħha li żżomm il-kwalità għolja u l-indipendenza ta’ studji xjentifiċi u l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri kollha), u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni dwar ir-riskju b’mod aktar ġenerali; |
5. |
jirrimarka li l-valutazzjoni tar-riskji titwettaq fil-livell tal-UE mill-EFSA, li ġiet stabbilita mir-Regolament dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel. L-EFSA hija korp xjentifiku indipendenti responsabbli għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet esperti dwar aspetti relatati mas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf tal-annimali tal-UE fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, kif ukoll fuq inizjattiva tagħha stess. Dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju jitwettqu separatament mill-ġestjoni tar-riskji, li għalihom il-Kummissjoni Ewropea hija fil-biċċa l-kbira responsabbli; |
It-trasparenza, l-indipendenza u l-affidabbiltà tal-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE
6. |
jenfasizza l-fatt li ċ-ċittadini u l-partijiet interessati l-oħra qajmu tħassib dwar it-trasparenza u l-indipendenza ta’ studji ġġenerati mill-industrija u d-data użata mill-EFSA fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha fil-kuntest tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal prodotti jew sustanzi regolati; |
7. |
jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; |
8. |
josserva li l-proċess attwali ta’ awtorizzazzjoni huwa bbażat fuq l-applikant (l-industrija) li direttament jikkummissjona l-istudji meħtieġa għall-fajls ta’ applikazzjoni. L-idea li l-fondi pubbliċi m’għandhomx jintużaw għall-ikkummissjonar ta’ studji li eventwalment se jgħinu lill-industrija tintroduċi prodott fis-suq hija ċentrali għal dan il-kunċett; |
9. |
jirrimarka li bħala riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq l-istudji u l-kontenut tagħhom użati fil-valutazzjonijiet tar-riskju jinsabu fi ħdan l-industrija, u b’hekk skrutinju xjentifiku indipendenti jista’ ma jkunx possibbli fid-dawl tal-formulazzjoni tal-paragrafu l-ġdid 1a tal-Artikolu 38 tar-Regolament dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, li jgħid li “id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex jintuża, jiġi riprodott jew imħaddem b’xi mod ieħor il-kontenut ta’ dawn”; |
10. |
jinnota li jekk ir-riċerkaturi indipendenti mhumiex kapaċi jippubblikaw is-sejbiet tagħhom, ma jkun hemm ebda inċentiv għalihom biex jikkontroverifikaw ir-riżultati ta’ studju użat f’valutazzjonijiet tar-riskju tal-EFSA; |
11. |
jinnota li biex riċerkaturi indipendenti jkunu jistgħu jiffurmaw ġudizzju dwar il-validità ta’ analiżi u biex jirriproduċu s-sejbiet ta’ studju jew jagħmlu skoperti addizzjonali, huwa fundamentali li jkun hemm aċċess mhux biss għal data imma wkoll għas-softwer użat sabiex jinkisbu r-riżultati. Għalhekk, ikun utli ħafna li tkun iċċarata l-pożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-EFSA fejn jirrigwarda l-aċċess għal softwer proprjetarju użat fi studji sponsorjati, mhux l-inqas minħabba l-għan proklamat tal-EFSA li l-output xjentifiku tagħha jkun riproduċibbli; |
12. |
jinnota wkoll li l-esperjenza wriet li l-aċċess pubbliku għal informazzjoni u data, li jagħmilha possibbli li tiġi vverifikata l-korrettezza tal-valutazzjoni tas-sikurezza ta’ sustanza, jista’ ma jkunx sempliċi u jista’ jinvolvi l-intervent tal-qrati tal-UE (2); |
13. |
jinnota li fil-kuntest tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku ghad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jippermetti u fil-fatt jinkoraġġixxi pubblikazzjoni proattiva; huwa tal-fehma li r-regoli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni għandhom jiġu applikati b’mod koerenti mill-korpi konsultattivi xjentifiċi tal-UE kollha u l-politika ta’ divulgazzjoni proattiva tagħhom għandha tkun koerenti sabiex tiggarantixxi l-prevedibbiltà. |
14. |
f’dan il-kuntest jinnota li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, taħt il-Politika tagħha 0070 li għandha l-għan li tippermetti skrutinju pubbliku u l-applikazzjoni ta’ għarfien ġdid f’riċerka futura fl-interess tas-saħħa pubblika (3), ippubblikat fl-2016 dokument ta’ gwida dwar il-politika ta’ divulgazzjoni proattiva tal-Aġenzija għal data klinika; |
15. |
jappoġġja l-proposta biex jiġi stabbilit reġistru tal-istudji kollha amministrati mill-EFSA li għandu jagħmel il-preġudizzju fil-pubblikazzjoni u ż-żamma ta’ informazzjoni importanti dwar is-sikurezza aktar diffiċli; jinnota li tali reġistru tal-UE huwa diġà fis-seħħ għal provi kliniċi (4); |
16. |
fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data, jħoss li l-armonizzazzjoni hija importanti u għalhekk ma jqisx li l-għoti ta’ dan l-obbligu lill-Istati Membri hija l-aħjar soluzzjoni. Il-kunfidenzjalità tad-data għandha tiġi deċiża mill-EFSA, u b’hekk jiġi żgurat approċċ unifikat għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet dwar din il-kwistjoni sensittiva; |
Is-sostenibbiltà tal-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE u l-ġestjoni tal-EFSA
17. |
jilqa’ l-fatt li wieħed mill-għanijiet ta’ din il-proposta leġislattiva huwa li tittejjeb il-ġestjoni tall-EFSA, tissaħħaħ il-kooperazzjoni xjentifika tal-Istati Membri ma’ dan il-korp, u tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma xjentifika tagħha; |
18. |
jilqa’ ż-żieda konsiderevoli fil-baġit tal-EFSA, li tippermettilha twettaq il-kompiti ġodda assenjati lilha, bħall-ikkummissjonar ta’ testijiet indipendenti tas-sikurezza f’ċirkostanzi eċċezzjonali, filwaqt li jindika li għandu jkun garantit finanzjament suffiċjenti biex l-EFSA tkun tista’ twettaq il-kompiti ewlenin tagħha mingħajr restrizzjonijiet; |
19. |
jilqa’ l-allinjament tas-sħubija tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA u l-proċedura għall-evalwazzjoni esterna tal-EFSA stabbilita fl-anness tad-dikjarazzjoni konġunta interistituzzjonali tal-2012 dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni; |
20. |
jinnota li fil-preżent hemm 14-il membru elett tal-bord tal-EFSA, li huwa mistenni li jiżdied għal 35 taħt din il-proposta. Kull Stat Membru għandu jaħtar ir-rappreżentant u s-sostitut tiegħu, biex b’hekk tiġi żgurata parteċipazzjoni ikbar min-naħa tal-Istati Membri fil-ġestjoni tal-EFSA. Il-Kummissjoni taħtar żewġ membri u l-Parlament Ewropew għandu rappreżentant wieħed; erba’ membri se jirrapreżentaw l-interessi tas-soċjetà ċivili u l-katina tal-ikel; |
21. |
josserva li, fil-każ ta’ kapaċità tal-persunal inadegwata, speċjalment fir-rigward ta’ Stati Membri iżgħar (se jkun hemm bżonn li jinħatru sa 12-il espert nazzjonali għal kull Stat Membru) il-proposta tippermetti l-possibbiltà li taħtar esperti minn Stati Membri oħra għall-bordijiet tal-EFSA; madankollu dan se jdgħajjef il-bilanċ ta’ kooperazzjoni mmirat fost l-Istati Membri; |
Komunikazzjoni aħjar dwar ir-riskju
22. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju, kif stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni, iqis il-perċezzjonijiet ta’ riskju u jenfasizza f’dan ir-rigward li hu importanti ħafna li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar kunċetti bħal “perikolu” u “riskju”; |
23. |
josserva li minkejja l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti regolati, inkonsistenzi huma evidenti madwar l-Istati Membri fir-rigward tar-regolamentazzjoni ta’ ċerti sustanzi, li jistgħu jirriżultaw minn approċċi differenti lejn il-kunċetti tal-periklu u r-riskju u l-aċċettazzjoni soċjali tal-livell ta’ riskju involut; |
24. |
jenfasizza t-tnaqqis ġenerali ta’ fiduċja f’dawk li jfasslu l-politika fl-Ewropa u jirrimarka li l-fiduċja pubblika hija waħda mill-aktar varjabbli spjegattivi importanti tal-perċezzjoni pubblika tar-riskju (5). Jekk il-pubbliku jkollu fiduċja f’dawk li jfasslu l-politika jew fir-regolaturi, huma ser jipperċepixxu r-riskji bħala inqas milli meta ma jkollhomx il-fiduċja fihom; |
25. |
għalhekk jappoġġja l-idea li tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku u l-partijiet interessati fit-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-approċċ tal-UE lejn is-sikurezza alimentari, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju, u fl-istess waqt isostni li, biex strateġija ta’ komunikazzjoni tar-riskju tkun effettiva jeħtieġ li jiġi involut il-pubbliku u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra b’mod proattiv u produttivi, bl-iżgurar li kompromessi differenti bejn ir-riskji u l-benefiċċji jinftiehmu u jiġu aċċettati; |
26. |
jenfasizza li l-istrateġija tal-UE dwar il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tkun inklużiva u għandha tiżgura li l-livelli kollha tal-gvern, mil-livell ta’ gvern ċentrali għal dak tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-atturi oħra rilevanti, jiġu involuti kif xieraq biex tiġi garantita strateġija ta’ komunikazzjoni tar-riskju koerenti li tindirizza r-riskji assoċjati mal-katina alimentari; |
27. |
jirrimarka li, abbażi tal-analiżi u d-diskussjoni tal-proposta sa issa, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni il-piżijiet amministrattivi akbar li huma mistennija, esiġenzi akbar għall-esperti nazzjonali fil-kuntest tas-sħubija tagħhom fil-bord tal-EFSA u l-attivitajiet tagħhom fuq bordijiet xjentifiċi tal-EFSA, l-influwenza politika possibbli fuq il-ħatra ta’ esperti nazzjonali li għandhom impatt fuq l-indipendenza tal-EFSA, u impatt finanzjarju sinifikanti fuq l-Istati Membri kollha bħala riżultat ta’ żieda konsiderevoli fil-baġit tal-EFSA, kif ukoll minħabba l-konsegwenzi baġitarji antiċipati tal-Brexit. |
Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2018.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurta tal-ikel.
(2) Hautala et vs EFSA (kawża T-329/17), rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2017.
(3) http://www.ema.europa.eu/docs/en_GB/document_library/Other/2014/10/WC500174796.pdf
(4) European Clinical Trials Database (EudraCT) managed by the Bażi ta’ dejta tal-UE dwar il-provi kliniċi (EudraCT) amministrata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
(5) Minn riċerka li twettqet minn