18.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/196 |
P8_TA(2018)0181
Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2017)0677 – C8-0424/2017 – 2017/0305(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2019/C 390/45)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0677), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0424/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0140/2018), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri jeħtieġ li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, inkluż billi jitnaqqsu l-ostakoli li n-negozji jiffaċċjaw biex jimpjegaw in-nies, billi tiġi promossa l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti u , b'mod partikolari, billi jiġu sostnuti l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro u żgħar. L-Istati Membri jeħtieġ li jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali. |
|
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, aċċessibbli u ta' kwalità fil-livelli ta' ħiliet, is-setturi tas-suq tax-xogħol u r-reġjuni , inkluż billi jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal ta' setturi orjentati lejn il-futur, bħall-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari, is-settur tal-kura u s-settur diġitali. L-Istati Membri għandhom jippermettu lin-nies jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja privata, jiżguraw li l-postijiet tax-xogħol ikunu adattati għal persuni b'diżabilità u għal ħaddiema kbar fl-età, jgħinu lin-negozji biex jimpjegaw in-nies, u jippromwovu l-intraprenditorija responsabbli u l-impjiegi indipendenti, b'mod partikolari billi jiġu sostnuti l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro u żgħar. L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali. |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri jeħtieġ li jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol, li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd b'mod responsabbli. |
|
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol, li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità għolja għal kulħadd b'mod responsabbli, filwaqt li jqisu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-prattiki tax-xogħol kif ukoll mas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu prattiki tajba f'dan il-qasam. |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-burokrazija sabiex itaffu kull piż żejjed fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jikkontribwixxu b'mod sinjifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi. |
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Il-piż tat-taxxa jeħtieġ li jiġi mbiegħed mix-xogħol għal sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir u jitqies l-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, filwaqt li jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir. |
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex inaqqsu l-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol u jbegħduh mix-xogħol lejn sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir u jitqies l-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, filwaqt li jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir, inkluż l-investiment fis-servizzi pubbliċi ta' interess ġenerali . |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
F'konformità ma' prattiki nazzjonali u b'rispett lejn l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri jeħtieġ li jinkoraġġixxu mekkaniżmi trasparenti u prevedibbli li jiffissaw il-pagi u jippermettu li l-pagi jirrispondu għall-iżviluppi fil-produttività filwaqt li jiżguraw pagi ġusti li jipprovdu għal livell ta' għajxien deċenti. Dawn il-mekkaniżmi jeħtieġ li jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli tal-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. F'rispett tal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali jeħtieġ li jiżguraw livelli ta' pagi minimi filwaqt li jieħdu kont tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu. |
|
F'konformità ma' prattiki nazzjonali u b'rispett lejn l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu mekkaniżmi trasparenti u prevedibbli li jiffissaw il-pagi u jippermettu li l-pagi jirrispondu għall-iżviluppi fil-produttività filwaqt li jiżguraw pagi ġusti li jipprovdu għal livell ta' għajxien deċenti b'mod sostenibbli u responsabbli . Dawn il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli tal-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. F'rispett tal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw livelli ta' pagi minimi filwaqt li jieħdu kont tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu. |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Il-Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tal-ħaddiema: aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi |
|
Il-Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Fil-kuntest ta' żviluppi teknoloġiċi, tibdil ambjentali u demografiku, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jeħtieġ li jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti matul il-ħajja kollha tax-xogħol tan-nies biex iwieġbu għall-ħtiġijiet kurrenti u futuri tas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri jeħtieġ li jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kemm f'dawk inizjali kif ukoll f'dawk kontinwi. Jeħtieġ li jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, biex jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi. Jeħtieġ li jiżguraw it-trasferiment tal-intitolamenti tat-taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali. Dan se jippermetti lil kulħadd li jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u li jiġġestixxi t-tranżizzjonijiet b'suċċess, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza globali tal-ekonomija għax-xokkijiet. |
|
Fil-kuntest ta' żviluppi teknoloġiċi, tibdil ambjentali u demografiku, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili , għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà, il-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti matul il-ħajja kollha tax-xogħol tan-nies biex iwieġbu għall-opportunitajiet kurrenti u futuri tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz tal-promozzjoni mmirata tat-taħriġ fis-setturi tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika . L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kemm f'dawk inizjali kif ukoll f'dawk kontinwi u fit-tagħlim tul il-ħajja, intiżi mhux biss għall-edukazzjoni formali iżda wkoll għat-tagħlim mhux formali u informali, u li jiżguraw aċċess u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ma' partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali u tittejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, biex jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet partikolari tal-persuni b'diżabilità, tal-minoranzi etniċi u nazzjonali, tal-immigranti u tar-rifuġjati. Għandhom jiżguraw it-trasferiment ta' intitolamenti għal taħriġ f'bidliet matul il-ħajja professjonali permezz ta' sistema ta' punti u l-akkumulazzjoni ta' drittijiet assoċjati . Dan għandu jippermetti lil kulħadd li jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, li jevita n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u li jiġġestixxi t-tranżizzjonijiet b'suċċess, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza globali tal-ekonomija għax-xokkijiet. |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri jeħtieġ li jrawmu opportunitajiet ugwali fl-edukazzjoni u jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-inqas kwalifikati. Jeħtieġ li dawn jiżguraw riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, lill-gradi terzjarji jtejbulhom ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet u jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi. L-Istati Membri jeħtieġ i jsaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom, inkluż permezz ta' apprendistati effettivi u ta' kwalità, billi jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u paragunabbli u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Jeħtieġ li jtejbu u jżidu l-provvista u l-użu tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu flessibbli. L-Istati Membri jeħtieġ li jappoġġaw ukoll lill-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà tagħhom fuq medda twila ta' żmien billi tingħata spinta lill-aċċess u t-teħid ta' opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità, permezz tal-istabbiliment tal-Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż valutazzjoni tal-ħiliet, l-offerta tat-tlaqqigħ għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba. |
|
L-Istati Membri għandhom irawmu opportunitajiet ugwali fl-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni bikrija tat-tfal , u jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-inqas kwalifikati u għal studenti li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati. Huma għandhom jiżguraw riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet bażiċi, irawmu l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali , inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, lill-gradi terzjarji jtejbulhom ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet u jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi, inkluż permezz ta' politiki li jipprevedu liv edukattiv u għal taħriġ, kif ukoll taħriġ vokazzjonali waqt ix-xogħol u tagħlim tul il-ħajja . L-Istati Membri għandhom isaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom, inkluż permezz ta' apprendistati effettivi u ta' kwalità, billi jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u paragunabbli u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Huma għandhom itejbu u jżidu l-provvista u l-użu tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu flessibbli. L-Istati Membri għandhom jimmiraw l-appoġġ ukoll għall-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà tagħhom fuq medda twila ta' żmien billi tingħata spinta lill-aċċess u t-teħid ta' opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità, permezz tal-istabbiliment tal-Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż valutazzjoni tal-ħiliet, offerta għall-edukazzjoni u t-taħriġ li taqbel mal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba. |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Bl-għan li jippromwovu l-produttività u l-benesseri fit-tul tal-forza tax-xogħol tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom, apparti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, ikunu mmirati lejn it-trawwim tal-iżvilupp personali, il-koeżjoni soċjali, il-fehim interkulturali u ċ-ċittadinanza attiva; |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Ir-rati għoljin tal-qgħad u l-inattività jeħtieġ li jiġu indirizzati, fosthom permezz ta' assistenza f'waqtha u mfassla apposta bbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid. Wara 18-il xahar ta' qgħad , l-aktar tard , jeħtieġ jiġu segwiti strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fid-dettall bl-għan li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-qgħad strutturali u biex jiġi evitat . Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rati għolja ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (15). |
|
Ir-rati għoljin tal-qgħad, il-qgħad fit-tul u l-inattività fit-tul għandhom jiġu indirizzati, fosthom permezz ta' assistenza f'waqtha, integrata u mfassla apposta bbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ, kwalifikazzjoni mill-ġdid u segwitu xieraq . Għal dan il-għan, huwa meħtieġ approċċ ikkoordinat f'dak li jikkonċerna s-servizzi soċjali u tal-impjiegi, u dan ifisser kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-impjiegi, is-servizzi soċjali, is-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali. Għandhom jiġu segwiti strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fid-dettall kemm jista' jkun bikrija bl-għan li jitnaqqas u jiġi evitat b'mod sinifikanti l-qgħad fit-tul u strutturali . Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rati għolja ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), għandhom jiġu indirizzati permezz ta' titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (16). |
|
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Riformi fit-tassazzjoni biex it-taxxi jiġu mbiegħda mix-xogħol jeħtieġ li jkollhom l-għan li jitnaqqsu l-ostakoli u d-diżinċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Jeħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabilità, inkluż azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju mmirati u servizzi finanzjarji li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. |
|
Ir-riformi fit-tassazzjoni biex it-taxxi jiġu mbiegħda gradwalment mix-xogħol għandu jkollhom l-għan li jitnaqqsu l-ostakoli mhux ġustifikati u l-burokrazija żejda u jipprovdu inċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġi żgurat li t-trasferimenti tat-taxxa ma jipperikolawx is-sostenibbiltà tal-istat soċjali. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabilità u l-ħaddiema kbar fl-età , inkluż azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju mmirati u servizzi finanzjarji li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà kollha kemm hi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu impjiegi appoġġati f'suq tax-xogħol miftuħ u inklużiv. |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-ostakoli għall-parteċipazzjoni u l-progress fil-karriera jeħtieġ li jiġu eliminati biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' paga ndaqs għall-istess xogħol. Jeħtieġ li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, b'mod partikolari permezz tal-aċċess għall-kura fit-tul u b'edukazzjoni u kura ta' kwalità li huma ta' prezz raġonevoli fit-tfulija bikrija . Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b'responsabbiltajiet ta' kura jkollhom aċċess għal liv xieraq tal-familja u arranġamenti flessibbli ta' xogħol sabiex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bbilanċjat ta' dawn id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel. |
|
L-ostakoli għall-parteċipazzjoni u l-progress fil-karriera għandhom jiġu eliminati biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' paga ndaqs għall-istess xogħol fis-setturi u l-professjonijiet kollha . L-Istati Membri għandhomjiżviluppaw u jimplimentaw politiki dwar it-trasparenza tal-pagi u l-awditi tal-pagi sabiex titnaqqas id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) billi jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-impjegaturi li jħallsu pagi differenti għall-istess xogħol, skont jekk jitwettaqx minn raġel jew mara. Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol, dik privata u dik tal-familja għandha tiġi promossa għal kulħadd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b'responsabbiltajiet ta' kura, ikollhom aċċess għal liv xieraq tal-familja u liv għall-indukrar, kura fit-tul u edukazzjoni u indukrar bikrija tat-tfal ta' kwalità u affordabbli u arranġamenti flessibbli ta' xogħol orjentati lejn il-ħaddiema, bħat-telexogħol u l-metodi aġevolati ta' ħidma , sabiex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bbilanċjat ta' dawn id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ għall-persuni li jindukraw li jkollhom jillimitaw jew iwaqqfu l-attività professjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jindukraw kif xieraq lil persuna oħra. |
|
|
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Il-politiki jeħtieġ li jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw l-adattament u t-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri jeħtieġ li jattivaw b'mod effettiv u jippermettu dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Jeħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jagħmluhom aktar immirati, aktar mifruxin, jilħqu aktar 'il bogħod u billi jorbtuhom aħjar mal-appoġġ għad-dħul, ibbażati fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet għad-diżokkupati li qed ifittxu impjieg b'mod attiv. Jeħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg. Dawn is-servizzi jeħtieġ li jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. |
|
Il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw l-adattament u t-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem fil-karrieri tagħhom . L-Istati Membri għandhom jattivaw b'mod effettiv u jippermettu dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol permezz ta' appoġġ individwali u servizzi integrati fi ħdan approċċ ta' inklużjoni attiva aktar wiesa'. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-finanzjament tagħhom , jagħmluhom aktar immirati, aktar mifruxin, jilħqu aktar 'il bogħod u billi jiżguraw appoġġ għad-dħul adegwat għad-diżokkupati filwaqt li jkunu qed ifittxu impjieg , u filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tad-diżokkupati. Dan jinkludi ħidma mas-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiżdied l-effettività u l-obbligu ta' rendikont ta' dawk il-politiki. L-Istati Membri għandhom jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi, interkonnessi u ta' kwalità , billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg, li jippermettu li dawn ikunu jistgħu jfittxu impjieg fl-Unjoni kollha , li jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u li jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-persuni qiegħda b'benefiċċji tal-qgħad adegwati għal tul ta' żmien raġonevoli , f'konformità mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' eliġibilità nazzjonali. Jeħtieġ li dawn il-benefiċċji ma jikkostitwixxux diżinċentiv għal ritorn lura ta' malajr għax-xogħol . |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda benefiċċji tal-qgħad adegwati għal tul ta' żmien li jkun biżżejjed biex itihom il-ħin raġonevolment meħtieġ ħalli jsibu impjieg ta' kwalità , f'konformità mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' eliġibilità nazzjonali. Dawn il-benefiċċji għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol u miżuri li joħolqu inċentivi għal ritorn rapidu għal impjiegi ta' kwalità . |
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Il-mobbiltà tal-istudenti u l-ħaddiema jeħtieġ li tiġi promossa bl-għan li jittejbu l-ħiliet tal-impjegabbiltà u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali u fir-rikonoxximent ta' kwalifiki . L-Istati Membri jeħtieġ li jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux fattur ta' imblukkar jew ta' kumplikazzjoni għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra f'impjieg attiv. L-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jipprevjenu l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw l-‘eżodu potenzjali ta' mħuħ’ minn ċerti reġjuni. |
|
Il-mobbiltà tal-istudenti u l-ħaddiema għandha tiġi żgurata bħala libertà fundamentali bl-għan li jittejbu l-ħiliet u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Għandha tiġi promossa wkoll il-mobilità interna. Għandhomjitneħħew l-ostakli għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali, fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali , fir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-ħiliet kif ukoll ir-rekwiżiti lingwistiċi sproporzjonati. Il-ħaddiema mobbli għandhom jiġu appoġġati anke billi jittejjeb l-aċċess u l-għarfien tagħhom b'rabta md-drittijiet fuq il-post tax-xogħol . L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux fattur ta' imblukkar jew ta' kumplikazzjoni għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra f'impjieg attiv. L-Istati Membri għandhom jipprevjenu wkoll l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw l-"eżodu ta' mħuħ"potenzjali minn ċerti reġjuni. Huma għandhom jagħmlu dan billi jintensifikaw u jappoġġaw l-investiment f'setturi li għandhom potenzjal reali li jiġġeneraw opportunitajiet ta' impjiegi ta' kwalità għolja, bħalma huma l-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari, is-settur tal-kura u s-settur diġitali. |
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
F'konformità ma' prattiki nazzjonali, u sabiex jinkiseb djalogu soċjali aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw involviment f'waqtu u sinifikanti tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi ekonomiċi u soċjali u fil-qasam tal-impjiegi u l-politiki , inkluż billi jingħata appoġġ lil kapaċità akbar tas-sħab soċjali. Is-sħab soċjali jeħtieġ li jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. |
|
F'konformità ma' prattiki nazzjonali u mal-prinċipji tas-sħubija , u sabiex jinkiseb djalogu soċjali u ċivili aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw involviment f'waqtu, ġenwin u sinifikanti tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki u r-riformi ekonomiċi, soċjali u fil-qasam tal-impjiegi, fil-fażijiet kollha tal-proċess , inkluż billi jingħata appoġġ għal kapaċità akbar tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Tali involviment għandu jmur lil hinn mis-sempliċi konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati . Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Il-ħaddiem b'kuntratti atipiċi ta' impjieg u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw ukoll id-dritt tagħhom ta' organizzazzjoni u tal-innegozjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex isaħħu r-rwol tas-sħab soċjali. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Il-Linja gwida 8: Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar |
|
Il-Linja gwida 8: Nippromwovu l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar |
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Jeħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jippromwovu opportunitajiet indaqs għal gruppi li ma jkunux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol. Huma jeħtieġ li jiżguraw it-trattament ugwali rigward l-impjiegi , il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali . |
|
L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, idaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal kulħadd biex kulħadd ikun jista' jipparteċipa fis-soċjetà. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk li jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd, fosthom permezz ta' miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u fi ħdanu, bl-għan li jingħata appoġġ lil dawk li qed jiġu diskriminati, li huma sottorappreżentati jew li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw trattament ugwali u jiġġieldu t-tipi kollha ta' dikiminazzjoni fl-impjiegi , il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-isfond soċjoekonomiku. Għal dak l-għan, huma meħtieġa miżuri partikolari li jappoġġaw lill-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u jeħtieġ li dawn jiġu appoġġati b'finanzjament adegwat sabiex tiġi evitata kwalunkwe kompetizzjoni potenzjali għar-riżorsi bejn il-benefiċjarji kkonċernati. |
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri jeħtieġ li jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. Jeħtieġ li l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali twassal għal aċċessibbiltà , sostenibbiltà, adegwatezza u kwalità aħjar. |
|
L-Istati Membri għandhom itejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, inklużi l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom , filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. It-titjib u l-innovazzjonijiet fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom iwasslu għal aċċess, disponibbiltà , sostenibbiltà, adegwatezza u kwalità aħjar. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri jeħtieġ li jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji preventivi u integrati permezz ta' kombinazzjoni ta' tliet faxex ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali jeħtieġ li jiżguraw id-dritt għal benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji preventivi u integrati permezz ta' kombinazzjoni ta' tliet faxex ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità mfassla skont il-ħtiġijiet individwali . Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom jiżguraw benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. |
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva ta' NGOs speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' persuni li jesperjenzaw il-faqar fit-tfassil ta' politiki intiżi biex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Servizzi bħal dawk tal-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa u ta' kura fit-tul, li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli, huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, inkluż għat-tfal u ż-żgħażagħ . Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali filwaqt li jitnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu. L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi essenzjali, inklużi l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għal dawk fil-bżonn u l-persuni vulnerabbli, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw aċċess għal assistenza ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata kif ukoll id-dritt għal assistenza u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. Jeħtieġ li l-problema ta' persuni mingħajr dar tiġi indirizzata b'mod speċifiku. Jeħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità. |
|
L-aċċess u d-disponibbiltà ta' servizzi bħal dawk tal-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa, ta' riabilitazzjoni u ta' kura fit-tul, li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli, huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, inkluż għat-tfal, iż-żgħażagħ, il-minoranzi etniċi u l-migranti . It-tfal li jgħixu fil-faqar għandu jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u kura tat-tfal bla ħlas, u għal akkomodazzjoni diċenti u nutrizzjoni xierqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż it-tnaqqis tal-faqar fost dawk li jaħdmu, u d-diskriminazzjoni . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi essenzjali u li dawn ikunu affordabbli , inklużi l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni , l-ilma nadif , is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għal dawk fil-bżonn jew f'sitwazzjoni vulnerabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal assistenza ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata kif ukoll id-dritt għal assistenza u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. Il-problema ta' persuni mingħajr dar għandha tiġi indirizzata b'mod speċifiku. Għandhom jitqiesu kemm il-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll il-potenzjal tal-persuni b'diżabilità. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, inter alia, jeżaminaw mill-ġdid is-sistemi ta' valutazzjoni tad-diżabilità tagħhom sabiex jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli fl-aċċess għas-suq tax-xogħol. |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi li jirreklutaw persuni b'diżabilità jingħataw appoġġ u konsulenza adegwati. L-għoti ta' assistenza personali fl-edukazzjoni u mis-servizzi tal-impjiegi għall-persuni b'diżabilità għandhom jiġu promossi u appoġġati. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw id-dritt ta' aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt ta' aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u aċċessibbli u ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
F'kuntest ta' żieda fil-lonġevità u tibdil demografiku, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel, jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, taż-żewġ sessi , biex jakkwistaw id-drittijiet għal pensjoni, inkluż permezz ta' skemi supplimentari biex tiġi żgurata ħajja dinjituża . Ir-riformi tal-pensjonijiet jeħtieġ li jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol u jgħollu l-età effettiva tal-irtirar billi, pereżempju, jiġi limitat il-ħruġ bikri mis-suq tax-xogħol u tiżdied l-età statutorja tal-irtirar biex tirrifletti ż-żieda fl-istennija tal-għomor . Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu djalogu kostruttiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'urġenza s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel, jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema kollha u għal dawk li jaħdmu għal rashom biex jakkwistaw drittijiet għal pensjoni statutorji adegwati , u għandhom ukoll jirsistu biex jiżguraw introjtu adegwat għall-persuni b'età iktar avvanzata li jkun minn tal-inqas 'il fuq mis-soll tal-faqar. Għandu jingħata aċċess nondiskriminatorju għal skemi supplimentari, li jistgħu jservu bħala element komplementari għall-pensjonijiet statutorji. Skont id-dritt nazzjonali u l-arranġamenti istituzzjonali tal-Istati Membri, il-pensjonijiet ibbażati fuq l-ewwel pilastru waħdu jew flimkien mat-tieni pilastru għandhom jistabbilixxu introjtu ta' sostituzzjoni adegwat abbażi tal-pagi preċedenti tal-ħaddiem. L-Istati Membri għandhom jipprovdu krediti tal-pensjoni adegwati lill-persuni li jkunu qattgħu żmien barra mis-suq tax-xogħol biex jipprovdu l-kura fuq bażi informali . Ir-riformi tal-pensjonijiet, inkluża l-possibilità ta' żieda fl-età effettiva tal-irtirar, għandhom isiru fil-kuntest ta' strateġiji ta' tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta' saħħa, u għandhom jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol għal dawk li jixtiequ jkomplu jaħdmu. Il-ħaddiema li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar għandhom jingħataw l-għażla li b'mod volontarju jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili , u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi kollha . |
(1) Testi adottati, P8_TA(2016)0355.
(2) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 201.
(3) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1–6.
(5) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(6) COM(2017)0563 finali - 2017/0244 (NLE).
(7) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(9) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1..
(10) COM(2017)0563 final - 2017/0244 (NLE).
(11) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.
(12) ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.
(13) COM(2008)0639 finali
(14) COM(2008)0639 finali
(15) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1–6
(16) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(17) 1a Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.)