15.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/148 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda ġdida għall-kultura”
(COM(2018) 267 final)
(2019/C 62/25)
Relatur: |
Antonello PEZZINI |
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 18.6.2018 |
Bażi legali |
L-Artikolu 167 tat-TFUE |
|
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
Adottata fis-sezzjoni |
26.9.2018 |
Adottata fil-plenarja |
17.10.2018 |
Sessjoni plenarja Nru |
538 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
182/1/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE huwa konvint li l-Ewropa tirrappreżenta komunità kulturali bbażata fuq valuri komuni u li l-ekonomija soċjali tas-suq hija karatteristika tal-istil ta’ ħajja Ewropea, li tgħaqqad il-libertà ekonomika mad-drittijiet soċjali u mal-prinċipji tar-rispett għall-bniedem. |
1.2. |
Il-KESE jikkunsidra fundamentali l-konsolidazzjoni u l-iżvilupp tad-dimensjoni kulturali tal-Unjoni, ibbażata fuq il-valuri komuni stabbiliti fit-Trattati, bħala fattur ewlieni fil-proċess ta’ integrazzjoni u bħala l-pedament tal-identità kulturali Ewropea, b’impenn għall-ħolqien ta’ soċjetà inklużiva, pluralista, magħquda u kompetittiva. |
1.2.1. |
Skont il-KESE, huwa biss bit-tisħiħ tas-sens ta’ appartenenza lill-Ewropa u bl-identità kulturali komuni li nistgħu nirrinfurzaw il-proġett Ewropew u d-diversità kulturali u lingwistika. |
1.2.2. |
Skont il-KESE, il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Ewropa jirrappreżenta dak li jgħaqqad il-popli Ewropej, jiġifieri sens ta’ identità b’saħħtu kif ukoll assi strateġiku prezzjuż ta’ koeżjoni soċjali. |
1.3. |
Il-KESE jemmen li, preċiżament minħabba l-kriżi politika u ta’ identità li għaddejja bħalissa fl-Ewropa (1), huwa ferm importanti li l-kultura terġa’ tingħata rwol ċentrali ta’ trażmissjoni tas-sens ta’ identità, u li l-valuri komuni mnaqqxa fit-Trattati jsiru reali. |
1.4. |
Il-KESE, għalkemm iqis b’mod pożittiv l-inizjattiva li l-kultura titqiegħed fiċ-ċentru tal-Aġenda, jitlob li r-rilanċ tal-Aġenda jkun okkażjoni biex tiġi kkunsidrata l-viżjoni ta’ Rinaxximent Ewropew Ġdid, li jkollu l-għan li tinħoloq Żona Ewropea tal-Kultura (2), ibbażata fuq diversi valuri komuni bħalma huma: is-solidarjetà, il-fiduċja u l-koresponsabbiltà. |
1.5. |
Skont il-KESE, Aġenda Ewropea għall-Kultura mhedda għandha tkun ibbażata fuq viżjoni strateġika kondiviża li, fil-ħolqien taż-Żona Ewropea tal-Kultura tindika:
|
1.6. |
Mill-aspett ta’ offerta kulturali, hemm bżonn li d-destinatarji tal-miżuri jkollhom perċezzjoni ċara u aċċessibbli, permezz ta’ mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni f’diversi lingwi, sabiex iż-Żona Ewropea tal-Kultura tkun effettivament patrimonju ta’ kulħadd. |
1.7. |
Mill-aspett tad-domanda kulturali, il-Kumitat jemmen li huwa essenzjali li tittieħed azzjoni mmirata għal dawk attivi fil-produzzjoni kulturali, biex ikompli jiżdied il-livell ta’ parteċipazzjoni fl-iżvilupp tal-identità tal-valur komuni Ewropea, b’inizjattivi bħal “Erasmus ta’ ċittadinanza kulturali” u t-tnedija ta’ Kard Ewropea tal-Kultura għaċ-ċittadini Ewropej. |
1.8. |
Il-KESE huwa konvint li jista’ jaqdi rwol proattiv fi djalogu kulturali strutturat, biex jissaħħu ċ-ċittadinanza demokratika, l-identità kulturali u l-kondiviżjoni tal-ħafna espressjonijiet kreattivi tas-soċjetà, anke b’inizjattivi konġunti, bħat-tnedija ta’ Ġimgħa Ewropea tal-Kultura, l-Iljieli tal-Kultura Ewropea, u l-ħatra ta’ Ambaxxaturi Ewropej għall-Kultura. |
1.9. |
Il-Kumitat jimpenja ruħu favur il-monitoraġġ tad-data tal-pjan direzzjonali tal-Aġenda l-ġdida u t-tlestija taż-Żona Ewropea tal-Kultura, abbażi tas-sottomissjoni ta’ rapporti regolari mill-Kummissjoni. |
2. Introduzzjoni
2.1. |
Il-kultura għandha post ewlieni fil-proġett Ewropew u hija l-bażi tal-“għaqda fid-diversità” tal-Unjoni Ewropea. Din tirrappreżenta komponent fundamentali tal-ħajja fil-komunità u valur li jista’ jtejjeb l-umanità tagħna, bħala element essenzjali tal-imġiba tagħna fis-soċjetà u fl-espressjoni ta’ kuljum taċ-ċittadinanza tagħna. |
2.2. |
Għalhekk il-kultura tirrappreżenta r-riżorsa strateġika ideali ta’ koeżjoni soċjali u ta’ djalogu interkulturali u opportunità kbira biex tkun apprezzata l-istorja komuni, bir-rikkezza kbira tad-diversità kulturali tar-reġjuni Ewropej u tal-wirt tanġibbli u intanġibbli kondiviż. |
2.3. |
It-Trattat ta Lisbona ta’ importanza kbira għall-kultura: fil-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni ssir referenza diretta għar-rieda li titnebbaħ mill-“wirt kulturali, reliġjuż u umanista tal-Ewropa”, b’objettivi prijoritarji bħall-impenn li “tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u [li] għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. |
2.3.1. |
It-Trattat jenfasizza ħafna minn dawn il-valuri, li jservu bħala bażi għas-soċjetà Ewropea: “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem…”. Dawn il-valuri, li saru parti integrali tal-kultura Ewropea, jidhru u jeħtieġ li jokkupaw spazju dejjem akbar f’soċjetà kkaratterizzata mill-pluraliżmu, min-nondiskriminazzjoni, mit-tolleranza, mill-ġustizzja u mis-solidarjetà. |
2.3.2. |
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li hija parti integrali mit-Trattat, ġabret fil-qosor u tenniet lista rikka ta’ valuri, li wħud minnhom diġà jissemmew fit-Trattat. |
2.3.3. |
Għalhekk, l-azzjoni tal-UE hija mmirata biex tħeġġeġ il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex il-kompetenza speċifika tagħhom fil-politika kulturali tkun tirreferi dejjem aktar għall-valuri komuni sottoskritti u jiġu integrati, kif ippjanat, fin-nisġa tar-relazzjonijiet soċjali. |
2.3.4. |
L-imġiba tal-bniedem fir-relazzjonijiet soċjali u fl-imġiba ta’ kuljum, timxi fuq mudelli stabbiliti f’moħħu a priori (4). Iżda dawn il-mudelli jinkisbu permezz tal-edukazzjoni (5) u t-tagħlim (6), u jissaħħu bir-relazzjonijiet li jiżviluppaw mad-dinja ta’ madwarna. |
2.3.5. |
Għalhekk huwa importanti li nxerrdu u ninsistu fuq il-valuri, li huma l-bażi komuni taċ-ċivilizzazzjoni Ewropea, speċjalment fost iż-żgħażagħ, minn qabel l-adolexxenza, biex jissaħħu“n-newroni mera”, li jissimulaw l-azzjonijiet, l-emozzjonijiet u s-sensazzjonijiet li nosservaw f’ħaddieħor (7). |
2.4. |
Il-kunċett tal-kultura (8) minnu nnifsu huwa dinamiku u għalhekk jimplika sensiela ta’ azzjonijiet li jeħtieġ jiġu żviluppati mill-politiki Ewropej u mill-Istati permezz tal-edukazzjoni u l-eżempji. Il-valuri msemmija hawn fuq u mħaddna mit-Trattat, ma jfiġġux mix-xejn, iżda huma pjuttost ir-riżultat ta’ kunsiderazzjonijiet u esperjenzi li mmaturaw fl-aspett soċjali li jirregolaw il-koeżistenza paċifika u ż-żieda fil-fiduċja tal-popli u jeħtieġ ikunu parti minn proċessi ta’ edukazzjoni u ta’ interazzjonijiet soċjali, immirati l-aktar lejn il-ġenerazzjonijiet il-ġodda, biex ikunu jistgħu jħaddnu u jaqsmu l-valuri etiċi tagħhom. |
2.5. |
Minbarra l-valur soċjali u identitarju tagħha, il-kultura hija dejjem aktar rikonoxxuta bħala segment ekonomiku ewlieni u strateġiku għall-iżvilupp tal-ġid per capita, tal-benesseri u tal-PDG globali Ewropew, u fir-relazzjonijiet internazzjonali. |
2.6. |
Huwa stmat li s-setturi kulturali u kreattivi jikkontribwixxu għal 4,2 % tal-PDG tal-UE, b’żieda fl-impjiegi ta’ 1,5 %. F’ċifri assoluti, fl-2016 il-kultura ġġenerat EUR 89,9 biljun — ekwivalenti għal + 1,8 % b’paragun mal-2015 — u, meta wieħed iqis l-industriji relatati, iġġenerat aktar minn EUR 250 biljun, u impjegat 1,5 miljun persuna (9). |
2.7. |
Il-parteċipazzjoni kulturali hija element essenzjali tal-impenn tal-Ewropa iżda, bil-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008 fl-Ewropa, li wara nfirxet fil-qasam soċjali u dak poltiku, din il-parteċipazzjoni naqset fil-pajjiżi kollha Ewropej, u b’mod speċjali fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa (10). |
2.8. |
Fl-Aġenda Ewropea għall-Kultura tal-2007 (11) l-UE u l-Istati Membri kienu impenjaw ruħhom li:
|
2.8.1. |
Il-pjan ta’ ħidma tal-UE għall-Kultura (2015-2018) stabbilixxa 4 prijoritajiet ewlenin għall-kollaborazzjoni fil-livell Ewropew, fil-qasam tal-politiki kulturali:
|
2.9. |
Il-Parlament adotta għadd ta’ riżoluzzjonijiet (12) u rakkomandazzjonijiet dwar aċċess ugwali għas-servizzi kulturali, dwar il-kultura fir-relazzjonijiet barranin tal-Unjoni u dwar il-mobilità, dwar l-industriji kulturali u kreattivi. |
2.10. |
Fil-Kunsill tal-UE tat-23 ta’ Mejju 2018 ġew adottati l-konklużjonijiet dwar l-integrazzjoni tal-wirt kulturali anke f’politiki oħrajn u dwar it-tisħiħ tad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
2.11. |
Min-naħa tiegħu, il-KESE spiss esprima l-opinjoni tiegħu dwar l-isfruttar tas-setturi kulturali u kreattivi u dwar l-appoġġ għal strateġija ta’ relazzjonijiet kulturali internazzjonali (13), inkluż il-kontribut tal-wirt kulturali Ewropew taż-żoni rurali (14). |
3. Il-proposti tal-Aġenda l-ġdida
3.1. |
L-aspetti ewlenin tal-Aġenda l-ġdida proposta mill-Kummissjoni jistgħu jiġu jinġabru fil-qosor hekk:
|
3.2. |
Id-dimensjonijiet ewlenin proposti jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: |
3.2.1. |
Dimensjoni soċjali: l-isfruttar tal-importanza li l-kultura u d-diversità kulturali għandhom favur il-koeżjoni soċjali u l-benesseri. |
3.2.2. |
Dimensjoni ekonomika: l-appoġġ għall-kreattività kulturali fl-edukazzjoni u fl-innovazzjoni, it-tkabbir permezz ta’ impjiegi ġodda, l-iżvilupp ta’ industriji kulturali u ta’ ħiliet (15); |
3.2.3. |
Dimensjoni esterna ta’ tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali: l-appoġġ għall-kultura fil-pajjiżi kandidati u fil-Balkani tal-Punent, fil-pajjiżi tal-Mediterran, u azzjonijiet tal-Fond għall-Iżvilupp tal-AKP (16); |
3.2.4. |
Dimensjoni trasversali: l-inizjattivi “Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali” u “il-Kapitali Ewropej tal-Kultura”, Pjan ta’ Azzjoni Ewropew ġdid għall-Patrimonju Kulturali 2019-2022, l-iżvilupp ta’ Digital4Culture, il-lista online tal-films Ewropej, l-appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali. |
3.3. |
Il-kollaborazzjoni strateġika fil-kuntest tal-Aġenda l-ġdida se tkun appoġġjata minn Europa Kreattiva u minn programmi oħra tal-UE. |
4. Kummenti ġenerali
4.1. |
Il-KESE jikkunsidra fundamentali l-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ta’ dimensjoni kulturali tal-Unjoni, ibbażata fuq il-valuri komuni stabbiliti fit-Trattati, biex jissaħħaħ is-sens ta’ appartenenza fil-ħolqien ta’ soċjetà inklużiva, magħquda u kompetittiva. |
4.2. |
Il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Ewropa jirrappreżenta dak li jgħaqqad il-popli Ewropej, sens ta’ identità b’saħħtu b’mod speċjali fil-mumenti ta’ kriżi ta’ identità u ta’ solidarjetà Ewropea. |
4.3. |
Il-KESE jemmen li, preċiżament minħabba l-kriżi politika u ta’ identità u ta’ governanza li għaddejja bħalissa fl-Ewropa, ikun jaqbel li l-kultura Ewropea terġa’ tingħata r-rwol ta’ trażmissjoni tal-valuri tal-identità, anke permezz tat-tisħiħ ta’ perkorsi ta’ taħriġ Ewropej. |
4.4. |
Dan il-proċess ta’ integrazzjoni mill-aspett tal-valuri jeħtieġ ikun il-bażi għal qabża kbira ’l quddiem permezz ta’ Aġenda ġdida għall-Kultura u għandu jirriżulta f’Żona Ewropea tal-Kultura (17), li tkun ibbażata fuq valuri komuni, u b’mod analogu u konġunt maż-Żona Ewropea tar-Riċerka. |
4.5. |
Din iż-Żona Ewropea tal-Kultura ġdida għandha tinkludi, flimkien ma’ skeda taż-żmien: |
4.5.1. |
it-tisħiħ tal-politiki u tal-istrumenti kulturali Ewropej favur l-appoġġ u t-tixrid tal-valuri tal-identità, fuq il-bażi tas-sens ta’ appartenenza għal grupp ta’ valuri komuni. |
4.5.2. |
it-twettiq sħiħ tal-libertajiet tal-moviment, tal-istabbiliment u tal-forniment ta’ servizzi fit-territorju kollu Ewropew, ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li joperaw fil-qasam kulturali; |
4.5.3. |
“ekonomija tal-kultura” ffokata fuq sistemi soċjalment inklużivi, li tippromovi mudelli ġodda għall-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali u għall-iżvilupp ta’ industriji kreattivi, inkluż permezz ta’ forom ġodda ta’ intrapriża, b’valur soċjali kbir. |
4.5.4. |
il-promozzjoni tal-kultura Ewropea fir-relazzjonijiet internazzjonali, bħala strument għar-rilanċ tad-diplomazija kulturali, bħala mekkaniżmu ta’ setgħa ta’ persważjoni fir-relazzjonijiet esterni tal-Ewropa, kif ukoll bħala multiplikatur ekonomiku fil-kummerċ internazzjonali li jkun kapaċi jittrasforma lill-artisti/kreattivi f’“Ambaxxaturi għall-Kultura Ewropa”. |
4.5.5. |
mekkaniżmi bottom-up sabiex jingħata aktar spazju lill-atturi kollha li jipproduċu, joħolqu u jsawru direttament il-kultura, fl-oqsma tal-arti u tal-industriji kulturali u kreattivi. |
4.6. |
Skont il-KESE, l-isfidi komuni għandhom jiġu affaċċjati permezz tal-ħolqien ta’ “suq intern tal-kultura” ġenwin u proprju li jappoġġja:
|
4.7. |
Skont il-KESE, huwa essenzjali li jiġi promoss, speċjalment fost iż-żgħażagħ u permezz tal-edukazzjoni, it-twemmin li d-diversità kulturali u l-ħafna forom ta’ arti jirrappreżentaw elementi essenzjali għall-iżvilupp tal-bniedem u għall-affermazzjoni tal-libertajiet fundamentali u li l-iskambju ta’ proċessi kulturali jikkontribwixxu għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza demokratika. |
4.8. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-Aġenda ġdida Ewropea għall-Kultura mfassla b’viżjoni strateġika ġdida kondiviża u arrikkita, tkun integrata u ankrata fil-prospetti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali Ewropew. |
4.9. |
Fil-fehma tal-KESE, huwa meħtieġ li d-destinatarji tal-programmi u l-azzjonijiet ta’ regolamentazzjoni strutturali u finanzjarji li jipprovdu appoġġ jagħtu perċezzjoni ċara, trasparenti u aċċessibbli fuq in-netwerks soċjali. |
4.10. |
Bl-istess mod, il-KESE jemmen li huwa essenzjali li tittieħed azzjoni mmirata lejn id-destinatarji aħħarin tal-politika kulturali Ewropea, biex jiżdiedu: il-livelli ta’ parteċipazzjoni, li ħadu daqqa ta’ ħarta minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja, li nfirxet fil-qasam soċjali. |
4.10.1. |
Il-KESE jemmen li t-tnedija ta’ Erasmus ta’ ċittadinanza, għat-tixrid kulturali u turistiku tal-UE u ta’ Kard Ewropea tal-Kultura, b’aċċess iffaċilitat għall-meravilji kulturali Ewropej u t-tnedija ta’ Ġimgħat u Ljieli Ewropej tal-Kultura, jistgħu jkunu inizjattivi utli, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. |
5. Kummenti speċifiċi
5.1. |
Gwida operattiva diġitali, b’sit web aġġornat fil-ħin reali u li tkun faċli biex tintuża mill-utent u disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni, jeħtieġ tiżgura l-użu tal-ħafna strumenti Komunitarji disponibbli llum, fosthom, pereżempju:
|
Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2018.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Luca JAHIER
(1) B’analoġija ma’ dan hemm it-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
(2) B’analoġija ma’ dan hemm it-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
(3) Ara Specialist restoration services: www.opencare.it
(4) Nihil est in intellectu quod prius non fuerit in sensu (J. Locke).
(5) Mil-Latin Instruere, tħejji, tibni.
(6) L-ikkuppjar ta’ sinjali u mudelli.
(7) Ara r-riżultati tan-newroxjenzi li jispjegaw l-ikkupjar tal-azzjonijiet u l-ikkupjar tal-mudelli.
(8) Mil-Latin Colere, trawwem.
(9) Sors Eurostat.
(10) Ir-Rapport “Cultural access and participation” http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_399_en.pdf
(11) Ara ĠU C 287, 29.11.2007.
(12) Ara ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 142; ĠU C 93, 9.3.2016, p. 95, P8_TA(2016)0486.
(13) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 120.
(14) NAT/738 (ĠU C 440, 6.12.2018, p. 22).
(15) B’mod partikolari bil-konverżjoni ta’ P.I.S.A. minn STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) għal STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti u Matematika) u fil-qasam diġitali.
(16) L-Afrika, il-Karibew, il-Paċifiku.
(17) Ara wkoll il-Kunsill tal-Ewropa — Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (CETS nru 199) 18/03/08 Faro, 27 ta’ Ottubru 2005.
(18) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 14.
(19) Ir-Regolament (UE) 233/2014 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(20) Il-Programm Interreg Med.
(21) Il-Programm Med Culture.
(22) Ir-Regolamenti (UE) 232 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27) u (UE) Nru 236/2014 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).
(23) Ir-Regolament Nru 231/2014 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
(24) Id-Direttiva tal-Ħabitats 92/43/KEE (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7) u d-Direttiva tal-Għasafar 2009/147/KE (ĠU L 20. 26.1.2010, p. 7).
(25) COM(2017) 198 final.
(26) Ir-Regolament Nru 1293/2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
(27) Il-5 Fondi: il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR, il-FEMS.
(28) Id-Deċiżjoni (UE) 2017/848 (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 47).
(29) Ir-Riżoluzzjoni tal-PE tat-2 ta’ Lulju 2013 (2012/2297(INI)) (ĠU C 75, 26.2.2016, p. 24).
(30) Ir-Regolament (UE) 1305/2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(31) Ir-Regolament (UE) 390/2014 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3).
(32) Ir-Regolamenti (UE) Nru 651/2014 (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1) u (UE) 2015/1588 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).
(33) Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-oġġetti kulturali.
(34) Ir-Regolament (UE) 377/2014 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
(35) Ir-Regolament (UE) 1287/2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).
(36) COM(2010) 487 final u COM(2014) 477 final.
(38) Ir-Regolament (UE) 1288/2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).
(39) Id-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1).
(40) Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 231).