|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 67/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni li tirrigwarda l-Każ AT.39965(1) — Faqqiegħ
Relatur: Franza
(2017/C 67/04)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz tad-Deċiżjoni tikkostitwixxi fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriża kkonċernata mill-abbozz tad-Deċiżjoni pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma kien li jirristrinġu l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u ż-ŻEE. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul taż-żmien tal-ksur. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |