8.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/2 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti
(2017/C 421/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
FILWAQT LI JFAKKAR fil-kuntest politiku għal din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:
1. |
Edukazzjoni fl-iskejjel ta’ kwalità għolja, inklużiva u ndaqs għal kulħadd li ssir realtà għal dawk kollha li jirċevuha hija prijorità ewlenija li tinfluwenza l-progress soċjali u t-tkabbir sostenibbli tal-Unjoni Ewropa fil-ġejjieni. L-edukazzjoni taqdi rwol deċiżiv fl-aspettattivi taż-żgħażagħ u fl-opportunitajiet ta’ ħajjithom, u twitti t-triq biex l-istudenti jissodisfaw lilhom infushom fil-ħajja ċivika u soċjali, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja privata tagħhom. |
2. |
Huwa importanti għall-individwi li jibqgħu jitgħallmu tul ħajjithom, sabiex ikunu jistgħu jilqgħu għall-isfidi ta’ dinja li qed tinbidel b’rata mgħaġġla. L-iskejjel, appoġġati mill-bqija tal-komunità, jistgħu jaqdu rwol importanti fl-għajnuna lil individwi biex jiżviluppaw firxa wiesgħa ta’ kompetenzi ewlenin (1), jerfgħu r-responsabbiltà tat-tagħlim tul ħajjithom u tal-karrieri tagħhom, u jsiru ċittadini attivi u responsabbli. |
KONXJU MINN:
3. |
il-ħtieġa għal approċċi kontemporanji għat-tagħlim u l-governanza fis-sistemi tal-edukazzjoni fl-iskejjel li huma msejsa fuq l-iżviluppi fix-xjenzi tat-tagħlim u li jgħinu lill-iskejjel biex iwieġbu għall-bżonnijiet edukattivi dejjem jinbidlu tal-istudenti, is-soċjetà u s-suq tax-xogħol, kif ukoll dawk kawża tal-iżviluppi diġitali u teknoloġiċi; |
4. |
l-isfidi involuti biex jintlaħaq il-punt ta’ riferiment għall-2020 biex jonqsu dawk li jaqgħu lura fil-qari, il-matematika u x-xjenza (2), li jeħtieġu sforzi politiċi serji għat-titjib fil-kapaċità tal-iskejjel li jappoġġaw lill-istudenti kollha, inkluż dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċjali u studenti ġejjin minn kuntesti żvantaġġati; |
5. |
il-fatt li minkejja l-progress tajjeb li sar fl-aħħar għaxar snin, hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 tat-tnaqqis fir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola (3); |
6. |
il-ħtieġa li jiġu promossi l-ekwità, l-ugwaljanza u l-inklużività fl-edukazzjoni fl-iskejjel u permezz tagħha, peress li l-kuntest soċjoekonomiku jibqa’ fattur influwenti ħafna fis-suċċess edukattiv tal-istudenti; |
7. |
il-ħtieġa li jsir investiment fl-għalliema u fil-mexxejja tal-iskejjel bħala determinanti qawwija tas-suċċess tal-istudenti u biex jappoġġawhom fit-teħid tar-responsabbiltà u fil-kisba ta’ bilanċ aħjar bejn l-awtonomija u l-obbligu ta’ rendikont professjonali; |
8. |
l-importanza ta’ governanza tajba tas-sistemi tal-edukazzjoni fl-iskejjel, u l-bilanċ bejn l-awtonomija tal-iskejjel u l-obbligu ta’ rendikont bħala fattur kruċjali fit-titjib fil-kwalità, l-ekwità u l-effiċjenza fl-edukazzjoni; |
9. |
l-importanza tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal li twitti t-triq għal livelli ogħla ta’ prestazzjoni fuq il-livelli kollha edukattivi futuri u l-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll il-promozzjoni ta’ tagħlim għat-tfal kollha, u l-benesseri u l-iżvilupp tagħhom. |
JENFASIZZA LI:
10. |
Id-diversità hija karatteristika tal-edukazzjoni fl-iskejjel fl-Ewropa, fejn l-Istati Membri huma kompletament responsabbli għall-organizzazzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi edukattivi tagħhom, jiġifieri s-soluzzjonijiet li jindirizzaw sfidi komuni u li jimplimentaw riformi mmirati jistgħu jvarjaw skont il-kuntesti nazzjonali, reġjonali u lokali. |
11. |
Il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni fl-iskejjel, speċjalment permezz tal-programm Erasmus+, għandha valur miżjud tal-UE għoli u taqdi rwol importanti biex tiżgura edukazzjoni ta’ kwalità, tibni kuntatti eqreb bejn iż-żgħażagħ Ewropej, trawwem identità Ewropea komuni u tappoġġa riformi politiċi fil-qasam edukattiv. |
JILQA’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (4), li tidentifika tliet oqsma fejn tinħtieġ azzjoni u fejn l-appoġġ fuq livell Ewropew jista’ jgħin.
Għaldaqstant, b’kont dovut għas-sussidjarjetà u f’konformità ma’ ċirkostanzi nazzjonali, JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI biex jiffokaw fuq l-oqsma ta’ prijorità li ġejjin:
12. |
Jiżguraw edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità għolja (5), u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tat-talenti u l-potenzjal tal-istudenti kollha billi:
|
13. |
Isaħħu l-pożizzjoni tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel billi:
|
14. |
Ixaqilbu l-governanza lejn waħda aktar effikaċi, ekwitabbli u effiċjenti billi:
|
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI biex tikkomplementa l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri u tappoġġa l-kooperazzjoni tagħhom bil-ħsieb li:
15. |
twessa’ l-kooperazzjoni bejn l-iskejjel billi tagħmel is-sħubiji bejn l-iskejjel, l-eTwinning, u l-mobbiltà tal-istudenti, tal-persunal u tal-edukaturi tal-għalliema – inkluż b’esperjenza prattika barra l-pajjiż għall-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel il-ġodda u futuri – aktar aċċessibbli permezz tal-programm Erasmus+; |
16. |
permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ tagħlim bejn il-pari, tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ sett wiesa’ ta’ kompetenzi ewlenin għaż-żgħażagħ, fosthom ħiliet bażiċi, kompetenzi diġitali u kompetenzi li jgħinu fl-iżvilupp personali u soċjali u liċ-ċittadinanza attiva; |
17. |
ittejjeb l-istat ta’ tħejjija tal-iskejjel għat-tagħlim tal-era diġitali, pereżempju billi tippromwovi l-evalwazzjoni tal-għalliema minnhom stess u l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali permezz tal-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali, tesplora l-potenzjal ta’ għodda għall-iskejjel biex volontarjament jevalwaw il-kapaċità diġitali huma stess, u tkompli tiżviluppa l-komunitajiet u r-riżorsi online tal-UE; |
18. |
trawwem l-edukazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, (l-arti) u l-matematika (STE(A)M) billi tippromwovi l-aħjar prattiki, issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel u s-setturi tal-edukazzjoni għolja, tar-riċerka u l-kummerċ fil-livell tal-UE, u tindirizza d-disparità bejn is-sessi u l-istereotipi b’mod effettiv; |
19. |
issaħħaħ l-attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u ta’ konsulenza bejn il-pari u l-iskambju tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-iżvilupp tal-karrieri u dak professjonali tal-għalliema u tal-mexxejja tal-iskejjel, u l-edukazzjoni inklużiva; |
20. |
tippromwovi u tappoġġa l-inklużività fl-edukazzjoni, inkluż permezz tal-esperimentazzjoni politika dwar it-tagħlim tal-istudenti li ġejjin minn kuntesti lingwistiċi u kulturali differenti, u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, kif ukoll aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra; |
21. |
tippromwovi u tappoġġa r-riċerka dwar l-edukazzjoni u t-tixrid tar-riżultati ta’ riċerka edukattiva, u tiżviluppa aktar sinerġiji mal-OECD b’koordinazzjoni mal-Istati Membri biex tipproduċi data u rapporti komparattivi konġunti dwar l-edukazzjoni fl-iskejjel, inkluż permezz ta’ ġbir aktar effiċjenti ta’ data konġunta mill-Eurydice u l-OECD; |
22. |
tgħin lill-Istati Membri li volontarjament ifittxu l-għajnuna biex ifasslu u jimplimentaw riformi maġġuri tal-edukazzjoni fl-iskejjel billi tistabbilixxi arranġament ta’ appoġġ tekniku bbażat mid-domanda b’kont xieraq meħud tas-sussidjarjetà. Is-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż is-Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali, u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u Erasmus+, jistgħu jipprovdu appoġġ. |
BARRA MINN HEKK JENFASIZZA L-IMPORTANZA LI:
23. |
il-Kummissjoni tqis b’mod sħiħ dawn il-konklużjonijiet meta tħejji l-proposti tagħha għall-qafas ta’ kooperazzjoni strateġika futur fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-programm tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ wara l-2020. |
(1) Fir-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-2006, il-kompetenzi ewlenin huma ddefiniti bħala taħlita ta’ għarfien, ħiliet u attitudnijiet.
(2) Sal-2020, is-sehem ta’ dawk ta’ ħmistax-il sena li jaqgħu lura fil-qari, il-matematika u x-xjenza għandu jkun inqas minn 15 %.
(3) Sal-2020, is-sehem ta’ dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni għandu jkun inqas minn 10 %.
(4) 9842/17.
(5) Kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd (Frar 2017).
(6) Kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni.
(7) Kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada (19 u 20 ta’ Mejju 2011).
ANNESS
Kuntest Politiku
1. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu 21: aġenda għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel (21 ta’ Novembru 2008). |
2. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Titjib tal-kompetenzi għas-Seklu 21: aġenda dwar kooperazzjoni Ewropea dwar l-iskejjel (3 ta’ Lulju 2008). |
3. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET2020”) (12 ta’ Mejju 2009). |
4. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada (19 u 20 ta’ Mejju 2011). |
5. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema (20 ta’ Mejju 2014). |
6. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tmexxija effettiva fl-edukazzjoni (25 u 26 ta’ Novembru 2013). |
7. |
Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015). |
8. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni bażika fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali (18 u 19 ta’ Mejju 2015). |
9. |
Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (23 u 24 ta’ Novembru 2015). |
10. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola (23 u 24 ta’ Novembru 2015). |
11. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (24 ta’ Frar 2016). |
12. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (10 ta’ Ġunju 2016). |
13. |
Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2016 (7 ta’ Novembru 2016). |
14. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (7 ta’ Diċembru 2016). |
15. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd (17 ta’ Frar 2017). |
16. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (30 ta’ Mejju 2017). |