11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/12


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Lelików”

(2017/C 340/05)

Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali taż-żona “Lelików”, li tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Cieszków u Milicz, fil-provinċja ta’ Dolnośląskie:

Isem

Sistema ta’ koordinati PL-1992

X

Y

Lelików

413 340,09

387 890,42

414 099,85

390 405,72

412 230,65

391 534,72

411 773,93

390 022,65

411 841,09

388 795,82

L-applikazzjonijiet iridu jkopru ż-żona msemmija hawn fuq.

L-applikazzjonijiet tal-konċessjonijiet iridu jiġu sottomessi lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard minn nofsinhar (12.00 CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu se jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %);

(c)

it-tariffa proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri (10 %).

It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona “Lelików” hija:

1.

għall-prospettar ta’ depożiti tal-gass naturali:

matul il-perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 10 000,00 fis-sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena;

għas-sitt sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena;

2.

għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-gass naturali:

matul il-perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 20 000,00 fis-sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena;

għas-sitt sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena;

3.

għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-gass naturali:

matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 30 000,00 fis-sena;

għas-sitt, is-seba’ u t-tmien sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena;

għad-disa’ sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena;

Il-proċedura tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika bil-miktub dwar l-eżitu ta’ din il-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-gass naturali lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri ma’ dak l-applikant.

Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Ministerstwo Środowiska [Il-Ministeru tal-Ambjent]

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

L-informazzjoni tista’ tinkiseb minn:

is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

Ministerstwo Środowiska

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449

Faks +48 223692460

posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl