14.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 79/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/445 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jenħtieġ li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Ġunju 2017 flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 88.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 34.