28.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/3


Pubblikazzjoni tal-kontravalur f’valuta nazzjonali tat-thresholds finanzjarji espressi f’euro fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009

(2017/C 368/03)

F’konformità mal-obbligu skont l-Anness I(B) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (1), it-thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ prodotti kulturali għandhom jiġu kkonvertiti u espressi fil-valuta nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li ma jużawx l-euro u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kontrovaluri elenkati hawn taħt ġew ikkalkulati abbażi tal-valur medju ta’ kuljum ta’ kull waħda mill-valuti kkonċernati, espressa f’euro, matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jintemm fl-aħħar jum ta’ Awwissu 2017. Dawn il-valuri riveduti jidħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2017.

EUR

1

15 000

30 000

50 000

150 000

BGN Lev Bulgaru

1,9558

29 337

58 674

97 790

293 370

CZK Koruna Ċeka

26,8972

403 458

806 916

1 344 859

4 034 578

DKK Krone Daniż

7,4451

111 676

223 352

372 253

1 116 758

GBP Lira sterlina

0,8204

12 305

24 611

41 018

123 055

HRK Kuna Kroata

7,5154

112 731

225 462

375 771

1 127 313

HUF Forint Ungeriż

310,6583

4 659 875

9 319 749

15 532 915

46 598 747

PLN Zloty Pollakk

4,3117

64 675

129 350

215 584

646 753

RON Leu Rumen

4,5020

67 530

135 061

225 102

675 305

SEK Krona Żvediża

9,4846

142 269

284 538

474 230

1 422 690


(1)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.