|
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/12 |
Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)
(2017/C 343/07)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 94, 25.3.2017.
LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:
I. Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
|
— |
Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma tal-kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005). |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005). |
|
— |
Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru ta' familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti — membru ta' familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung), fil-forma tal-kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006). Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih il-permess ikun inħareġ. Permess ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista' jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: rotazzjoni tal-impjieg ta' ħaddiem, ħaddiem ippostjat, persuni li jaħdmu għal rashom, artisti, każijiet speċjali ta' impjieg, tfal tal-iskola, studenti, fornituri ta' servizzi soċjali, riċerkaturi, riunifikazzjoni tal-familja. Il-permess ta' residenza ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment”(Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr dettalji ulterjuri jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Permessi ta' residenza ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) inħarġu fl-Awstrija sat-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiema ewlenin, illimitati u limitati. “Residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EG) u permessi ta' “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. Permessi ta' residenza ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) inħarġu għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. |
|
— |
Il-“kard aħmar-abjad-aħmar”(Rot-Weiß-Rot-Karte), il-kard “plus” aħmar-abjad-aħmar (Rot Weiß Rot Karte plus) u l-“kard blu tal-UE” (Blaue Karte EU) fil-forma tal-kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz inħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011) |
|
— |
Permessi ta' “Residenza permanenti-UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
|
— |
Permessi ta' residenza “Aufenthaltsberechtigung plus” maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 55(1) tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbiliti fil-Federal Law Gazette I Nru 38/2011. Għandhom jinħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
|
— |
Il-permess tad-“dritt ta' residenza”“Aufenthaltsberechtigung plus” maħruġ skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 100/2005 jikkorrispondi mal-permess preċedenti ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) maħruġ skon it-Taqsimiet 43(3) u (4) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbiliti fil-Federal Law Gazette I Nru 38/2011. Għandhom jinħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
|
— |
Il-permess tad-“dritt ta' residenza għal raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment fl-Awstrija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilita fil-Federal Law Gazette I Nru 38/2011. Għandhom jinħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
II. Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38/KE, ma jridux jinħarġu f'format uniformi
|
— |
Il-permess ta' residenza skont id-dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz |
|
— |
Il-kard ta' permess ta' residenza li jagħti prova ta' dritt tal-Komunità ta' residenza permanenti ta' iktar minn tliet xhur għal membru ta' familja ta' ċittadin taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz |
Dokumenti oħrajn li jippermettu lid-detentur li jgħix fl-Awstrija jew li jerġa' jidħol l-Awstrija (skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen):
|
— |
Dokument tal-identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta' lewn griż ċar b'marka għall-kategoriji ROT (aħmar), ORANGE (oranġjo), GELB (isfar), GRÜN (aħdar), BLAU (blu), BRAUN (kannella) u GRAU (griż) maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006) |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom dritt għall-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Asil tal-2005 |
|
— |
Persuna bi “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat permezz ta' passaport tal-barranin f'format ta' ktieb ID 3 b'ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006) |
|
— |
Persuna bi “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat permezz ta' passaport tal-barranin f'format ta' ktieb ID 3 b'ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 |
|
— |
Lista ta' parteċipanti fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi li huma residenti fi Stat Membru |
|
— |
“Permess tax-xogħol” skont il-Liġi dwar l-Impjieg tal-Barranin b'validità ta' massimu ta' 6 xhur, li jkun inħareġ qabel l-1 ta' Ottubru 2017, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu |
|
— |
“Konferma ta' soġġorn legali skont l-Art. 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz — FPG”/Talba għal estensjoni Art. 2(4)(17 a) FPG flimkien ma' dokument validu tal-ivvjaġġar |
|
— |
Permess ta' residenza indefinit — maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att dwar Persuni Barranin tal-1992 [FrG] (maħruġ sat-31 ta' Diċembru 1992 mill-Awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentativi efrra l-pajjiż fil-forma ta' timbru) |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar san-Nru 790 000 |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad min-Nru 790 001 'il quddiem |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjali L 7 tal-10.1.1997, li tikkonċerna format uniformi għal permessi ta' residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004) |
Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.