19.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 276/4


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba ta’ entità kontraenti — estensjoni tal-iskadenza

(2017/C 276/04)

Fit-2 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Din it-talba tar-Repubblika Ċeka għandha x’taqsam ma’ ċerti attivitajiet fis-suq bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fir-Repubblika Ċeka. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 10 tal-ĠU C 23 fl-24 ta’ Jannar 2017. Ġie ppubblikat avviż ta’ estenzjoni fil-paġna 10 tal-ĠU C 167 fil-25 ta’ Mejju 2017. L-iskadenza estiża li ġiet miftehma kienet is-6 ta’ Settembru 2017.

Skont ir-raba’ sottoparagrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, l-iskadenza tista’ testendiha l-Kummissjoni bil-kunsens ta’ dawk li talbu l-eżenzjoni kkonċernata. Peress li trid tinkiseb u tiġi analizzata aktar informazzjoni, u bil-kunsens tal-applikant, iż-żmien li għandha l-Kummissjoni biex tiddeċiedi fuq din it-talba, b’dan qed jiġi estiż bi 12-il ġimgħa.

Għalhekk l-iskadenza aħħarija hija d-29 ta’ Novembru 2017.


(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).