11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/26 |
Notifika għall-attenzjoni tas-sidien tal-bastimenti CAPRICORN u Lynn S, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra bastimenti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014), skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1423 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1456
(2017/C 264/15)
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1) issejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu ordni lill-bastimenti, kif imsemmija fil-lista elenkata fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, biex ma jgħabbux, ma jittrasportawx, jew ma jħottux żejt mhux maħdum esportat illegalment mil-Libja, biex jiċħdu dħul fil-portijiet tal-Istati Membri u tipprojbixxi d-dispożizzjoni ta’ ċerti servizzi ta’ ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji marbuta ma’ esportazzjonijiet taż-żejt bħal dawn. |
2. |
Fil-21 ta’ Lulju 2017 u fit-2 ta’ Awwissu 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied il-bastimenti CAPRICORN u Lynn S rispettivament mal-lista ta’ bastimenti li huma soġġetti għal miżuri restrittivi. Dawk ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fi kwalunkwe ħin lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1970 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe prova dokumentarja, biex id-deċiżjoniet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jerġgħu jiġu kkunsidrati. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Tista’ ssib aktar informazzjoni hawn: https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/delisting |
3. |
Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1423 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1456 (3) li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (4) skont dan. Is-sidien tal-bastimenti CAPRICORN u Lynn S jistgħu jissottomettu l-osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni biex dawn il-bastimenti jiġu elenkati, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, lill-Kummissjoni Ewropea fuq l-indirizz li ġej:
|
4. |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tas-sidien tal-bastimenti CAPRICORN u Lynn S għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1423 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1456 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(2) ĠU L 204, 5.8.2017, p. 80.
(3) ĠU L 208, 11.8.2017, p. 31.