|
15.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/53 |
AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
Indikazzjoni Ġeografika mill-Moldova
(2017/C 230/09)
Fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea, bħala indikazzjoni ġeografika, tal-ismijiet Moldavani stipulati hawn taħt qed tiġi kkunsidrata.
Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif xieraq.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku:
AGRI-A5-GI@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:
|
(a) |
toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimal u b’riżultat ta’ dan x’aktarx tfixkel lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott; |
|
(b) |
hija kompletament jew parzjalment omonima ma’ dik ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2) u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (3) jew li qiegħed fil-ftehimiet li l-Unjoni kkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:
|
|
(c) |
fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
|
(d) |
tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identiku/a, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
|
(e) |
jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku. |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż ma għandhiex timplika li l-ismijiet li qed jitqiesu fl-aħħar mill-aħħar se jingħataw il-protezzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija suġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ passi oħra skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-atti legali sussegwenti.
Indikazzjonijiet Ġeografiċi
|
L-isem li għandu jiġi protett |
Tip ta’ prodott |
|
Dulceaţă din petale de trandafir Călăraşi |
Ġamm tal-petali tal-ward |
|
Rachiu de caise de Nimoreni |
Xorb spirituż |
(1) ĠU L 260, 31.8.2014, p. 4.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(3) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).
(6) Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3).
(7) Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3), u l-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, p. 3).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/916/KE tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fir-rigward tal-konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi f’ċerti inbejjed, ir-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ inbejjed u r-rikonixximent, il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ disinjazzjonijiet għall-ispirti u xorb aromatizzat (ĠU L 342, 27.12.2001, p. 6).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/91/KE tat-30 ta’ Lulju 2003 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 1).
(10) Id-Deċiżjoni 2006/580/KE tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2006 dwar l-Iffirmar u l-Konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u Affarijiet marbuta mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra — il-Protokoll 3 dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċerti nbejjed, l-għarfien reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll tal-ismijiet tal-inbid, tax-xorb alkoħoliku u tal-inbejjed aromatizzati (ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra — Il-Protokoll 6 (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta’ Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14).
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE tal-14 ta’ Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1).
(15) Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3).
(16) Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera, u b’mod partikolari il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/361/KE tas-27 ta’ Mejju 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent komuni u l-protezzjoni tad-deskrizzjoni ta’ spirti alkoħoliċi (ĠU L 152, 11.6.1997, p. 15).