|
14.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/5 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 226/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 388, fin-nota ta’ spjega għas-subtitli tan-NM “9612 10 10 sa 9612 10 80 Żigarelli”, jiżdied it-test li ġej:
“Dawn is-subtitli jinkludu prodotti li huma żigarelli bil-linka, sensittivi għas-sħana u lesti għall-użu, jiġifieri li huma adattati biex jintużaw f’tajprajter jew fi kwalunkwe magna li tinkorpora apparat għall-istampar mingħajr l-ebda proċess ieħor ta’ manifattura.
It-tul u l-wisa’ taż-żigarelli bil-linka li huma lesti għall-użu huma ddeterminati skont it-tip ta’ magna li jintużaw fiha.
Il-prodotti li mhumiex lesti għall-użu huma esklużi minn dawn is-subtitli (ġeneralment, it-Taqsimiet VI u VII).”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).