|
8.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/34 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 180/05)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fuq il-paġna 40, in-Nota ta’ Spejga tal-intestatura tan-NM ‘0408 99 80 Oħrajn’, jiddaħħal it-test li ġej:
“Din is-subintestatura tinkludi prodotti li jikkonsistu minn bajd sħaħ likwidi u pasturizzati tat-tjur (tal-anqas 99 % skont il-piż) li fihom ammonti żgħar ta’ ilma u aċidu ċitriku miżjuda biex ma jitilfux il-kulur. Prodotti bħal dawn għandhom il-karatteristiċi organolettiċi identiċi għal dawk ta’ bajda friska tal-għasafar.”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).