19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/6


Avviż rigward il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

(2017/C 122/05)

Il-miżuri li attwalment huma fis-seħħ huma dazju antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (1) dwar importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta’ Implimenazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1167 (2), (“il-miżuri fis-seħħ”).

L-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea huma soġġetti għal dazju ta’ 60,4 %, bl-eċċezzjoni tal-prodott immanifatturat minn kumpaniji li huma eżentati. Kumpanija partikolari li tinsab fir-Repubblika tal-Korea, jiġifieri Kiswire Ltd, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar huma eżentati mid-dazju antidumping, infurmat lill-Kummissjoni li l-indirizz tagħha kien inbidel kif stipulat iktar l-isfel.

Il-kumpanija qalet li l-bidla tal-indirizz ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mid-dazju li applikat għalih bl-indirizz preċedenti. Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif li ngħatalha u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax il-konklużjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.

It-tabella li tinsab fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1167, tinbidel mit-tabella li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika tal-Korea

Bosung Wire Rope Co., Ltd, 568, Yongdeok-ri, Hallim-myeon, Gimae-si, Gyeongsangnam-do, 621-872

A969

 

Chung Woo Rope Co., Ltd, 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo-Gu, Busan

A969

 

CS Co., Ltd, 287-6 Soju-Dong Yangsan-City, Kyoungnam

A969

 

Cosmo Wire Ltd, 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju- Kun, Ulsan

A969

 

Dae Heung Industrial Co., Ltd, 185 Pyunglim — Ri, Daesan- Myun, Haman — Gun, Gyungnam

A969

 

Daechang Steel Co., Ltd, 1213, Aam-daero, Namdong-gu, Incheon

C057

 

DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam

A969

 

Goodwire MFG. Co. Ltd, 984-23, Maegok-Dong, Yangsan-City, Kyungnam

B955

 

Kiswire Ltd, 37, Gurak-Ro, 141 Beon-Gil, Suyeong-Gu, Busan, Korea 48212

A969

 

Manho Rope & Wire Ltd, Dongho Bldg, 85-2 4 Street Joongang- Dong, Jong-gu, Busan

A969

 

Line Metal Co. Ltd, 1259 Boncho-ri, Daeji-Myeon, Changnyeong-gun, Gyeongnam

B926

 

Seil Wire and Cable, 47-4, Soju-Dong, Yangsan-Si, Kyungsangnamdo

A994

 

Shin Han Rope Co., Ltd, 715-8, Gojan-Dong, Namdong-gu, Incheon

A969

 

Ssang Yong Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan

A969

 

Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong, Changwon City, Gyungnam

A969


(1)  ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1167 tat-18 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 19).