|
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/7 |
Avviż li jikkonċerna l-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ mekkaniżmi li jagħlqu bil-lieva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: bidla fl-isem ta’ kumpanija suġġetta għal rata individwali ta’ dazju antidumping
(2017/C 101/08)
Importazzjonijiet ta’ mekkaniżmi li jagħlqu bil-lieva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huma suġġetti għal dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1136/2006 (1) (“ir-Regolament Oriġinali”) u estiżi permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 796/2012 (2).
Dongguan Nanzha Leco Stationary, kodiċi addizzjonali TARIC (it-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea) A729, kumpanija soġġetta għal rata individwali ta’ dazju antidumping ta’ 27,1 %, infurmat lill-Kummissjoni li bidlet isimha f’DongGuan Humen Nanzha World Wide Stationery Mfg. Co., Ltd.
Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-bidla f’isimha ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rati tad-dazju individwali applikati lill-kumpanija taħt l-isem li kellha qabel.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 796/2012.
Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1, paragrafu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 796/2012 għal:
|
“Dongguan Nanzha Leco Stationary The First Industrial Camp, Nanzha, Humen, Dongguan, China |
A729” |
għandha tinbidel għal:
|
“DongGuan Humen Nanzha World Wide Stationery Mfg. Co., Ltd |
A729”. |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC A729 li qabel kien mogħti lil Dongguan Nanzha Leco Stationary The First Industrial Camp, Nanzha, Humen, Dongguan, iċ-Ċina, għandu japplika għal DongGuan Humen Nanzha World Wide Stationery Mfg. Co., Ltd.
(1) ĠU L 205, 27.7.2006, p. 1.