|
10.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/4 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali, tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi u tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali
(Il-pubblikazzjoni tat-titli u r-referenzi tal-metodi tranżizzjonali tal-kejl u tal-kalkolu (1) għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1188, u b’mod partikolari l-Annessi III u IV tiegħu, u għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1185, u b’mod partikolari l-Annessi III u IV tiegħu, u għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1186, u b’mod partikolari l-Annessi VIII u IX tiegħu.)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 076/02)
|
Parametru |
ESO |
Referenza/titlu |
Noti |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
|
Ħiters tal-post lokali li jaħdmu bil-fjuwil solidu |
|||
|
L-effiċjenza utli b’potenza termika nominali u minima: ηth, nom, ηth, min |
CEN |
għall-kukers u l-apparati bil-fuklar miftuħ/magħluq kollha l-oħrajn: EN 16510-1:2013 § 7.3, A.6.2 għall-apparati li jaħdmu bil-pelits: EN 14785:2006 § 6.4.2, A.4.7 & A.4.8 għall-apparati li jitfgħu s-sħana bil-mod: EN 15250:2007-06 § 6.3, A.4.6 & A.5 & A.6.2.2 |
Is-serje ta’ Standard EN 16510 se tissostitwixxi: EN 13240: 2001 (EN 13240: 2001/A2:2004/C2:2007) EN 13229:2001 (EN 13229:2011 § 6.8) EN 12815:2001 EN 12809:2001 |
|
L-effiċjenza tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ηs |
CEN |
(aqra n-Nota) |
F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali. |
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom, Pmin |
CEN |
EN 16510-1:2013 A.4.7 & A.4.8, EN 14785:2006 § 6.5, A.4.7 & A.4.8 EN 15250:2007-06 § 6.3 & A.6.2.2 |
Pnom jikkorrispondi ma’ PN f’EN 16510-1:2013. Pmin jikkorrispondi ma’ tnaqqis fil-potenza termika f’EN 16510-1:2013. Pmin jikkorrispondi ma’ tnaqqis fil-potenza termika f’EN 14785:2006. Pnom jikkorrispondi ma’ P f’EN 15250:2007. Pmin mhuwiex deskritt f’EN 15250:2007, imma għandu jiġi stabbilit (jekk applikabbli) b’mod simili bħala potenza termika nominali. |
|
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti Ppilot |
|
|
|
|
Potenza termika diretta |
CEN |
EN 14785:2006, A 6.2.4 EN 15250:2007, A.6.2.2 EN 16510-1:2013, A.6.2.4 |
|
|
Potenza termika indiretta |
CEN |
EN 14785:2006 A.6.2.3 EN 16510-1:2013 A.6.2.3 |
Għall-istufi li jitfgħu s-sħana bil-mod il-kalkolu tal-potenza termika għall-ilma mhuwiex ippreżenta. F’każ li l-apparati għandhom potenza bħal din, għandhom jintużaw il-prinċipji tal-kalkolu ta’ prEN16510–1. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika nominali, elmax |
CEN |
EN 15456:2008-06 § 3.4.1 & § 5.1.3.1. |
Jikkorrispondi għal Paux 100. EN 16510–1 jeħtieġ li “enerġija elettrika awżiljarja, f’W, jekk applikabbli” tkun tidher fuq il-marka tal-apparat, iżda ma ġew ipprovduti l-ebda metodi biex jiġi stabbilit dan. Għandu jintuża l-prinċipju EN15456. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika minima, elmin |
CEN |
EN 15456:2008-06 § 3.4.1 & § 5.1.3.2. |
Bħala l-potenza termika minima għandha tintuża l-potenza minima kif iddikjarata mill-manifattur tal-apparati Jikkorrispondi għal Paux,30 |
|
Konsum tal-enerġija fil-modalità stennija, elsb |
CEN |
EN 15456:2008-06 § 3.4.1 & § 5.1.3.3 jew IEC 62301 Ed. 2.0 b:2011 § 5.3 |
Jikkorrispondi għal Paux sb Jikkorrispondi għall-konsum tal-elettriku waqt il-modalità stennija f’IEC 62301 Ed. 2.0: 2011. |
|
L-emissjonijiet ta’ materja partikolata (PM), skont l-Anness III 4 (a) i) (1) (“filtru msaħħan”) |
CEN |
għal kejl skont (filtru msaħħan) EN 16510-1:2013, G.2 |
|
|
L-emissjonijiet ta’ materja partikolata (PM), skont l-Anness III 4 (a) i) (2) (“mina ta’ dilwizzjoni”) |
CEN |
għal kejl skont (mina ta’ dilwizzjoni bi fluss sħiħ) CEN/TS 15883:2009 l-Anness A.2 |
|
|
L-emissjonijiet ta’ materja partikolata (PM), skont l-Anness III 4 (a) i) (3) |
CEN |
għall-kejl skont CEN/TS 15883:2009 l-Anness A.3 |
|
|
L-emissjonijiet ta’ komposti gassużi organiċi (OGC) |
CEN |
EN 16510-1:2013, F.4 |
|
|
L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) |
CEN |
EN 16510-1:2013 A.4.4.2 u A.6.2.6 |
|
|
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
CEN |
EN 16510-1:2013 Anness E.5 |
|
|
Speċifikazzjonijiet dwar il-fjuwil tat-test |
CEN |
prEN 16510-1:2013 Anness B |
Briquettes tal-fjuwil fossili mħallat: kontenut ta’ ilma (kif jasal) ≤ 14 %; kontenut ta’ rmied 5 ± 2 %; volatili < 18 %. Għall-briquettes b’taħlita ta’ fjuwil fossili u bijomassa (30-70 %): kontenut ta’ ilma (kif jasal) ≤ 14 %; kontenut ta’ rmied 5 ± 2 %; volatili 20 % sa 60 %. |
|
Ħiters tal-post lokali li jaħdmu bil-fjuwil gassuż, għajr il-ħiters mudwalin u ħiters bit-tubi |
|||
|
Potenza termika diretta |
CEN |
EN 613:2000 EN 1266:2002 § 3.5.1.3 & § 3.5.1.4 u § 7.12. EN 13278: 2013 Ħiters tal-post independenti bil-fuklar miftuħ li jaħdmu bil-gass § 6.3 & § 6.12 & § 7.12 & § 7.3.1 EN 449:2002+A1:2007 |
Din hija l-potenza termika trasmessa fl-ispazju li fih ikun installat il-prodott. Tikkorrispondi għal Qout f’EN 1319:2009 u EN 1266:2002 u EN 13278:2013 u għandha tiġi kkalkolata bl-ekwazzjoni Qout = QN * ηΝ, fejn QN huwa l-potenza termika nominali u ηΝ huwa l-effiċjenza nominali. Qout għandu jiġi kkalkolat bħala l-valur kalorifiku gross. |
|
Potenza termika indiretta |
CEN |
(aqra n-Nota) |
Il-potenza termika indiretta ta’ ħiters tal-post lokali li jaħdmu bil-gass mhijiex deskritta fl-istandards EN. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika jistgħu jintużaw il-prinċipji kif applikati f’EN 15610-1. |
|
L-effiċjenza utli b’potenza termika nominali u minima: ηth, nom, ηth, min |
CEN |
prEN 613:2000 § 7.11.2 EN 1266:2002 § 6.12 & § 7.12 EN 13278:2013 § 6.12 & § 7.12 |
EN 613 ηth, nom u ηth, min għandhom jiġu kkalkolati bħala η f’kundizzjonijiet applikabbli għall-potenza termika nominali u minima, jekk rilevanti. ηth, nom Jikkorrispondi għal η jekk iddeterminat b’potenza termika nominali. ηth, min jikkorrispondi għal η jekk ikun iddeterminat b’potenza termika minima f’EN 1266:2002 u EN 13278:2013. Il-valuri kollha għandhom jiġu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom, Pmin |
CEN |
prEN 613:2000 EN 1266:2002 § 6.3.1 & § 7.3.1 u § 6.12 & § 7.12 EN 13278:2013 § 6.3.1 & § 7.3.1 EN 449:2202+A1:2007 |
EN 613 Pnom għandu jiġi ddeterminat bħala Pnom = Qn * η applikabbli għal kundizzjonijiet ta’ potenza nominali. Għal Qn ara § 7.3.1. Pmin għandu jiġi ddeterminat bħala Pmin = Qmin * η għal kundizzjonijiet ta’ potenza minima. Għal Qmin ara § 7.3.5. Pnom għandu jiġi ddeterminat ma’ Pnom = Qn * ηth nom u Pmin għandu jiġi ddeterminat ma’ Pmin = Qm * ηth, min. f’EN 1266:2002 u EN 13278:2013. Il-valuri kollha għandhom jiġu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika nominali, elmax |
CEN |
EN15456:2008 06: § 3.4.1 |
elmax jikkorrispondi ma’ Paux 100 f’ EN15456:2008, imkejjel fit-tħaddim tat-tagħbija nominali. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika minima, elmin |
CEN |
EN15456:2008-06: § 3.4.1 |
elmin jikkorrispondi ma’ Paux 30 , imkejjel fit-tħaddim ta’ parti mit-tagħbija applikabbli. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija, elsb |
CEN |
EN15456:2008-06: § 3.4.1 jew IEC 62301 Ed. 2.0 b:2011 § 5.3 |
elsb jikkorrispondi jew għal Paux sb f’EN15456:2008 jew għall-konsum tal-elettriku fil-modalità stennija f’IEC 62301 Ed. 2.0: 2011. |
|
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
CEN |
prEN 613:2000 § 7.7.4 EN 1266:2002 § 6.7.2 & § 7.7.4 u l-Anness G EN 13278:2013 § 6.7.2 & § 7.7.4 u l-Anness H |
prEN61, EN1266 u EN13278 jistabbilixxu l-emissjonijiet ta’ NOx bħala valuri ppeżati f’kundizzjonijiet ta’ tagħbija sħiħa-modulari-minima. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika tapplika l-emissjoni b’tagħbija sħiħa ta’ NOx(mass). |
|
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti Ppilot |
CEN |
skont EN1266:2002, § 7.3.1 |
prEN613 u EN13278 m’għandhomx klawżola li tiddeskrivi kif tiġi kkalkolata l-potenza termika ta’ berner tat-tqabbid. |
|
Ħiters tal-post li jaħdmu bil-fjuwil likwidu |
|||
|
Potenza termika diretta |
CEN |
EN 1:1998§ 6.6.2 EN 13842:2000: § 6.3 u § 6.6. |
Il-potenza termika diretta hija l-kapaċità termika skont EN 1:1998§ 6.6.2 F’EN 13842, il-potenza termika diretta tista’ tiġi kkalkolata bħala: Q0 * (1-qA) Il-valuri kollha għandhom jiġu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Potenza termika indiretta |
CEN |
(aqra n-Nota) |
Il-potenza termika indiretta ta’ ħiters tal-post li jaħdmu bil-fjuwil likwidu mhijiex deskritta fl-istandards EN. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika jistgħu jintużaw il-prinċipji kif applikati f’EN 15610-1. |
|
L-effiċjenza utli b’potenza termika nominali u minima: ηth, nom, ηth, min |
CEN |
EN 1:1998 § 6.6.1.2 EN 13842: § 6.6.6 |
Wara EN 1:1998 ηth, nom jikkorrispondi ma’ η bir-rata massima tal-fluss taż-żejt, ηth, min għandu jiġi ddeterminat bħala η bir-rata minima tal-fluss taż-żejt. Wara EN 13842 ηth, nom għandu jiġi kkalkolat bħala ηth, nom = 1-qa, b’qa imkejjel b’potenza termika nominali, jew b’potenza termika minima (fejn applikabbli). Il-valuri kollha għandhom jiġu bbażati fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom, Pmin |
CEN |
EN 1:1998-05 § 6.6.2 EN 13842:2000: § 6.3 u § 6.6. |
Wara EN 1:1998 Pnom jikkorrispondi ma’ P bir-rata massima (nominali) jew minima tal-fluss taż-żejt. Wara EN 13842 il-potenza termika nominali tista’ tiġi kkalkolata bħala: Q0 * (1-qA) għal kundizzjonijiet ta’ potenza termika nominali u minima. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika nominali, elmax |
CEN |
EN15456:2008-06 Bojlers tat-tisħin. Il-konsum tal-enerġija elettrika għal ġeneraturi tas-sħana. Il-limiti tas-sistema. Il-kejl, § 3.4.1. & § 5.1.3.1. |
elmax jikkorrispondi ma’ Paux 100 f’ EN15456:2008. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika minima, elmin |
CEN |
EN15456:2008-06, § 3.4.1. & § 5.1.3.2. |
Jikkorrispondi għar-rekwiżit ta’ potenza awżiljarja Paux 30 f’ EN15456:2008. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija, elsb |
CEN |
EN15456:2008, § 3.4.1. & § 5.1.3.2.jew IEC 62301 Ed. 2.0 b:2011§ 5.3. |
Jikkorrispondi għal Paux sb f’EN15456:2008 konsum tal-enerġija elettrika Paux Jikkorrispondi għall-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija f’IEC 62301 Ed. 2.0: 2011. |
|
Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) |
CEN |
EN 1:1998 § 6.6.4 |
EN 13842 ma jiddeskrivix il-kejl ta’ NOx, għalkemm § 5.3.2 jistabbilixxi rekwiżit massimu. Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandu jintuża l-metodu EN 1. |
|
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti Ppilot |
CEN |
EN1266:2002, § 7.3.1 |
Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika ta’ dan ir-rekwiżit tal-potenza għandu jintuża l-metodu bħal f’EN1266:2002, § 7.3.1. |
|
Ħiters tal-post lokali tal-elettriku |
|||
|
Potenza termika nominali (Pnom) |
CENELEC |
(ara n-Nota) għall-ħiters tal-elettriku portabbli, ħiters fissi u ħiters ta’ taħt l-art: IEC/EN 60675 ed 2.1; 1998 § 16 għall-ħiters tal-elettriku tal-ħażna: IEC/EN 60531:1999 § 9 |
L-identifikazzjoni tal-potenza termika nominali ma titkejjilx fi standards. L-input tal-potenza elettrika b’potenza termika nominali huwa meqjus bħala rappreżentattiv tal-potenza termika nominali. Pnom jikkorrispondi mal-istandards applikabbli li ġejjin: IEC/EN 60335-1: Apparati tal-elettriku li jintużaw fid-dar u apparati simili – sikurezza – voltaġġ nominali: 250 V għal apparati ta’ monofażi, sa 480 V għal oħrajn, mhux maħsub għal apparat għall-użu domestiku bħas-soltu. IEC/EN 60335-2-30: Apparati tal-elettriku li jintużaw fid-dar u apparati simili – sikurezza – rekwiżiti partikolari għal ħiters tal-kmamar. IEC/EN 60335-2-61: Apparati tal-elettriku li jintużaw fid-dar u apparati simili – sikurezza – rekwiżiti partikolari għall-ħiters termiċi li jżommu s-sħana fihom għall-kmamar. IEC/EN 60335-2-96: Apparati tal-elettriku li jintużaw fid-dar u apparati simili – sikurezza – rekwiżiti partikolari għall-elementi ta’ tisħin ta’ pjanċi flessibbli għat-tisħin tal-kmamar. IEC/EN 60335-2-106: Apparati tal-elettriku li jintużaw fid-dar u apparati simili – sikurezza – rekwiżiti partikolari għal twapet imsaħħna u għal apparati ta’ tisħin fil-kmamar. IEC/EN 60531:1991. Ħiters termiċi li jżommu s-sħana fihom għall-kmamar – metodi għall-kejl tal-prestazzjoni. |
|
Potenza termika massima kontinwa (Pmax, c) |
CENELEC |
għall-ħiters tal-elettriku portabbli, ħiters fissi u ħiters ta’ taħt l-art: IEC/EN 60675 ed.2.1:1998 § 9 |
Pmax, c jikkorrispondi mal-enerġija li tista’ tintuża f’IEC 60675 ed. 2.1:1998 |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija, elsb |
CENELEC |
IEC 62301 Ed. 2.0 b:2011 § 5.3 |
Jikkorrispondi għall-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija f’IEC 62301 Ed. 2.0: 2011. |
|
Ħiters mudwalin u bit-tubi |
|||
|
L-effiċjenza utli b’potenza termika nominali u minima: ηth, nom, ηth, min |
CEN |
(aqra n-Nota) |
La EN 416 u lanqas EN 419 ma jippreżentaw metodu għad-determinazzjoni tal-effiċjenza utli tal-ħiter. Għall-ħiters bit-tubi l-effiċjenza utli għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ telf ta’ gass mit-tromba taċ-ċumnija kif deskritt f’EN 1319, § 7.4. Il-valuri għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku gross. Għall-ħiters mudwalin għandu jkun preżunt valur ta’ 85,6 % (abbażi tal-valur kalorifiku gross tal-fjuwil). |
|
Potenza termika nominali, potenza termika minima: Pnom, Pmin |
CEN |
Il-ħiters mudwalin: EN 419-1 Il-ħiters bit-tubi: EN 416-1 |
Għall-ħiters mudwalin u bit-tubi, il-potenza termika hija kkalkolata bħala: potenza termika = dħul termiku Qn * effiċjenza utli, fit-tagħbija nominali jew minima. Il-valuri kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-valur kalorifiku gross tal-fjuwil. |
|
Fenv |
CEN |
EN 1886:2007 § 8.2.1 |
Fenv tiddependi fuq il-klassi T1 sa T5 kif stabbilit minn EN 1886 |
|
Fattur radjanti (RF għan-nominali u għall-minimu) |
CEN |
Il-ħiters bit-tubi: EN 419-2: § 7.2.1.2 Il-ħiters mudwalin: EN 416-2 § 7.2.1.2 |
L-RF fil-potenza termika nominali jikkorrispondi ma’ Rf, l-RF b’potenza termika minima jikkorrispondi ma’ Rf, iżda imkejjel b’potenza termika minima. L-RF għandu jkun ibbażat fuq il-valur kalorifiku nett. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika nominali, elmax |
CEN |
(aqra n-Nota) |
La EN416 u lanqas EN 419 ma jiddeskrivu metodu għad-determinazzjoni tar-rekwiżit tal-enerġija elettrika. Għalhekk għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandhom japplikaw il-metodu u l-prinċipji kif deskritti f’EN 15456, iżda mbagħad japplikaw il-kundizzjonijiet operattivi tipiċi għall-ħiters mudwalin u għall-ħiters tat-tubi. |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika b’potenza termika minima, elmin |
CEN |
(aqra n-Nota) |
La EN416 u lanqas EN 419 ma jiddeskrivu metodu għad-determinazzjoni tar-rekwiżit tal-enerġija elettrika. Għalhekk għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika għandhom japplikaw il-metodu u l-prinċipji kif deskritti f’EN 15456, iżda mbagħad japplikaw il-kundizzjonijiet operattivi tipiċi għall-ħiters mudwalin u għall-ħiters tat-tubi. |
|
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija, elsb |
CEN |
IEC 62301 Ed. 2.0 b:2011 § 5.3 |
Jikkorrispondi għall-konsum tal-enerġija fil-modalità stennija f’IEC 62301 Ed. 2.0: 2011. |
|
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti Ppilot |
CEN |
(aqra n-Nota) |
La l-istandard EN 416 u lanqas EN 419 ma jiddeskrivu metodu għad-determinazzjoni tar-rekwiżit tal-enerġija ta’ fjamma pilota permanenti (berner tat-tqabbid). Għall-fini ta’ dikjarazzjoni u ta’ verifika ta’ dan ir-rekwiżit tal-potenza għandu jintuża l-metodu bħal f’EN1266:2002, § 7.3.1. |
(1) L-intenzjoni hi li fl-aħħar mill-aħħar dawn il-metodi tranżizzjonali jinbidlu bi standard(s) armonizzat(i). Meta disponibbli, ir-referenzi għall-istandards armonizzati għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b’konformità mal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2009/125/KE.