|
4.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/6 |
Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)
(2017/C 69/06)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 210 tas-26.6.2015
LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:
I. Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
|
— |
Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005) |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005) |
|
— |
Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “awtorizzazzjoni għall-istabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörigen), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EU), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger), kif ukoll “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung), fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006) Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ. Il-permess “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista' jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: ħaddiem b'rotazzjoni tax-xogħol, ħaddiem barrani kkollokat, persuni li jaħdmu għal rashom, artisti, każijiet speċjali ta' impjieg, tifel tal-iskola, studenti, fornituri ta' servizzi soċjali, riċerkaturi, riunifikazzjoni tal-familja. Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) kienu maħruġa fl-Awstrija sat-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiema ewlenin, illimitati u limitati. Permessi ta' “Residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EG) u ta' “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. Permessi ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) permessi għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. |
|
— |
Il-“kard aħmar-abjad-aħmar” (Rot-Weiß-Rot-Karte), il-“kard plus aħmar-abjad-aħmar” (Rot-Weiß-Rot-Karte plus) u l-“kard blu tal-UE” (Blaue Karte EU) fil-forma ta' kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011). |
|
— |
Permessi ta' “Residenza permanenti -UE” (Daueraufenthalt- EG) bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014). |
|
— |
Permessi ta'“Dritt ta' residenza plus” (Aufenthaltsberechtigung plus) maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att ta' Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 100/2005 huwa skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilita fil-Federal Law Gazette I No 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
— |
Permess ta'“dritt ta' residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġ skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att ta' Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 100/2005 jikkorrispondi għall-permess preċedenti ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” maħruġ skont it-Taqsimiet 43(3) u 43(4) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
— |
Il-Permess “tad-dritt ta' residenza għal raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att ta' Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 100/2005 jittrasponi ulterjorment fl-Awstrija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilita fil-Federal Law Gazette I No 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014. |
II. Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38/KE, ma jridux jinħarġu f'format uniformi
|
— |
Il-permess ta' residenza skont id-dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz |
|
— |
Il-kard ta' residenza permanenti skont id-dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz |
Dokumenti oħrajn li jippermettu lil detentur li jgħix fl-Awstrija jew biex jerġa' jidħol l-Awstrija skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:
|
— |
Dokument ta' identità b'ritratt għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar u blu, maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin |
|
— |
Dokument ta' identità b'ritratt b'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att ta' Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 105/2003 (mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006) |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom dritt għall-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Asil tal-2005 |
|
— |
Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att ta' Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I No 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006) |
|
— |
Persuna li għandha “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 |
|
— |
Lista ta' parteċipanti fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru |
|
— |
“Permess għall-impjieg” skont l-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin, validu għal perjodu sa sitt xhur, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu |
|
— |
Permess ta' residenza indefinit — maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-Barranin tal-1992 [FrG] (maħruġ sal-31 ta' Diċembru 1992 mill-Awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentativi barra ‘l pajjiż fil-forma ta' timbru) |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar sa Nru 790.000 |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad minn Nru 790.001 'il quddiem |
|
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjali L 7 tal-10.1.1997, li tikkonċerna format uniformi ta' permessi għal residenza (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004) |
Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.