|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 64/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“EMMENTAL DE SAVOIE”
Nru tal-UE: PGI-FR-02096 — 25.11.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Isem: |
Savoîcime |
||||
|
Indirizz: |
|
||||
|
Tel. |
+33 450881848 |
||||
|
Faks: |
+33 450881833 |
||||
|
Posta elettronika: |
savoicime@haute-savoie.chambagri.fr |
Il-grupp huwa kompost minn produtturi tal-ħalib u minn dawk li jipproċessaw u jieħdu ħsieb il-maturazzjoni u għaldaqstant għandu d-dritt leġittimu li jitlob emendi fl-ispeċifikazzjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda(i)
|
— |
☐ |
Isem tal-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: aġġornament tar-referenzi tal-grupp u tal-istruttura ta’ kontroll |
4. Tip ta’ emenda(i)
|
— |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda(i)
L-emendi li jikkonċernaw id-deskrizzjoni tal-prodott
Din it-taqsima ġiet organizzata mill-ġdid u kkumplimentata bl-elementi li ġejjin sabiex jiġu rispettati l-karatteristiċi tradizzjonali tal-prodott:
|
— |
ir-rekwiżit li jintuża ħalib mhux ipproċessat għall-produzzjoni: bil-għan li tiġi kkodifikata l-prattika ġenerali użata mill-operaturi. Fl-ispeċifikazzjoni attwali l-ipproċessar tal-ħalib mhuwiex speċifikat, |
|
— |
il-kontenut ta’ xaħam huwa stabbilit skont il-piż tal-prodott lest (28 %) u mhux aktar skont il-materja niexfa (45 % tal-ispeċifikazzjoni attwali): din il-kjarifika, li hija konformi mar-regolamenti nazzjonali, tgħin sabiex tiġi pprovduta informazzjoni aħjar għall-konsumatur, |
|
— |
il-kontenut ta’ estratt niexef (minimu ta’ 62 %) kif ukoll il-kontenut ta’ melħ massimu (0,4 gr/100gr) li l-ġobon irid ikollu ġew inklużi, biex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali, |
|
— |
sabiex jiġu ffaċilitat il-kontroll saru kjarifiki rigward il-punti tal-kejl tal-għoli tal-ġobon sħiħ. “L-għoli tiegħu jvarja bejn 14-il cm (l-għoli vertikali minimu tal-ġnub) u 32 cm (l-għoli vertikali massimu fl-ogħla punt).” minflok “L-għoli tiegħu jvarja bejn 25 cm u 30 cm”, |
|
— |
karatteristiċi organolettiċi: il-karatteristiċi tal-qalba ġew speċifikati biex l-ispeċifikazzjoni attwali tiġi kkumplimentata. Id-daqs minimu tat-toqob ġie emendat u nbidel minn daqs ta’ ċirasa kbira għal dak ta’ ċirasa żgħira. L-għan tal-grupp huwa li jiġi aġġornat id-daqs tat-toqob skont l-użu tal-fermenti attwali li identifika u t-tul ta’ żmien li l-ġobon jinżamm f’kantina sħuna, |
|
— |
fl-ispeċifikazzjoni ġew introdotti modi ġodda ta’ preżentazzjoni lill-konsumatur: f’biċċiet, fi flieli, f’porzjonijiet mill-ġobon sħiħ, maħkuk jew f’kubi. L-għan tal-grupp huwa li l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-użi ġodda tal-ġobon fit-tħejjija tal-ikel, filwaqt li jirrispettaw il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni kompatibbli maż-żamma tal-karatterstiċi speċifiċi tal-prodott. |
Emendi rigward iż-żona ġeografika
Meta ġiet riveduta t-talba għal emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP “Emmental de Savoie” rriżulta li l-limitu amministrattiv taż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie ma kienx aktar rilevanti.
Iż-żona ġeografika ġiet emendata biex tiffoka mill-ġdid fuq ir-reġjun tal-produzzjoni attwali, li ma jinkludix il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-muntanji għoljin, fejn il-prattika tal-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” għebet:
|
— |
iż-żona ġeografika fiż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie u ta’ Haute-Savoie ġiet limitata għaż-żona tal-ġbir u tal-ipproċessar tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie”. Din il-limitazzjoni taż-żona ġeografika tippermetti t-tisħiħ tar-rabta tal-prodott mat-territorju tiegħu u b’hekk iż-żona ġeografika tiġi limitata għall-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żoni f’dejl il-muntanji, li jgawdu minn kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli għall-produzzjoni ta’ ħaxix u ċereali, li jippermettu l-produzzjoni regolari tal-ħalib, |
|
— |
it-tneħħija ta’ muniċipalità iżolata (li mhijiex biswit iż-żona ġeografika definita) fejn ma għadux jiġi prodott il-ġobon: Saint Germain de Joux, fid-dipartiment ta’ Ain, |
|
— |
l-inklużjoni ta’ 24 muniċipalità addizzjonali tad-dipartiment ta’ Ain u 5 muniċipalitajiet tad-dipartiment ta’ Isère. Il-gruppi li ressqu l-ewwel applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala IĠP f’Diċembru 1993 illimitaw l-attività tagħhom għaż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie u ta’ Haute-Savoie. Id-delimitazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-manifattura u tal-maturazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni attwali tirrigwarda għalhekk liż-żewġ dipartimenti ta’ Savoie biss, u, fil-każ tal-produzzjoni tal-ħalib, tliet muniċipalitajiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra tar-Rhône f’Ain li kienu jipprovdu l-ħalib tagħhom lill-produttur tal-ġobon li kien jipproduċi l-“Emmental de Savoie”. Madankollu l-karatteristiċi identiċi tal-ambjent naturali u l-użanzi komuni jwasslu għal delimitazzjoni aktar preċiża li tinkludi l-muniċipalitajiet viċin id-dipartimenti ta’ Savoie. Għall-finijiet ta’ kjarifika, omoġeneità u koerenza taż-żona ġeografika, ġew miżjuda l-muniċipalitajiet li jappartjenu għall-istess ambjent naturali kkonfinat mill-Punent mill-ewwel għoljiet tal-katina muntanjuża ta’ Jura, ikkaratterizzat minn ħamrija għammiela, li fil-biċċa l-kbira tinsab fuq depożiti kwaternarji, u minn klima semikontinentali b’influwenza oċeanika li twassal għal produzzjoni abbondanti ta’ għalf ta’ kwalità. Il-muniċipalitajiet miżjuda jippreżentaw ukoll użanzi komuni u tradizzjonijiet ta’ ġbir marbuta mal-produzzjoni u mal-maturazzjoni stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni attwali. Il-ħalib ta’ dawn il-muniċipalitajiet komparabbli, li ilu żmien jiġi trasportat għal għand il-produtturi tal-ġobon fiż-żona tal-produzzjoni, huwa attwalment separat mill-ħalib użat fl-“Emmental de Savoie”. L-emenda tal-ispeċifikazzjoni se tippermetti l-użu tiegħu għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie”. |
Iż-żona ġeografika proposta tal-IĠP “Emmental de Savoie” tkopri 501 muniċipalità minflok is-603 fil-verżjoni tal-ispeċifikazzjoni attwalment irreġistrata.
Emendi tal-elementi li jixhdu li l-prodott ġej miż-żona ġeografika
L-obbligi ta’ rapportar tal-operaturi ġew speċifikati sabiex jiġu strutturati aħjar ir-reġistrazzjonijiet tad-dejta għall-fini ta’ kontrolli. Barra minn hekk, ġiet stabbilita sistema ta’ traċċabilità biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-prodott (żamma ta’ rekords, informazzjoni dettaljata dwar l-identifikazzjoni tal-ġobon).
Ġie miżjud l-obbligu ta’ rapportar annwali għal kull produttur tal-ħalib, li jiġbor fih l-elementi kollha meħtieġa għall-kontroll u biex dan jiġi ffaċilitat. Ġie introdott ukoll obbligu ta’ rapportar tal-produzzjoni ta’ għalf mhux konformi maħsub għal annimali oħrajn minbarra l-merħla tal-ħalib biex jgħin fil-kontroll.
Biex jiġi żgurat monitoraġġ fil-katina tal-produzzjoni kollha, ġie stabbilit li r-rapporti tal-produzzjoni tal-impjanti tal-ipproċessar u tal-maturazzjoni għandhom isiru darba fix-xahar.
Il-parti tal-frażi “- permezz tal-verifika tal-pjanċi tal-ġobon” ġiet sostitwita minn paragrafu dwar il-marka tal-identifkazzjoni. Dan il-kliem jippermetti lill-grupp biex jadatta l-marka ta’ identifikazzjoni għall-iżviluppi tekniċi. It-tqassim tal-“marki ta’ identifikazzjoni” m’għadux isir mill-SIGF (Syndicat Interprofessionnel des fromages à pâte pressée cuite), iżda mill-grupp li jqassam lil kull operatur awtorizzat il-marki kollha li jitlob.
Il-proċedura ta’ “tnaqqis fil-grad” tal-ġobon mhux konformi hija speċifikata: it-tnaqqis fil-grad kif ukoll in-numru ta’ ġobnijiet ta’ grad inferjuri u n-numru tal-lott tagħhom jew in-numru sekwenzjali tal-marka ta’ identifikazzjoni jitniżżlu fl-istess jum fuq reġistru.
Il-lista’ tal-verifiki meħtieġa tneħħiet peress li l-verifiki jaqgħu taħt il-pjan ta’ kontroll.
L-“approvazzjoni” tal-impjanti tal-produzzjoni jew tal-maturazzjoni saret irrilevanti permezz tar-rekwiżit tar-regolamentazzjoni nazzjonali dwar l-awtorizzazzjoni ta’ kull operatur fis-settur (l-impjant ta’ maturazzjoni, iżda wkoll il-produtturi tal-ħalib u l-impjant tal-produzzjoni).
Emendi li jikkonċernaw il-metodu tal-produzzjoni
Kompożizzjoni tar-razza tal-merħla:
L-ispeċifikazzjoni attwali ma tinkludi ebda dispożizzjoni dwar il-kompożizzjoni tar-razza tal-merħla. Biex tissaħħaħ il-preżenza tal-baqar tal-ħalib tar-razez Abondance, Montbéliarde u Tarentaise, li huma l-aktar li jintużaw fiż-żona ġeografika u li l-ħalib tagħhom minn dejjem kien tradizzjonalment użat għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” u għandu impatt fuq il-kwalità tal-prodott lest, kull ġobna trid tiġi prodotta abbażi ta’ mill-inqas 75 % ta’ ħalib li ġej minn dawn ir-razez fl-ispeċifikazzjoni emendata. Dispożizzjoni li takkumpanja dan ir-rekwiżit, tispeċifika li f’kull azjenda, il-proporzjon ta’ razez lokali fil-merħla jista’ biss jiżdied, biex ma tiġix kompromessal-provvista ta’ ħalib lill-produtturi tal-ġobon. Iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali Abondance, Montbéliarde u Tarentaise hija ġustifikata peress li dawn huma razez lokali, li ġew imrobbija għal żmien twil fir-reġjun ta’ Savoie, u kienu kapaċi jadattaw għar-restrizzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat weqfin, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa.
L-għalf tal-annimali
L-ispeċifikazzjoni attwali li tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1106/96 ma tinkludi ebda dispożizzjoni speċifika dwar l-għalf tal-annimali.
|
— |
il-lista tal-għalf għall-annimali, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna u/jew ta’ konservazzjoni u/jew ta’ tqassim ta’ dan l-għalf ġew miżjuda fl-ispeċifikazzjoni, biex jitqiesu l-potenzjalitajiet taż-żona ġeografika, u biex jiġi ssorveljat it-teħid tan-nutriment, |
|
— |
ġie definit proporzjon minimu ta’ għalf oħxon aħdar: “L-għalf ibbażat fuq għalf oħxon aħdar huwa obbligatorju għal mill-inqas 150 jum fis-sena, li jistgħu jkunu konsekuttivi jew le, ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tar-razzjon bażiku”. Din id-dispożizzjoni hija ġustifikata mill-fatt li tippermetti l-aqwa użu tal-mergħat lokali li jippreżentaw flora karatteristika taż-żona tal-Alpi. Din id-dispożizzjoni ttejjeb ukoll ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu. Operatur li ressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni tul il-perjodu nazzjonali ta’ oppożizzjoni skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ingħata perjodu tranżitorju li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. |
|
— |
l-għalf oħxon mogħti lill-baqar li qed jaħilbu (ħaxix, ħuxlief, ħuxlief tat-tieni ħsad, qamħirrum aħdar, sorgu, tiben, għelejjel intermedji) ġej kollu miż-żona ġeografika. Kull sena l-produzzjoni tal-għalf komplementari fiż-żona ġeografika mhijiex biżżejjed. Huwa għalhekk li l-użu tal-għalf imnixxef, iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum, il-qamħirrum tal-qamħ umdu u l-pitrava tal-għalf, li jistgħu jkunu ġejjin minn barra ż-żona ġeografika għandu jkun limitat għal 4 Kg ta’ materja niexfa għal kull baqra li qed taħleb bħala medja ta’ kuljum fis-sena. Dawn id-dispożizzjonijiet huma ġustifikati minħabba l-fatt li l-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-ammont ta’ xita jagħmlu din iż-żona ġeografika territorju b’mergħat ta’ kwalità. Il-mergħat, kemm dawk li jintużaw għall-mergħa kif ukoll dawk għall-ħuxlief, jippreżentaw flora rikka u diversifikata, li hija tipika taż-żona muntanjuża tal-Alpi, u dan jinkoraġġixxi lill-produtturi sabiex jagħmlu l-aħjar użu minn dawn ir-riżorsi. Il-limitazzjoni tal-għalf supplimentari li jiġi minn barra ż-żona tippermetti li jiġi garantit li l-maġġoranza tar-razzjon annwali ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib toriġina miż-żona ġeografika definita. Din ittejjeb ukoll ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu, |
|
— |
l-għalf tal-merħliet l-oħra fl-azjenda: meta l-azjenda tkun trabbi annimali oħrajn li mhumiex maħsuba sabiex jipproduċu l-“Emmental de Savoie” u li għandhom għalf speċifiku, hemm dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-għalf u l-annimali kkonċernati jkunu separati kif xieraq, |
|
— |
l-organiżmi ġenetikament modifikati: dan l-għalf huwa pprojbit għall-annimali li l-ħalib tagħhom huwa maħsub għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie”. Din id-dispożizzjoni ddaħħlet biex il-karatteristiċi tal-għalf jiġu rispettati aktar. |
Il-ġbir tal-ħalib:
|
— |
ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet sanitarji applikabbli għall-annimali tneħħew mill-ispeċifikazzjoni emendata peress li dawn jaqgħu taħt ir-regolamenti ġenerali, |
|
— |
biex jinkiseb ħalib b’kompożizzjoni kemm jista’ jkun regolari, l-ispeċifikazzjoni emendata tintroduċi l-obbligu ta’ mill-inqas taħliba kuljum, |
|
— |
il-frekwenza tal-ġbir hija speċifikata: il-ħalib jiġi kkonsenjat jew miġbur mill-inqas darba kuljum. Din id-dispożizzjoni hija marbuta mal-ħtieġa li jiġi użat il-ħalib mhux ipproċessat. It-temperatura li fiha għandu jinħażen il-ħalib fl-azjenda ġiet speċifikata sabiex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali li fiha dan il-parametru ma kienx indikat: il-ħalib irid jinżamm f’temperatura massima ta’ 8 °C fil-maħleb. |
Id-dispożizzjonijiet rigward l-impjanti tal-ipproċessar:
Biex tissaħħaħ ir-rilevanza tal-kontrolli ta’ traċċabilità, ġie introdott rekwiżit li l-impjanti tal-ipproċessar għandhom jaċċettaw biss ħalib li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-produzzjoni tal-ispeċifikazzjoni. Madankollu, meta l-impjant ikun jinsab ġewwa fabbrika, ingħatat deskrizzjoni tal-obbligi ta’ separazzjoni tal-ħalib waqt il-ġbir kif ukoll tas-separazzjoni taċ-ċirkwiti waqt iċ-ċirkolazzjoni tal-ħalib fl-impjant.
L-għajnuniet għall-ipproċessar u addittivi awtorizzati:
Ġiet miżjuda lista pożittiva biex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali (tames jew maċerazzjoni tax-xorrox tal-għoġol mhux miftum, melħ, fermenti, klorur tal-kalċju).
Il-ħażna tal-ħalib fl-azjenda:
Ġie miżjud ħin massimu ta’ ħażna tal-ħalib fl-azjenda qabel jiżdied it-tames biex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali.
Fl-azjenda l-ħalib jista’ jinħażen jew f’temperatura massima ta’ 4 °C, li f’dan il-każ il-ħin massimu qabel iż-żieda tat-tames għandu jkun ta’ 48 siegħa, jew inkella bejn 4 °C u 8 °C, li f’dan il-każ il-ħin massimu qabel iż-żieda tat-tames għandu jkun ta’ 36 siegħa.
Dawn il-ħinijiet jippermettu l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat li jassigura r-rispett tal-flora naturali tiegħu.
It-tħejjija tal-ħalib:
Iddaħħlet spjegazzjoni aktar ċara u kompluta tal-proċessi fiżiċi possibbli fuq il-ħalib, biex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali.
L-ispeċifikazzjoni attwali tindika biss “Kwalunkwe trattament bis-sħana li jwassal għall-qerda tal-fosfatażi alkalina huwa pprojbit.” L-ispeċifikazzjoni emendata tipprovdi l-obbligu li jiġi użat ħalib mhux ipproċessat iżda tispeċifika l-operazzjonijiet ipprojbiti fuq il-ħalib fosthom il-pastorizzazzjoni u l-isterilizzazzjoni li jwasslu għall-qerda tal-fosfatażi alkalina. Din tipprojbixxi wkoll kwalunkwe operazzjoni oħra li tista’ teqred il-flora naturali tal-ħalib u l-effett tiegħu fuq il-karatteristiċi tal-prodott lest, kif ukoll it-tagħmir meħtieġ għal dawn l-operazzjonijiet ipprojbiti.
L-ispeċifikazzjoni emendata tindika li l-operazzjonijiet ta’ xkumar u ta’ inkorporazzjoni tal-klorur tal-kalċju huma awtorizzati. Dawn mhumiex ipprojbiti fl-ispeċifikazzjoni attwali.
Il-produzzjoni:
— iż-żrigħ: L-ispeċifikazzjoni attwali timponi ż-żieda ta’ fermenti meżofili, segwita mill-maturazzjoni u ż-żieda ta’ fermenti termofili. Biex jiġu kkunsidrati l-prattiki kollha u jissaħħaħ l-għarfien ta’ kull produttur tal-ġobon, il-kitba ġiet simplifikata (il-maturazzjoni fakultattiva tal-ħalib, il-kultura starter mhux elenkata, is-sekwenza libera tal-operazzjonijiet.) Din il-kitba tiffaċilita wkoll il-kontrolli,
— iż-żieda tat-tames: id-dewmien u t-temperatura tat-tibqit tneħħew peress li l-valuri li jridu jintlaħqu jvarjaw skont il-kwalitajiet tal-ħalib u tal-fermenti u jiddependu mill-għarfien tal-produttur tal-ġobon. Il-ħin fiss totali (30 minuta) tal-koagulazzjoni ġie sostitwit minn firxa ta’ ħinijiet (bejn 25 u 40 minuta) biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-ħalib u tal-fermenti. It-temperatura fissa ta’ 32 °C tal-ħalib ġiet sostitwita minn firxa ta’ bejn 31 u 34 °C, li hija aktar kontrollabbli u ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott lest,
— it-tibqit: Ġie speċifikat li d-daqs tal-ħabba li għandu jinkiseb huwa dak ta’ bejn id-daqs ta’ ħabba tar-ross u ta’ żerriegħa tal-qamħirrum biex il-produttur tal-ġobon ikun jista’ jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta’ tibqit fuq parametri preċiżi,
— it-tisħin u t-taħlit: it-temperatura fissa ta’ 53 °C ġiet sostitwita minn firxa aktar realistika ta’ temperaturi li jvarjaw bejn 51 °C u 55 °C. It-tul ta’ ħin tat-tisħin tneħħa; it-tul ta’ ħin tat-tisħin u tat-taħlit mhuwiex kostanti u dan għandu jwassal għal skular “suffiċjenti”; l-esperjenza tal-produttur tal-ġobon biss tista’ tistabbilixxi l-aqwa ħin skont il-karatteristiċi tal-biċċiet tal-baqta f’kull tank,
— il-projbizzjoni tal-prattika tat-tneħħija tal-lattożju: din il-projbizzjoni tippermetti l-azzjoni tal-flora naturali tal-aċidifikazzjoni tal-ġobon,
— l-għoti tal-forma: ġie speċifikat li huwa f’dan l-istadju li trid titqiegħed il-marka ta’ identifikazzjoni,
— l-ippressar u l-aċidifikazzjoni: il-ħin minimu tal-ippressar huwa speċifikat. Il-kunċett ta’ temperatura huwa sostitwit minn sorveljanza tal-aċidità tas-serum, li joħroġ mill-ġobon sagħtejn wara li jibda l-iffurmar. Din id-dispożizzjoni tgħin lill-produttur tal-ġobon biex jiżgura li l-aċidifikazzjoni tkun bdiet b’mod tajjeb.
— is-salmura: ġiet speċifikata l-prattika tas-salmura u tneħħa l-ħin indikattiv ta’ tqegħid fis-salmura, peress li mhuwiex rilevanti. Minflok din id-dispożizzjoni, iddaħħal il-kontenut ta’ melħ li għandu jiġi rispettat fl-aħħar tal-maturazzjoni fuq il-prodott lest (massimu ta’ 0,4 gr/100gr). Barra minn hekk, biex jinżamm kontroll fuq il-fermentazzjoni, ġie speċifikat li t-tmelliħ ma jistax isir fit-tank, waqt il-produzzjoni. Biex tinżamm il-kwalità tal-ġobon ġie speċifikat li t-tkessiħ tal-ġobon qabel is-salmura huwa obbligatorju u li ma jistax iseħħ qabel l-għada li jkun ingħata l-forma.
It-tkessiħ tal-ġobniet qabel il-maturazzjoni:
Il-parametri dwar din il-fażi fakultattiva ġew speċifikati (temperatura minima, ħin massimu), biex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali u biex jiġi evitat li dan l-istadju jnaqqas mill-kwalità tal-prodott lest. Imbagħad il-ġobon jimmatura skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni.
Il-maturazzjoni:
|
— |
il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni ġew speċifikati (parametri ta’ temperatura u ta’ umdità fil-kantini, tul tad-diversi fażijiet ta’ maturazzjoni, il-projbizzjoni ta’ kisi bil-plastik u ta’ antifungali) biex tiġi kkumplimentata l-ispeċifikazzjoni attwali, |
|
— |
il-projbizzjoni tal-kisi bil-plastik u tal-antifungali ġiet miżjuda biex tiggarantixxi l-iżvilupp tradizzjonali tal-qoxra, |
|
— |
ġew miżjuda rati ta’ umdità adattati għad-diversi fażijiet tal-maturità. |
|
— |
ġie miżjud l-obbligu ta’fażi finali ta’ tkessiħ f’kantina kiesħa sa massimu ta’ 12 °C, biex tiġi rrispettata t-teknoloġija tradizzjonali. |
|
— |
Il-perjodu tal-maturazzjoni ttawwal għal 75 jum (minflok tmien ġimgħat). Din l-emenda tgħin biex il-karatteristiċi tal-ġobon joħorġu ferm aħjar. |
Emendi rigward ir-rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta mal-oriġini ġeografika ġiet ikkumplimentata skont l-obbligu li jintużaw ir-razez tal-baqar tal-ħalib lokali u l-għalf li ġejjin miż-żona ġeografika. Ir-rabta ġiet emendata wkoll fid-dawl tal-obbligu tal-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat.
Barra minn hekk, dan il-kapitolu ġie organizzat mill-ġdid sabiex jenfasizza l-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika, il-karatteristiċi tal-prodott u r-rabta kawżali bejn il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika u dawk tal-prodott. Din l-organizzazzjoni mill-ġdid ma tibdilx ir-rabta mal-oriġini bbażata fuq il-kwalità speċifika.
Emendi rigward it-tikkettar
L-obbligi tat-tikkettar ġew speċifikati, biex jingħata tagħrif ċar lill-konsumatur u biex tiġi żgurata t-traċċabilità lura tal-prodott:
|
— |
id-denominazzjoni “Emmental de Savoie”, |
|
— |
l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tal-persuna responsabbli għall-maturazzjoni jew dik responsabbli mill-ippakkjar, |
|
— |
l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, |
|
— |
ir-referenza għall-oriġini ġeografika fuq wiċċ jew fuq il-ġenb tal-ġobna. |
Emendi oħrajn
Applikant:
Wara xi żviluppi li seħħew fl-organizzazzjoni tas-settur tal-ħalib lokali, l-operaturi ffurmaw il-grupp SAVOICIME li ressaq it-talba,
Referenzi dwar l-istruttura ta’ kontroll:
Skont l-applikazzjoni tar-regoli fis-seħħ fil-livell nazzjonali li jimmiraw li jarmonizzaw il-formulazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni tħassru. Issa din it-taqsima ssemmi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontroll Franċiżi: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). L-isem u d-dettalji tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-INAO u fuq il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea.
DOKUMENT UNIKU
“EMMENTAL DE SAVOIE”
Nru tal-UE: PGI-FR-02096 — 25.11.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/Ismijiet
“Emmental de Savoie”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3: Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Emmental de Savoie” huwa ġobon magħmul minn qalba ppressata msajra magħmula mill-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat.
Huwa jiġi f’forma regolari tonda b’dijametru ta’ bejn 72 u 80 cm. Huwa ftit imqabbeż ‘il barra, mingħajr trufijiet jew partijiet sporġenti. “L-għoli tiegħu jvarja bejn 14-il cm (l-għoli vertikali minimu tal-ġnub) u 32 cm (għoli vertikali massimu fl-ogħla punt). Il-ġobon sħiħ irid ikollu piż ta’ mill-inqas 60 Kg wara l-maturazzjoni.
Il-prodott lest għandu kontenut ta’ xaħam ta’ mill-inqas 28 %. Fil-75 jum l-estratt niexef totali huwa ta’ mill-inqas 62 %, imkejjel f’parti mingħajr qoxra.
Għandu rata massima ta’ melħ ta’ 0,4 g għal kull 100 gramma ta’ ġobon.
Il-qoxra tiegħu hija ta’ lewn bejn safrani fil-kannella u isfar, mingħajr tbajja’ jew difetti. It-toqob fil-qalba (imsejħa wkoll “għajnejn”) huma definiti sew, regolari, separati minn xulxin u mqassmin sew. Id-daqs tagħhom ivarja minn daqs ta’ ċirasa żgħira għal dak ta’ ġewża.
L-“Emmental de Savoie” għandu togħma qawwija u ta’ frott. Il-qalba tiegħu għandha lewn omoġenju, soda u ratba.
L-“Emmental de Savoie” jinbiegħ fil-forom li ġejjin:
|
— |
il-ġobna tonda sħiħa jew porzjon minnha, |
|
— |
imqatta’ jew f’unitajiet ta’ bejgħ lill-konsumatur (UVC) ippakkjati minn qabel: f’biċċiet, fi flieli, f’porzjonijiet mill-ġobon sħiħ, maħkuk jew f’kubi. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Id-diversi tipi ta’ għalf awtorizzati huma:
|
— |
l-għalf oħxon (ħaxix, ħuxlief, ħuxlief tat-tieni ħsad, qamħirrum aħdar, sorgu, tiben, għelejjel intermedji), |
|
— |
iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrum u l-qamħirrum tal-qamħ umdu, huma permessi matul il-perjodu ta’ bejn il-15 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Mejju, |
|
— |
L-għalf imnixxef, l-alfalfa deidratata, il-polpa mnixxfa tal-pitravi, il-pitravi għall-għalf, li jridu jitqassmu nodfa u b’saħħithom. |
|
— |
L-għalf supplimentari u l-addittivi li ġejjin:
|
Għall-baqar li qed jaħilbu:
|
— |
l-għalf oħxon ġej kollu miż-żona ġeografika, |
|
— |
l-għalf imnixxef, iċ-ċifċiegħ tal-qamħirrun, il-qamħirrunm tal-qamħ umdu u l-pitrava tal-għalf, li mhux ġejjin miż-żona ġeografika għandhom ikunu limitati għal 4 Kg ta’ materja niexfa għal kull baqra li qed taħleb bħala medja ta’ kuljum fis-sena. |
Dawn ir-restrizzjonijiet jiggarantixxu li l-maġġoranza tal-materja niexfa li jieklu l-baqar tal-ħalib tkun ġejja miż-żona ġeografika demarkata. B’hekk huma jtejbu wkoll ir-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu.
Fil-każ tal-proċessur, il-ħalib miġbur għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” jkun ġej minn merħla ta’ baqar li jipproduċu l-ħalib li mill-inqas 75 % minnhom ikunu baqar tat-tip Abondance, Montbéliarde jew Tarentaise.
Iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali Abondance, Montbéliarde u Tarentaise hija ġustifikata peress li urew il-kapaċità tagħhom li jadattaw għar-restrizzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat weqfin, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib, il-ġbir tal-ħalib, l-ipproċessar u l-maturazzjoni għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.
Il-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” fiż-żona ġeografika hija ġustifikata mill-ammont kbir ta’ riżorsi ta’ għalf tar-reġjun, li huwa ta’ vantaġġ fil-produzzjoni tal-ġobon.
3.5. Regolamenti speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikkettar tal-ġobon li jgawdi mill-indikazzjoni ġeografika protetta “Emmental de Savoie” irid jirrispetta r-regoli li ġejjin:
|
— |
id-denominazzjoni “Emmental de Savoie” hija speċifikata fuq il-pakketti kollha, |
|
— |
il-produttur jew il-persuna responsabbli mill-maturazzjoni jew min jippakkja l-prodott irid iqiegħed l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-prodott, |
|
— |
l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni huwa speċifikat, |
|
— |
ir-referenza għall-oriġini ġeografika hija ppreżentata fuq il-wiċċ jew fuq il-ġenb tal-ġobon (ħlief meta jiġi ppreżentat “f’kubi” jew “maħkuk”). |
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-“Emmental de Savoie” tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:
Id-Dipartiment ta’ Haute-Savoie:
Alby-sur-Chéran, Alex, Allèves, Allinges, Allonzier-la-Caille, Amancy, Ambilly, Andilly, Annecy, Annecy-le-Vieux, Annemasse, Anthy-sur-Léman, Arbusigny, Archamps, Arenthon, Argonay, Armoy, Arthaz-Pont-Notre-Dame, Aviernoz, Ayse, Ballaison, Balme-de-Sillingy (La), Balme-de-Thuy (La), Bassy, Beaumont, Bellevaux, Bernex, Bloye, Bluffy, Boëge, Bogève, Bonne, Bonneville, Bons-en-Chablais, Bossey, Bouchet (Le), Boussy, Brenthonne, Brizon, Burdignin, Cercier, Cernex, Cervens, Chainaz-les-Frasses, Challonges, Champanges, Chapeiry, Chapelle-Rambaud (La), Chapelle-Saint-Maurice (La), Charvonnex, Châtillon-sur-Cluses, Chaumont, Chavannaz, Chavanod, Chêne-en-Semine, Chênex, Chens-sur-Léman, Chessenaz, Chevaline, Chevrier, Chilly, Choisy, Clarafond-Arcine, Clefs (Les), Clermont, Clusaz (La), Cluses, Collonges-sous-Salève, Cons-Sainte-Colombe, Contamine-Sarzin, Contamine-sur-Arve, Copponex, Cornier, Cran-Gevrier, Cranves-Sales, Crempigny-Bonneguête, Cruseilles, Cusy, Cuvat, Desingy, Dingy-en-Vuache, Dingy-Saint-Clair, Doussard, Douvaine, Draillant, Droisy, Duingt, Éloise, Entremont, Entrevernes, Épagny, Etaux, Étercy, Étrembières, Évian-les-Bains, Évires, Excenevex, Faucigny, Faverges, Feigères, Fessy, Féternes, Fillinges, Franclens, Frangy, Gaillard, Giez, Grand-Bornand (Le), Groisy, Gruffy, Habère-Lullin, Habère-Poche, Hauteville-sur-Fier, Héry-sur-Alby, Jonzier-Épagny, Juvigny, Larringes, Lathuile, Leschaux, Loisin, Lornay, Lovagny, Lucinges, Lugrin, Lullin, Lully, Lyaud (Le), Machilly, Magland, Manigod, Marcellaz, Marcellaz-Albanais, Margencel, Marignier, Marigny-Saint-Marcel, Marin, Marlens, Marlioz, Marnaz, Massingy, Massongy, Maxilly-sur-Léman, Mégevette, Meillerie, Menthon-Saint-Bernard, Menthonnex-en-Bornes, Menthonnex-sous-Clermont, Mésigny, Messery, Metz-Tessy, Meythet, Mieussy, Minzier, Monnetier-Mornex, Mont-Saxonnex, Montagny-les-Lanches, Montmin, Moye, Muraz (La), Mûres, Musièges, Nancy-sur-Cluses, Nangy, Nâves-Parmelan, Nernier, Neuvecelle, Neydens, Nonglard, Novel, Ollières (Les), Onnion, Orcier, Peillonnex, Perrignier, Pers-Jussy, Petit-Bornand-les-Glières (Le), Poisy, Présilly, Pringy, Publier, Quintal, Reignier-Ésery, Reposoir (Le), Reyvroz, Rivière-Enverse (La), Roche-sur-Foron (La), Rumilly, Saint-André-de-Boëge, Saint-Blaise, Saint-Cergues, Saint-Eusèbe, Saint-Eustache, Saint-Félix, Saint-Ferréol, Saint-Germain-sur-Rhône, Saint-Gingolph, Saint-Jean-de-Sixt, Saint-Jean-de-Tholome, Saint-Jeoire, Saint-Jorioz, Saint-Julien-en-Genevois, Saint-Laurent, Saint-Martin-Bellevue, Saint-Paul-en-Chablais, Saint-Pierre-en-Faucigny, Saint-Sigismond, Saint-Sixt, Saint-Sylvestre, Sâles, Sallenôves, Sappey (Le), Savigny, Saxel, Scientrier, Sciez, Scionzier, Serraval, Sévrier, Seynod, Seyssel, Seythenex, Sillingy, Talloires, Taninges, Thollon-les-Mémises, Thônes, Thonon-les-Bains, Thorens-Glières, Thusy, Thyez, Tour (La), Usinens, Vailly, Val-de-Fier, Valleiry, Vallières, Vanzy, Vaulx, Veigy-Foncenex, Vers, Versonnex, Vétraz-Monthoux, Veyrier-du-Lac, Villard, Villards-sur-Thônes (Les), Villaz, Ville-en-Sallaz, Ville-la-Grand, Villy-le-Bouveret, Villy-le-Pelloux, Vinzier, Viry, Viuz-en-Sallaz, Viuz-la-Chiésaz, Vougy, Vovray-en-Bornes, Vulbens, Yvoire.
Id-Dipartment ta’ Savoie:
Aiguebelette-le-Lac, Aiguebelle, Aillon-le-Jeune, Aillon-le-Vieux, Aiton, Aix-les-Bains, Albens, Albertville, Allondaz, Apremont, Arbin, Argentine, Arith, Arvillard, Attignat-Oncin, Avressieux, Ayn, Balme (La), Barberaz, Barby, Bassens, Bâthie (La), Bauche (La), Bellecombe-en-Bauges, Belmont-Tramonet, Betton-Bettonet, Billième, Biolle (La), Bonvillard, Bonvillaret, Bourdeau, Bourget-du-Lac (Le), Bourget-en-Huile, Bourgneuf, Bridoire (La), Brison-Saint-Innocent, Césarches, Cessens, Cevins, Challes-les-Eaux, Chambéry, Chamousset, Chamoux-sur-Gelon, Champagneux, Champ-Laurent, Chanaz, Chapelle-Blanche (La), Chapelle-du-Mont-du-Chat (La), Chapelle-Saint-Martin (La), Châteauneuf, Châtelard (Le), Chavanne (La), Chignin, Chindrieux, Cléry, Cognin, Cohennoz, Coise-Saint-Jean-Pied-Gauthier, Compôte (La), Conjux, Corbel, Crest-Voland, Croix-de-la-Rochette (La), Cruet, Curienne, Déserts (Les), Détrier, Domessin, Doucy-en-Bauges, Drumettaz-Clarafond, Dullin, Échelles (Les), École, Entremont-le-Vieux, Épersy, Épierre, Esserts-Blay, Étable, Flumet, Francin, Fréterive, Frontenex, Gerbaix, Giettaz (La), Gilly-sur-Isère, Gresin, Grésy-sur-Aix, Grésy-sur-Isère, Grignon, Hauteville, Jacob-Bellecombette, Jarsy, Jongieux, Laissaud, Lépin-le-Lac, Lescheraines, Loisieux, Lucey, Marches (Les), Marcieux, Marthod, Mercury, Méry, Meyrieux-Trouet, Mognard, Mollettes (Les), Montagnole, Montailleur, Montcel (Le), Montendry, Montgilbert, Monthion, Montmélian, Montsapey, Motte-en-Bauges (La), Motte-Servolex (La), Motz, Mouxy, Myans, Nances, Notre-Dame-de-Bellecombe, Notre-Dame-des-Millières, Novalaise, Noyer (Le), Ontex, Pallud, Planaise, Plancherine, Pont-de-Beauvoisin (Le), Pontet (Le), Presle, Pugny-Chatenod, Puygros, Randens, Ravoire (La), Rochefort, Rochette (La), Rognaix, Rotherens, Ruffieux, Saint-Alban-de-Montbel, Saint-Alban-des-Hurtières, Saint-Alban-Leysse, Saint-Baldoph, Saint-Béron, Saint-Cassin, Saint-Christophe, Saint-Franc, Saint-François-de-Sales, Saint-Genix-sur-Guiers, Saint-Georges-des-Hurtières, Saint-Germain-la-Chambotte, Saint-Girod, Sainte-Hélène-du-Lac, Sainte-Hélène-sur-Isère, Saint-Jean-d’Arvey, Saint-Jean-de-Chevelu, Saint-Jean-de-Couz, Saint-Jean-de-la-Porte, Saint-Jeoire-Prieuré, Saint-Léger, Saint-Marcel, Sainte-Marie-d’Alvey, Saint-Maurice-de-Rotherens, Saint-Nicolas-la-Chapelle, Saint-Offenge-Dessous, Saint-Offenge-Dessus, Saint-Ours, Saint-Paul-sur-Isère, Saint-Paul, Saint-Pierre-d’Albigny, Saint-Pierre-d’Alvey, Saint-Pierre-de-Belleville, Saint-Pierre-de-Curtille, Saint-Pierre-d’Entremont, Saint-Pierre-de-Genebroz, Saint-Pierre-de-Soucy, Sainte-Reine, Saint-Sulpice, Saint-Thibaud-de-Couz, Saint-Vital, Serrières-en-Chautagne, Sonnaz, Table (La), Thénésol, Thoiry, Thuile (La), Tournon, Tours-en-Savoie, Traize, Tresserve, Trévignin, Trinité (La), Ugine, Venthon, Verel-de-Montbel, Verel-Pragondran, Verneil (Le), Verrens-Arvey, Verthemex, Villard-d’Héry, Villard-Léger, Villard-Sallet, Villaroux, Vimines, Vions, Viviers-du-Lac, Voglans, Yenne.
Id-Dipartiment ta’ Ain:
Anglefort, Bellegarde-sur-Valserine, Béon, Billiat, Ceyzérieu, Chanay, Châtillon-en-Michaille, Corbonod, Cressin-Rochefort, Culoz, Flaxieu, Injoux-Génissiat, Lancrans, Lavours, Léaz, Lhôpital, Massignieu-de-Rives, Nattages, Parves, Pollieu, Saint-Martin-de-Bavel, Seyssel, Surjoux, Talissieu, Villes, Virignin, Vongnes.
Id-Dipartiment ta’ Isere:
Entre-deux-Guiers, Miribel-les-Échelles, Saint-Christophe-sur-Guiers, Saint-Pierre-de-Chartreuse, Saint-Pierre d’Entremont.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fir-rigward tat-topografija u tal-ġeoloġija tagħha, iż-żona ġeografika tal-“Emmental de Savoie” hija varjata sew. L-altitudni tal-art tvarja bejn 200 metru u 1 500 metru, b’xi qċaċet li jlaħħqu l-2 200 metru. Din iż-żona tifforma l-promontorju tal-Alpi u ma testendix għall-muntanji għoljin.
Il-biċċa l-kbira tal-ħamrija taż-żona ġeografika tinsab fuq id-depożiti kwaternarji u molassiċi mit-terzjarju. Ġeneralment il-ħamrija hija fonda u skulata tajjeb, li tippermetti it-tkabbir ta’ ċereali bħall-qamħirrum.
Dan it-territorju għandu partikolarità li tinżel kwantità kbira ta’ xita matul is-sena b’medja ta’ aktar minn 900 mm ilma fis-sena. Din rari taqbeż l-2 000 mm fis-sena, ħlief fuq l-ogħla qċaċet. Fil-parti l-kbira ta’ dan it-territorju tinżel aktar xita mill-medja nazzjonali ta’ 900 mm. Din il-karatteristika taż-żona ġeografika, flimkien mal-ħamrija għammiela tiffavorixxi t-tkabbir ta’ ħxejjex inġenerali.
Minħabba l-kompożizzjoni tal-ħamrija u l-ammont ta’ xita tagħha, iż-żona ġeografika tikkostitwixxi territorju b’mergħat ta’ kwalità. Il-mergħat, kemm dawk li jintużaw għall-mergħa kif ukoll dawk għall-ħuxlief, jippreżentaw flora rikka u diversifikata, li hija tipika taż-żona muntanjuża tal-Alpi.
L-“Emmental de Savoie” jifforma parti mill-istorja tal-ġobon bil-qalba ppressata msajra u l-iżvilupp tiegħu seħħ id f’id ma’ dak tal-kooperattivi tal-ġobon. Kienu dawn li permezz ta’ kwantitajiet kbar ta’ ħalib setgħu jibdew jipproduċu l-“Emmental de Savoie”.
Peress li dan il-ġobon kien disponibbli f’kull perjodu tas-sena, kellu importanza kbira, u minħabba f’hekk ingħata prijorità fuq tipi oħra ta’ ġobon. Sas-snin tmenin, dan kien il-prodott ewlieni ta’ Savoie. Dan kien diġà l-każ fl-1955 kif jispjega H. Tournebise (“Les fromages savoyards”, f’“La France à table”, Savoie Nru 57, 80p.): “Iż-żona kbira tal-estensjoni tal-emmental, tip ta’ gruyère li jiġi prodott biss f’dan ir-reġjun, tokkupa l-widien u l-promontorju”.
Il-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” hija sengħa diffiċli u l-iżvilupp tagħha seħħ id f’id mal-introduzzjoni tal-magna tal-ħlib, tat-tkessiħ tal-ħalib u l-prattika tal-koltivazzjoni b’fermenti naturali.
Iż-żona ġeografika tal-“Emmental de Savoie” tkopri għalhekk din iż-żona tal-promontorju tal-Alpi fejn illum insibu kemm il-produzzjoni tal-ħalib kif ukoll l-impjanti tal-produzzjoni. Fil-muntanji l-kbar tal-Alpi tat-Tramuntana ma hemmx azjendi agrikoli li jipprovdu l-ħalib tagħhom għall-manifattura tal-“Emmental de Savoie”, peress li storikament huma assoċjati ma’ tipi oħra ta’ ġobon.
Illum il-ġurnata, il-produzzjoni tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie” għadha bbażata fuq l-użu ta’ kwantità kbira disponibbli ta’ ħaxix fiż-żona ġeografika iżda wkoll fuq iż-żamma tat-tradizzjoni tat-trobbija tar-razez tradizzjonali: Abondance, Montbéliarde u Tarentaise. Dawn għarfu juru l-kapaċità tagħhom ta’ adattabbiltà għal-limitazzjonijiet fiżiċi u klimatiċi tal-ambjent: il-morfoloġija adattata għall-mergħa fuq il-mergħat weqfin, it-tolleranza termika, il-kapaċità tal-użu tar-ragħa fis-sajf u l-għalf niexef fix-xitwa. L-għalf tal-baqar tal-ħalib huwa bbażat fuq l-użu ta’ għalf kif ukoll ta’ ċereali primarjament prodotti fiż-żona ġeografika.
Speċifiċitajiet tal-prodott
L-“Emmental de Savoie” huwa ġobon bil-qalba ppressata u msajra li ġej mill-ħalib tal-baqar mhux ipproċessat.
Huwa jiġi f’forma regolari tonda b’dijametru ta’ bejn 72 u 80 cm. Il-ġobon sħiħ irid ikollu piż ta’ mill-inqas 60 Kg wara l-maturazzjoni.
Il-qoxra tiegħu għandha lewn bejn safrani fil-kannella u isfar.
L-“Emmental de Savoie” huwa kkaratterizzat minn qalba soda u ratba b’toqob, “imsejħa għajnejn”, li huma definiti sew, regolari u mqassmin sew, b’daqs li jvarja bejn ċirasa żgħira u ġewza. It-togħma tiegħu hija qawwija u bi ħjiel ta’ frott.
Rabta kawżali
Ir-rabta mal-oriġini tal-“Emmental de Savoie” hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tiegħu.
L-“Emmental de Savoie” jiġi prodott biss minn ħalib mhux ipproċessat u dan jirrifletti perfettament il-karatteristiċi tipiċi tal-ħalib u b’mod usa’ tat-territorju. Din l-interazzjoni hija bbażata essenzjalment fuq l-għalf li jingħata lill-baqar tal-ħalib, fejn l-għalf oħxon jiġi esklussivament miż-żona ġeografika tal-IĠP.
Is-sistemi ta’ trobbija tal-merħliet tal-ħalib jiffavorixxu l-użu ta’ riżorsi varjati ħafna ta’ għalf lokali disponibbli fiż-żona ġeografika. Il-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona ġeografika tippermetti, minbarra l-aħjar użu tar-riżorsi tal-mergħa skont l-użanzi antiki, l-ottimizzazzjoni tal-kwalità tal-ħalib li ġej minn razez tradizzjonali. Dan il-ħalib, li huwa prodott fi kwantitajiet kbar grazzi għal għalf speċifiku, jippreżenta adattabbiltà aħjar għall-produzzjoni minn dak tar-razez l-oħrajn imrobbija fl-istess kundizzjonijiet, bi proprjetajiet speċjali: il-ġell miksub wara li jiġi miżjud it-tames huwa aktar sod u r-rendiment ta’ ġobon huwa aktar għoli.
L-użanzi tal-produzzjoni ppermettew li tintgħażel il-flora rilevanti għall-produzzjoni. Ix-xogħlijiet li saru mis-sena 2000 ‘il hawn għenu biex il-grupp ikollu għad-dispożizzjoni tal-operaturi r-referenzi tar-razez tal-fermenti speċifiċi għall-produzzjoni tal-“Emmental de Savoie”. Waħda mill-karatteristiċi tal-“Emmental de Savoie” hija bbażata għalhekk fuq il-livell għoli ta’ proteoliżi. Din l-idroliżi sinifikanti tista’ tiġi kemm mill-attività proteinasika, mill-flora naturali tal-ħalib mhux ipproċessat, mill-ħmira naturali u mil-laktobaċilli termofili li jintużaw b’mod sistematiku. Il-profil tal-peptidi tal-“Emmental de Savoie” fil-fatt huwa differenti minn dak tal-emmental Franċiż ittrattat bis-sħana.
Din il-karatteristika tippermetti biex, b’mod partikolari, tinkiseb qalba ratba b’togħma qawwija u ta’ frott, taħt qoxra iebsa.
L-“Emmental de Savoie” jitqiegħed f’kantina msaħħna għal 21 jum u dan jgħin sabiex jikseb toqob speċifiċi dovuti għar-rilaxx ikkontrollat tal-aċidu propjoniku.
Ir-rabta tal-“Emmental de Savoie” mal-oriġini ġeografika tiegħu hija marbuta ħafna mal-iżvilupp tal-kooperattivi tal-ġobon, li kkontribwew ukoll għad-daqs kbir karatteristiku tiegħu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-ef61a1a8-f6da-4b37-8724-0c78671dd4dc/telechargement
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.