3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/3 |
Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 35/04)
Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma b’dan emendati kif ġej:
Fil-paġna 368 jiddaħħal dan it-test:
“8802 11 00 |
Ta’ piż mingħajr tagħbija li ma jaqbiżx l-2 000 kg Dan is-subtitolu jkopri l-ħelikopters multirotor (l-hekk imsejħa “drons”) ta’ qisien differenti li jaħdmu b’mod awtonomu (id-destinazzjoni tkun ipprogrammata minn qabel) jew jiġu ggwidati mill-utent mill-bogħod. Iżda jekk dawn ikunu xorta ta’ ġugarell jew ta’ mudell li jintuża għall-passatemp, jiġu kklassifikati taħt it-titolu 9503. Ara n-noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għal dak it-titolu.” |
Fil-paġna 381:
9503 00 |
Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karozzelli tal-pupi; pupi; ġugarelli oħra; mudelli f’qies imċekken (“skala”) u mudelli ta’ rikreazzjoni simili, jaħdmu jew le; logħob ta’ taħbil il-moħħ ta’ kull tip it-test: “2. dgħajjes li jintefħu biex it-tfal jilagħbu fihom.” huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).