28.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 322/281


RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-8, MID-9, MILL-10 U MILL-11-IL FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP GĦAS-SENA FINANZJARJA 2016

(2017/C 322/02)

Rapport annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2016

WERREJ

Introduzzjoni 1-5
Deskrizzjoni qasira tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp 2-5
Kapitolu I — Implimentazzjoni Finanzjarja tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ 6-9
Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti dwar il-FEŻ 10-36
Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendenti I-XVIII
Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni 10-36
Ambitu u approċċ tal-awditjar 10-13
Affidabbiltà tal-kontijiet 14
Regolarità tat-tranżazzjonijiet 15-26
Rapport annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 27-36
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 37-40
Konklużjoni 37-38
Rakkomandazzjonijiet 39-40

Anness 1 —

Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Anness 2 —

Ħarsa ġenerali lejn l-iżbalji b'impatt ta' mill-inqas 20 %

Anness 3 —

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-rapport annwali jippreżenta s-sejbiet tagħna dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). Il- Kaxxa 1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq għal dan il-qasam fl-2016.

 

Kaxxa 1 —   Fondi Ewropej għall-Iżvilupp — Stampa ġenerali finanzjarja għall-2016

Image

Tabella 1 – Il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp – Informazzjoni ewlenija għall-2016

(EUR miljun)

Total tal-pagamenti operazzjonali (proġetti)

2 676

Total tal-pagamenti operazzjonali (appoġġ baġitarju)

644

Total tal-pagamenti amministrattivi (42)

96

Total tal-pagamenti

3 416

- pagamenti bil-quddiem u kontribuzzjonijiet mill-FEŻ għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE

2 057

+ approvazzjonijiet ta’ pagamenti bil-quddiem u l-Fondi Fiduċjarji tal-UE

1 477

Popolazzjoni awditjata

2 836

 

 

Total tal-impenji individwali  (43)

4 234

 

 

Total tal-impenji globali  (43)

6 491

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Deskrizzjoni qasira tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

2.

Imnedija fl-1959, il-FEŻ huma l-istrument prinċipali li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea (UE) tipprovdi għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE). Il-ftehim ta’ sħubija li ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena (“il-Ftehim ta’ Cotonou”) huwa l-qafas attwali li jirregola r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi AKP u l-PTEE. L-objettiv prinċipali tiegħu huwa li t-tnaqqis, u eventwalment il-qerda, tal-faqar.

 

3.

Il-FEŻ huma partikolari minħabba li:

(a)

huma ffinanzjati mill-Istati Membri skont kwoti, jew “koeffiċjenti tal-kontribuzzjoni”, li jiġu ssettjati mill-gvernijiet nazzjonali fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

(b)

huma mmaniġġjati mill-Kummissjoni, barra mill-qafas tal-baġit ġenerali tal-UE, u mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI);

(c)

minħabba n-natura intergovernattiva tal-FEŻ, il-Parlament Ewropew jeżerċita rwol aktar limitat fil-funzjonament tagħhom milli jeżerċita għall-istrumenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-UE; b'mod partikolari, huwa mhuwiex involut fl-istabbiliment u fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻ. Madankollu, il-Parlament Ewropew jibqa’ l-awtorità ta' kwittanza, minbarra għall-Faċilità ta' Investiment, li hija mmaniġġjata mill-BEI u li għalhekk taqa’ barra mill-ambitu tal-awditu tagħna (1)  (2);

(d)

il-prinċipju tal-annwalità ma japplikax għall-FEŻ: ftehimiet relatati mal-FEŻ normalment jiġu konklużi għal perjodu ta' impenn ta' minn ħames sa seba' snin, u l-pagamenti jistgħu jsiru fuq perjodu li jkun ħafna itwal.

 

4.

Il-FEŻ huma mmaniġġjati kważi interament mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (id-DĠ DEVCO) (3).

 

5.

L-infiq kopert f’dan ir-rapport jitwassal bl-użu ta' firxa wiesgħa ta’ metodi, li huma implimentati f’79 pajjiż. Ir-regoli u l-proċeduri huma spiss kumplessi, inklużi dawk għas-sejħiet għal offerti u l-għoti ta’ kuntratti.

 

KAPITOLU I — IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA TAT-8, TAD-9, TAL-10 U TAL-11-IL FEŻ

6.

Il-baġit tat-8 FEŻ (1995-2000) kien ta’ EUR 12 840  miljun, dak tad-9 FEŻ (2000-2007) kien ta’ EUR 13 800  miljun, u dak tal-10 FEŻ (2008-2013) kien ta’ EUR 22 682  miljun.

 

7.

Il-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ (4) (2015-2020) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2015. Il-11-il FEŻ fih EUR 30 506  miljun (5), li minnhom EUR 29 089  miljun huma allokati għall-pajjiżi AKP u EUR 364,5  miljun għall-PTEE.

 

8.

Il- Kaxxa 2 turi l-użu tar-riżorsi tal-FEŻ fl-2016 kif ukoll l-użu kumulattiv tagħhom.

 

Kaxxa 2 —   Użu tar-riżorsi tal-FEŻ sal-31 ta’ Diċembru 2016

(EUR miljun)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2015

Implimentazzjoni baġitarja matul is-sena finanzjarja 2016 (ammonti netti) (49)

Sitwazzjoni fi tmiem l-2016

 

Ammont totali

Rata ta’ implimentazzjoni (45)

it-8 FEŻ (46)

id-9 FEŻ (46)

l-10 FEŻ

il-11-il FEŻ (46)

Ammont totali

it-8 FEŻ

id-9 FEŻ

l-10 FEŻ

il-11-il FEŻ

Ammont totali

Rata ta’ implimentazzjoni (45)

A -

RIŻORSI  (44)

76 880

 

- 20

- 163

223

- 24

16

10 392

15 467

21 607

29 430

76 896

 

B -

UŻU

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

Impenji globali4  (47)

53 607

69,7  %

- 13

- 104

- 80

6 688

6 491

10 391

15 429

21 058

13 220

60 097

78,2  %

2.

Impenji individwali  (48)

48 797

63,5  %

- 6

- 46

541

3 745

4 234

10 378

15 309

19 576

7 769

53 032

69,0  %

3.

Pagamenti

41 989

54,6  %

0

68

1 466

1 816

3 350

10 376

15 053

16 476

3 435

45 339

59,0  %

C -

Impenji pendenti (B1-B3)

11 618

15,1  %

 

 

 

 

 

15

376

4 582

9 785

14 758

19,2  %

D -

Bilanċ disponibbli (A-B1)

23 273

30,3  %

 

 

 

 

 

1

38

549

16 210

16 799

21,8  %

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.

Fl-2016, fil-qasam ta' responsabbiltà intier tiegħu, id-DĠ DEVCO kompla bl-isforzi tiegħu biex inaqqas pagamenti u impenji ta’ prefinanzjament antiki, u fil-biċċa l-kbira qabeż il-miri tiegħu (6). Huwa pprova jnaqqas ukoll l-għadd ta’ kuntratti miftuħin li kienu skadew (7). Bħalma kien il-każ f'dawn l-aħħar sentejn, id-DĠ DEVCO prattikament laħaq il-mira tiegħu għall-2016 fir-rigward tas-sehem ta’ kuntratti skaduti fil-portafoll intier tiegħu (8), iżda l-progress kien inqas sodisfaċenti fir-rigward tal-FEŻ (9).

9.

Il-problemi ewlenin li qed iwaqqfu l-għeluq ta’ kuntratti skaduti għall-FEŻ huma ordnijiet ta’ rkupru li ma ssarrfux, kawżi legali u l-proċessi ta’ awditjar li għadhom għaddejjin. Għalkemm dawn l-aspetti mhumiex kompletament taħt il-kontroll tagħha, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tħaffef l-għeluq ta’ kuntratti skaduti.

KAPITOLU II — ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI DWAR IL-FEŻ

Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Qorti dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendenti

Opinjoni

I.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet annwali tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ, li jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, li ġie approvat mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Ġunju 2017, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet u li l-ġestjoni finanzjarja tagħhom hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni (10),

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il FEŻ, li japplika wkoll għal FEŻ preċedenti.

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

II.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet annwali tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u il-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ u r-regoli kontabilistiċi bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

III.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

IV.

Fl-opinjoni tagħna, minħabba s-sinifikat tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafu li jirrigwarda l-bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma milquta minn livell materjali ta' żball.

Bażi għal opinjoni

V.

Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI (ISSAIs). Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawk l-istandards huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsima tar-rapport tagħna intitolata Responsabbiltajiet tal-awditur. Aħna awdituri indipendenti f'konformità mal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali tal-Bord tal-Istandards Internazzjonal tal-Etika għall-Kontabilisti (Kodiċi tal-IESBA) kif ukoll mar-rekwiżiti tal-etika li huma rilevanti għall-awditu tagħna, u wettaqna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti u skont il-Kodiċi tal-IESBA. Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

VI.

L-infiq irreġistrat fl-2016 taħt it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ huwa milqut minn livell materjali ta’ żball. Il-livell ta’ żball stmat minna għall-infiq li fuqu huma bbażati l-kontijiet huwa ta’ 3,3  %.

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

VII.

Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar huma dawk il-kwistjonijiet li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kellhom l-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji fl-intier tagħhom, kif ukoll aħna u nifformulaw l-opinjonijiet tagħna dwarhom, iżda ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet.

Imposti dovuti

VIII.

Aħna vvalutajna l-imposti dovuti ppreżentati fil-kontijiet (ara n-Nota 2.9) li huma suġġetti għal livell għoli ta’ stimar. Fi tmiem is-sena 2016, il-Kummissjoni stmat li l-ispejjeż eliġibbli li ġġarrbu iżda li kienu għadhom ma ġewx irrappurtati mill-benefiċjarji kienu jammontaw għal EUR 3 903  miljun (fi tmiem is-sena 2015: EUR 3 797  miljun).

IX.

Aħna eżaminajna l-kalkolu ta’ dawn l-istimi tad-dovuti, u analizzajna kampjun ta’ 30 kuntratt individwali biex nindirizzaw ir-riskju li d-dovuti ma ġewx iddikjarati b’mod korrett. Ix-xogħol li twettaq wassalna għall-konklużjoni li l-imposti dovuti rrikonoxxuti fil-kontijiet finali kienu xierqa ladarba l-Kummissjoni kienet għamlet il-korrezzjonijiet neċessarji kollha li aħna identifikajna.

Responsabbiltajiet tal-maniġment

X.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-FEŻ abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-FEŻ.

XI.

Fit-tħejjija tal-kontijiet tal-FEŻ, il-Kummissjoni hija responsabbli milli tivvaluta l-kapaċità tal-FEŻ li jkomplu bħala negozju avvjat, filwaqt li tiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u tuża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat dment li l-maniġment ma jkollux l-intenzjoni li jillikwida l-entità jew li jwaqqaf l-operazzjonijiet, jew ma jkollu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel dan.

XII.

Il-Kummissjoni hija responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-FEŻ.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet tal-FEŻ u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

XIII.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-FEŻ jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li nipprovdu, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jirriżultaw minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet tal-FEŻ.

XIV.

Bħala parti minn awditu skont l-ISAs u l-ISSAIs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nmantnu x-xettiċiżmu professjonali tul l-awditu. Minbarra dan, aħna:

Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet tal-FEŻ u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-FEŻ, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditjar li jkunu jagħtu rispons għal dawk ir-riskji, u niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna. Ir-riskju li dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità riżultat ta’ frodi ma jinqabdux huwa ogħla milli jekk ikunu b’riżultat ta’ xi żball, billi l-frodi tista' tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonali, rappreżentazzjonijiet skorretti, jew ordnijiet superjuri fuq kontrolli interni.

Niksbu fehim tal-kontroll intern relevanti għall-awditu sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern.

Nevalwaw l-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-maniġment.

Nilħqu konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tal-użu li jsir mill-maniġment tal-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza għall-awditjar miksuba, jekk teżistix inċertezza materjali relatata ma’ avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità tal-FEŻ biex ikomplu bħala negozju avvjat. Jekk nikkonkludu li tkun teżisti inċertezza materjali, aħna meħtieġa li, fir-rapport tal-awditur tagħna, niġbdu l-attenzjoni għad-divulgazzjonijiet relatati fil-kontijiet konsolidati jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, li nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza għall-awditjar li tkun inkisbet sad-data tar-rapport tal-awditur tagħna. Madankollu, minħabba avvenimenti jew kundizzjonijiet fil-ġejjieni, entità tista’ ma tibqax tkompli għaddejja bħala negozju avvjat.

Nevalwaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut tal-kontijiet annwali, li jinkludu d-divulgazzjonijiet, u jekk il-kontijiet annwali jkunux jirrappreżentaw it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ bażi b’mod li tintlaħaq preżentazzjoni ġusta.

XV.

Aħna nikkomunikaw ma’ dawk inkarigati mill-maniġment dwar, fost affarijiet oħra, l-ambitu u l-għażla taż-żmien ippjanati tal-awditu u dwar sejbiet tal-awditjar li jkunu sinifikanti, inkluża kull defiċjenza sinifikanti li nidentifikaw fil-kontroll intern matul l-awditu tagħna.

XVI.

Għad-dħul, aħna neżaminaw il-kontribuzzjonijiet kollha mill-Istati Membri u kampjun ta’ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet tad-dħul.

XVII.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta' assi) minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom, u l-Istituzzjoni jew il-korp jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

XVIII.

Mill-kwistjonijiet li jkunu ġew ikkomunikati mal-Kummissjoni, aħna niddeterminaw dawk il-kwistjonijiet li kellhom l-akbar sinifikat fl-awditu tal-kontijiet tal-FEŻ tal-perjodu attwali u li għalhekk huma l-kwistjonjiet ewlenin tal-awditjar. Aħna niddeskrivu dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tal-awditur tagħna, dment li l-ebda liġi jew regolament ma jkun jipprekludi d-divulgazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni jew meta, f’każijiet estremament rari, aħna niddeterminaw li kwistjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata fir-rapport tagħna minħabba li l-konsegwenzi avversi ta’ dan jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jkunu akbar mill-benefiċċji ta’ din il-komunikazzjoni għall-interess pubbliku.

It-13 ta’ Lulju 2017

Klaus-Heiner LEHNE

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

Ambitu u approċċ tal-awditjar

10.

L-Anness 1.1 għall-Kapitolu 1 tar-Rapport Annwali 2016 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jippreżenta l-approċċ u l-metodi tal-awditjar tagħna. Jenħtieġ li jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin inkonnessjoni mal-awditu ta’ din is-sena relatat mal-FEŻ.

 

11.

L-osservazzjonijiet tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ huma bbażati fuq ir-rapporti finanzjarji (11) tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ, approvati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ (12), flimkien mal-ittra ta' rappreżentanza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà li rċevejna fis-27 ta’ Ġunju 2017. Aħna ttestjajna ammonti u divulgazzjonijiet, u vvalutajna l-prinċipji kontabilistiċi użati, kif ukoll l-istimi sinifikanti kollha li saru mill-Kummissjoni u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

 

12.

Għall-awditjar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna:

 

(a)

eżaminajna l-kontribuzzjonijiet kollha li saru mill-Istati Membri u kampjun ta’ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet tad-dħul;

 

(b)

eżaminajna kampjun ta’ 143 tranżazzjoni maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ pagamenti fi ħdan il-FEŻ, u li jikkonsisti f’108 pagamenti awtorizzati minn 16-il delegazzjoni (13) u 35 pagament approvati mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (14);

 

(c)

analizzajna s-sistemi rilevanti fejn kienu nqabdu żbalji fit-tranżazzjonijiet, biex nidentifikaw id-dgħufijiet involuti;

 

(d)

ivvalutajna s-sistemi fid-DĠ DEVCO u fid-delegazzjonijiet tal-UE, fejn koprejna: (i) kontrolli ex ante li twettqu mill-persunal tal-Kummissjoni, awdituri esterni jew superviżuri qabel ma saru l-pagamenti, u (ii) monitoraġġ u superviżjoni, b'mod partikolari s-segwitu ta' awditi esterni u l-istudju tal-2016 tad-DĠ DEVCO dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER);

 

(e)

analizzajna r-rapport annwali tal-attività (RAA) tad-DĠ DEVCO;

 

(f)

wettaqna segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tagħna.

 

Kaxxa 3 —   Awdituri jeżaminaw il-preċiżjoni tal-kejl tal-ħxuna tat-toroq għal pagament relatat ma’ proġett tat-toroq fiż-Żambja

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

13.

Kif indikat fil-paragrafu 4, id-DĠ DEVCO jimplimenta l-biċċa l-kbira mill-istrumenti ta’ assistenza esterna ffinanzjati kemm mill-baġit ġenerali kif ukoll mill-FEŻ. L-osservazzjonijiet tagħna dwar is-sistemi, l-affidabbiltà tar-RAA u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għall-2016 huma relatati mal-qasam ta’ responsabbiltà intier tad-DĠ DEVCO.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Affidabbiltà tal-kontijiet

14.

Is-sena li għaddiet, aħna rrappurtajna dwar l-irkupri ta’ prefinanzjamenti li ma ntużawx u li kienu ġew irreġistrati b’mod skorrett bħala dħul operazzjonali. It-testijiet kontabilistiċi tad-DĠ DEVCO u l-analiżi tagħna ta’ kampjun ta’ ordnijiet ta’ rkupru (15) identifikaw ukoll każijiet simili fl-2016. Għalkemm saru korrezzjonijiet li ammontaw għal EUR 3,2  miljun (16) fil-kontijiet finali tal-FEŻ, huwa probabbli li kien hemm żbalji simili fil-popolazzjoni li ma ġietx ittestjata. Fi tmiem l-2016, id-DĠ DEVCO ħareġ struzzjonjiet dettaljati lill-persunal tiegħu dwar il-mod korrett ta’ kif għandhom jiġu rreġistrati l-ordnijiet ta’ rkupru ta’ dan it-tip.

14.

Struzzjonijiet prodotti minn DEVCO dwar l-ikkowdjar ta’ ordnijiet ta’ rkupru u korrezzjonijiet magħmula minn DEVCO fuq il-bażi ta’ kontrolli magħmula fuq ordnijiet ta’ rkupru maħruġa fl-2016 irriżultaw fi tnaqqis sinifikanti ta’ żbalji fil-kodifikazzjoni ta’ ordnijiet ta’ rkupru u/jew il-kuntesti tal-irkupru (minn EUR 9,6 miljun misjuba mill-QEA (Qorti Ewropea tal-Awdituri) fl-2015 għal EUR 3,2 miljun misjuba minn DEVCO u/jew il-QEA fl-2016). Id-DEVCO se jkompli bl-isforzi tiegħu fl-2017.

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Dħul

15.

It-tranżazzjonijiet tad-dħul ma kienx fihom livell materjali ta' żball.

 

Pagamenti

16.

L- Anness 1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-143 tranżazzjoni ta’ pagament li eżaminajna, 35 (24 %) kien fihom żbalji. Abbażi tal-26 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 3,3  % (17).

 

17.

Il- Kaxxa 4 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2016 skont it-tip ta’ żball.

 

Kaxxa 4 —   Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

18.

Mill-130 tranżazzjoni ta’ pagament relatati ma’ proġetti li eżaminajna, 35 (27 %) kien fihom żbalji. Mis-26 (74 %) tranżazzjoni ta' pagament li kien fihom żbalji kwantifikabbli, 9 kienu tranżazzjonijiet finali li ġew awtorizzati wara li kienu twettqu l-kontrolli ex ante kollha.

 

19.

Bħal fis-snin preċedenti, il-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ stimi ta’ programmi, ma' għotjiet u ma' ftehimiet ta’ kontribuzzjoni konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, milli għamlu f’forom oħra ta’ appoġġ. Mis-67 tranżazzjoni ta' dan it-tip li eżaminajna, 23 (34 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli, li kienu jirrappreżentaw 85 % tal-livell ta' żball stmat.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Kaxxa 5 — Eżempji ta’ żbalji kwantifikabbli f’tranżazzjonijiet relatati ma’ proġetti

Kaxxa 5 — Eżempji ta’ żbalji kwantifikabbli fi tranżazzjonijiet ta’ proġetti

Nuqqas ta' konformità mill-benefiċjarju mar-regoli tal-akkwist

Aħna eżaminajna l-ikklerjar mill-Kummissjoni ta’ EUR 3 489 416 li ntnefqu taħt kuntratt ta’ għotja biex jingħata appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kummerċjali fil-pajjiżi AKP, li ġie implimentat minn organizzazzjoni internazzjonali. Mill-10 elementi ta’ nfiq li kkampjunajna, instab li 6 kien fihom żbalji, inklużi 5 fejn tħallsu tariffi u allowances lil konsulenti kummerċjali fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizzi. Dawn il-kuntratti (b’valur totali ta’ EUR 570 500 ) ma ngħatawx wara proċedura tal-għażla kompetittiva, kif meħtieġ mill-ftehim ta' għotja. Minflok, il-kuntratti ngħataw direttament lil konsulenti li kienu ħadmu qabel fuq proġett preċedenti.

In-nuqqas ta' konformità mill-benefiċjarju mar-regoli tal-akkwist

Il-proġett kien jikkonsisti kważi esklużivament mir-reklutaġġ ta’ konsulenti kummerċjali reġjonali u nazzjonali. Indipendentement mit-tip ta’ proċedura tal-għażla, ir-reklutaġġ tagħhom kien suġġett għal proċessi operattivi standard għal reklutaġġ ta’ persunal internazzjonali, inkluża l-pubblikazzjoni minn qabel tal-avviż ta’ post battal.

Infiq ineliġibbli — attivitajiet li mhumiex koperti mill-kuntratt

Aħna eżaminajna l-ikklerjar finali mill-Kummissjoni ta’ EUR 10 875 375 li ntnefqu fuq il-programm ta' ħidma 2012 ta’ korp internazzjonali li jipprovdi assistenza lil intrapriżi f’pajjiżi AKP. Mill-10 elementi ta’ kost li ġew ikkampjunati, 3 kienu relatati ma’ sottokuntratti li ngħataw lil benefiċjarji terzi (b’valur ta’ EUR 147 990 ). Ma sar ebda provvediment għal għotjiet sottokuntrattati taħt il-kundizzjonijiet speċjali tal-għotja, li jfisser li l-attivitajiet kisru l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Barra minn hekk, l-għotjiet li ġew sottokuntrattati ngħataw direttament mingħajr proċedura tal-għażla kompetittiva.

Nefqa mhux eliġibbli — attivitajiet mhux koperti mill-kuntratt

Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ rkupru.

20.

F'żewġ każijiet ta' żbalji kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevieni, jew biex taqbad u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta l-infiq. Li kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b'0,7  %. Aħna sibna ħames tranżazzjonijiet oħra bi żbalji li kien imisshom inqabdu mill-awdituri u s-superviżuri esterni. Dawn il-każijiet ikkontribwew 0,1  % għal-livell ta' żball stmat (18).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

21.

Barra minn hekk, 10 tranżazzjonijiet oħra li kien fihom żball kwantifikabbli (19) kienu ġew suġġetti għal awditu jew għal verifikazzjoni tal-infiq. L-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-awditjar/ta' verifikazzjoni dwar ix-xogħol li fil-fatt sar mhux dejjem ippermettiet li nivvalutaw jekk l-iżbalji setgħux inqabdu u ġew ikkoreġuti matul dawn il-kontrolli ex ante.

 

22.

F'żewġ oqsma, in-natura tal-finanzjament u tal-kundizzjonijiet ta’ pagament jillimitaw il-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet huma suxxettibbli għal żball. Dawn huma l-oqsma ta’ appoġġ baġitarju  (20) u ta’ applikazzjoni tal-“approċċ nozzjonali” għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali (21).

 

23.

L-appoġġ baġitarju huwa kontribuzzjoni għall-baġit ġenerali tal-Istat jew għall-baġit li l-Istat jalloka għal politika speċifika jew objettiv speċifiku. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx irrispettat il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti relatati ma’ appoġġ baġitarju li jingħata lil pajjiżi sħab, kif ukoll jekk kinitx ivverifikat li l-kundizzjonijiet ġenerali ta' eliġibbiltà (bħal progress sodisfaċenti fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi) kienu ġew irrispettati.

 

24.

Madankollu, minħabba l-marġni wiesgħa għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, il-Kummissjoni għandha flessibbiltà konsiderevoli biex tiddeċiedi jekk dawn il- hinn mill-istadju fejn titħallas l-għajnuna lill-pajjiż sieħeb, peress li l-fondi mbagħad jingħaqdu mar-riżorsi baġitarji tal-pajjiż riċevitur. Kwalunkwe dgħufija fil-ġestjoni finanzjarja li twassal għal użu ħażin fil-livell nazzjonali ma tirriżultax fi żbalji li jistgħu jinqabdu fl-awditu tar-regolarità li nwettqu (22).kundizzjonijiet ġenerali ġewx irrispettati. L-awditu tar-regolarità li nwettqu ma jistax imur lil

 

25.

Meta l-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi jinġabru flimkien ma’ dawk ta’ donaturi oħra u ma jkunux assenjati għal elementi identifikabbli u speċifiċi ta’ nfiq, il-Kummissjoni tassumi li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE jkunu ġew irrispettati dment li l-ammont totali miġbur flimkien ikun jinkludi biżżejjed infiq eliġibbli biex ikopri l-kontribuzzjoni li ssir mill-UE. Dan l-approċċ, kif jiġi applikat mill-Kummissjoni, ittieħed inkusiderazzjoni wkoll fl-ittestjar sostantiv li wettaqna (23).

 

26.

Meta, mill-kampjun awditjat, jiġu esklużi t-13-il tranżazzjoni relatati mal-appoġġ baġitarju u s-6 tranżazzjonijiet relatati mal-approċċ nozzjonali (li jissemmew fil-paragrafi 22 sa 25), il-livell ta' żball stmat huwa ta’ 4,4  % (24).

 

Rapport annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

27.

F’kull rapport annwali tal-attività mill-2012 ’il hawn, id-DĠ DEVCO ħareġ riżerva dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Għaldaqstant, ġie adottat pjan ta' azzjoni biex jindirizza d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tad-DĠ DEVCO. Il- Kaxxa 6 turi l-isforzi li saru f’dawn l-aħħar erba’ snin.

 

Kaxxa 6 — L-isforzi tad-DĠ DEVCO għat-titjib tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tiegħu

Is-sena li għaddiet aħna rrappurtajna dwar il-progress sodisfaċenti li sar fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni għall-2013 u l-2014; 19-il azzjoni kienu ġew implimentati bis-sħiħ, filwaqt li l-4 li kien fadal ġew trasferiti għall-pjan ta' azzjoni għall-2015.

Sar titjib ulterjuri fit-tfassil tal-pjan ta' azzjoni għall-2015 bl-inklużjoni ta’ miżuri mmirati lejn oqsma b’riskju għoli: fondi taħt ġestjoni indiretta permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u għotjiet taħt ġestjoni diretta. Inizjalment, l-azzjonijiet kollha kienu skedati li jiġu kkompletati sa Ġunju 2016. Sa tmiem l-2016, kienu ġew ikkompletati 10 azzjonijiet, filwaqt li 5 kienu ġew implimentati parzjalment u waħda kienet għadha għaddejja.

Erba’ miżuri mmirati ġodda ġew miżjuda mal-pjan ta' azzjoni għall-2016, u l-progress tagħhom se jiġi vvalutat fir-rapport annwali tagħna li jmiss.

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

28.

Is-sistema ta' kontroll tad-DĠ DEVCO hija ċċentrata madwar kontrolli ex ante li jitwettqu qabel ma jiġi aċċettat l-infiq ikklejmjat mill-benefiċjarji. Din is-sena wkoll, il-frekwenza tal-iżbalji li nstabu — inklużi xi wħud li nstabu fil-klejms finali li kienu ġew suġġetti għal awditi esterni ex ante u verifikazzjonijiet tal-infiq ex ante — tindika li hemm dgħufijiet f’dawn il-kontrolli.

 

29.

Fir-Rapport Annwali 2014 u 2015 tagħna, aħna rrappurtajna dwar il-miżuri (25) li d-DĠ DEVCO kien diġà ħa għat-titjib tal-kwalità ta' dawn l-awditi u l-verifikazzjonijiet (26). Attwalment, id-DĠ DEVCO qed jirrevedi t-termini ta’ referenza tal-awditi u l-verifikazzjonijiet biex jikseb informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-kwalità, kif irrakkomandajna fir-rapport tas-sena li għaddiet. Għalkemm kien ippjanat li din ir-reviżjoni kritika kellha tiġi ffinalizzata sa Ġunju 2017 (27), hija għadha ma ġietx ikkompletata.

29.

Il-ħidma fuq ir-rieżami tat-Termini ta’ Referenza għal Awditi u Verifiki għadha għaddejja. Il-Kummissjoni tistenna li x-xogħol jiġi komplut, anke jekk mhux kompletament operattiv, sa tmiem l-2017.

Studju tal-2016 dwar ir-RER

30.

Fl-2016, id-DĠ DEVCO wettaq il-ħames studju tiegħu dwar ir-RER biex jistma l-livell ta’ żball li l-kontrolli kollha ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji ma rnexxilhomx jaqbdu fil-qasam intier tar-responsabbiltà tiegħu (28). L-ambitu tal-istudju dwar ir-RER u l-limitazzjonijiet tiegħu ġew iddivulgati fir-RAA wara r-rakkomandazzjoni tagħna tal-2013 (29).

 

31.

L-istudju eżamina kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet li saru taħt kuntratti li ngħalqu bejn Settembru 2015 u Awwissu 2016. Aħna analizzajna l-istudju tal-2016 dwar ir-RER u sibna li dan kien twettaq f’konformità mal-metodoloġija applikabbli għar-RER. Id-dgħufijiet kollha li ġew irrappurtati fir-Rapport 2013 tagħna kienu ġew indirizzati, bl-eċċezzjoni tal-metodu ta' evalwazzjoni speċifiku għar-RER, li kien għadu jħalli marġni wiesa' wisq għall-ġudizzju fl-istimar tar-rati ta' żball individwali.

31.

In-numru ta’ stimi naqas sena wara sena minn 43 fl-2012 għal 6 fl-2016. Kull stima tiġi rieżaminata fil-livell ta’ Direttur u Sieħeb sabiex tiġi żgurata l-konsistenza. Din il-proċedura tirrestrinġi l-marġini ta’ ġudizzju għal meta jiġu kkalkulati r-rati ta’ żbalji individwali. L-istimi huma magħmula meta jkun hemm raġuni legali jew loġistika għaliex dokumentazzjoni ma tkunx disponibbli għall-awditur RER qabel l-iskadenza għat-tlestija tax-xogħol fit-tmiem tal-istudju. Dawk it-tranżazzjonijiet fejn dokumentazzjoni ma ġietx ipprovduta jippreżentaw riskju akbar inerenti ta’ suxxettibbiltà għal żball u għalhekk l-istimi jżidu l-livell ta’ żball.

32.

Għall-ewwel darba fl-2016, l-istudju stima li r-RER tinsab taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 % ssettjat mill-Kummissjoni (30). Dan ir-riżultat huwa attribwibbli għall-fatturi prinċipali li ġejjin:

32.

Il-Kummissjoni tqis li t-tnaqqis fir-rata ta’ żball matul is-snin huwa marbut ma’ għadd ta’ fatturi, ewlieni fosthom il-miżuri meħuda biex isaħħu s-sistema ta’ kontroll intern ta’ DEVCO.

(a)

l-isforzi tad-DĠ DEVCO biex itejjeb l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern tiegħu (ara l-paragrafi 27 sa 29 u l- Kaxxa 6 );

 

(b)

l-isforzi tad-DĠ DEVCO biex jikseb dokumenti ta’ sostenn li rriżultaw fi tnaqqis fl-għadd ta’ stimi fil-kampjun użat biex jiġi ddeterminat ir-RER, billi dawn fihom rati ogħla tal-iżball residwu mill-bqija tal-popolazzjoni, minħabba li r-riskju inerenti tagħhom huwa ogħla (31);

 

(c)

żieda fis-sehem ta’ tranżazzjonijiet relatati ma’ appoġġ baġitarju fil-kampjun tar-RER (32), li għalihom, l-istima tar-rata tal-iżball residwu hija ta’ 0 % (ara wkoll il-paragrafi 22 sa 24).

(c)

Mill-perspettiva tal-Kummissjoni, ma hemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn is-sehem ta’ tranżazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju fil-kampjun tar-RER u l-livell tar-rata ta’ żball. L-għadd ta’ punti ta’ Appoġġ Baġitarju fil-kampjun huwa purament dipendenti fuq it-teħid ta’ kampjuni ta’ unità monetarja applikat. Huwa minnu li kuntratti ta’ appoġġ baġitarju ftit li xejn huma milquta minn żbalji, minħabba l-isforzi sostanzjali li għamlet il-Kummissjoni biex ittejjeb il-gwida u biex tindirizza r-riskji f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Madankollu, ix-xejra ’l isfel fir-rata ta’ żball ma ġietx akkumpanjata minn żieda parallela ta’ sehem f’tranżazzjonijiet ta’ Appoġġ Baġitarju fil-kampjun matul is-snin. Wieħed jista’ jargumenta li dan jista’ jkun wieħed mill-fatturi fis-sitwazzjoni attwali tar-rata ta’ żball.

Kaxxa 7 —   Evoluzzjoni tar-RER tad-DĠ DEVCO mill-2012 sal-2016

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq l-istudji tal-2012-2016 dwar ir-RER.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

Analiżi tar-Rapport Annwali tal-Attività 2016

33.

Għas-snin 2012-2014, id-Direttur Ġenerali ħareġ riżerva ġenerali dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet għall-operazzjonijiet kollha tad-DĠ DEVCO. Għall-ewwel darba fl-2015, id-Direttur Ġenerali għamel dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni differenzjata skont ir-riskju u ħareġ riżerva mmirata lejn żewġ oqsma ta’ nfiq li ġew identifikati bħala oqsma b’riskju għoli: (i) għotjiet taħt ġestjoni diretta u (ii) ġestjoni indiretta permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

 

34.

Fl-2016, id-DĠ DEVCO estenda r-riżerva għal għotjiet u għal stimi ta’ programmi taħt ġestjoni indiretta. Minkejja li r-RER tal-2016 kienet taħt is-soll ta' materjalità ta’ 2 %, dan sar b’kunsiderazzjoni tal-elementi kollha fil-proċess tal-bini ta’ aċċertament tad-DĠ DEVCO (33). Ir-riżerva li nħarġet tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet proprji tagħna kemm f’dan ir-rapport annwali kif ukoll f’dawk preċedenti.

 

Kaxxa 8 —   Il-progress tad-DĠ DEVCO lejn dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni differenzjata skont ir-riskju

Image

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ DEVCO.

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

35.

Id-DĠ DEVCO stima li l-ammont totali f'riskju fil-ħin meta saru l-pagamenti (34) għall-infiq li ġie aċċetat fl-2016 (EUR 5 393  miljun) kien ta’ EUR 105 miljun (1,9  % tal-infiq għall-2016). Minn dan l-ammont, id-DĠ stima li EUR 25 miljun (24 %) jiġu kkoreġuti b’segwitu għall-kontrolli li kien se jwettaq fis-snin sussegwenti (35).

 

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

36.

Iċ-ċifra tal-2016 (36) (EUR 25 miljun) kienet nofs l-istima tal-2015 minħabba fl-isforzi tad-DĠ DEVCO biex jeskludi mill-kalkolu rkupri li saru fuq il-prefinanzjamenti, l-ordnijiet ta’ rkupru kkanċellati u l-imgħax iġġenerat, kif irrakkomandajna s-sena l-oħra. Minkejja dan, l-affidabbiltà taċ-ċifra tal-2016 tibqa’ affettwata negattivament (i) minn żbalji li nqabdu iżda li ma ġewx estrapolati kompletament għall-popolazzjoni mhux ittestjata ta’ ordnijiet ta’ rkupru fl-2016 u fis-snin preċedenti (37); u (ii) minħabba li l-kalkolu ma ġiex irrikonċiljat mar-rapporti finanzjarji tal-FEŻ (38). Huwa diffiċli li jiġi kkwantifikat il-kobor globali ta’ dawn in-nuqqasijiet (39).

36.

Il-miżuri meħuda minn DEVCO għall-prevenzjoni u għall-korrezzjoni ta’ żbalji fl-ikkowdjar ta’ kuntest ta’ rkupru huma ppreżentati fil-paragrafu 14 hawn fuq. Dawn l-isforzi se jitkomplew fl-2017. Barra minn hekk, DEVCO se jiżgura li żbalji potenzjali li għad jiġu identifikati fil-futur se jkunu kompletament estrapolati fil-popolazzjoni mhux ittestjata tal-ordnijiet ta’ rkupru li jitqiesu fl-istima tal-kapaċità korrettiva.

Il-bug fis-sistema li wassal għar-reġistrazzjoni ta’ ordnijiet ta’ rkupru mingħajr il-qasam tal-kuntest ta’ rkupru (xejn jew kwalifikat) se jiġi rranġat matul l-2017 u b’hekk kien avveniment ta’ darba. Dan se jinkiseb permezz ta’ użu korrett tal-funzjonalità tal-kuntest ta’ rkupru skont l-istruzzjonijiet maħruġa (eż. il-manwal dwar il-kuntest ta’ rkupru) u permezz tal-implimentazzjoni tar-regola operazzjonali meħtieġa fis-sistema kontabilistika tal-Kummissjoni.

KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjoni

37.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-kontijiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

 

38.

L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016:

(a)

id-dħul tal-FEŻ ma kienx milqut minn livell materjali ta' żball;

(b)

it-tranżazzjonijiet ta' pagament tal-FEŻ kienu milquta minn livell materjali ta' żball (ara l-paragrafi 16 sa 26). L-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ta livell ta’ żball stmat ta’ 3,3  % (ara l- Anness 1 ).

 

Rakkomandazzjonijiet

39.

L- Anness 3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna tal-ħames rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2013 tagħna (40), li kollha kemm huma ġew implimentati bis-sħiħ mid-DĠ DEVCO (41).

 

40.

Ibbażat fuq din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2016, aħna nirrakkommandaw li d-DĠ DEVCO:

 

Rakkomandazzjoni 1: isaħħaħ il-monitoraġġ ta’ kuntratti antiki tal-FEŻ li għadhom miftuħin u li skadew, sabiex ikompli jnaqqas l-ammont tagħhom.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2: jikkompleta r-reviżjoni tat-termini ta’ referenza għall-awditi u l-verifikazzjonijiet tal-infiq kollha tiegħu sa tmiem l-2017.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Diġà qed isir ix-xogħol.

Rakkomandazzjoni 3: jestendi l-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu għall-2017 biex ikopri wkoll għotjiet u stimi ta’ programmi taħt ġestjoni indiretta fir-riżerva li tinħareġ fir-RAA.

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-fatt ta’ ħruġ ta’ riżerva li tikkonċerna dawn iż-żewġ oqsma, jimplika diġà d-definizzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi għalihom.

Rakkomandazzjoni 4: iqis il-possibbiltà li jnaqqas l-estent tal-ittestjar sostantiv għar-RER fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet individwali relatati ma’ appoġġ baġitarju b’riskju baxx, u li jalloka mill-ġdid ir-riżorsi li jiffranka b’dan il-mod biex iżid l-ittestjar sostantiv ta’ tranżazzjonijiet relatati ma’ proġetti.

Din ir-rakkomandazzjoni hija aċċettata. Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-approċċ propost mill-QEA u, jekk rilevanti, li tiddaħħal il-metodoloġija tar-RER.

Rakkomandazzjoni 5: itejjeb aktar il-kalkolu tal-kapaċità korrettiva għall-2017 billi jindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati f’dan ir-rapport annwali.

Din ir-rakkomandazzjoni hija aċċettata.


(1)  Ara l-Artikoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).

(2)  Fl-2012, ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1)) stabbilixxa r-regoli għall-awditjar ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti. Il-Faċilità ta' Investiment mhijiex koperta mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti.

(3)  Bl-eċċezzjoni tat-3 % tal-infiq li sar fl-2016 taħt il-FEŻ, li kien immaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO).

(4)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(5)  Inklużi EUR 1 139 miljun li huma mmaniġġjati mill-BEI.

(6)  Tnaqqis ta’ prefinanzjamenti antiki miftuħin, għall-FEŻ: Inkiseb perċentwal ta’ 28 % (mira ta’ 25 %); tnaqqis ta’ impenji antiki li ma ntużawx, għall-FEŻ: Inkiseb perċentwali ta’ 36 % (mira ta’ 25 %).

(7)  Kuntratt jitqies li jkun skada jekk ikun għadu miftuħ aktar minn 18-il xahar wara tmiem il-perjodu operazzjonali tiegħu. Dewmien fl-għeluq ta’ kuntratti jżid ir-riskju ta' żbalji ta' regolarità billi jista' jkun diffiċli biex id-dokumentazzjoni ta' sostenn terġa' tinstab jekk ma tkunx ġiet arkivjata sew u jekk il-persunal ewlieni tal-proġett ikun telaq. Għeluq tardiv ta' kuntratti jista' jdewwem ukoll l-irkupru ta' prefinanzjament li ma jkunx intuża u ta' nfiq ineliġibbli.

(8)  Is-sehem ta’ kuntratti skaduti fil-portafoll tad-DĠ DEVCO naqas minn 18,62 % fi tmiem l-2013 għal 15,15 % fi tmiem l-2016 (mira ta’ 15 %).

(9)  Minn 1 896 kuntratt skadut, 1 058 (56 %) kienu jikkonċernaw il-FEŻ. Il-proporzjon ta' kuntratti skaduti mqabbel mal-kuntratti miftuħin kollha tal-FEŻ kien ta' 19 %, ipparagunat ma' 12 % għall-portafoll intier tad-DĠ DEVCO. Il-perjodu operazzjonali ta' 156 kuntratt (EUR 323 miljun) mill-1 058 kuntratt tal-FEŻ li kienu skadew (14,7 % f'ċifri; 11,4 % f'valur) kien skorra aktar minn 5 snin ilu.

(10)  Skont l-Artikoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il FEŻ, din id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ma tapplikax għar-riżorsi tal-FEŻ li huma mmaniġġjati mill-BEI.

(11)  Ara l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2015/323.

(12)  Ara l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2015/323.

(13)  Barbados, il-Benin, il-Burkina Faso, Cape Verde, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Fiġi, il-Gambja, il-Ghana, il-Kosta tal-Avorju, in-Niġer, in-Niġerja, Madagascar, ir-Rwanda, is-Senegal, it-Tanzanija u ż-Żambja.

(14)  Id-DĠ DEVCO: 31 pagament; l-ECHO: 4 pagamenti għall-għajnuna umanitarja.

(15)  Aħna ttestjajna 15-il ordni ta’ rkupru (b’valur totali ta’ EUR 7,6 miljun) u sibna li 3 ordnijiet ta’ rkupru (EUR 0,5 miljun) kienu ġew irreġistrati b’mod skorrett bħala dħul minflok bħala l-irkupru ta’ prefinanzjamenti li ma ntużawx.

(16)  EUR 2,7 miljun ta’ korrezzjonijiet identifikati mid-DĠ DEVCO, EUR 0,5 miljun identifikati sussegwentement mill-awdituri tal-QEA.

(17)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli. Aħna ninsabu 95 % fiduċjużi li l-livell ta' żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 1,0 % u 5,6 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(18)  Għal 0,7 punti perċentwali (każ wieħed) il-Kummissjoni wettqet l-iżball hija stess u għal 0,2 punti perċentwali (sitt każijiet) l-iżball sar mill-benefiċjarji.

(19)  Li jikkontribwixxu 1,4 punti perċentwali għal-livell ta' żball stmat.

(20)  Il-pagamenti relatati ma’ appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-FEŻ fl-2016 ammontaw għal EUR 644 miljun.

(21)  Il-pagamenti li ngħataw mill-FEŻ lil proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali fl-2016 ammontaw għal EUR 914-il miljun. Aħna ma nistgħux ngħidu x’inhu l-proporzjon ta' dan l-ammont li għalih kien japplika l-approċċ nozzjonali, peress li l-Kummissjoni ma timmonitorjahx separatament.

(22)  L-effiċjenza u l-effettività tal-appoġġ baġitarju huma indirizzati fir-rapporti speċjali tal-Qorti, fejn dawk l-aktar reċenti huma r-RS Nru 32/2016 dwar l-“Assistenza mill-UE lill-Ukrajna”, ir-RS Nru 30/2016 dwar “L-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras” u r-RS Nru 13/2016 dwar l-“Assistenza tal-UE għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika fil-Moldova”.

(23)  Aħna ma wettaqniex kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ nfiq, jekk il-kontribuzzjoni li saret mill-Kummissjoni kienet inqas minn 75 % tal-baġit għall-azzjoni. F’każijiet fejn kontribuzzjonijiet bħal dawn kienu jinsabu bejn 75 % u 90 %, aħna vvalutajna l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli fuq elementi sottostanti ta’ infiq fuq bażi ta’ każ b’każ.

(24)  Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima bbażata fuq kampjun rappreżentattiv ta' 124 tranżazzjoni. Aħna ninsabu 95 % fiduċjużi li r-rata ta' żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,8 % u 7,1 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(25)  (a) L-obbligazzjoni li titwettaq analiżi tar-riskji għat-tħejjija tal-pjanijiet annwali tal-awditjar mid-delegazzjonijiet tal-UE u mid-dipartimenti tad-DĠ DEVCO; (b) ir-reviżjoni tal-mudelli ta’ kuntratti tal-għoti sabiex id-DĠ DEVCO jkun jista’ jagħżel jew jikkuntratta awdituri direttament; (c) is-sensibilizzazzjoni dwar l-aktar tipi komuni ta' żbalji, taħriġ u tisħiħ tal-ħiliet finanzjarji u ta' kontroll tal-persunal tad-DĠ DEVCO u tal-benefiċjarji; (d) l-adozzjoni ta’ grilja tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ awditu jew ta’ verifikazzjoni tal-infiq.

(26)  Fil-paragrafu 41 tar-Rapport Annwali 2015, aħna rrappurtajna wkoll dwar miżuri mmirati lejn it-titjib tal-ġestjoni ta’ dokumenti u proċeduri ta' akkwist, kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-benefiċjarji.

(27)  Sa Diċembru 2016 għall-ġestjoni indiretta permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u sa Ġunju 2017 għal għotjiet taħt ġestjoni diretta, kif stabbilit fil-pjan ta' azzjoni għall-2016.

(28)  Il-FEŻ u l-baġit ġenerali tal-UE.

(29)  In-nota 24 f’qiegħ il-paġna tar-RAA 2016.

(30)  2014: 2,8 %; 2015: 2,2 %; 2016: 1,7 %.

(31)  2014: 14-il stima; 2015: 10; 2016: 6. Skont il-metodoloġija tar-RER, jenħtieġ li l-istimi jintużaw biss jekk ikun hemm raġuni legali jew loġistika valida għaliex id-dokumentazzjoni ma tkunx disponibbli qabel id-data ta' skadenza għall-ikkompletar tax-xogħol tar-RER sa tmiem l-istudju. Tranżazzjonijiet li għalihom ma tkunx ġiet ipprovduta dokumentazzjoni jippreżentaw riskju inerentement ogħla ta’ suxxettibbiltà għal żball, u jkun meħtieġ li jittieħed kont ta’ dan meta l-istima tiġi kkalkulata.

(32)  2014: 35 tranżazzjoni relatati ma’ appoġġ baġitarju; 2015: 50; 2016: 73, ikkampjunati skont il-piż rispettiv tagħhom fil-popolazzjoni.

(33)  Dan jinkludi analiżi tar-riskju tal-iżbalji fil-passat kemm tar-RER kif ukoll tal-QEA.

(34)  L-aħjar stima konservattiva tal-ammont ta’ nfiq awtorizzat matul is-sena iżda li ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u regolatorji applikabbli fil-ħin meta sar il-pagament.

(35)  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2016 tad-DĠ DEVCO, p. 50.

(36)  Il-kapaċità korrettiva għall-2016 ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-ammont annwali medju ta' ordnijiet ta' rkupru li nħarġu għal żbalji u irregolaritajiet bejn l-2010 u l-2016.

(37)  Id-DĠ DEVCO ċċekkja kampjun kbir ta’ ordnijiet ta’ rkupru tal-2016 u kkonkluda li bejn wieħed u ieħor 50 % tal-ordnijiet ta’ rkupru kollha li jaffettwaw il-kapaċità korrettiva kienu ġew ikkontabilizzati b’mod skorrett. Għalhekk, l-ordnijiet ta’ rkupru tal-2010-2015 li ntużaw fil-kalkolu ġew aġġustati bl-istess perċentwal. Matul l-analiżi tagħna, aħna sibna żbalji oħra li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni, u li jistgħu jżidu l-perċentwal ta’ rkupri kkontabbilizzati b’mod skorrett għal mill-inqas 62 %.

(38)  Minħabba problema teknika fis-sistema kontabilistika tal-Kummissjoni, il-popolazzjoni tal-ordnijiet ta’ rkupru tal-2016 ma kinitx tinkludi ordnijiet ta’ rkupru li ma kellhomx deskrizzjoni tal-kuntest ta’ rkupru.

(39)  L-impatt potenzjali massimu ta’ dawn in-nuqqasijiet ma jaffettwax l-opinjoni tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ.

(40)  Aħna għażilna r-Rapport 2013 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

(41)  L-għan ta’ dan is-segwitu kien biex jiġi vverifikat jekk ġewx introdotti miżuri korrettivi b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet tagħna, u mhux biex tiġi vvalutata l-effettività tal-implimentazzjoni tagħhom.

(42)  Kontribuzzjoni mill-FEŻ biex jiġi kopert l-infiq imġarrab, kemm fil-Kummissjoni kif ukoll fid-Delegazzjonijiet tal-UE, għall-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex jiġu mmaniġġjati operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-FEŻ.

(43)  Impenji globali huma relatati ma' deċiżjonijiet ta' finanzjament. Impenji individwali huma relatati ma' kuntratti individwali.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2016.

(44)  Jinkludu allokazzjonijiet inizjali għat-8, għad-9, għall-10 u għall-11-il FEŻ, kofinanzjament, imgħax, riżorsi varji u trasferimenti minn FEŻ preċedenti.

(45)  Bħala perċentwal tar-riżorsi.

(46)  Ammonti negattivi jikkorrispondu għal diżimpenji.

(47)  Impenji globali huma relatati ma' deċiżjonijiet ta' finanzjament.

(48)  Impenji individwali huma relatati ma' kuntratti individwali.

(49)  Impenji netti wara diżimpenji. Pagamenti netti wara rkupri.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2016. Iċ-ċifri ppreżentati ma jkoprux il-parti tal-FEŻ li hija mmaniġġjata mill-BEI.


ANNESS 1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

 

2016

2015

 

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

 

Total tat-tranżazzjonijiet

143

140

 

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

 

 

 

Livell ta’ żball stmat

3,3  %

3,8  %

 

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

5,6  %

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

1 %

 


ANNESS 2

ĦARSA ĠENERALI LEJN L-IŻBALJI B’IMPATT TA’ MILL-INQAS 20 %

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Introduzzjoni

Filwaqt li applikajna l-metodoloġija ġenerali tal-awditjar ippreżentata fl-Anness 1.1 għall-Kapitolu 1 tar-Rapport Annwali 2016 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, aħna ttestjajna kampjun rappreżentattiv ta' tranżazzjonijiet biex nistmaw il-livell ta' irregolarità fi ħdan il-popolazzjoni għall-FEŻ. L-iżbalji li qbadna fl-ittestjar ma jikkostitwux lista eżawrjenti — la ta’ żbalji individwali u lanqas ta’ tipi possibbli ta' żball. Is-sejbiet deskritti fil-qosor hawn taħt, li jikkonċernaw żbalji b'impatt ta' mill-inqas 20 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet eżaminat, huma ppreżentati bħala eżempju (1). Dawn l-iżbalji nstabu fi tranżazzjonijiet b’valur ta' bejn EUR 128 000 u EUR 11,8  miljun, b'valur medjan (2) ta' aktar minn EUR 4,8  miljun.

 

Eżempji ta’ żbalji  (3)

Nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist

Eżempju 1 — Evalwazzjoni skorretta tal-offerta għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni

Aħna eżaminajna l-ikklerjar, mill-Kummissjoni, tal-infiq fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta’ poliklinika fil-Karibew. L-akkwist għal dan il-proġett ma kienx jikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali, u lanqas ma segwa r-regoli tal-akkwist proprji tal-Kummissjoni. Għalkemm fil-fehma tagħna, l-offerta bil-prezz l-aktar baxx issodisfat il-kriterji tal-għażla kollha, hija ġiet rifjutata minħabba fi tħassib dwar il-kapaċità teknika tal-offerent li jwettaq ix-xogħol. Aħna ma rajniex li kien hemm ġustifikazzjoni xierqa għal din id-deċiżjoni. Fl-ittra ta’ notifika, l-offerent ingħata r-raġuni żbaljata għar-rifjut. Fi żmien l-eżaminar tagħna, il-Kummissjoni spjegat li l-offerent bil-prezz l-aktar baxx ma kienx ipprovda evidenza suffiċjenti li kellu l-ammont minimu ta’ finanzjament biex iwettaq ix-xogħol. Madankollu, l-offerent bit-tieni prezz l-aktar baxx, li ngħata l-kuntratt, ukoll kellu 10 % inqas mir-rekwiżit minimu ta’ kreditu. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni ta l-opportunità lill-offerent bit-tieni prezz l-aktar baxx li jipprovdi aktar informazzjoni dwar dan il-kriterju tal-għażla. Din il-possibbiltà ma ngħatatx lill-ewwel offerent. Meħudin flimkien, dawn in-nuqqasijiet kollha jikkostitwixxu żball serju fl-akkwist pubbliku (kwantifikazzjoni ta’ 100 %).

Skont il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kkunsidra l-iktar offerta baxxa bħala mhux konformi, peress li ma kellhiex biżżejjed kapaċità teknika biex teżegwixxi l-kuntratt maż-żewġ kuntratti l-oħra diġà mogħtija mill-awtorità kontraenti. L-iktar offerta baxxa wkoll ma ssodisfatx ir-rekwiżit minimu ta’ kreditu.

Eżempju 2 — Nuqqas ta’ dokumentazzjoni dwar il-proċedura ta' akkwist pubbliku

Aħna eżaminajna l-ikklerjar finali, mill-Kummissjoni, tal-infiq fuq proġett li jipprovdi assistenza teknika għat-titjib tal-amministrazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE fi Grenada. Il-klejm għall-pagament kienet tinkludi bosta elementi relatati ma’ kuntratt ta’ servizzi ta’ konsulenza. Aħna ma rċevejniex il-fajls kollha tal-akkwist għal dan il-kuntratt, u għalhekk ma stajniex nivverifikaw li r-regoli tal-akkwist kienu ġew segwiti kif inhuma stabbiliti fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-proġett. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 30 % tal-ispejjeż totali ttestjati.

Il-Kummissjoni se twettaq segwitu tas-sejbiet tal-QEA.

Infiq li ma ġġarrabx

Eżempju 3 — Infiq li ma ġġarrabx mill-benefiċjarju

Aħna eżaminajna l-ikklerjar, mill-Kummissjoni, tal-infiq fuq proġett li ġie implimentat minn organizzazzjoni internazzjonali biex jingħata appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat f’pajjiżi AKP. Meta vverifikajna l-ammont sħiħ tal-infiq li kien ġie aċċettat, aħna nnutajna li dan kien jikkonsisti f’ittri ta’ garanzija li nħarġu mill-organizzazzjoni internazzjonali, kif ukoll fl-ispejjeż ta’ ġestjoni għad-durata sħiħa tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni. Il-garanziji bankarji ma kinux ġew infurzati mill-investituri, li jfisser li l-benefiċjarju ma ġarrab ebda spiża. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt huwa ta’ 20 sena, u l-ispejjeż futuri ta’ ġestjoni ma jistgħux jiġu ddebitati bil-quddiem. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 98 % tal-ispejjeż totali ttestjati.

Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri ta' rimedju rilevanti: l-approvazzjoni kkontestata ġiet imħassra.

Ma ġietx ipprovduta dokumentazzjoni essenzjali ta' sostenn

Eżempju 4 — Dokumentazzjoni ta’ sostenn insuffiċjenti

Aħna eżaminajna l-ikklerjar interim, mill-Kummissjoni, tal-infiq fuq proġett biex jingħata appoġġ lill-kummerċ u l-agrikoltura fit-Tanzanija. Għall-maġġoranza tal-elementi ta’ nfiq li ttestjajna, jew ma rċevejna ebda dokumentazzjoni ta’ sostenn jew id-dokumenti pprovduti kienu insuffiċjenti, pereżempju ma koprewx l-ammont sħiħ tal-element. Għalhekk, aħna ma stajniex nivverifikaw l-eliġibbiltà ta’ dawn l-elementi. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 45 % tal-ispejjeż totali ttestjati.

Wara ż-żjara tal-QEA, il-Kummissjoni għadha fil-proċess li tikseb id-dokumentazzjoni addizzjonali qabel ma l-ammont finali dovut ikun stabbilit.

Eżempju 5 — Dokumentazzjoni ta’ sostenn insuffiċjenti, spejjeż ineliġibbli

Aħna eżaminajna l-ikklerjar finali, mill-Kummissjoni, tal-infiq taħt ftehim ta' għotja għall-forniment ta’ servizzi finanzjarji lil żoni rurali, li ġie implimentat minn organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ fil-Malawi. Aħna osservajna bosta problemi fil-klejm għall-pagament. Ma ġewx ipprovduti d-dokumenti ta’ sostenn kollha (bħar-rendikonti tas-salarji jew il-provi ta’ pagament) għall-awditjar tal-pagamenti tas-salarji, u spejjeż ineliġibbli, jiġifieri dazji tal-importazzjoni, kienu ġew inklużi fil-klejm. Barra minn hekk, f’xi każijiet il-proċedura ta' akkwist ma osservatx il-prinċipji tat-trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 44 % tal-ispejjeż totali ttestjati.

Il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tirkupra dawk l-ammonti li huma meqjusin ineliġibbli.

Kalkolu skorrett tal-infiq ikklejmjat

Eżempju 6 — Żbalji fil-kalkolu tal-ispejjeż iddebitati

Aħna eżaminajna l-infiq li sar mill-Kummissjoni fuq fond fiduċjarju amministrat minn korp internazzjonali. Il-klejm għall-ispiża kienet tinkludi tariffi ta’ konsulenza teknika. Il-kuntratt għal dawn is-servizzi speċifika li l-kumpanija ta’ konsulenza kienet meħtieġa tikkonverti s-sigħat tax-xogħol ta’ kuljum f’xhur, fuq il-bażi ta’ xahar bi 30 jum ta’ xogħol. Minflok, il-kumpanija użat xahar b’21 jum ta’ xogħol, li rriżulta f’żieda fit-tariffi ddebitati. Barra minn hekk, ġew iddebitati l-ħin tal-ivvjaġġar u s-sahra, li kien imur kontra t-termini tal-kuntratt. L-ispejjeż ineliġibbli rriżultaw f’rata ta’ żball ta’ 25 % tal-ispejjeż totali ttestjati.

Il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tirkupra dawk l-ammonti li huma meqjusin ineliġibbli.


(1)  Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw aktar minn nofs il-livell kumplessiv ta' żball stmat.

(2)  Jiġifieri nofs l-iżbalji kollha b'impatt ta' mill-inqas 20 % nstabu fi tranżazzjonijiet b'valur ta’ inqas minn EUR 4,8 miljun, u l-bqija nstabu fi tranżazzjonijiet b'valur ogħla minn dan l-ammont.

(3)  Żewġ eżempji oħra ta’ żbalji huma ppreżentati fil- Kaxxa 5 tat-test prinċipali.


ANNESS 3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Implimentata bis-sħiħ

Qed tiġi implimentata

Mhux implimentata

Mhux applikabbli

Evidenza insuffiċjenti

Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

F'xi wħud mill-aspetti

2013

Rakkomandazzjoni 1: Il-EuropeAid għandu jiżgura li l-uffiċjali awtorizzanti b’sottodelega kollha jirkupraw kull sena l-imgħax iġġenerat minn prefinanzjament ta' aktar minn EUR 750 000 (ir-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 51, ir-Rakkomandazzjoni 1).

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 2: Il-EuropeAid għandu jikkompleta l-iżvilupp tas-sistema CRIS sa tmiem l-2014, biex l-imgħax fuq prefinanzjament ta' bejn EUR 250 000 u EUR 750 000 ikun jista' jiġi rikonoxxut bħala dħul finanzjarju (ir-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 51, ir-Rakkomandazzjoni 2).

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 3: Il-EuropeAid għandu jirrevedi l-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-kontrolli implimentati (ir-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 51, ir-Rakkomandazzjoni 3).

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 4: Il-EuropeAid għandu jirrapporta fir-RAA dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-indirizzar tad-dgħufijiet fis-sistema ta' kontroll (ir-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 51, ir-Rakkomandazzjoni 4).

x

 

 

 

 

 

 

Rakkomandazzjoni 5: Il-EuropeAid għandu jiddivulga fir-RAA l-ambitu tal-istudju dwar ir-RER u l-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball stmati (ir-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 51, ir-Rakkomandazzjoni 5).

x