Brussell, 26.4.2017

SWD(2017) 201 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-istabbiliment ta' Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

{COM(2017) 250 final}
{SWD(2017) 200 final}
{SWD(2017) 206 final}


Werrej

Introduzzjoni    

Kapitolu I – Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol    

Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja    

L-ugwaljanza bejn is-sessi    

L-opportunitajiet indaqs    

L-appoġġ attiv għall-impjiegi    

Impjieg sigur u adattabbli    

Il-pagi    

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f’każ ta’ sensja    

Id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema    

Il-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol    

Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data    

Kapitolu III – Protezzjoni soċjali u inklużjoni    

Il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal    

Il-protezzjoni soċjali    

Il-benefiċċji tal-qgħad    

L-introjtu minimu    

L-introjtu u l-pensjoni tal-irtirar    

Il-kura tas-saħħa    

L-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità    

Il-kura fit-tul    

L-akkomodazzjoni u l-għajnuna għall-persuni mingħajr dar    

L-aċċess għas-servizzi essenzjali    



Introduzzjoni

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi għadd ta’ prinċipji u ta’ drittijiet ewlenin għas-sostenn tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzonaw tajjeb. Flimkien, dawn il-prinċipji u d-drittijiet jistabbilixxu aġenda ambizzjuża għal ekonomiji bi prestazzjoni aħjar u għal soċjetajiet aktar ekwi u reżiljenti. L-għan huwa li jitrawwem proċess imġedded ta’ konverġenza lejn kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja aħjar fl-Ewropa. F’dan il-kuntest, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jikkonċerna l-forniment ta’ drittijiet ġodda u iktar effettivi liċ-ċittadini, l-indirizzar tal-isfidi soċjali emerġenti u d-dinja tax-xogħol li qed tinbidel, b’mod partikolari fid-dawl ta’ tipi emerġenti ta’ impjiegi li ġejjin minn teknoloġiji ġodda u mir-rivoluzzjoni diġitali. Dawn il-prinċipji u d-drittijiet ikopru l-oqsma tal-impjiegi, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet indaqs.

Il-Pilastru jibni fuq il-korp ta' liġijiet li jeżisti fil-livell tal-UE u f’dak internazzjonali. B’mod partikolari, il-Pilastru jibni fuq il-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema tal-1989, fuq il-Karta Soċjali Ewropea tal-1961, fuq il-Karta Soċjali Ewropea Riveduta tal-1996 u fuq il-Kodiċi Ewropew tas-Sigurtà Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-Prinċipji jqisu wkoll il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-protokolli relatati rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità. Fl-istess waqt, l-acquis soċjali tal-UE wkoll żviluppa matul dawn l-aħħar 30 sena, permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda fit-Trattati tal-UE, l-adozzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni l-ġdida u permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Aktar riċentement, l-adozzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030 ipprovdiet aġenda ġdida biex jiġu indirizzati l-qerda tal-faqar u d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, solidali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli b’mod bilanċjat u integrat.

Dan id-dokument isegwi l-istruttura tat-tliet kapitoli tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jispjegaw fid-dettall il-kontenut ta’ kull prinċipju jew dritt. Kull wieħed minn dawn huwa ppreżentat fi tliet taqsimiet ewlenin, li jkopru l-acquis soċjali eżistenti, spjegazzjoni tal-kontenut u tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, u suġġerimenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu.

L-acquis tal-Unjoni

Għal kull prinċipju jew dritt, l-ewwel parti ta’ dan id-dokument tispjega l-acquis soċjali tal-Unjoni, billi tibda mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tfakkar is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Tikkonkludi billi tfakkar il-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ewlenin li diġà jinsabu fis-seħħ u li qed jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipju jew tad-dritt inkwistjoni.

Din it-taqsima mhijiex eżawrjenti peress li tippreżenta l-iktar strumenti rilevanti, kemm il-miżuri legalment vinkolanti kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li jipprovdu gwida.

Għal kull buon fini, meta tissemma l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa importanti li jitfakkar li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-Karta huma indirizzati lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u lill-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni biss.

 Il-prinċipji u d-drittijiet tal-Pilastru

Il-Pilastru jrendi l-prinċipji u d-drittijiet li jinsabu fid-dispożizzjonijiet vinkolanti tad-dritt tal-Unjoni iktar viżibbli, iktar faċli biex jinftiehmu u iktar espliċiti għaċ-ċittadini u għall-atturi fil-livelli kollha. Barra minn hekk, għal ċerti oqsma partikolari, il-Pilastru jżid elementi ġodda mal-acquis eżistenti. Dan huwa spjegat fid-dettall fit-tieni taqsima. 

Il-prinċipji u d-drittijiet imnaqqxa fil-Pilastru jindirizzaw liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-Istati Membri, irrispettivament mill-istatus fl-impjieg tagħhom, kif ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-sħab soċjali.

L-implimentazzjoni

Minħabba n-natura legali tal-Pilastru, dawn il-prinċipji u d-drittijiet mhumiex infurzabbli direttament u se jkun hemm bżonn li jissarrfu f’azzjoni ddedikata u/jew f’partijiet separati ta’ leġiżlazzjoni, fil-livell xieraq. Dan huwa spjegat fit-tielet parti ta’ dan id-dokument, li tindirizza kif kull prinċipju jew dritt jista’ jiġi implimentat b’mod effettiv mill-Istati Membri u mis-sħab soċjali, li għandhom ir-responsabbiltà primarja li jagħmlu l-prinċipji u d-drittijiet soċjali operattivi fil-prattika. Barra minn hekk, din it-taqsima tispjega kif l-azzjonijiet tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru.

Is-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, kien u għadu strument importanti għall-monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, u għall-promozzjoni ta’ riformi mmirati skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali li jkopru firxa wiesgħa tal-Pilastru, mill-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja sal-appoġġ attiv lill-persuni qiegħda, il-pagi, l-indukrar tat-tfal, il-protezzjoni soċjali u l-introjtu minimu jew is-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa. L-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro u għall-pajjiżi se jirriflettu u jippromwovu l-iżvilupp tad-drittijiet soċjali, billi jivvalutaw, jimmonitorjaw u jqabblu l-progress sabiex dawn jiġu implimentati. Il-valutazzjoni komparattiva se ssir b’mod progressiv għal sett limitat ta’ oqsma li għandhom rilevanza partikolari għall-funzjonament taż-żona tal-euro, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, il-benefiċċji tal-qgħad, il-pagi minimi, l-introjtu minimu u l-ħiliet.

Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. B’mod partikolari, il-Fond Soċjali Ewropew, kif ukoll inizjattivi importanti oħra għall-koeżjoni soċjali bħall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn se jkollhom rwol importanti fis-segwitu tal-Pilastru. Il-Pilastru se jkollu rwol ukoll fit-tfassil tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020.

It-tisrif tal-prinċipji u tad-drittijiet imnaqqxa fil-Pilastru f’realtà huwa impenn u responsabbiltà kondiviża bejn l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u s-sħab soċjali, li jaġixxu f’konformità mad-distribuzzjoni tal-kompetenzi stabbiliti mit-Trattati tal-Unjoni u b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ta’ finanzi pubbliċi sodi u tar-rispett tal-awtonomija tas-sħab soċjali.

Fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali xejn m’għandu jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew li jaffettwa ħażin il-prinċipji u d-drittijiet kif rikonoxxuti, fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom, mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt internazzjonali u mill-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha jagħmlu parti minnhom, inkluża l-Karta Soċjali Ewropea tal-1961 u l-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-ILO. L-implimentazzjoni tal-Pilastru tista’ tissaħħaħ bir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO, tal-Karta Soċjali Ewropea Riveduta tal-1996 u tal-Protokoll Addizzjonali tagħha li jipprevedi Sistema ta’ Lmenti Kollettivi.

L-involviment tas-sħab soċjali huwa ċentrali wkoll għall-forniment tad-drittijiet soċjali. Il-promozzjoni tad-djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema hija wkoll imnaqqxa bħala objettiv komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-Artikolu 151 tat-TFUE. Fil-livell tal-Unjoni, fl-oqsma ta’ politika koperti mill-Artikolu 153 tat-TFUE, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE u jistgħu jitolbu l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tagħhom fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru permezz ta’ negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali u/jew billi jiġbru u jiskambjaw l-aħjar prattiki fl-Ewropa. 

Barra minn hekk, djalogu ċivili kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak nazzjonali huwa vitali għat-twessigħ tal-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politika u għall-mobilizzazzjoni ulterjuri tal-atturi soċjali biex jgħinu fit-twettiq tal-prinċipji u tad-drittijiet tal-Pilastru. Djalogu ċivili li jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jippermetti għar-rappreżentazzjoni ta’ firxa ta’ interessi tal-partijiet ikkonċernati ċivili u jsaħħaħ it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-leġittimità tad-deċiżjonijiet pubbliċi.

Il-Pilastru jenħtieġ li jiġi implimentat skont ir-riżorsi disponibbli u fi ħdan il-limiti ta’ ġestjoni baġitarja tajba u tal-obbligi tat-Trattat li jirregolaw il-finanzi pubbliċi. B’mod partikolari, l-istabbiliment tal-Pilastru ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u m’għandux jaffettwa l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.



Kapitolu I – Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol

Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi biex iżomm u jakkwista ħiliet li bihom ikun jista’ jieħu sehem bis-sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġa b’suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 14 tal-Karta jagħti lil kulħadd id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għall-aċċess għal taħriġ vokazzjonali u kontinwu. Dan id-dritt jinkludi l-possibbilità li wieħed jirċievi edukazzjoni obbligatorja bla ħlas.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Skont l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-politiki bejn l-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, billi tappoġġa u timplimenta l-azzjoni tagħhom, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut tat-tagħlim u għad-diversità kulturali u lingwistika tagħhom. L-Artikolu 166 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex timplimenta politika ta’ taħriġ vokazzjonali li tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u għall-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali.

c) Il-miżuri eżistenti

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ 1 tistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha li jkollhom inqas minn 25 sena jingħataw offerta ta’ impjieg ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba’ xhur minn meta joħorġu mill-iskola jew minn meta jispiċċaw qiegħda.

Ir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja 2 tidentifika l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet għat-twettiq u l-iżvilupp personali, iċ-ċittadinanza attiva, għall-koeżjoni soċjali u għall-impjegabbiltà.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel 3 stiednet lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji komprensivi li jappoġġaw liż-żgħażagħ sabiex ilestu l-edukazzjoni sekondarja għolja u biex tinkiseb il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 relatata mat-tnaqqis tar-rata ta’ tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 10% sal-2020.

Ir-Rakkomandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni ogħla tidentifika azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fil-livell nazzjonali u tal-UE biex jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-akkreditazzjoni tal-edukazzjoni għolja ta’ kwalità tajba.

Ir-Rakkomandazzjoni 2009/C 155/01 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali 4 tipprovdi għodod komuni għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-promozzjoni ta' edukazzjoni u ta' taħriġ vokazzjonali aħjar.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja 5 tistabbilixxi bażi għall-kejl tal-kisbiet edukattivi fuq il-bażi tal-eżiti tat-tagħlim. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali 6 tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu arranġamenti bl-għan li jidentifikaw, jiddokumentaw, jivvalutaw u jiċċertifikaw l-eżiti tat-tagħlim li jwasslu għal kwalifika. 

L-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa 7 , adottata f’Ġunju tal-2016, nediet għadd ta’ azzjonijiet biex jitjiebu l-kwalità u r-rilevanza tal-formazzjoni tal-ħiliet, biex il-ħiliet isiru iktar viżibbli u komparabbli, u biex titjieb l-informazzjoni dwar il-ħiliet. Dawn jinkludu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti 8 li tistieden lill-Istati Membri biex jagħtu appoġġ lill-adulti biex jiksbu livell minimu ta’ litteriżmu, numeriżmu u kompetenza diġitali u biex jagħmlu progress fil-kisba ta’ kwalifika sekondarja u l-pjan ta’ azzjoni għall-kooperazzjoni settorjali fil-ħiliet.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi dritt ġenerali għall-edukazzjoni u għat-taħriġ tul il-ħajja. Dan imur lil hinn mill-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi jiffoka fuq il-kwalità u l-inklużività.

Il-Pilastru għandu l-għan li jiżgura l-provvediment ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja, kemm formali kif ukoll mhux formali. Dan jisħaq fuq ir-rilevanza tal-edukazzjoni u tal-ħiliet għall-parteċipazzjoni b'suċċess fis-suq tax-xogħol u għall-koeżjoni soċjali. Jisħaq ukoll fuq l-opportunitajiet biex jinżammu u jinkisbu l-ħiliet. Dan jinvolvi opportunitajiet flessibbli għat-tagħlim u għat-taħriġ mill-ġdid li jenħtieġ li jkunu disponibbli f’kull żmien tul il-ħajja u l-karriera tax-xogħol ta’ persuna, inkluż fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal u fis-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ inizjali, ulterjuri, għolja u għall-adulti.

L-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja inklużivi jinvolvu mezzi aċċessibbli biex il-ħiliet u l-kompetenzi jkunu jistgħu jinkisbu, jinżammu jew jiġu żviluppati sa livell li jħejji lil kulħadd għal ħajja attiva. Pereżempju, jenħtieġ li jiġu meqjusa il-bżonnijiet speċjali tal-persuni b'diżabilità jew ta’ dawk li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati biex ikun żgurat li dawn jingħataw aċċess fuq bażi ugwali.

Issir aktar enfasi fuq il-ħiliet meħtieġa matul it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol, li jinkludu t-tibdil fl-istatus tal-impjieg, it-tibdil tal-impjegatur, meta persuna tieħu waqfa mill-karriera jew tmur lura wara waqfa mill-karriera jew iċ-ċaqliq bejn l-impjieg u l-impjieg indipendenti. Fost l-oħrajn dan jinkludi l-akkwiżizzjoni u ż-żamma ta’ ħiliet diġitali bażiċi.

 3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-sħab soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiddeterminaw il-kontenut tat-tagħlim u tat-taħriġ vokazzjonali u biex jorganizzaw is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali. Dawn huma mistiedna sabiex idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru f’dan il-kuntest, minbarra li japplikawhom meta jimplimentaw il-miżuri tal-Unjoni adottati f’dawn l-oqsma.

Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti. F’dan il-kuntest jistgħu jippromwovu, jiżviluppaw u jikkontribwixxu għall-politiki fil-livell tal-kumpaniji, f’dak lokali, nazzjonali jew tal-Unjoni biex itejbu l-opportunitajiet ta’ taħriġ, ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ tagħlim tul il-ħajja kif ukoll biex jipprovdu iktar traineeships u apprendistati.

Is-sħab soċjali tal-UE fil-livell transindustrijali għażlu ħtiġijiet ta’ ħiliet fl-ekonomiji diġitali u barra minn hekk qed irawmu apprendistati biex iżidu l-impjiegi għaż-żgħażagħ bħala prijorità għall-programm ta’ ħidma attwali tagħhom 2015-2017 u se jorganizzaw skambji bejn is-sħab soċjali nazzjonali fuq dawn il-kwistjonijiet.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

 Fl-2017, il-Kummissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta’ Kwalità għall-Apprendistati, li se tiddefinixxi l-elementi ewlenin li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex in-nies ikunu jistgħu jiksbu l-ħiliet u l-kwalifiki rilevanti permezz ta’ programmi ta’ apprendistati ta’ kwalità għolja.

Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki tal-2008 qed jiġi rivedut (bħalissa fil-Kunsill għaddejjin in-negozjati dwar Rakkomandazzjoni riveduta) u r-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja qed tiġi aġġornata.

Il-Qafas tal-Europass 9 qed jiġi aġġornat biex joffri lin-nies għodod imtejba biex jippreżentaw il-ħiliet tagħhom u jiksbu informazzjoni dwar il-ħtiġijiet u t-tendenzi tal-ħiliet.

Il-Kummissjoni se timplimenta l-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali li ġiet imnedija riċentement biex takkumpanja t-trasformazzjoni diġitali, billi tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki kif ukoll is-sħubijiet bejn l-industrija, il-fornituri tal-edukazzjoni u s-sħab soċjali.

Fl-2017 il-Kummissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u tal-valuri komuni permezz tal-edukazzjoni u tat-tagħlim mhux formali sabiex l-Istati Membri jingħataw appoġġ u gwida.

Il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja li tistabbilixxi l-azzjonijiet fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin, inklużi l-indirizzar tal-ispariġġi fil-ħiliet u l-promozzjoni tal-eċċellenza fl-iżvilupp tal-ħiliet; il-bini ta’ sistemi tal-edukazzjoni għolja li mhumiex biss effiċjenti u effettivi iżda wkoll soċjalment inklużivi u konnessi mal-komunitajiet tagħhom; u l-iżgurar li l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jikkontribwixxu għall-innovazzjoni reġjonali.

Il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u tat-tagħlim eċċellenti li tindirizza r-rati għoljin persistenti ta’ żgħażagħ li għandhom ħiliet bażiċi baxxi, l-inugwaljanzi fis-suċċess edukattiv u r-rekwiżiti ta’ kompetenzi li qed jinbidlu fis-soċjetajiet tagħna.

Il-Kummissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar it-titjib tad-disponibilità ta’ informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar dak li jagħmlu l-iggradwati minn edukazzjoni terzjarja u minn edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fl-UE wara li jlestu l-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom.

Fil-Komunikazzjoni ta’ Diċembru 2016 “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa” 10 , il-Kummissjoni pproponiet azzjonijiet ġodda li jappoġġaw l-impjiegi għaż-żgħażagħ u joħolqu aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u sostenibbli tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Kummissjoni pproponiet l-estensjoni tal-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-provvediment ta' €1 biljun addizzjonali għall-allokazzjoni tal-baġit speċifika tal-YEI, flimkien ma’ €1 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew kif ukoll appoġġ ulterjuri għall-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni, għat-tagħlim reċiproku u għall-monitoraġġ.

F’Ġunju 2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet azzjonijiet li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-edukazzjoni skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-integrazzjoni 11 .

Cedefop, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, li huwa waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, qed jappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali relatata mal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali, jippromwovi l-aċċess, l-attraenza u l-effiċjenza tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali u qed jinforma dwar il-provvista u d-domanda attwali u futura tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol Ewropew.



L-ugwaljanza bejn is-sessi

a. Fl-oqsma kollha hemm bżonn li titrawwem u tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjiegi u fil-progress fil-karriera.

b. In-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali. 

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 23 tal-Karta jipprevedi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjiegi, fix-xogħol u fil-paga. Jistipula wkoll li l-prinċipju ta' ugwaljanza m’għandux jipprevjeni milli jinżammu fis-seħħ jew jiġu adottati miżuri maħsuba biex jagħtu vantaġġi speċifiċi lis-sess l-anqas irrappreżentat.

L-Artikolu 33 tal-Karta jipprevedi li, biex il-ħajja tal-familja u dik professjonali jiġu rrikonċiljati, kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni kontra s-sensja minħabba raġuni marbuta mal-maternità, u d-dritt għal-leave tal-maternità mħallas u għal-leave tal-ġenituri wara t-twelid jew wara l-adozzjoni ta' wild.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Skont l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tieħu azzjoni xierqa biex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni, inkluża dik sesswali.

Skont l-Artikolu 153 tat-TFUE, l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri, inklużi direttivi li jistabbilixxu rekwiżiti minimi, biex tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri, fost l-oħrajn fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u tat-trattament fuq ix-xogħol. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju. L-Artikolu 157(3) tat-TFUE jagħti s-setgħa lil-leġiżlatura tal-Unjoni biex tadotta miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u ta’ xogħol, inkluż il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali. L-Artikolu 157(4) tat-TFUE jispeċifika li l-prinċipju ta' trattament ugwali m’għandux iwaqqaf lil kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi sabiex ikun aktar faċli għall-persuni l-anqas irrappreżentati li jwettqu attività vokazzjonali jew li jipprevjenu żvantaġġi fil-karrieri professjonali jew jikkumpensaw għalihom.

c) Il-miżuri eżistenti

Id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu d-diskriminazzjoni u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjiegi u fix-xogħol, fl-impjieg indipendenti, fl-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi u fil-provvista tagħhom u fis-sigurtà soċjali, u jistabbilixxu drittijiet relatati mal-leave tal-maternità u tal-ġenituri.

Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 tiggarantixxi t-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa fl-aċċess għall-impjiegi, inkluż fil-promozzjoni, u fit-taħriġ vokazzjonali; fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-paga; u fl-iskemi okkupazzjonali tas-sigurtà soċjali. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/124/UE 13 għandha l-għan li ssaħħaħ il-Prinċipju tal-paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza.

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE 14 tipprevedi t-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali bħall-iskemi statutorji tas-sigurtà soċjali li jipprovdu protezzjoni kontra l-mard, l-invalidità, l-aċċidenti fuq ix-xogħol u l-mard okkupazzjonali, il-qgħad u r-riskji relatati mal-anzjanità; u l-assistenza soċjali li tissupplimenta jew tissostitwixxi l-iskemi bażiċi. Id- Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE 15   tiggarantixxi t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għall-merkanzija u għas-servizzi u l-provvista tagħhom. Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 tiċċara li l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa japplika għall-persuni li jaħdmu għal rashom u meta l-konjuġi jew il-life partners ta’ persuni li jaħdmu għal rashom jieħdu sehem fl-attivitajiet tagħhom.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE 17 tinkludi miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u fis-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema nisa tqal u ta’ ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu u tistabbilixxi d-dritt għal-leave tal-maternità għal perjodu ta’ 14-il ġimgħa u tiggarantixxi l-protezzjoni kontra s-sensja matul il-perjodu mill-bidu tat-tqala sa tmiem il-leave tal-maternità.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE 18 tistabbilixxi d-dritt għal-leave tal-ġenituri u tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għal dak il-leave (4 xhur għal kull ġenitur, li tal-inqas xahar minnhom ma jistax jiġi ttrasferit lill-ġenitur l-ieħor) kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjieg u għar-ritorn għax-xogħol u d-dritt għal ħin frank mix-xogħol minħabba forza maġġuri.



2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jenfasizza l-ħtieġa li titrawwem b'mod proattiv l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel permezz ta’ azzjoni pożittiva fl-oqsma kollha. Peress li jestendi l-ugwaljanza fl-oqsma kollha, il-Pilastru jmur lil hinn mill-acquis attwali. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jiffokaw b’mod partikolari fuq il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (kif riflessa mid-differenza fl-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel), fuq it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi (eż. id-differenza fl-użu ta’ impjiegi part-time bejn in-nisa u l-irġiel) u fuq il-progress fil-karriera (eż. is-sehem tan-nisa f’karigi maniġerjali u l-għadd baxx ta’ imprendituri nisa), li lkoll huma oqsma fejn hemm bżonn li jsir aktar progress. Il-prinċipju 2b jindirizza l-isfida speċifika tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, li tippersisti minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għat-traspożizzjoni u l-infurzar tar-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni. Minħabba li l-miżuri tal-Unjoni fihom biss standards minimi, l-Istati Membri huma mistiedna jmorru lil hinn minn dawn ir-regoli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Prinċipju.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

Is-sħab soċjali tal-UE fil-livell transindustrijali għażlu l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prijorità għall-programm ta’ ħidma attwali tagħhom 2015-2017, billi organizzaw skambji ta’ prattiki ta’ sħab soċjali nazzjonali u settorjali dwar modi kif titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Il-Kummissjoni se timplimenta l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019, 19 li jistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin f’dan il-qasam, u jispjega l-użu ta’ għodod eżistenti bħas-Semestru Ewropew, il-Fondi tal-Unjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni.

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-inizjattiva “Bidu ġdid għall-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindokraw”. Din tipproponi azzjonijiet leġiżlattivi u ta' politika li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-teħid tal-leave tal-ġenituri, kemm min-nisa kif ukoll mill-irġiel, jintroduċu l-leave tal-paternità u l-leave għall-persuni li jindukraw, jippromwovu l-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, kif ukoll jipprovdu aktar faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u għal tipi oħra ta’ indukrar li jkunu ta’ livell aħjar, u li jneħħu d-diżinċentivi ekonomiċi bħad-diżinċentivi fiskali, li jaqtgħu qalb it-tieni sors ta' dħul, spiss in-nisa, milli jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Il-Kummissjoni se tadotta Rapport ta’ segwitu dwar il-progress magħmul mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar it-Trasparenza li se jivvaluta l-ħtieġa potenzjali għal miżuri addizzjonali biex tkun żgurata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta’ paga ugwali.

Barra minn hekk, ipproponiet Direttiva li jkollha l-għan li tiżgura aktar ugwaljanza fost il-karigi maniġerjali fl-isfera korporattiva. 20  

Il-Kummissjoni qed issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiġġieled kontra l-vjolenza fuq in-nisa u qed taħdem favur l-adeżjoni tal-UE fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul) abbażi tal-proposta li għamlet f’Marzu tal-2016 21 .

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, wieħed mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, qed jappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.



L-opportunitajiet indaqs

Irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew orjentamenl-orjentazzjoni sesswali, kulħadd għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-impjiegi, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, u l-aċċess għal prodotti u servizzi disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jitrawmu opportunitajiet indaqs ta’ gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 21 tal-Karta jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Soġġett għal ċerti eċċezzjonijiet, l-Artikolu 21 tal-Karta jipprojbixxi wkoll kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Skont l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tieħu azzjoni xierqa biex tiġġieled kontra diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Barra minn hekk, l-Artikolu 18 tat-TFUE jirreferi għall-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza.

c) Il-miżuri eżistenti

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE 22 (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini tar-razza jew l-etniċità fl-aċċess għall-impjiegi, għall-impjiegi indipendenti u għax-xogħol, il-kundizzjonijiet tal-impjiegi u tax-xogħol, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-protezzjoni soċjali, il-vantaġġi soċjali, u fl-aċċess għall-oġġetti u għas-servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inklużi d-djar. Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE 23 (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi, għall-impjiegi indipendenti, għax-xogħol u għat-taħriġ vokazzjonali. Iż-żewġ Direttivi jipprojbixxu diversi forom ta’ diskriminazzjoni: diskriminazzjoni diretta u indiretta, fastidju, struzzjoni għal diskriminazzjoni u vittimizzazzjoni. L-UE tagħmel parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 24 .

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti legali għal żmien twil jew li jkunu koperti minn Direttivi oħra tal-UE 25 jenħtieġ li jgawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini ta’ pajjiżi ospitanti f’għadd ta’ oqsma, b’mod partikolari fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u s-sensja, fl-aċċess għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll fis-sigurtà soċjali. Fl-2004, l-Istati Membri adottaw Prinċipji Bażiċi Komuni ta’ integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkostitwixxu l-qafas għall-kooperazzjoni politika dwar l-integrazzjoni fl-UE u qafas li fl-isfond tiegħu l-Istati Membri jistgħu jiġġudikaw u jivvalutaw l-isforzi tagħhom stess.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2013/C 378/01 26 tipprovdi gwida dwar miżuri effettivi ta’ integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri, b’mod partikolari rigward l-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru parzjalment imur lil hinn mill-acquis attwali billi jestendi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali fl-oqsma tal-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, u l-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi disponibbli għall-pubbliku. Il-Pilastru jestendi wkoll il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess għall-qasam tal-edukazzjoni, li mhuwiex kopert mill-acquis attwali.

L-opportunitajiet indaqs għandhom l-għan li jippromwovu l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni ta’ gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. Id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru jenfasizzaw li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri speċifiċi biex jipprevjenu, jikkoreġu u jikkumpensaw għall-iżvantaġġi marbuta ma’ ċerti raġunijiet protetti. Il-Prinċipju jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi tal-gruppi li jinsabu f’riskju ta’ diskriminazzjoni permezz ta’ azzjoni pożittiva u permezz ta’ miżuri ta’ inċentiva, pereżempju billi jiġu appoġġati prattiki ta’ diversità fil-forza tax-xogħol fost l-impjegaturi.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għat-traspożizzjoni u għall-infurzar tar-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni. Minħabba li l-miżuri tal-Unjoni stabbiliti hawn fuq fihom standards minimi, l-Istati Membri huma mistiedna jmorru lil hinn minn dawn ir-regoli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Pilastru. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna sabiex ikomplu jagħmlu progress fin-negozjati tad-Direttiva l-ġdida dwar it-Trattament Ugwali proposta sabiex tiġi adottata minnufih. Permezz tal-Korpi Nazzjonali tal-Ugwaljanza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-opportunitajiet indaqs ta’ gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed u jassistu lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni fil-prattika.

Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tiżgura l-adozzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar it-Trattament Ugwali proposta biex tespandi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali 27 għall-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa; l-edukazzjoni; il-vantaġġi soċjali; u l-aċċess għal prodotti u għal servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-akkomodazzjoni.

L-Unjoni qed tappoġġa lill-atturi intermedjarji bħall- NGOs , is-sħab soċjali  u l-korpi tal-ugwaljanza biex ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni; biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ politiki dwar l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u biex tħeġġeġ l- iskambju ta’ prattiki tajbin  bejn il-pajjiżi tal-Unjoni; u tagħti spinta lill- ġestjoni tad-diversità orjentata lejn in-negozju bħala parti minn rispons strateġiku għal soċjetà, klijentela, struttura tas-suq u forza tax-xogħol aktar diversifikati.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, qed tappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs u tan-nondiskriminazzjoni.



L-appoġġ attiv għall-impjiegi

a. Kulħadd għandu d-dritt għal assistenza f’waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta’ impjieg jew il-prospetti ta’ impjieg indipendenti. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ xogħol. Kulħadd għandu d-dritt li jittrasferixxi l-protezzjoni soċjali u l-intitolamenti ta’ taħriġ matul transizzjonijiet professjonali.

b. Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal edukazzjoni kontinwa, apprendistati, traineeships jew offerta ta' xogħol ta’ reputazzjoni tajba sa 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jitilqu mill-edukazzjoni.

c. In-nies qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ personalizzat, kontinwu u konsistenti. Il-persuni qiegħda fit-tul għandhom id-dritt għal valutazzjoni individwali fil-fond mhux aktar tard minn 18-il xahar ta’ qgħad.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 14 tal-Karta jagħti lil kulħadd id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għal aċċess għal taħriġ vokazzjonali u kontinwu. L-Artikolu 29 tal-Karta jiggarantixxi lil kulħadd id-dritt ta’ aċċess għal servizz ta’ impjieg mingħajr ħlas. L-Artikolu 34 tal-Karta jistabbilixxi li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta l-intitolament għas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni, fost l-oħrajn, fil-każ ta’ telf ta' impjieg.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Skont l-Artikolu 147 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ impjiegi billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi ssostni u, jekk ikun meħtieġ, tikkomplementa l-azzjonijiet tagħhom. Meta tagħmel dan, il-kompetenzi tal-Istati Membri għandhom ikunu rrispettati. L-Artikolu 153(2) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tadotta miżuri leġiżlattivi biex tappoġġa u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol. L-Artikolu 166 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex timplimenta politika ta' taħriġ vokazzjonali li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħhom għall-kontenut u għall-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali.

c) Il-miżuri eżistenti

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha flimkien isegwu l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, li tistabbilixxi objettivi u miri komuni għall-politika tal-impjiegi u għandha l-għan li toħloq aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-Unjoni. 28  Il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri li jassistu lill-persuni qiegħda sabiex isibu xogħol tinsab fil-qalba ta’ din l-Istrateġija.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ 29 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ) tistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha li jkollhom inqas minn 25 sena jingħataw offerta ta’ impjieg ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew taħriġ fi żmien erba’ xhur minn meta joħorġu mill-iskola jew minn meta jispiċċaw qiegħda..

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol 30 tirrakkomanda li l-persuni li ilhom qiegħda jingħataw valutazzjonijiet individwali fil-fond u gwida u ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg li jikkonsisti f’offerta individwali u fl-identifikazzjoni ta’ punt uniku ta’ kuntatt sa mhux aktar tard minn meta jagħlqu 18-il xahar qiegħda.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol 31 tistabbilixxi strateġija integrata u komprensiva għall-inklużjoni attiva ta’ dawk esklużi mis-suq tax-xogħol, u tgħaqqad l-appoġġ għall-introjtu adegwat, is-swieq tax-xogħol inklużivi u l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità.

Il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 32 stabbilixxa viżjoni u miżuri konkreti biex jappoġġaw l-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa. Il-miżuri maħsuba biex jappoġġaw l-impjiegi indipendenti fil-livell tal-UE għandhom ukoll l-għan li jilħqu lil dawk il-partijiet tal-popolazzjoni li l-potenzjal intraprenditorjali tagħhom għadu mhuwiex sfruttat bis-sħiħ, speċjalment in-nisa (li jirrappreżentaw 29 % biss mill-intraprendituri fl-Ewropa). Ir-rapport 33 adottat fl-2016 tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Intraprenditorija Soċjali ppropona azzjonijiet maħsuba għall-iżvilupp tal-intraprenditorija soċjali.

In-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES), imwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE 34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprovdi pjattaforma għat-tqabbil tal-prestazzjoni tal-PES fil-livell Ewropew, jidentifika l-prattiki tajba u jrawwem it-tagħlim reċiproku biex jissaħħu s-servizzi ta’ appoġġ attiv.

In-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES), li ġie stabbilit mill-ġdid permezz tar-Regolament (UE) 2016/589 35 , għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament, il-koeżjoni u l-integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol fl-UE, inkluż fil-livell transfruntier.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi sett ta’ drittijiet għall-persuni kollha li jkunu qed ifittxu impjieg, irrispettivament mill-istatus fl-impjieg tagħhom. L-enfasi hija fuq l-għoti ta’ assistenza biex jinstab xogħol, li jista’ jinkludi servizzi għall-impjieg, bħal konsulenza u gwida għat-tfittix ta’ impjieg, jew il-parteċipazzjoni f’“miżuri attivi”, bħat-taħriġ, is-sussidji għat-tfittix tal-ħaddiema jew appoġġ għad-dħul mill-ġdid. Dawn id-drittijiet imorru lil hinn mill-Artikolu 29 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jirreferi biss għad-dritt id-dritt għal servizz ta' kollokament bla ħlas. L-assistenza għall-bidu ta’ impjieg indipendenti hija wkoll estensjoni sinifikanti tal-acquis attwali.

Hemm tliet elementi ċentrali għal dawn id-drittijiet: l-intervent bikri, l-assistenza individwalizzata u l-appoġġ fit-tisħiħ tal-impjegabbiltà. Dan l-aħħar element – ibbażat fuq id-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għat-taħriġ jew għall-kisba ta’ kwalifiki ġodda - huwa kruċjali għall-fini tal-adattament għal suq tax-xogħol li qed jinbidel rapidament.

Il-ħaddiema tal-lum jibdlu l-impjiegi aktar ta' spiss mill-passat, u l-intitolamenti għat-taħriġ jew għall-protezzjoni soċjali ma għandhomx jiskoraġġixxu din il-mobilità. Il-Pilastru jassigura t-trasferibbiltà tal-intitolamenti dovuti għal taħriġ jew għal protezzjoni soċjali tal-ħaddiema meta jbiddlu l-istatus tal-impjieg jew l-impjegatur tagħhom, meta jieħdu waqfa mill-karriera jew imorru lura wara waqfa mill-karriera jew meta jiċċaqilqu bejn impjieg u impjieg indipendenti.

Rigward iż-żgħażagħ, il-Pilastru jfakkar il-linji ewlenin tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ li jestendu l-applikazzjoni tagħhom għaż-żgħażagħ kollha.

Għall-persuni qiegħda, il-Pilastru jipprovdi d-dritt għal appoġġ personalizzat, li jinkorpora l-ideat ta’ valutazzjoni, ta’ konsulenza u ta’ gwida approfonditi u individwalizzati. Il-konsistenza tirreferi għall-kontinwità fl-appoġġ eż. meta tintemm l-eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-qgħad, inkluż il-provvediment ta’ miżuri oħra bħas-servizzi soċjali għall-indirizzar tal-ostakli għas-sejbien tax-xogħol. Għal dawk f’qgħad fit-tul, mifhum bħala qgħad li jdum aktar minn tnax-il xahar, dan jipprovdi d-dritt għal appoġġ personalizzat, li jinkorpora l-ideat ta’ valutazzjoni fil-fond u individwalizzata u l-ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg imsemmi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol.

3. L-implimentazzjoni  

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-linji gwida u tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-istrateġija dwar l-impjiegi li ġew maqbula fil-livell tal-Unjoni. Għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju, l-Istati Membri huma mistiedna sabiex jaġġornaw u jestendu l-prattiki tagħhom dwar l-għoti ta’ assistenza biex wieħed ikun jista' jsib impjieg u impjieg indipendenti u, barra minn hekk, iħeġġu miżuri li jipproteġu l-intitolamenti tal-ħaddiema għal taħriġ u għal protezzjoni soċjali meta jbiddlu l-impjieg.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali huma kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE, u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali tal-UE fil-livell transindustrijali għażlu l-effikaċja u l-kwalità tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol bħala prijorità għall-programm ta’ ħidma attwali tagħhom 2015-2017. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

L-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ ġiet ivvalutata fil-Komunikazzjoni ta’ Ottubru tal-2016 “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara” 36 . Fil-Komunikazzjoni ta’ Diċembru 2016 “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa” 37 , il-Kummissjoni pproponiet azzjonijiet ġodda li jappoġġaw l-impjiegi għaż-żgħażagħ u joħolqu iktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u sostenibbli tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-Kummissjoni pproponiet l-estensjoni tal-baġit għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-provvediment ta' €1 biljun addizzjonali għall-allokazzjoni tal-baġit speċifika tal-YEI, flimkien ma’ €1 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew kif ukoll appoġġ ulterjuri għall-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni, għat-tagħlim reċiproku u għall-monitoraġġ.

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar inizjattiva li tikkonċerna l-“Aċċess għall-Protezzjoni Soċjali”, 38 sabiex tindirizza l-aċċess li jvarja għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema f’impjiegi standard u ta’ persuni li jaħdmu b’kuntratti mhux standard u f’diversi forom ta’ impjiegi indipendenti. Il-konsultazzjoni se tindirizza l-mezzi biex id-drittijiet isiru trasferibbli u trasparenti meta jinbidel l-impjegatur, it-tip ta’ kuntratt jew meta ssir tranżizzjoni għal impjieg indipendenti. Il-konsultazzjoni se tindirizza wkoll il-modi biex titnaqqas id-diskrepanza fl-aċċess għas-servizzi għall-impjiegi, it-taħriġ, il-miżuri ta’ riabilitazzjoni u ta’ dħul lura fost it-tipi varji ta’ relazzjonijiet tax-xogħol u għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

Barra minn hekk, fl-2017, il-Kummissjoni se tikkonsolida u tqiegħed lill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq bażi ġuridika soda biex toħloq opportunitajiet ġodda ta’ volontarjat, traineeships jew ta’ kollokament f’impjieg għaż-żgħażagħ.

In-Netwerk Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (in-Netwerk tal-PES) qed jimplimenta l-proġett Benchlearning, li għandu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tal-PES, billi jorbot il-valutazzjoni komparattiva bbażata fuq l-indikaturi mat-tagħlim reċiproku biex jindirizza aħjar l-appoġġ attiv lill-persuni li qed ifittxu impjieg.

F’Ġunju 2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet azzjonijiet li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-impjiegi skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-integrazzjoni 39 .

Kapitolu II – Kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol

Impjieg sigur u adattabbli

a. Irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, għall-aċċess għall-protezzjoni soċjali u għat-taħriġ. Għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta’ impjiegi miftuħa.

b. Skont il-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, għandha tiġi żgurata l-flessibbiltà neċessarja biex l-impjegaturi jadattaw malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku.

c. Għandhom jitrawmu forom innovattivi ta’ xogħol li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità. Għandhom jitħeġġu l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti. Għandha tiġi ffaċilitata l-mobilità okkupazzjonali.

d. Għandhom jiġu evitati r-relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta’ abbuż ta’ kuntratti atipiċi. Il-perjodu ta’ probazzjoni għandu jkun ta’ durata raġonevoli.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 31 tal-Karta, intitolat “Kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa”, jagħti lil kull ħaddiem id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu. L-Artikolu 34 tal-Karta jafferma r-rispett għall-intitolament għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni f’każijiet bħalma huma l-maternità, il-mard, l-aċċidenti industrijali, id-dipendenza jew l-anzjanità, u fil-każ ta’ telf tax-xogħol, f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fost l-oħrajn fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju. L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

Skont l-Artikolu 162 tat-TFUE, il-Fond Soċjali Ewropew għandu jkollu l-għan li jżid il-mobilità ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, u jiffaċilita l-adattament tagħhom għal tibdiliet industrijali u għal tibdiliet fis-sistemi tal-produzzjoni.

Skont l-Artikolu 166 tat-TFUE, l-Unjoni għandha timplimenta politika dwar it-taħriġ vokazzjonali li għandha tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut u għall-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali.

c) Il-miżuri eżistenti

Diġà ġew adottati tliet Direttivi li jipproteġu lill-ħaddiema li jaħdmu f’relazzjonijiet tax-xogħol mhux standard: il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mis-sħab soċjali (UNICE, CEEP u l-KETU) – anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE 40 - jipproteġi lill-ħaddiema part-time milli jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema full-time komparabbli u jipprevedi li l-impjegaturi jenħtieġ li jqisu t-talbiet tal-ħaddiema biex jeqilbu minn xogħol full-time għal part-time jew bil-kontra; il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż ukoll mis-sħab soċjali (KETU, UNICE u CEEP) – anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE 41 - jipproteġi lill-ħaddiema għal żmien fiss milli jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema permanenti komparabbli u jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien fiss; u d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija tistabbilixxi t-trattament ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet essenzjali tax-xogħol u tal-impjieg bejn il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u l-ħaddiema li jiġu reklutati direttament mill-kumpanija utenti.

Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE 43 (id-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub) tagħti lill-ħaddiema d-dritt li jiġu notifikati bil-miktub dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom sa mhux iktar tard minn xahrejn wara li jkun beda l-impjieg.

Il-Kummissjoni tappoġġa mudelli ta’ negozju innovattivi li joħolqu opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-UE f’termini tal-iffaċilitar tad-dħul fl-impjieg, tal-flessibilità tax-xogħol u ta’ sorsi ġodda ta’ introjtu. 44  

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 45 jistabbilixxi viżjoni u miżuri konkreti għat-trawwim tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa. Il-miżuri maħsuba biex jappoġġaw l-impjiegi indipendenti fil-livell tal-UE għandhom ukoll l-għan li jilħqu lil dawk il-partijiet tal-popolazzjoni li l-potenzjal intraprenditorjali tagħhom għadu mhuwiex sfruttat bis-sħiħ, speċjalment in-nisa (li jirrappreżentaw 29 % biss mill-intraprendituri fl-Ewropa). Ir-rapport 46 adottat fl-2016 tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Intraprenditorija Soċjali ppropona azzjonijiet maħsuba għall-iżvilupp tal-intraprenditorija soċjali.

Il-mobilità ġeografika u okkupazzjonali volontarja li qiegħda tiżdied tal-ħaddiema fuq bażi ġusta hija inkluża fl-objettivi kemm tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES), imwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll tan-Netwerk EURES imwaqqaf permezz tar-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol.

Madankollu, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin 47 tillimita l-mobilità okkupazzjonali tagħhom għall-ewwel sentejn ta’ impjieg legali fi Stat Membru, biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ preferenza Komunitarja u biex jiġu evitati l-abbużi.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdiliet introdotti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jirrifletti l-isfidi li jġibu magħhom id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel u forom ġodda ta’ impjiegi, billi jappoġġa d-diversità tar-relazzjonijiet tax-xogħol, tal-intraprenditorija u tal-impjiegi indipendenti, u, min-naħa l-oħra, jistabbilixxi salvagwardji biex jipprevjeni l-abbużi fir-relazzjonijiet tax-xogħol li jistgħu jwasslu għal relazzjonijiet tax-xogħol prekarju, kif ukoll ċerti garanziji biex ikun żgurat li l-ħaddiema jkollhom aċċess għat-taħriġ u għas-sigurtà soċjali tul il-karriera kollha tagħhom.

Il-Pilastru jestendi l-garanzija ta’ trattament ugwali lil hinn mit-tliet forom ta’ relazzjonijiet tax-xogħol (xogħol part-time, għal terminu fiss u permezz ta’ aġenzija) li bħalissa huma koperti mill-acquis tal-Unjoni u jipprovdi għat-trattament ugwali bejn il-ħaddiema, irrispettivament mit-tip ta’ relazzjonijiet tax-xogħol. Barra minn hekk, jisħaq fuq l-appoġġ għal tranżizzjonijiet lejn relazzjonijiet tax-xogħol indefiniti.

Il-Pilastru jagħraf il-flessibilità meħtieġa għall-impjegaturi biex jadattaw malajr għat-tibdiliet fil-kuntest ekonomiku. Adattamenti bħal dawn jistgħu, pereżempju, jinkludu t-trattament differenzjali għal raġunijiet oġġettivi jew adattamenti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol biex jiġi evitat it-telf eċċessiv ta’ impjiegi f'perjodi ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Dawn it-tibdiliet ma jistgħux ikunu unilaterali u jridu jkunu ristretti fi ħdan il-limiti tal-leġiżlazzjoni u tal-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv eżistenti.

Il-kamp ta' applikazzjoni materjali tal-prinċipju ta’ trattament ugwali huwa estiż biex jiggarantixxi l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u għat-taħriġ. Il-prinċipju jiżgura t-trattament ugwali fl-aċċess għas-sigurtà soċjali statutorja. Ir-regoli attwali tal-Unjoni (għal xogħol part-time u għal żmien fiss) jeħtieġu li l-impjegaturi jiffaċilitaw l-aċċess għat-taħriġ. Il-Prinċipju jmur lil hinn minn dan u jirrikjedi l-ugwaljanza tat-trattament fl-aċċess għat-taħriġ.

Madankollu, jista’ jkun li t-trattament ugwali mhux dejjem ikun biżżejjed biex jingħeleb il-prekarjat, b’mod partikolari meta l-istess impjegatur ikun juża biss forom ta’ impjiegi mhux standard. Għaldaqstant, fil-prinċipju hija pprovduta projbizzjoni espliċita tal-abbuż. Il-projbizzjoni kemm tal-abbużi fir-relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għall-prekarjat kif ukoll ta' perjodi ta’ probazzjoni twal li ma jkunux raġonevoli tmur lil hinn mill-acquis attwali tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-miżuri preventivi jistgħu jinkludu t-tassazzjoni differenzjali tar-relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għall-prekarjat jew inkella l-istabbiliment ta’ sistemi bonus malus għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

Il-Pilastru jisħaq fuq l-importanza li jingħata appoġġ lill-mudelli ta’ negozju emerġenti, lill-forom innovattivi ta’ xogħol, lill-intraprenditorija u lill-impjiegi indipendenti. B’mod ġenerali, il-mudelli ta’ negozju l-ġodda għandhom il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ opportunitajiet, ta’ ffaċilitar tad-dħul fl-impjieg, ta’ flessibilità fix-xogħol u ta’ sorsi ġodda ta’ introjtu. Madankollu, jenħtieġ li appoġġ bħal dan ikun imsejjes fuq rekwiżit għal kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità. Biex jiġi mmassimizzat l-impatt fuq l-impjiegi ta’ tali innovazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-mobilità okkupazzjonali tista’ tinvolvi kemm possibbiltajiet imsaħħa għat-taħrġ vokazzjonali u għall-kisba ta’ kwalifiki mill-ġdid kif ukoll sistema ta’ protezzjoni soċjali li trawwem u tiffaċilita t-tibdiliet fil-karrieri.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

Kull Stat Membru jista’ jiddefinixxi l-bilanċ bejn is-sigurtà u l-flessibilità fis-suq tax-xogħol tiegħu b’mod differenti. Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Pilastru, l-Istati Membri xorta waħda huma mistiedna biex jiżguraw li r-regoli dwar l-impjiegi u soċjali tagħhom ikunu adattati għall-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ xogħol, minbarra li jittrasponu u jinfurzaw ir-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli previsti skont l-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE fuq it-talba tagħhom. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tniedi konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/533/KEE (id-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub) 48 . Bħala parti minn din il-konsultazzjoni, is-sħab soċjali se jiġu kkonsultati dwar jekk id-Direttiva għandhiex tiġi emendata b’mod aktar sostanzjali bil-għan li jiġu introdotti standards minimi applikabbli għal kull relazzjoni tax-xogħol u jiġu pprojbiti l-abbużi.

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta wkoll konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar inizjattiva li tikkonċerna l-“Aċċess għall-Protezzjoni Soċjali” 49 , sabiex tindirizza l-aċċess li jvarja għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema f’impjiegi standard u ta’ persuni li jaħdmu b’kuntratti mhux standard u f’diversi forom ta’ impjiegi indipendenti. Il-konsultazzjoni tindirizza wkoll l-aċċess għas-servizzi għall-impjieg u għat-taħriġ u t-trasferibbiltà tal-intitolamenti għall-protezzjoni soċjali u għat-taħriġ, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-mobilità okkupazzjonali.

Fl-2017, il-Kummissjoni se tlesti evalwazzjoni REFIT tad-Direttivi li jdaħħlu fis-seħħ il-Ftehimiet Qafas tas-Sħab Soċjali dwar xogħol għal żmien fiss u part-time.

Il-Eurofound, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, qed tappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u x-xogħol sostenibbli, ir-relazzjonijiet industrijali, il-monitoraġġ tat-tibdil strutturali u l-ġestjoni tar-ristrutturar, filwaqt li tiffoka wkoll fuq l-opportunitajiet u l-isfidi fl-era diġitali.



Il-pagi

a. Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal pagi ġusti li jipprovdu għal standard tal-għajxien diċenti.

b. Għandhom jiġu żgurati pagi minimi adegwati, b’mod li jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-aċċess għall-impjiegi u l-inċentivi biex ifittxu xogħol. Għandu jiġi evitat il-faqar fost dawk li jaħdmu.

c. Il-pagi kollha għandhom ikunu stabbiliti f’mod trasparenti u prevedibbli skont il-politiki nazzjonali u jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali. 

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 31 tal-Karta, intitolat “Kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa”, jagħti lil kull ħaddiem id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

L-Artikolu 153(5) tat-TFUE jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx japplikaw għall-paga.

Skont l-Artikolu 145 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu biex jiżviluppaw strateġija koordinata għall-impjiegi. Skont l-Artikolu 147 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ impjieg billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi tappoġġa u, jekk ikun meħtieġ, tikkomplementa l-azzjoni tagħhom. Meta tagħmel dan, il-kompetenzi tal-Istati Membri għandhom ikunu rrispettati.

c) Il-miżuri eżistenti

Flimkien, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-pagi u fil-paga minima u tal-mekkaniżmi sottostanti għall-iffissar tal-pagi 50 . It-tendenzi fl-ispejjeż lavorattivi, inkluż il-komponent tal-pagi tagħhom, huma ssorveljati wkoll fil-kuntest tal-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 120 u skont it-TFUE. Kif previst fl-Art 136(1)(b) tat-TFUE, ir-rakkomandazzjonijiet tal-politika ekonomika jindirizzaw iż-żona tal-euro wkoll; dan jista’ jinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-ispejjeż lavorattivi 51 . Is-sorveljanza skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 52 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi tinkludi l-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-kompetittività, inklużi l-ispejjeż lavorattivi.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività 53 tirrakkomanda li l-Bordijiet stabbiliti fiha għandhom janalizzaw l-iżviluppi u l-politiki li jistgħu jaffettwaw il-produttività u l-kompetittività, inkluż b’rabta mal-kompetituri globali, bir-rispett sħiħ tal-prattiki nazzjonali stabbiliti.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE 54 tat-3 ta’ Ottubru 2008 tistabbilixxi strateġija integrata u komprensiva għall-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, inkluża l-promozzjoni ta’ xogħol ta’ kwalità, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-paga u mal-benefiċċji, bil-għan li tipprevjeni l-faqar fost dawk li jaħdmu.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi d-dritt għal pagi ġusti filwaqt li jiġi pprovdut standard tal-għajxien diċenti għall-ħaddiema kollha. Id-drittijiet komparabbli diġà huma inklużi fil-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989 55 , waħda mis-sorsi tat-Titolu X dwar il-Politika Soċjali tat-TFUE kif ukoll fil-Karta Soċjali Ewropea (riveduta).

Il-Pilastru jipprevedi livell ta' paga minima li jqis kemm il-ħtiġijiet tal-ħaddiema kif ukoll il-familji tagħhom u l-fatturi soċjali bħall-evoluzzjoni tal-istandards tal-għajxien u l-fatturi ekonomiċi, li jistgħu jinkludu l-livell ta’ produttività. Il-Pilastru jirrikonoxxi r-rwol tal-pagi minimi fil-ġlieda kontra l-faqar, filwaqt li jiġu evitati n-nases għall-impjiegi. Dan huwa bil-għan li jissaħħu l-introjti ta’ familji foqra u biex jiġi pprovdut kumpens ġust mix-xogħol għal dawk li jinsabu fil-qiegħ nett tad-distribuzzjoni tal-pagi, u b’hekk jiżdiedu wkoll l-inċentivi tagħhom biex jaħdmu. Miżuri oħra jistgħu jinkludu t-tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq il-ħaddiema b’paga baxxa u fuq il-familji tagħhom u s-supplimentazzjoni tal-introjtu minn xogħol b’benefiċċji soċjali effettivi.

Il-Pilastru jirrikjedi li l-pagi kollha jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u prevedibbli, b’rispett sħiħ tal-prattika nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tan-negozjar kollettiv tas-sħab soċjali u tal-awtonomija tagħhom. Fir-rigward tal-pagi minimi, ħafna mill-Istati Membri għandhom paga minima statutorja nazzjonali. Dan huwa strument regolatorju li jagħmel paga minima waħda li tkun legalment vinkolanti għall-impjegati kollha. Hemm ftit Stati Membri li m’għandhomx paga minima statutorja u l-pagi minimi differenti huma stabbiliti mis-sħab soċjali permezz ta’ ftehimiet kollettivi, spiss fil-livell settorjali. Il-Pilastru bl-ebda mod ma jmur kontra d-diversità fil-prattiki u jirrikonoxxi l-awtonomija tas-sħab soċjali. F’dan il-kuntest, it-trasparenza tfisser li, meta tiġi stabbilita l-paga minima għandhom jiġu segwiti proċeduri ta’ konsultazzjoni li jkunu stabbiliti sew, li jwasslu għal kunsens bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u s-sħab soċjali, u possibilment ikomplu jibnu fuq il-kontribut ta’ partijiet ikkonċernati u ta’ esperti indipendenti oħra. Barra minn hekk, il-Pilastru jsejjaħ għall-iżgurar tal-prevedibbiltà fid-deċiżjonijiet dwar il-pagi, pereżempju billi jiġu ddefiniti regoli bħall-aġġustament għall-għoli tal-ħajja għall-pagi minimi.

3. L-implimentazzjoni  

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri u s-sħab soċjali huma responsabbli għad-definizzjoni tal-iżviluppi fil-pagi u fil-paga minima f’konformità mal-prattiki nazzjonali tagħhom, kif stipulat fis-sistemi tagħhom ta’ negozjar kollettiv u ta’ ffissar tal-paga minima. Huma mistiedna jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru permezz ta’ mekkaniżmi trasparenti għall-iffissar tal-paga minima u permezz ta’ negozjar kollettiv effettiv fil-livelli nazzjonali, settorjali u tad-ditti, u billi jieħdu miżuri komplimentari biex jevitaw il-faqar fost dawk li jaħdmu.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jirratifikaw, jekk għadhom m’għamlux dan, u japplikaw il-konvenzjoni Nru 131 tal-ILO dwar l-iffissar tal-paga minima u l-Konvenzjoni Nru 154 dwar il-promozzjoni tan-negozjar kollettiv.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pilastru permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Il-pagi minimi u l-miżuri l-oħra sabiex jindirizzaw il-faqar fost dawk li jaħdmu, kif ukoll kwistjonijiet aktar ġenerali relatati mal-iżviluppi tal-pagi huma indirizzati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew.

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f’każ ta’ sensja

a. Il-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-kitba fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta’ probazzjoni.

b. Qabel kwalunkwe sensja l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bir-raġunijiet u li jingħataw perjodu ta’avviż raġonevoli. Għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni ta’ tilwim effettiva u imparzjali u, f’każ ta’ sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 27 tal-Karta jagħti lil kull ħaddiem id-dritt li jiġi ggarantit informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom u fil-livelli xierqa, fil-każijiet u fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali. L-Artikolu 30 tal-Karta jistabbilixxi d-dritt li kull ħaddiem ikun protett kontra s-sensja mhux ġustifikata, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet u mal-prattiki nazzjonali. L-Artikolu 47 tal-Karta jiggarantixxi d-dritt għal rimedju effettiv li kull min jinkisru d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu li huma ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-protezzjoni tal-ħaddiema meta jiġi tterminat il-kuntratt ta' impjieg tagħhom, u tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni tal-ħaddiema. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

c) Il-miżuri eżistenti

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE 56 (id-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub) tagħti lill-ħaddiema d-dritt li jiġu notifikati bil-miktub dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom sa mhux iktar tard minn xahrejn wara li jkun beda l-impjieg. Din ma fihiex obbligi speċifiċi relatati mal-perjodi ta’ probazzjoni. Id-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub tirrikjedi li l-impjegatur jinnotifika lill-impjegat dwar it-tul tal-perjodi ta’ avviż formali li jrid jiġi osservat f’każ li l-kuntratt jew ir-relazzjoni tax-xogħol tiegħu jiġu tterminati jew, meta dan ma jkunx jista’ jiġi indikat fil-mument li fih tingħata l-informazzjoni, il-metodu għad-determinazzjoni ta' dawn il-perjodi ta’ avviż formali.

Id-Direttiva 2001/23/KE 57 , li tirregola d-drittijiet tal-ħaddiema f’każ ta’ trasferiment ta’ intrapriżi, tistipula li t-trasferiment ta’ impriża ma jikkostitwixxi l-ebda raġuni valida għal sensja. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE 58 dwar il-protezzjoni tal-maternità u l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mis-sħab soċjali (BusinessEurope, UEAPME, CEEP u KETU) – anness mad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE 59 - jipprovdu, rispettivament, protezzjoni speċifika kontra s-sensja għan-nisa matul it-tqala tagħhom u għall-ġenituri li jieħdu l-leave tal-paternità jew tal-adozzjoni. Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE 60 (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi) dwar it-trattament indaqs fl-impjiegi u fl-okkupazzjoni tħares lill-ħaddiema kontra s-sensja fejn ikun hemm diskriminazzjoni minħabba raġuni pprojbita, inkluża l-vittimizzazzjoni. Il-protezzjoni kontra s-sensja u t-trattament sfavorevoli hija pprovduta wkoll mid-dritt tal-UE permezz tad-Direttiva dwar ix-Xogħol Part-Time 61 , id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 62 , id-Direttiva dwar it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività f’kapaċità ta’ impjieg indipendenti 63 u d-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri 64 , u ġiet imsaħħa permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE 65 dwar is-sensji kollettivi tirrikjedi li l-impjegaturi jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u jinnotifikaw lill-awtoritajiet pubbliċi qabel ma jagħtu sensji kollettivi.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships 66 għandha l-għan li ssaħħaħ il-kwalità tat-traineeships, billi tipprovdi elementi ta' kwalità li huma direttament trasferibbli għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew għall-ftehimiet tas-sħab soċjali. Dawn jirrelataw b’mod partikolari mal-kontenut tat-tagħlim, mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, mat-trasparenza rigward il-kundizzjonijiet finanzjarji u l-prattiki ta’ reklutaġġ.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jirrikjedi li tiġi pprovduta informazzjoni bil-miktub lill-ħaddiem dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu fil-bidu tar-relazzjoni tax-xogħol, minflok fi żmien xahrejn kif inhu previst bħalissa fid-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub. Peress li l-perjodi ta’ probazzjoni huma sinifikanti għal ħafna mir-relazzjonijiet tax-xogħol, il-Pilastru jżid ukoll id-dmirijiet ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward. Dawn it-tibdiliet se jżidu l-għarfien dwar id-drittijiet min-naħa tal-impjegaturi u tal-ħaddiema. Dawn għandhom jgħinu wkoll biex jonqos ix-xogħol mhux iddikjarat.

Il-Pilastru jmur lil hinn mill-acquis eżistenti wkoll billi jintroduċi salvagwardji proċedurali u sostantivi għall-ħaddiema fil-każ ta’ sensji. Jenħtieġ li jiġi pprovdut raġunament adegwat u li jiġi rrispettat perjodu raġonevoli ta’ avviż formali. Barra minn hekk, il-Pilastru jipprevedi li l-ħaddiema għandu jkollhom aċċess għal proċeduri effettivi u imparzjali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Dan jista’ jinkludi proċeduri ta’ arbitraġġ, ta’ medjazzjoni jew ta’ konċiljazzjoni. Il-Pilastru jintroduċi wkoll id-dritt għal rimedju adegwat fil-każ ta’ sensji inġusti, bħad-dħul lura għax-xogħol jew kumpens pekunarju. Is-sensji inġusti huma dawk li jiksru r-regoli applikabbli għar-relazzjonijiet tax-xogħol inkwistjoni.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għat-traspożizzjoni u l-infurzar tar-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni. Minħabba li l-miżuri tal-Unjoni stabbiliti hawn fuq fihom standards minimi, l-Istati Membri huma mistiedna jmorru lil hinn minn dawn ir-regoli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Pilastru.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jirratifikaw, jekk ikunu għadhom m’għamlux dan, u japplikaw il-Konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO bħall-Konvenzjoni Nru 122 dwar il-Politika tal-Impjiegi, Nru 144 dwar il-Konsultazzjonijiet Tripartitiċi, il-Konvenzjoni Nru 135 dwar ir-Rappreżentanti tal-Ħaddiema u l-Konvenzjoni Nru 154 dwar il-Promozzjoni tan-Negozjar Kollettiv.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tniedi konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub, 67 li tkopri l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u l-estensjoni tal-“pakkett ta’ informazzjoni”, inkluż dwar il-perjodu ta’ probazzjoni. Bħala parti minn din il-konsultazzjoni, is-Sħab Soċjali se jiġu kkonsultati dwar jekk id-Direttiva għandhiex tiġi emendata b’mod aktar sostanzjali bil-għan li jiddaħħal limitu minimu ta’ drittijiet tal-ħaddiema applikabbli għal kull tip ta’ relazzjoni tax-xogħol.

Id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema

a. Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali skont il-prattiki nazzjonali. Dawn għandhom ikunu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Fejn xieraq, il-ftehimiet konklużi bejn is-sħab soċjali għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

b. Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jiġu infurmati u kkonsultati fi żmien xieraq dwar il-kwistjonijiet rilevanti għalihom, b’mod partikolari dwar it-trasferiment, ir-ristrutturar u l-fużjoni ta’ impriżi u dwar sensji kollettivi.

c. Għandu jiġi mħeġġeġ l-appoġġ għal żieda fil-kapaċità tas-sħab soċjali biex jippromwovu d-djalogu soċjali.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 28 tal-Karta jistabbilixxi li l-ħaddiema u dawk li jħaddmu, jew l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, id-dritt li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fil-livelli xierqa u, f’każijiet ta’ kunflitt ta’ interess, li jieħdu azzjoni kollettiva biex jiddefendu l-interessi tagħhom, inkluż li jieħdu azzjoni ta’ strajk. L-Artikolu 27 tal-Karta jagħti lil kull ħaddiem id-dritt, fil-livelli xierqa, li jkun iggarantit informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom fil-każijiet u fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Il-promozzjoni tad-djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema hija mnaqqxa wkoll bħala objettiv komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fl-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont l-Artikolu 153(2) tat-TFUE, l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri biex tappoġġa u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni tal-ħaddiema u tar-rappreżentazzjoni u tad-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluża l-kodeterminazzjoni. Is-setgħat mogħtija permezz tal-Artikolu 153 tat-TFUE la japplikaw għall-pagi, la għad-dritt ta’ assoċjazzjoni, la għad-dritt ta’ strajk u lanqas għad-dritt li jiġi impost lock out. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

c) Il-miżuri eżistenti

Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati (id-Direttiva dwar l-Informazzjoni u l-Konsultazzjoni) għandha l-għan li tiżgura l-involviment tal-ħaddiema qabel it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-maniġment, b’mod partikolari meta jkun previst ir-ristrutturar. Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew 69 tindirizza l-ħtieġa għal proċessi xierqa ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni fil-każ ta’ kumpaniji fuq skala tal-UE bit-twaqqif tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej biex jieħdu ħsieb kwistjonijiet transnazzjonali li jistgħu jaffettwaw lill-ħaddiema. Id-Direttiva 98/59/KE 70 dwar redundancies kollettivi u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE 71 dwar it-trasferiment ta’ impriżi jmorru lil hinn mill-iżgurar tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema; pereżempju, l-aħħar Direttiva msemmija tiżgura s-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema meta n-negozju jiġi ttrasferit minn impjegatur għal ieħor.


Il-Qafas tal-Kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar 72 jippromwovi prinċipji u prattiki tajba indirizzati lill-impjegaturi, lill-impjegati, lis-sħab soċjali u lill-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-antiċipazzjoni ta’ tibdil u tal-ġestjoni tal-proċessi ta’ ristrutturar.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mis-Sħab Soċjali Ewropej dwar “Bidu Ġdid għad-Djalogu Soċjali” tenfasizza l-importanza tal-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali nazzjonali, l-involviment imsaħħaħ tas-sħab soċjali fit-tfassil tal-politika u tal-liġi tal-UE u l-impenn għall-promozzjoni tad-djalogu soċjali transindustrijali u settorjali, inklużi l-eżiti tagħhom fil-livelli kollha.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi d-dritt li s-sħab soċjali jkunu involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali, u jappoġġa l-involviment qawwi tagħhom fit-tfassil tal-politika u tal-liġi filwaqt li titqies id-diversità tas-sistemi nazzjonali. 73 It-twettiq ta’ dan jinvolvi t-twaqqif tal-qafas istituzzjonali jew legali xieraq fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, billi jingħata rwol ċar lis-sħab soċjali mhux biss fil-konsultazzjoni u fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni u tal-politiki rilevanti, iżda anki fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tagħhom.

Il-Pilastru jintitola lill-ħaddiema kollha fis-setturi kollha biex ikunu informati u kkonsultati direttament jew permezz tar-rappreżentanti tagħhom dwar il-kwistjonijiet rilevanti għalihom bħat-trasferiment, ir-ristrutturar u l-fużjoni ta’ impriżi u ta’ sensji kollettivi. Dan iħares lil hinn mill-acquis attwali tal-Unjoni peress li: japplika irrispettivament mill-għadd tal-persunal involut; il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tiegħu jkopri kemm ir-ristrutturar kif ukoll il-fużjoni ta’ kumpaniji; u d-dritt mhuwiex biss għall-għoti ta’ informazzjoni iżda anki għall-konsultazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni korporattiva bħal din, xi ħaġa li timplika skambju ta’ fehmiet u l-istabbiliment ta’ djalogu konsistenti mal-impjegatur. Barra minn hekk, il-Prinċipju 8b ikopri kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna lill-ħaddiema, filwaqt li d-Direttivi eżistenti fihom lista limitata ta’ temi għall-involviment fil-proċessi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni. Billi jirreferi għal “kwistjonijiet rilevanti għalihom, b’mod partikolari (...) it-trasferiment, ir-ristrutturar u l-fużjoni ta’ impriżi u (...) is-sensji kollettivi”, dan imur lil hinn mill-Artikolu 27 tal-Karta, li jipprevedi d-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni “fil-każijiet u skont il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali”.

Filwaqt li l-bini tal-kapaċità huwa qabel kollox proċess minn isfel għal fuq li jiddependi mir-rieda u mill-isforzi tas-sħab soċjali nfushom, id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru jenfasizzaw li l-isforzi mis-sħab soċjali jistgħu jiġu kkomplimentati mill-awtoritajiet pubbliċi filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali. Il-bini tal-kapaċità jirreferi għaż-żieda fir-rappreżentanza tas-sħab soċjali u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet operazzjonali, analitiċi u legali tagħhom biex ikunu attivi fin-negozjar kollettiv u biex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politiki. Dan l-appoġġ jista’ jseħħ permezz tat-twaqqif tal-qafas istituzzjonali/legali xieraq, billi jingħata rwol ċar lis-sħab soċjali fit-tfassil tal-politiki kif ukoll billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju.

3. L-implimentazzjoni  

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

Filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri huma mistiedna sabiex jinvolvu lis-sħab soċjali mill-qrib fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tar-riformi u tal-politiki rilevanti u jgħinuhom itejbu l-funzjonament u l-effikaċja tad-djalogu soċjali u tar-relazzjonijiet industrijali fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri huma mistiedna wkoll sabiex iħeġġu prattiki tajba fir-rigward tal-informazzjoni u tal-konsultazzjoni tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom.

Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

Is-Sħab Soċjali jistgħu jtejbu s-sħubija u r-rappreżentanza kemm tat-trade unions kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jirrappreżentaw lill-persuni li jaħdmu għal rashom, lill-ħaddiema f’kull tip ta’ relazzjoni tax-xogħol, liż-żgħażagħ, lill-migranti u lin-nisa, lill-mikroimpriżi u lill-impriżi ż-żgħar u biex jibnu għarfien espert legali u tekniku biex jiffaċilitaw l-involviment xieraq tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi u tal-politiki soċjali kemm f’livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni.

Is-sħab soċjali tal-UE fil-livell transindustrijali ħadu l-impenn li jippromwovu l-bini tal-kapaċità u li jtejbu l-implimentazzjoni tal-ftehimiet awtonomi tagħhom fil-programm ta’ ħidma attwali tagħhom 2015-2017.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll.

 

Is-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u tad-Djalogu Makroekonomiku jibqa’ l-fora kruċjali għad-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell politiku.

Is-sħab soċjali tal-UE fil-livell transindustrijali ħadu l-impenn li jippromwovu l-bini tal-kapaċità u li jtejbu l-implimentazzjoni tal-ftehimiet awtonomi tagħhom fil-programm ta’ ħidma attwali tagħhom 2015-2017.

Fl-2017, il-Kummissjoni se tippubblika Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati. Se tippubblika wkoll dokument ta’ gwida dwar l-istess Direttiva li għandu l-għan li jtejjeb l-implimentazzjoni tagħha u jistabbilixxi ċertezza tad-dritt akbar.

Fl-2017, il-Kummissjoni se tirrapporta lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u lis-sħab soċjali dwar il-mod li bih l-Istati Membri qed japplikaw il-prattiki tajba miġbura fil-“Qafas ta' kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar 74 tal-2013.

L-Unjoni se tkompli tippromwovi l-investiment mill-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità tas-sħab soċjali u trawwem l-għoti ta’ informazzjoni lir-rappreżentanti tal-impjegati, u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati, b’kunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-Direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, ir-redundancies kollettivi u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew. 

 



Il-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol

Il-ġenituri u l-persuni b'responsabbiltajiet ta' indukrar għandhom id-dritt għal leave xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta’ kura. In-nisa u l-irġiel għandhom ikollhom aċċess ugwali għal-leave speċjali sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta’ indukrar tagħhom u għandhom jiġu mħeġġa jużawhom b’mod bilanċjat.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 23 tal-Karta jipprevedi li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa trid tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjiegi, fix-xogħol u fil-paga. Il-prinċipju ta’ ugwaljanza m’għandux jimpedixxi li jinżammu fis-seħħ jew li jiġu adottati miżuri maħsuba biex jagħtu vantaġġi speċifiċi lis-sess l-anqas irrappreżentat. L-Artikolu 33(2) tal-Karta jistipula li, biex il-ħajja tal-familja u dik professjonali jiġu rrikonċiljati, kull persuna għandu jkollha d-dritt għal protezzjoni minn sensja għal xi raġuni marbuta mal-maternità, u d-dritt għal-leave tal-maternità mħallas u għal-leave tal-ġenituri wara t-twelid jew l-adozzjoni ta’ wild.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fost l-oħrajn fl-oqsma tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u tat-trattament fuq ix-xogħol. L-Artikolu 157(3) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tadotta miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa fi kwistjonijiet relatati mal-impjiegi u mal-okkupazzjoni. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

c) Il-miżuri eżistenti

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE 75 tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu lill-ħaddiema b’leave tal-maternità b’durata minima ta’ 14-il ġimgħa, b’konċessjoni li tal-anqas tkun ekwivalenti għall-ħlas tal-benefiċċju tal-mard. Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 76 tistipula li n-nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi u s-sħab nisa ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom jeħtieġ li jingħataw konċessjoni tal-maternità li tkun biżżejjed biex ikunu jistgħu jwaqqfu l-attività okkupazzjonali tagħhom minħabba tqala jew maternità, għal perjodu minimu ta’ 14-il ġimgħa. Il-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mis-sħab soċjali (BusinessEurope, UEAPME, CEEP u KETU) - implimentat fil-livell tal-Unjoni permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE 77 - jagħti lill-ħaddiema rġiel u nisa d-dritt individwali għal-leave tal-ġenituri ta’ tal-inqas erba’ xhur u jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu bidla fis-sigħat u/jew fl-iskedi tax-xogħol tagħhom meta jirritornaw mil-leave tal-ġenituri, għal perjodu stabbilit ta’ żmien. Il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, mis-CEEP u mill-KETU - implimentat permezz tad-Direttiva 97/81/KE 78 - jipproteġi lill-ħaddiema part-time milli jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema full-time u jipprevedi li l-impjegaturi jenħtieġ li jqisu t-talbiet tal-ħaddiema biex jeqilbu minn xogħol full-time għal part-time jew bil-kontra.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jenfasizza l-importanza tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nies kollha b’responsabbiltajiet ta’ indukrar u jagħti drittijiet li huma essenzjali sabiex jinkiseb dan il-bilanċ fl-ambjent tax-xogħol tal-lum, bħad-dritt għall-aċċess ta' servizzi għall-indukrar tat-tfal jew għall-kura fit-tul. Il-Prinċipju jmur lil hinn mill-acquis attwali billi jipprovdi drittijiet għall-impjegati kollha li għandhom responsabbiltajiet ta’ indukrar. Għaldaqstant, se japplika wkoll għall-impjegati li mhumiex ġenituri iżda li, pereżempju, jistgħu jkunu qed jieħdu ħsieb anzjani jew membri tal-familja b'diżabilità.

Barra minn hekk, il-Pilastru jagħti dritt għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħat-telexogħol, l-adattament tal-iskedi tax-xogħol jew il-bidla minn xogħol full-time għal xogħol part-time. Dak id-dritt bħalissa jeżisti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biss meta ħaddiem jirritorna għax-xogħol wara li jkun ħa l-leave tal-ġenituri.

Fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, il-Pilastru jistabbilixxi punt fokali ġdid fuq l-iżgurar tal-aċċess ugwali għan-nisa u għall-irġiel għal arranġamenti tal-leave speċjali. Jenħtieġ li jitħeġġeġ l-użu bbilanċjat ta’ dawn l-arranġamenti mill-irġiel u min-nisa, pereżempju billi jiġu aġġustati l-livell tal-paga, jew il-kundizzjonijiet relatati mal-flessibilità u man-nuqqas ta’ trasferibbiltà.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għat-traspożizzjoni u l-infurzar tar-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni. Minħabba li l-miżuri tal-Unjoni stabbiliti hawn fuq fihom standards minimi, l-Istati Membri huma mistiedna sabiex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli biex jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet tal-Pilastru.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jitolbu l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tagħhom fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

Is-sħab soċjali tal-UE fil-livell transindustrijali għażlu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol, tal-ħajja privata u tal-ħajja tal-familja bħala prijorità għall-programm ta’ ħidma attwali tagħhom 2015-2017.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-inizjattiva “Bidu ġdid għall-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindokraw” 79 . Din tipproponi azzjonijiet leġiżlattivi u ta' politika li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-teħid tal-leave tal-ġenituri kemm min-nisa kif ukoll mill-irġiel, li jintroduċu l-leave tal-paternità u l-leave għall-persuni li jindukraw, li jippromwovu l-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, kif ukoll li jipprovdu iktar faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u għal tipi oħra ta’ indukrar li jkunu ta’ livell aħjar, u li jneħħu d-diżinċentivi ekonomiċi bħad-diżinċentivi fiskali, li jaqtgħu qalb it-tieni sors ta' dħul, spiss nisa, milli jidħol fis-suq tax-xogħol.

Il-Eurofound, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tnejn mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, qed jappoġġaw il-ħidma tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, tal-kwalità tal-ħajja u tas-servizzi pubbliċi.



Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data

a. Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq ix-xogħol.

b. Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet professjonali tagħhom u li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

c. Il-ħaddiema għandhom id-dritt li d-data personali tagħhom tkun protetta fil-kuntest tax-xogħol.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħti lil kull ħaddiem id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.

L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħti lil kulħadd id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt tal-aċċess għad-data li nġabret li tkun tikkonċernah, u d-dritt li jitlob li din tiġi rettifikata. Din id-data għandha tiġi proċessata b’mod ġust għal skopijiet speċifikati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Il-konformità ma’ dawn ir-regoli għandha tkun soġġetta għall-kontroll minn awtorità indipendenti.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Skont l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri fost l-oħrajn għat-titjib b’mod partikolari tal-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

L-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċernah.

c) Il-miżuri eżistenti

Id-Direttiva Qafas tal-Kunsill 89/391/KEE 80 u 23 Direttiva relatata jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-prevenzjoni ta’ riskji okkupazzjonali, għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa u għall-eliminazzjoni tar-riskji u tal-fatturi ta’ aċċident. Id-Direttiva Qafas tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-immaniġġar xieraq tas-sigurtà u tas-saħħa, bħar-responsabbiltà tal-impjegatur, id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema, il-valutazzjoni tar-riskju bħala strument għat-titjib kontinwu tal-proċessi tal-kumpanija, jew ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema. Id-Direttivi relatati jfasslu dawn il-prinċipji ewlenin għal uħud mill-postijiet tax-xogħol u mis-setturi speċifiċi kif ukoll għal riskji, kompiti jew kategoriji speċifiċi tal-ħaddiema. Dawn jiddefinixxu kif għandhom jiġu vvalutati dawn ir-riskji u, f’ċerti każijiet, jistabbilixxu valuri ta’ limitu tal-esponiment għal ċerti sustanzi u aġenti.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tintroduċi miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u fis-saħħa fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u għall-ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 81 , li jieħu post id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 82 jippermetti lill-Istati Membri bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi li jipprevedi regoli aktar speċifiċi biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-impjegati.

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Iktar Saħħa u Sikurezza fuq ix-Xogħol għal Kulħadd” 83 il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li l-isforzi jerġgħu jiġu ffokati fuq l-iżgurar tal-protezzjoni, tal-konformità u tal-infurzar aħjar u b'mod aktar mifrux tal-istandards tas-sigurtà u tas-saħħa okkupazzjonali fil-prattika. Din tħabbar għadd ta’ azzjonijiet leġiżlattivi biex issaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer okkupazzjonali, kif ukoll inizjattivi li jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli, b’mod partikolari fil-mikroimpriżi u fl-SMEs. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex jaħdmu flimkien biex jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fil-livell tal-UE u nazzjonali, filwaqt li jżommu jew itejbu l-protezzjoni tal-ħaddiema.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jmur lil hinn mill-acquis attwali billi jipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħaddiema minn riskji għas-saħħa u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Għaldaqstant, jitlob lill-Istati Membri, iżda anki lill-impjegaturi, biex imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-acquis attwali u biex joqorbu kemm jista’ jkun lejn ambjent tax-xogħol ħieles minn aċċidenti u minn diżgrazzji. Dan ma jfissirx biss l-applikazzjoni tar-regoli, iżda anki l-istabbiliment ta’ politiki tas-saħħa u tas-sigurtà mtejba b'mod kostanti bl-għajnuna ta’ għodod, bħal għodod ibbażati fuq l-internet, biex jiġu ffaċilitati l-valutazzjonijiet tar-riskju, id-djalogu mal-ħaddiema u mal-fornituri tal-postijiet tax-xogħol, li lkoll huma appoġġati minn gwida u minn feedback.

Il-prinċipju 10b jintroduċi żewġ drittijiet relatati ma’ xulxin: l-ewwel, imur lil hinn mill-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà billi jagħti lill-ħaddiema d-dritt għal ambjent tax-xogħol adattat għaċ-ċirkustanzi okkupazzjonali speċifiċi tagħhom. It-tieni, f’konformità wkoll mal-prinċipju ta’ tixjiħ attiv, jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-ambjent tax-xogħol jiġi adattat biex il-ħaddiema jkun jista’ jkollhom karrieri tax-xogħol sostenibbli u itwal. Ċerti adattamenti, bħal pereżempju dawl aħjar għat-twettiq ta’ xogħol klerikali, jistgħu jkunu meħtieġa minħabba l-età tal-ħaddiem. Barra minn hekk, aġġustamenti, bħal ħinijiet aktar flessibbli tax-xogħol, jistgħu jkunu meħtieġa biex jinżammu s-saħħa u l-benesseri tal-ħaddiema akbar fl-età.

Il-Pilastru jintroduċi wkoll id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali għall-ħaddiema. L-ipproċessar tad-data personali mill-impjegatur għandu dejjem ikun ibbażat fuq raġuni legali, normalment l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, il-konformità ma’ obbligu ġuridiku jew għall-finijiet tal-interess leġittimu mfittex mill-impjegatur, ħlief meta l-interess jew id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiem ikunu prevalenti fuq it-tali interess.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-sħab soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għat-traspożizzjoni u l-infurzar tar-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni. Peress li l-miżuri tal-Unjoni stabbiliti hawn fuq fihom rekwiżiti minimi, l-Istati Membri huma mistiedna sabiex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Prinċipju ta’ livell għoli ta’ saħħa u ta’ sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jinkoraġġixxu prattiki tajba fir-rigward tat-tixjiħ attiv fuq ix-xogħol.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jitolbu li l-ftehimiet tagħhom jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. B’mod partikolari, jistgħu jippromwovu u jiżviluppaw standards konġunti fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni biex jadattaw il-postijiet tax-xogħol ħalli jakkomodaw it-tixjiħ attiv u approċċ interġenerazzjonali. Fit-8 ta’ Marzu 2017, is-sħab soċjali Ewropej iffirmaw ftehim awtonomu dwar it-tixjiħ attiv u approċċ interġenerazzjonali li jkopri wkoll is-saħħa u s-sigurtà li għandhom jiġu implimentati mis-sħab soċjali nazzjonali sal-2020.

Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Reċentement il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Direttiva 2004/37/KE 84 (id-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni) bil-għan li ttejjeb il-protezzjoni għal miljuni ta’ ħaddiema billi tirrevedi jew tistabbilixxi valuri ta’ limitu vinkolanti għall-esponiment okkupazzjonali għal għadd ta’ aġenti kimiċi perikolużi. 85 Il-Kummissjoni – f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali - se tkompli tipproponi aktar aġġornamenti tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni biex tintroduċi valuri ta’ limitu vinkolanti għall-ġlieda kontra l-kanċer okkupazzjonali.

 

Il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-acquis billi ttejjeb il-konformità mar-regoli, b’mod partikolari fil-mikrointrapriżi u fl-SMEs, billi tressaq proposti għat-tneħħija jew għall-aġġornament ta’ dispożizzjonijiet skaduti dwar is-saħħa u s-sigurtà fid-dawl ta’ bidliet xjentifiċi, tekniċi u soċjetali. Din se terġa’ tiffoka l-isforzi fuq l-iżgurar tal-protezzjoni, tal-konformità u tal-infurzar aħjar fil-prattika, fost l-oħrajn billi tiżviluppa gwida għall-impjegaturi. Fl-2017 mistennija jiġu ppubblikati gwidi dwar ir-riskji relatati mal-agrikoltura, il-bastimenti tas-sajd u mal-vetturi użati waqt ix-xogħol.

Il-Kummissjoni se tniedi proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari mal-Istati Membri bl-għan speċifiku li tnaqqas il-piż amministrattiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali filwaqt li żżomm il-protezzjoni tal-ħaddiema u, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, trawwem aktar l-iżvilupp tal-għodod informatiċi rilevanti.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, se taqdi rwol importanti fil-ġbir u t-tixrid ta’ prattiki tajba u se tappoġġa l-iskambju ta' esperjenzi, b’mod partikolari permezz tal-kampanji Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu. Il-kampanja “Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f'Kull Età” se tasal fi tmiemha fl-2017 u se tippubbliċizza firxa wiesgħa ta’ eżempji minn madwar l-Unjoni. Fl-2018, il-Kummissjoni se tipprova ssaħħaħ l-applikazzjoni prattika tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji relatati mal-età billi tiżviluppa u xxerred gwida rilevanti għall-ispetturi tax-xogħol. L-Aġenzija se tniedi l-kampanja li jmiss tal-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fl-2018, billi tiffoka fuq is-sustanzi perikolużi b’appoġġ tal-isforz tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-kanċer okkupazzjonali. Biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, fl-2017 il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (magħmul mit-28 Awtorità nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data) se joħroġ opinjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tax-xogħol.



Kapitolu III – Protezzjoni soċjali u inklużjoni

Il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal

a. It-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija affordabbli u għal kura ta’ kwalità tajba.

b. It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar. It-tfal minn ambjenti żvantaġġati għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi sabiex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 14 tal-Karta jagħti lil kulħadd id-dritt għall-edukazzjoni, inkluż id-dritt għall-edukazzjoni obbligatorja mingħajr ħlas. L-Artikolu 24(1) tal-Karta jagħti lit-tfal id-dritt għal tali protezzjoni u indukrar meħtieġa għall-benesseri tagħhom.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

L-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Skont l-Artikolu 165 tat-TFUE, l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' edukazzjoni ta’ kwalità billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni politika bejn l-Istati Membri u, jekk meħtieġ, billi tappoġġa u timplimenta l-azzjoni tagħhom. Skont l-Artikolu 156 tat-TFUE, bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Artikolu 151 tat-TFUE u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom fl-oqsma kollha tal-politika soċjali skont it-Titolu X tat-TFUE. L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

c) Il-miżuri eżistenti

Fl-2002, il-Kunsill Ewropew stabbilixxa “l-Miri ta’ Barċellona” 86 biex jiżgura l-forniment ta’ indukrar formali tat-tfal lil tal-inqas 90 % tat-tfal fl-Unjoni bejn l-età ta’ 3 snin u l-età tal-iskola obbligatorja, u tal-inqas 33 % tat-tfal taħt l-età ta’ 3 snin sal-2010. Dawn il-miri ġew affermati mill-ġdid fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020.

Il-Qafas Strateġiku tal-2009 għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) stabbilixxa għadd ta’ objettivi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, inkluż parametru referenzjarju fl-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal (ECEC) 87 .

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol 88 tirreferi għall-ħtieġa ta’ aċċess għal servizzi ta’ kwalità, inkluż l-indukrar tat-tfal. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 89 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel isemmi l-forniment ta’ ECEC ta’ kwalità għolja bħala miżura preventiva għat-tnaqqis tar-riskju ta’ tluq bikri mill-iskola.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 90 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2011 91 dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada, irrikonoxxew li l-ECEC jipprovdu l-pedamenti neċessarji għat-tagħlim tul il-ħajja, l-integrazzjoni soċjali, l-iżvilupp personali u l-impjegabbiltà fil-futur.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ 92 tistieden lill-Istati Membri kollha biex isaħħu l-investiment tagħhom fit-tfal, skont approċċ imsejjes fuq tliet pilastri, li jinkludi servizzi tal-ECEC affordabbli u ta’ kwalità u miżuri oħra biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal, bħala parti minn pakkett integrat ibbażat fuq id-drittijiet tat-tfal ta’ miżuri ta' politika għat-titjib tal-eżiti għat-tfal u jinkisru ċ-ċikli interġenerazzjonali ta’ żvantaġġ.

Fis-16 ta’ Ġunju 2016, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Il-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Approċċ Integrat” ħeġġew lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-faqar fost it-tfal u jippromwovu l-benesseri tat-tfal permezz ta’ strateġiji multidimensjonali u integrati, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-investiment fit-tfal.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jappoġġa miżuri biex titjieb l-infrastruttura tal-ECEC u l-Fond Soċjali Ewropew jappoġġa l-promozzjoni tal-aċċess ugwali għal edukazzjoni bikrija tat-tfal ta’ kwalità tajba u tal-aċċess għal servizzi ta’ kwalità għolja u affordabbli għat-tfal u għall-familji. Il-programm Erasmus+ jipprovdi l-possibbiltà għal sħubijiet strateġiċi u għall-mobilità biex titjieb il-prattika u jappoġġa l-kooperazzjoni biex isir progress fil-politiki tal-ECEC.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi li t-tfal kollha għandhom id-dritt għal ECEC ta’ kwalità tajba. L-ECEC huma mifhuma bħala kwalunkwe arranġament regolat li jipprovdi edukazzjoni u kura għat-tfal mit-twelid sal-età obbligatorja għall-iskola primarja - irrispettivament mill-kuntest, il-finanzjament, is-sigħat tal-ftuħ jew il-kontenut tal-programm - u jinkludi ċ-ċentri tal-kura u l-kura domestika; il-forniment b’finanzjament privat u pubbliku; il-forniment qabel l-iskola u qabel il-primarja 93 .

Barra minn hekk, il-Pilastru jenfasizza l-aspetti tal-kwalità tal-ECEC, mifhuma bħala li jgħaqqdu aspetti relatati mal-aċċess, il-forza tax-xogħol, il-kurrikulu, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-governanza. ECEC li jkunu disponibbli b’mod universali u ta’ kwalità tajba jħallu benefiċċji għat-tfal kollha u b’mod partikolari għal dawk li ġejjin minn ambjent żvantaġġat.

Id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru jistabbilixxu d-dritt biex it-tfal ikunu protetti kontra l-faqar, u dan ifisser li kull tifel u tifla għandu jkollhom aċċess għal miżuri komprensivi u integrati kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-investiment fit-tfal tal-2013. Il-prevenzjoni tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali tinkiseb bl-aktar mod effettiv permezz ta’ strateġiji integrati. Jenħtieġ li, pereżempju, il-miżuri mmirati jinkludu l-aċċess għal riżorsi adegwati, taħlita ta’ benefiċċji fi flus kontanti u in natura li jippermettu lit-tfal igawdu standards tal-għajxien adegwati, l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità affordabbli fil-qasam tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni, ta’ sostenn lill-familja u l-promozzjoni ta’ kura bbażata fuq il-familja u fuq il-komunità, kif ukoll protezzjoni legali u appoġġ lit-tfal biex jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom.

Barra minn hekk, il-Prinċipju 11b jagħti lit-tfal minn ambjenti żvantaġġati (bħal tfal Rom, ċerti tfal migranti jew ta' minorità etnika, tfal bi bżonnijiet speċjali jew b’diżabilitajiet, tfal f’kura alternattiva u tfal li jgħixu fit-triq, tfal b’ġenituri l-ħabs, kif ukoll tfal f’unitajiet domestiċi li jkunu f’riskju partikolari ta’ faqar) id-dritt għal miżuri speċifiċi – jiġifieri appoġġ imsaħħaħ u mmirat - bil-għan li jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għad-drittijiet soċjali u jkunu jistgħu jgawdu minnhom b'mod ekwu.

 

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għall-kontenut tat-tagħlim u għall-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom u huma mistiedna sabiex jinplimentaw il-Pilastru f’dan il-kuntest, b’mod partikolari permezz ta’ disponibbiltà akbar u ta’ użu aħjar tal-faċilitajiet ta’ edukazzjoni u ta' kura bikrija tat-tfal, u billi jintroduċu politiki għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u miżuri għall-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs, pereżempju strateġiji nazzjonali u subnazzjonali li jinkludu miri, indikaturi, allokazzjonijiet tal-baġit assenjati u mekkaniżmu ta' monitoraġġ. Jistgħu jiġu implimentati strateġiji nazzjonali dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal biex jippromwovu l-għarfien dwar kif it-tfal jistgħu jiġu involuti fl-azzjonijiet u fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernawhom.

Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Pilastru billi jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba madwar l-Unjoni. Bis-saħħa tal-involviment tas-sħab soċjali fi kwistjonijiet relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u r-responsabbiltà tagħhom għas-sistemi tas-sigurtà soċjali f’ċerti pajjiżi, ħafna kumpaniji diġà jippromwovu jew saħansitra jipprovdu servizzi għall-indukrar tat-tfal tal-persunal tagħhom stess. B'dan il-mod, is-sħab soċjali għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni u fl-iskambju ta' prattiki tajba.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-inizjattiva “Bidu ġdid għall-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindokraw”. Din tipproponi azzjonijiet leġiżlattivi u ta' politika li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-teħid tal-leave tal-ġenituri kemm min-nisa kif ukoll mill-irġiel, li jintroduċu l-leave tal-paternità u l-leave għall-persuni li jindukraw, li jippromwovu l-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, kif ukoll li jipprovdu iktar faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u għal tipi oħra ta’ indukrar li jkunu ta’ livell aħjar, u li jneħħu d-diżinċentivi ekonomiċi bħad-diżinċentivi fiskali, li jaqtgħu qalb it-tieni sors ta' dħul, spiss nisa, milli jidħol fis-suq tax-xogħol.

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta reviżjoni tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE: L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-Istati Membri fil-forniment ta’ qafas komuni għall-edukazzjoni u l-kura ta’ kwalità għolja lit-tfal u se żżid l-isforzi biex tgħinhom jitgħallmu minn xulxin u jidentifikaw x’jaħdem l-aħjar.

Fl-2017, il-Kummissjoni se tniedi u timplimenta Azzjoni Preparatorja dwar il-Garanzija għat-Tfal, wara proposta tal-Parlament Ewropew. Din għandha l-għan li tiċċara l-kunċett ta’ tali garanzija, il-fattibbiltà u l-potenzjal tagħha li tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali tal-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal.



Il-protezzjoni soċjali

Irrispettivament mit-tip u mit-tul ta' żmien tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema, u f’ċerti kundizzjonijiet simili, il-persuni li jaħdmu għal rashom, għandhom id-dritt għal protezzjoni soċjali adegwata.

1. L-acquis attwali tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 34 tal-Karta jafferma r-rispett għall-intitolament għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni f’każijiet bħalma huma l-maternità, il-mard, l-aċċidenti industrijali, id-dipendenza jew l-anzjanità, u fil-każ ta’ telf tax-xogħol, f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali. Dan jirrikonoxxi l-intitolament għas-sigurtà soċjali u għall-assistenza soċjali għal kull min jirresjedi u jiċċaqlaq legalment fi ħdan l-Unjoni Ewropea f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet u mal-prattiki nazzjonali. Jistabbilixxi wkoll id-dritt għall-assistenza soċjali u għall-akkomodazzjoni soċjali biex tkun żgurata ħajja diċenti għal dawk kollha li għandhom nuqqas ta' riżorsi u biex jiġu miġġielda l-esklużjoni soċjali u l-faqar.

L-Artikolu 35 tal-Karta jiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u d-dritt għall-kura medika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

L-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jippermetti lil-leġiżlatura tal-Unjoni sabiex tadotta miżuri, inklużi Direttivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi, fil-qasam tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema.

L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Skont l-Artikolu 156 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-politika soċjali kollha skont it-Titolu X tat-TFUE.

L-Artikolu 48 tat-TFUE jeżiġi li l-leġiżlatura tal-Unjoni tadotta miżuri bħal dawn fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont kif ikun meħtieġ għall-moviment liberu bejn Stat Membru u ieħor tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom.

c) Il-miżuri eżistenti

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali 94 tkopri l-assigurazzjoni soċjali għall-ħaddiema relatata mal-mard, il-maternità, il-qgħad, l-inkapaċità għax-xogħol, l-anzjani u l-familja.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE dwar kriterji komuni li jikkonċernaw riżorsi u assistenza soċjali suffiċjenti fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali 95 tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan id-dritt.

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom 96 tagħti aċċess għal-leave u għall-benefiċċji tal-maternità għal tal-inqas 14-il ġimgħa. Din ma tkoprix l-aċċess għal xi riskju ieħor tas-sigurtà soċjali.

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97 jikkoordina r-regoli tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri fir-rigward ta’ persuni f’sitwazzjonijiet transfruntier.

Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98 jikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-membri tal-familja tagħhom li jirresjedu fit-territorju tal-Unjoni li jkunu ċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE 99 li tikkonċerna l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ilhom residenti għal żmien twil, flimkien ma’ għadd ta’ Direttivi oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw il-migrazzjoni legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni 100 , jagħtuhom drittijiet ta’ trattament ugwali daqs iċ-ċittadini tal-pajjiż ospitanti b’rabta mal-protezzjoni soċjali u mas-sigurtà soċjali.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jittrasforma s-sejħa għal introjtu ta’ sostituzzjoni li se jżomm l-istandard tal-għajxien tal-ħaddiema fir-Rakkomandazzjoni tal-1992 fi dritt. Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni soċjali japplikaw għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, u f’kundizzjonijiet komparabbli, għall-persuni li jaħdmu għal rashom. L-għan tal-Pilastru hu li jkopri l-firxa sħiħa ta’ kuntratti mhux standard għall-forniment tax-xogħol li qed isiru dejjem aktar prevalenti fis-suq tax-xogħol tal-lum.

Il-Pilastru jipprovdi wkoll li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għandu jkollhom aċċess għall-protezzjoni soċjali. Billi jestendi l-aċċess għall-persuni li jaħdmu għal rashom, il-Prinċipju jmur lil hinn mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1992, li ssejjaħ biss għall-eżaminazzjoni tal-possibbiltà ta’ protezzjoni soċjali xierqa għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-dritt għal protezzjoni soċjali jkopri kemm l-assistenza soċjali kif ukoll is-sigurtà soċjali. Is-sigurtà soċjali, li tinkludi kemm skemi kontributorji kif ukoll dawk mhux kontributorji, hija ddefinita fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 101 biex tinkludi l-fergħat li ġejjin: (a) benefiċċji tal-mard; (b) benefiċċji tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità; (c) benefiċċji tal-invalidità; (d) benefiċċji tax-xjuħija; (e) benefiċċji tas-superstiti; (f) benefiċċji marbutin ma’ aċċidenti fuq ix-xogħol u ma’ mard okkupazzjonali; (g) għotjiet f'każ ta' mewt; (h) benefiċċji tal-qgħad; (i) benefiċċji ta’ qabel l-irtirar; (j) benefiċċji tal-familja.

Billi jiggarantixxi wkoll l-aċċess għall-protezzjoni soċjali f’kundizzjonijiet komparabbli lill-persuni li jaħdmu għal rashom , il-Prinċipju jmur lil hinn mid-Direttiva 2010/41/UE, li fiha ġie ttrattat biss il-leave tal-maternità.

Flimkien, l-ewwel u t-tieni parti tad-dispożizzjoni dwar il-protezzjoni soċjali jiżguraw li l-persuni impjegati bħala ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom ikollhom aċċess komparabbli għall-protezzjoni soċjali.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-sħab soċjali

L-Istati Membri huma mistiedna sabiex jadattaw ir-regoli tagħhom biex idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru dwar il-protezzjoni soċjali, minbarra li jittrasponu u jinfurzaw ir-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jirratifikaw, jekk ma jkunux għamlu dan, u japplikaw il-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO dwar is-sigurtà soċjali, il-Kodiċi Ewropew tas-Sigurtà Soċjali u l-Karta Soċjali Ewropea Riveduta, u jistgħu jirrevedu r-riżervi magħmula għal uħud mill-Artikoli tal-Karta Soċjali Ewropea riveduta.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar inizjattiva li tikkonċerna l-“Aċċess għall-Protezzjoni Soċjali”, 102 biex jiġi indirizzat l-aċċess li jvarja għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema f’impjieg standard u ta’ persuni li jaħdmu b’kuntratti mhux standard u f’diversi forom ta’ impjiegi indipendenti.



Il-benefiċċji tal-qgħad

Il-persuni qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ ta’ attivazzjoni adegwat mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi biex jintegraw (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u għal benefiċċji adegwati tal-qgħad b’durata raġonevoli, f’konformità mal-kontribuzzjonijiet u mar-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali tagħhom. Dawn il-benefiċċji m’għandhomx jikkostitwixxu diżinċentiv għal ritorn ta’ malajr għax-xogħol.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 29 tal-Karta jiggarantixxi li kulħadd għandu d-dritt ta’ aċċess għal servizz ta’ impjieg mingħajr ħlas. L-Artikolu 34 tal-Karta jafferma r-rispett għall-intitolament għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni, fost l-oħrajn, fil-każ ta' telf ta' impjieg, f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali. Dan jirrikonoxxi l-intitolament għas-sigurtà soċjali u għall-assistenza soċjali għal kull min jirresjedi u jiċċaqlaq legalment fi ħdan l-Unjoni Ewropea f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet u mal-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

L-Artikolu 147 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ impjieg billi tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi ssostni u, jekk ikun meħtieġ, tikkomplimenta l-azzjoni tagħhom. F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-TFUE, l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri, fost l-oħrajn fil-qasam tal-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu Direttivi li jistabbilixxu rekwiżiti minimi. L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom. Id-Direttivi adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE għandhom jevitaw l-impożizzjoni ta’ limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu jipprevjenu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju.

c) Il-miżuri eżistenti

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 103 jipprevedi d-dritt li jinżamm l-intitolament għal benefiċċji tal-qgħad fi flus kontanti għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur, bil-possibbiltà ta’ estensjoni sa sitt xhur, għal ħaddiem li jkun qiegħed għalkollox li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad u li jmur fi Stat Membru ieħor biex ifittex xogħol.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol 104 tappella għal strateġija integrata u komprensiva għall-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, u tgħaqqad l-appoġġ għall-introjtu adegwat, is-swieq tax-xogħol inklużivi u l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità.

In-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES), imwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE 105  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprovdi pjattaforma għat-tqabbil tal-prestazzjoni tal-PES fil-livell Ewropew, jidentifika l-prattiki t-tajba u jrawwem it-tagħlim reċiproku biex jissaħħaħ is-servizzi ta’ appoġġ attiv.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi d-dritt għal appoġġ adegwat mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għan-nies qiegħda. Tali appoġġ huwa bbażat fuq il-valutazzjoni, il-konsulenza u l-iggwidar għat-tfittix ta’ impjieg u b’mod aktar ġenerali għal deċiżjonijiet dwar il-karriera.

Barra minn hekk, il-Pilastru jipprevedi li l-persuni qiegħda għandu jkollhom id-dritt għal benefiċċji tal-qgħad adegwati fi flus kontanti għal durata raġonevoli. Il-Pilastru jeżiġi livell adegwat ta’ benefiċċji, bħal fir-rigward tal-introjtu sostitwit. Il-livell ta’ sostituzzjoni għandu jżomm l-inċentivi għal ritorn ta’ malajr għax-xogħol. Il-provvediment tal-benefiċċju għandu jkun ta' durata raġonevoli: importanti li l-persuna li tkun qed tfittex impjieg tingħata żmien biżżejjed sabiex tkun tista' ssib impjieg li jkun jaqbel mal-ħiliet tagħha, u biex jiġu evitati inċentivi negattivi li jaqtgħu qalb il-persuna li tkun qed tfittex impjieg. Minkejja dan, jenħtieġ li l-benefiċċji jkunu konformi mal-kontribuzzjonijiet u jirrispettaw ir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà.

Id-dispożizzjoni tkopri l-persuni qiegħda kollha, inklużi dawk b’rekords qosra tal-impjieg u dawk li qabel kienu jaħdmu għal rashom. Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din id-dispożizzjoni jkopri kemm il-benefiċċji tal-qgħad kontributorji u mhux kontributorji fi flus kontanti, kif ukoll l-assistenza għall-qgħad.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol diġà tipprovdi gwida għar-reviżjoni kontinwa tal-inċentivi u tad-diżinċentivi għax-xogħol li jirriżultaw mis-sistemi fiskali u tal-benefiċċji. Bħala żvilupp ġdid, il-Pilastru jeżiġi li dawn l-inċentivi jiġu inkorporati fit-tfassil tal-iskemi tal-benefiċċji tal-qgħad. Barra minn hekk, jorbot il-benefiċċji tal-qgħad mal-appoġġ tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi.

3. L-implimentazzjoni  

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-sħab soċjali

Kull Stat Membru jżomm id-dritt li jiddefinixxi l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu. Għall-implimentazzjoni tal-Pilastru, l-Istati Membri huma mistiedna jaġġornaw ir-regoli tagħhom dwar il-forniment ta’ benefiċċji tal-qgħad fi flus kontanti minbarra li jittrasponu u jinfurzaw ir-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tan-negozjar kollettiv u permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar inizjattiva li tikkonċerna l-“Aċċess għall-Protezzjoni Soċjali”, 106 biex jiġi indirizzat l-aċċess li jvarja għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema f’impjieg standard u ta’ persuni li jaħdmu b’kuntratti mhux standard u f’diversi forom ta’ impjiegi indipendenti. Il-konsultazzjoni se tindirizza l-aċċess għall-benefiċċji tal-qgħad u għas-servizzi għall-impjiegi.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa n-negozjati dwar il-proposta ppreżentata f’Diċembru tal-2016 għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.  107 Din il-proposta testendi l-perjodu minimu li matulu persuna qiegħda tkun tista’ titlob il-benefiċċji tal-qgħad filwaqt li tfittex impjieg fi Stat Membru ieħor minn tliet xhur sa sitt xhur.

In-Netwerk Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (in-Netwerk tal-PES) qed jimplimenta l-proġett Benchlearning, li għandu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tal-PES, billi jorbot il-valutazzjoni komparattiva bbażata fuq l-indikaturi mat-tagħlim reċiproku biex jiġi indirizzat aħjar l-appoġġ attiv lill-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg.



L-introjtu minimu

Kull min m’għandux riżorsi suffiċjenti għandu d-dritt għall-benefiċċji tal-introjtu minimu adegwati li jiżguraw ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja, u aċċess effettiv li jippermetti prodotti u servizzi. Għal dawk li jistgħu jaħdmu, il-benefiċċji ta’ introjtu minimu għandhom jitħalltu ma’ inċentivi għall-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 34(3) tal-Karta jafferma r-rikonoxximent u r-rispett tad-dritt, fost l-oħrajn għall-assistenza soċjali biex tkun żgurata ħajja diċenti għal dawk kollha li m’għandhomx riżorsi suffiċjenti f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol. L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom. Skont l-Artikolu 156 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-politika soċjali kollha skont it-Titolu X tat-TFUE.

c) Il-miżuri eżistenti

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE dwar kriterji komuni li jikkonċernaw riżorsi u assistenza soċjali suffiċjenti fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali (magħrufa l-aktar bħala r-“Rakkomandazzjoni dwar l-Introjtu Minimu”) 108 tistieden lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu d-dritt għall-assistenza soċjali u tistabbilixxi l-prinċipji u l-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dan id-dritt.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE 109 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol tistieden lill-Istati Membri biex jgħaqqdu l-appoġġ adegwat għall-introjtu mal-aċċess għal servizzi ta’ kwalità u ma’ miżuri relatati mas-suq tax-xogħol inklużiv fi strateġija integrata ta’ inklużjoni attiva. Din l-istedina lill-Istati Membri ġiet imtennija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol 110 .

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi d-dritt għal kull min ma għandux riżorsi suffiċjenti biex jaċċessa l-benefiċċji tal-introjtu minimu. Fil-każ ta’ nies li jistgħu jaħdmu, jenħtieġ li l-benefiċċji jitħalltu ma’ inċentivi għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Huwa jmur lil hinn mir-Rakkomandazzjoni tal-1992 dwar l-Introjtu Minimu billi jiddikjara b’mod espliċitu d-dritt għal introjtu minimu li jiżgura ħajja dinjituża. Il-kunċett ta’ “introjtu minimu”, li jindika forma speċifika ta’ benefiċċju, jintuża b’mod espliċitu għall-ewwel darba, billi jieħu post termini aktar ġeneriċi bħal “assistenza soċjali” jew “riżorsi suffiċjenti”.

L-introjtu minimu għandu l-għan li jipprevjeni l-faqar assolut fost il-persuni li mhumiex eliġibbli għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, jew li l-intitolament tagħhom għal dawn il-benefiċċji skada, b’hekk jiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Jenħtieġ li dawn il-benefiċċji jiżguraw ukoll ħajja dinjituża fl-istadji kollha tal-ħajja flimkien ma’ aċċess effettiv għal servizzi ta’ appoġġ. Dawn mhumiex kontributorji, huma universali u soġġetti għall-ittestjar tal-mezzi. Dawn jeżiġu li n-nies ikunu lesti li jaħdmu jew jieħdu sehem f’attivitajiet komunitarji, jekk l-individwi jkunu kapaċi.

Element importanti tal-iżgurar tal-inċentivi għax-xogħol huwa li t-tfassil tal-benefiċċju jkun konsistenti ma’ benefiċċji oħra u jippreserva l-inċentivi finanzjarji għat-teħid ta’ impjieg u, għalhekk jiġi evitat li l-benefiċjarji tal-introjtu minimu jinqabdu fin-nassa tal-inattività. Dawn l-inċentivi jistgħu jieħdu l-forma ta’ rekwiżit li l-persuna li tirċievi l-benefiċċju tuża s-servizzi għall-impjiegi, li flimkien ma’ servizzi oħra ta’ appoġġ jistgħu jappoġġaw l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-linji gwida u tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni soċjali miftiehma fil-livell tal-Unjoni. Għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju, l-Istati Membri huma mistiedna jaġġornaw u jestendu l-prattika tagħhom dwar id-disinn u l-pagament tal-benefiċċji tal-introjtu minimu.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi fi ħdan il-proċess tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, li għalihom jikkontribwixxi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jinkoraġġixxu l-istabbiliment effiċjenti ta’ skemi tal-introjtu minimu fil-livell nazzjonali. Il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jiżgura l-koordinazzjoni tal-politika u jissorvelja l-progress tal-Istati Membri. L-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew għandhom rwol importanti fl-appoġġ tal-iżvilupp tal-benefiċċji tal-introjtu minimu.

Il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu l-iskemi minimi tagħhom permezz tan-Netwerk Ewropew dwar l-Introjtu Minimu 111 li jiffoka fuq il-promozzjoni ta’ skemi adegwati u aċċessibbli tal-introjtu minimu u t-tixrid ta’ metodoloġija għall-baġits ta’ referenza komparabbli transnazzjonali fl-Istati Membri.



L-introjtu u l-pensjoni tal-irtirar

a. Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu rtiraw għandhom id-dritt għal pensjoni li tkun proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tagħhom u li tiżgura introjtu adegwat. In-nisa u l-irġiel għandhom ikollhom opportunitajiet indaqs biex jakkwistaw id-drittijiet għall-pensjoni.

b. Kull min irtira għandu d-dritt għal riżorsi li jiżguraw ħajja dinjituża.

1. L-acquis tal-UE

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 25 tal-Karta jafferma r-rikonoxximent u r-rispett għad-drittijiet tal-anzjani biex jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti. L-Artikolu 34 tal-Karta jafferma r-rispett għall-intitolament għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni, fost l-oħrajn, f’każijiet bħad-dipendenza jew ix-xjuħija, f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet u mal-prattiki nazzjonali u l-intitolament għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali fix-xjuħija. L-Artikolu 23 jiggarantixxi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jafferma li, fost l-oħrajn, wieħed mill-objettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri huwa l-promozzjoni ta’ protezzjoni soċjali xierqa. F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-TFUE, l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri fil-qasam tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom. Skont l-Artikolu 156 tat-TFUE, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom fl-oqsma kollha tal-politika soċjali, inkluż fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

L-Artikolu 19 tat-TFUE jagħti s-setgħa lil-leġiżlatura tal-Unjoni biex tieħu azzjoni xierqa biex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni, fost l-oħrajn, dik ibbażata fuq is-sess. L-Artikolu 157(3) tat-TFUE jagħti s-setgħa lil-leġiżlatura tal-Unjoni biex tadotta miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa fl-impjiegi u fl-okkupazzjoni.

c) Il-miżuri eżistenti

Hemm għadd ta’ Direttivi li jimplimentaw il-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, fost l-oħrajn, b’rabta mal-pensjonijiet, li jkopru l-iskemi statutorji, il-pensjonijiet okkupazzjonali u dawk personali. 112

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 113 jipprevedi l-aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni u d-dritt ta’ esportazzjoni tal-pensjoni għal pensjonanti li ħadmu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni.

L-Unjoni adottat ukoll Direttivi li jikkonċernaw l-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transfruntiera. 114  

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE 115 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali tkopri s-sigurtà soċjali għall-ħaddiema b’rabta mal-mard, il-maternità, il-qgħad u l-inkapaċità għax-xogħol; is-sussistenza minima għall-anzjani; u l-protezzjoni soċjali tal-familja.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jappella għal pensjoni adegwata kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-persuni li jaħdmu għal rashom. B’hekk, il-Pilastru jmur lil hinn mill-acquis eżistenti billi jkopri wkoll lill-persuni li jaħdmu għal rashom. Jappella wkoll għal opportunitajiet indaqs kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel biex jiksbu d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar. Bħalissa, il-pensjonijiet tan-nisa huma inqas minn tal-irġiel, l-aktar minħabba l-impatt fuq ir-rekords tal-kontribuzzjonijiet tal-pagi baxxi, aktar part-time u karrieri iqsar u b’aktar interruzzjonijiet minħabba obbligi ta’ indukrar. B’hekk, l-opportunitajiet indaqs biex jinbnew id-drittijiet tal-introjtu għall-irtirar, flimkien ma’ miżuri tas-suq tax-xogħol u ma’ miżuri relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, etajiet tal-pensjoni indaqs u kreditazzjoni adegwata tad-drittijiet għall-pensjoni għall-perjodi ta’ indukrar. Il-Pilastru jmur lil hinn mir-Rakkomandazzjoni tal-1992 billi jsejjaħ għal opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni.

Il-Pilastru jappella għal introjtu adegwat fix-xjuħija mingħajr ma jqis it-tip ta’ sistema tal-pensjonijiet. B'hekk, ikopri t-tliet pilastri kollha tas-sistema tal-pensjonijiet. Sistemi tal-pensjonijiet supplimentari ffinanzjati qed isiru aktar importanti flimkien ma’ sistemi tal-pensjonijiet ibbażati fuq l-istat. L-iffaċilitar u t-tħeġġiġ tat-tfaddil tul il-ħajja għall-irtirar, inklużi inċentivi fiskali, huma miżura ta’ appoġġ importanti.

Id-dispożizzjonijiet tal-Pilastru japplikaw għall-appoġġ għall-introjtu għall-persuni kbar fl-età irrispettivament mill-forma tiegħu. Dawn għandhom l-għan li jipprevjenu l-faqar fix-xjuħija u jżommu l-istandard tal-għajxien tal-persuni rtirati. Ir-Rakkomandazzjoni tal-1992 dwar il-Konverġenza tal-Objettivi u tal-Politiki tal-Protezzjoni Soċjali tindirizza kemm il-protezzjoni kontra l-faqar kif ukoll iż-żamma tal-introjtu. Madankollu, il-Prinċipju jistabbilixxi mira ogħla billi jitkellem dwar id-dritt għal pensjoni li tiżgura introjtu adegwat.

3. L-implimentazzjoni  

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddefinixxu l-Prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Huma mistiedna jadattaw ir-regoli tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju, minbarra li jittrasponu u jinfurzaw ir-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta konsultazzjoni tal-ewwel stadju tas-sħab soċjali dwar inizjattiva li tikkonċerna l-“Aċċess għall-Protezzjoni Soċjali” 116 biex tindirizza l-aċċess li jvarja għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema f’impjieg standard u ta’ persuni li jaħdmu b’kuntratti mhux standard u f’diversi forom ta’ impjiegi indipendenti. Il-konsultazzjoni se tindirizza d-drittijiet okkupazzjonali u l-modi kif id-drittijiet għall-pensjoni jistgħu jsiru trasferibbli u trasparenti meta jinbidel l-impjegatur, it-tip ta’ kuntratt jew meta ssir it-tranżizzjoni għal impjieg indipendenti.

Filwaqt li l-iskemi pubbliċi tal-pensjoni huma s-sisien tal-appoġġ għall-introjtu fix-xjuħija, l-iskemi supplimentari ta’ pensjoni jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-protezzjoni tal-introjtu aktar adegwata. Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tat-30 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ħadet impenn li tanalizza modi kif iżżid l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar u tibni suq tal-UE għall-pensjonijiet personali. Qed titħejja inizjattiva leġiżlattiva bil-għan li jinħolqu Pensjonijiet Personali pan-Ewropej flimkien mal-iskemi domestiċi tal-pensjoni personali.

Il-kura tas-saħħa

Kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 35 tal-Karta jirrikonoxxi li kulħadd għandu d-dritt ta' aċċess għal trattament mediku u għal kura tas-saħħa preventiva bil-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema.

L-Artikolu 153(4) jiddikjara li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

Skont l-Artikolu 168(2) tat-TFUE, l-Unjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem u, jekk ikun hemm bżonn, tappoġġa l-azzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista', b'kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja sabiex tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam, b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, l-organizzazzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki u l-preparazzjoni tal-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u għall-valutazzjonijiet perjodiċi. L-Artikolu 168(1) u (7) tat-TFUE jipprevedi li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkomplimenta l-politiki nazzjonali u tirrispetta r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u għandha tkun immirata lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-eliminazzjoni tas-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali.

L-Artikolu 48 tat-TFUE jeżiġi li l-leġiżlatura tal-Unjoni tadotta miżuri bħal dawn fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont kif ikun meħtieġ għall-moviment liberu bejn Stat Membru u ieħor tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom.

c) Il-miżuri eżistenti

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti farmaċewtiċi 117 u dwar is-sustanzi ta’ oriġini umana 118 tistabbilixxi standards komuni għall-aċċessibilità, il-kwalità u s-sikurezza ta’ dawn il-prodotti fis-suq intern kollu tal-UE.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE 119 tistieden lill-Istati Membri, fost l-oħrajn, biex jiżguraw, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru, l-aċċess għall-kura tas-saħħa neċessarja kif ukoll għall-faċilitajiet maħsuba biex jipprevjenu l-mard għall-persuni kollha li jkunu legalment residenti.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 120 tistabbilixxi l-kooperazzjoni dwar is-sikurezza tal-pazjenti u l-istandards relatati, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa.

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 121 jkopri, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini mobbli. Barra minn hekk, id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 122 tistabbilixxi regoli maħsuba biex jiffaċilitaw il-kisba tal-kura tas-saħħa transkonfinali fi ħdan l-Unjoni.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi d-dritt ġenerali tal-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u għat-trattament mediku ta’ kwalità tajba. Dan imur lil hinn mill-Artikolu 35 tal-Karta peress li dan jeżiġi l-aċċess f'waqtu għall-kura tas-saħħa u jistipula li din għandha tkun affordabbli u ta’ kwalità tajba.

L-aċċess f’waqtu jfisser li kulħadd ikollu aċċess għall-kura tas-saħħa kull meta jkun jeħtieġha. It-twettiq tal-Prinċipju jeżiġi post ġeografiku bbilanċjat tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u tal-professjonisti fil-kura medika, kif ukoll politiki biex jitnaqqsu l-perjodi twal ta’ stennija.

Kura tas-saħħa affordabbli tfisser li n-nies ma għandhomx jiġu mwaqqfa milli jużaw il-kura meħtieġa minħabba l-ispejjeż.

Id-dispożizzjoni tal-Pilastru dwar il-kura tas-saħħa tinkludi d-dritt għall-kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba, li tfisser li l-kura tas-saħħa għandha tkun rilevanti, xierqa, sikura u effettiva.

Fl-aħħar nett, il-kura tas-saħħa preventiva u kurattiva tfisser aċċess għal trattament mediku u għal servizzi pubbliċi tas-saħħa, inklużi l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard.

3. L-implimentazzjoni  

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għad-definizzjoni tal-politika tagħhom dwar is-saħħa u għall-organizzazzjoni u l-forniment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-kura medika, u jżommu d-dritt li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Huma mistiedna sabiex jadattaw ir-regoli tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju, minbarra li jittrasponu u jinfurzaw ir-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Id-Direttiva 2011/24/UE tistabbilixxi l-kooperazzjoni bejn is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni bħall-aċċess għall-kura tas-saħħa, b’mod partikolari permezz tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza mnedija reċentement; il-kooperazzjoni fil-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa; u l-kooperazzjoni fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika u fi ħdan is-Suq Uniku Diġitali.



L-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità

Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għal appoġġ għal introjtu li jiżgura l-għajxien dinjituż, servizzi li bihom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet tagħhom.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 21 tal-Karta jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni, fost l-oħrajn, ibbażata fuq id-diżabilità. L-Artikolu 26 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt tal-persuni b’diżabilità li jibbenefikaw minn miżuri maħsuba sabiex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità. L-Artikolu 34 tal-Karta jirrikonoxxi l-intitolament għall-benefiċċji u għas-servizzi tas-sigurtà soċjali f’każijiet bħal dipendenza jew telf ta' impjieg.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

Skont l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tieħu azzjoni xierqa biex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata, fost l-oħrajn, fuq id-diżabilità.

Skont l-Artikolu 153 tat-TFUE, l-Unjoni tingħata s-setgħa li tadotta miżuri, inklużi Direttivi li jistabbilixxu rekwiżiti minimi, biex tappoġġa u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta’, fost l-oħrajn, titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jiġu protetti s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema; il-kundizzjonijiet tax-xogħol; is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema; u l-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol. Fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE, l-Unjoni hija mogħtija wkoll is-setgħa li tappoġġa u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

c) Il-miżuri eżistenti

L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD), 123  strument internazzjonali legalment vinkolanti li jistabbilixxi standards minimi għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità. 27 Stat Membru tal-Unjoni 124 wkoll huma partijiet għall-Konvenzjoni. Il-UNCRPD teżiġi li l-partijiet tagħha jadottaw il-miżuri kollha xierqa għall-implimentazzjoni tad-drittijiet rikonoxxuti fiha, inkluż id-dritt tal-persuni b’diżabilità li jaħdmu fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, biex ikollhom standard tal-għajxien adegwat, ħajja indipendenti u jiġu inklużi fil-komunità.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE 125 (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata, fost l-oħrajn, fuq id-diżabilità fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi, għall-impjiegi indipendenti, għall-okkupazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali. Din teżiġi li l-impjegaturi jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli, li tfisser li jittieħdu miżuri xierqa, meta jkunu meħtieġa f'xi każ partikolari, biex il-persuna b’diżabilità jkollha aċċess għal impjieg, tipparteċipa fid-dinja tax-xogħol, jew tavvanza fiha, jew tirċievi taħriġ, sakemm dawn il-miżuri ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-impjegatur.

L-elementi ċentrali tal-UNCRPD huma riflessi fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 126 li permezz tagħha l-Kummissjoni tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet għall-ħajja diċenti u l-inklużjoni soċjali. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet relatati ma’ persuni b’diżabilità huma inklużi fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni bħal dwar it-trasport, it-telekomunikazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku jew is-saħħa u s-sikurezza.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jirċievu appoġġ fi ħdan is-sistema ġenerali tal-edukazzjoni. Dan isir l-aktar permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva li ġiet stabbilita fl-1996. L-Aġenzija tappoġġa r-riformi fil-livell nazzjonali permezz tal-kooperazzjoni fit-tul, l-iskambju tal-kompetenzi u tal-għarfien, billi taħdem b’mod dirett mal-ministeri għall-edukazzjoni fuq bażi volontarja. Ir-reviżjonijiet tal-Aġenzija jgħinu lill-Istati Membri sabiex ikunu konformi mal-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, b’mod partikolari l-Artikolu 24. Permezz tal-finanzjament ta’ Erasmus+, il-Kummissjoni tappoġġa wkoll proġetti konkreti li jippromwovu l-edukazzjoni inklużiva.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jirrifletti l-approċċ olistiku bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għad-diżabilità li huma mnaqqxa fil-UNCRPD, ibbażat fuq ir-rispett għad-dinjità, l-awtonomija individwali u l-indipendenza tal-persuni b’diżabilità, il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom u l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà bħal ħaddieħor, u l-opportunitajiet indaqs.

Il-Pilastru jenfasizza d-dritt għall-appoġġ għall-introjtu bħala wieħed mill-elementi tal-protezzjoni soċjali, għal servizzi li jippermettu lill-persuni b’diżabilità sabiex jieħdu sehem fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u għal ambjent tax-xogħol adattat bħala miżuri ewlenin għall-persuni b’diżabilità biex jaċċessaw drittijiet oħra stabbiliti fil-Prinċipji tal-Pilastru, u biex igawdu minn ugwaljanza u inklużjoni sħiħa fix-xogħol u fis-soċjetà. Il-Prinċipju jmur lil hinn mill-acquis eżistenti, billi jispeċifika t-taħlita neċessarja ta’ dawn il-miżuri li jsaħħu lil xulxin.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri huma responsabbli għat-traspożizzjoni u għall-infurzar tar-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-Istati Membri li rratifikaw il-UNCRPD huma responsabbli għall-implimentazzjoni sħiħa tagħha fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom. Il-miżuri tal-Unjoni msemmija hawn fuq fihom standards minimi u l-Istati Membri huma mistiedna sabiex imorru lil hinn minn dawn ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju, inkluż billi jieħdu azzjoni pożittiva biex jiżguraw l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità bħal ħaddieħor. B'dan il-mod, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mill-qrib mal-persuni b’diżabilità u jinvolvuhom b’mod attiv.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Il-Kummissjoni tkompli tappoġġa n-negozjati għall-adozzjoni tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità 127 propost li għandu l-għan li jiżgura l-aċċessibilità ta’ ċerti prodotti u servizzi fis-suq intern, biex b'hekk il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jsibu impjieg u jipparteċipaw fis-soċjetà bħal ħaddieħor.

Il-Kummissjoni, bħala l-punt fokali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD fil-livell tal-Unjoni, se tkompli tissimplifika l-kwistjonijiet relatati mad-diżabilità fil-politiki u fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma rilevanti kollha tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa wkoll in-negozjati għall-adozzjoni mil-leġiżlatura tal-Unjoni tal-proposta tagħha għal Direttiva tal-Kunsill biex tespandi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata, fost l-oħrajn, fuq id-diżabilità 128 għall-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa; l-edukazzjoni; il-vantaġġi soċjali; u l-aċċess għal prodotti u għal servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-akkomodazzjoni.



Il-kura fit-tul

Kulħadd għandu d-dritt għal servizzi ta’ kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità tajba, b’mod partikolari għal servizzi ta’ kura fid-djar u għal servizzi komunitarji.

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 25 tal-Karta tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani għal ħajja dinjituża u indipendenti u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u kulturali. L-Artikolu 26 tal-Karta jirrikonoxxi u jirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabilità li jibbenefikaw minn miżuri maħsuba sabiex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità. L-Artikolu 34 jafferma r-rispett għall-intitolament għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni, fost l-oħrajn, f’każijiet bħal mard, dipendenza jew xjuħija, f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, biex tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

c) Il-miżuri eżistenti

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali 129 tistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa fis-sigurtà soċjali b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċjali tal-anzjani meta dawn ikunu jiddependu minn kura u servizzi esterni. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol 130 tirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jipprovdu dawn is-servizzi, li huma essenzjali biex jappoġġaw il-politiki attivi u ekonomiċi tal-inklużjoni, inklużi s-servizzi tal-kura fit-tul.

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 131 jkopri, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-benefiċċji tal-kura fit-tul għaċ-ċittadini mobbli.

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jipprovdu fondi lill-Istati Membri biex jikkofinanzjaw investimenti fis-servizzi soċjali u fil-kura tas-saħħa, li jsaħħu l-bidla minn mudell iffukat fuq l-isptarijiet u l-istituzzjonijiet għal servizzi tal-kura komunitarji u integrati. Il-fondi jappoġġaw ukoll l-iżvilupp ta’ servizzi tal-kura fit-tul permezz tat-taħriġ tal-persuni li jindukraw b’mod formali.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jafferma għall-ewwel darba fil-livell tal-Unjoni d-dritt għal servizzi ta' kura fit-tul għal persuni li huma dipendenti fuq il-kura. Dan isejjaħ għal servizzi ta’ kwalità li jgħinu lil nies li huma vulnerabbli jew dipendenti sabiex iżommu l-istatus tas-saħħa u funzjonali tagħhom għall-aktar żmien possibbli u jtejbu l-awtonomija tagħhom. Barra minn hekk, il-Pilastru jeżiġi li s-servizzi tal-kura jkunu affordabbli peress li s-servizzi tal-kura formali jistgħu jinvolvu spejjeż finanzjarji sinifikanti, li jħallu lil ħafna persuni li jiddependu mill-kura bi ħtiġijiet mhux issodisfati. Filwaqt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tistabbilixxi li jenħtieġ li l-persuni ikbar fl-età jkollhom id-dritt li jgħixu b’mod dinjituż u indipendenti, l-affordabilità, l-adegwatezza u l-kwalità tas-servizzi pprovduti huma ċentrali għall-applikazzjoni ta’ dan id-dritt.

Il-Pilastru jagħti privileġġi lill-kura fid-djar (ipprovduta fid-dar ta’ persuna li teħtieġ il-kura) u lis-servizzi komunitarji (firxa ta’ servizzi tal-kura ta’ xorta mhux istituzzjonali) u, għalhekk, imur lil hinn mir-Rakkomandazzjoni tal-2008 tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva. L-iżvilupp ta’ servizzi komunitarji jgħin lill-persuni bi bżonnijiet ta’ kura fit-tul u b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti u biex jiġu inklużi fil-komunità 132 . B’mod ġenerali, dan jirrispetta l-preferenzi tal-persuni fil-bżonn ta’ kura biex iżommu l-ħajja indipendenti tagħhom kemm jista' jkun fit-tul.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Huma mistiedna jadattaw ir-regoli tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju, minbarra li jittrasponu u jinfurzaw ir-regoli adottati fil-livell tal-Unjoni.

Fil-livell tal-Unjoni, is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati f’konformità mal-Artikolu 154 tat-TFUE dwar l-inizjattivi possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 153 tat-TFUE u jistgħu jiffirmaw ftehimiet li jistgħu jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni fuq it-talba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 155 tat-TFUE. Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni wkoll. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-inizjattiva “Bidu ġdid għall-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindokraw”. Din tipproponi azzjonijiet leġiżlattivi u ta' politika li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-teħid tal-leave tal-ġenituri, kemm min-nisa kif ukoll mill-irġiel, jintroduċu l-leave tal-paternità u l-leave għall-persuni li jindukraw, jippromwovu l-użu ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli, kif ukoll jipprovdu aktar faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u għal tipi oħra ta’ indukrar li jkunu ta’ livell aħjar, u li jneħħu d-diżinċentivi ekonomiċi bħad-diżinċentivi fiskali, li jaqtgħu qalb it-tieni sors ta' dħul, spiss in-nisa, milli jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Il-Kummissjoni tkompli tappoġġa n-negozjati dwar il-proposta ppreżentata f’Diċembru tal-2016 għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 133 . Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi reġimi koerenti għall-koordinazzjoni ta’ benefiċċji tal-kura fit-tul f’sitwazzjonijiet transfruntiera.



L-akkomodazzjoni u l-għajnuna għall-persuni mingħajr dar

a. Għandu jiġi provdut aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali jew għajnuna għall-akkomodazzjoni ta’ kwalità tajba għal dawk fil-bżonn.

b. Persuni vulnerabbli għandhom id-dritt għal għajnuna u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata.

c. Għandhom jiġu provduti kenn u servizzi adegwati lill-persuni mingħajr dar sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom. 

1. L-acquis tal-Unjoni

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 34(3) tal-Karta jafferma r-rikonoxximent u r-rispett tad-dritt, fost l-oħrajn, għall-assistenza fl-akkomodazzjoni biex tkun żgurata ħajja diċenti għal dawk kollha li m’għandhomx riżorsi suffiċjenti, f’konformità mar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni u mil-liġijiet u mill-prattiki nazzjonali.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri li jappoġġaw u jikkomplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u għall-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Skont l-Artikolu 156 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-politika soċjali kollha fit-Titolu X tat-TFUE.

L-Artikolu 153(4) jipprevedi li d-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 153 tat-TFUE m’għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

c) Il-miżuri eżistenti

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol  134 tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-servizzi li huma essenzjali biex jiġu appoġġati l-politiki dwar l-inklużjoni soċjali, bħall-appoġġ għall-akkomodazzjoni u l-akkomodazzjoni soċjali. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE dwar L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ 135 tindirizza l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni u tal-għajxien tat-tfal foqra. Il-Qafas tal-Unjoni għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom 136 jirrikonoxxi l-akkomodazzjoni bħala qasam importanti ta’ intervent għall-inklużjoni ta’ persuni Rom żvantaġġati. Il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità tirriknoxxi d-dritt għal standard tal-għajxien adegwat għall-persuni b’diżabilità u għall-familji tagħhom, inkluża akkomodazzjoni adegwata, u l-aċċess għal programmi tad-djar tal-gvern. Il-Konvenzjoni tistieden ukoll lill-partijiet biex jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw l-aċċessibilità tal-akkomodazzjoni.

Fir-rigward tal-aċċess għall-kenn, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi protezzjoni speċifika għall-persuni li huma partikolarment vulnerabbli bħat-tfal mhux akkumpanjati, il-persuni li jfittxu ażil u r-refuġjati. Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità 137 tipprovdi għall-forniment ta’ kenn jew għal kwalunkwe akkomodazzjoni interim xierqa oħra. 

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jkopri l-aspetti differenti tad-dritt għall-akkomodazzjoni b’mod komprensiv għall-ewwel darba fil-livell tal-Unjoni.

Filwaqt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipprovdi d-dritt għall-assistenza fl-akkomodazzjoni u għal eżistenza diċenti għal dawk kollha li jkunu nieqsa mir-riżorsi suffiċjenti, il-Prinċipju 19a jmur lil hinn billi jirreferi għall-forniment in natura ta’ appoġġ għall-akkomodazzjoni, jiġifieri l-akkomodazzjoni soċjali. Jenħtieġ li tiġi pprovduta akkomodazzjoni soċjali jew inkella assistenza għall-akkomodazzjoni: il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-Prinċipju jinkludi l-firxa sħiħa ta’ possibbiltajiet fil-forniment ta’ appoġġ b’rabta mal-akkomodazzjoni, u, pereżempju, ikopri l-benefiċċju tal-akkomodazzjoni, l-appoġġ għall-introjtu, il-garanziji tal-kirja u t-tnaqqis tat-taxxa.

Il-kamp ta' applikazzjoni personali ta’ din id-dispożizzjoni huwa usa' wkoll milli kif inhu fil-Karta peress li jinkludi l-assistenza fl-akkomodazzjoni għal kull min hu fil-bżonn, u mhux biss għal dawk b’nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti iżda anki għal dawk bi bżonnijiet speċjali – minħabba d-diżabilità tagħhom, it-tifrik tal-familja eċċ.

Fir-rigward tal-għoti ta’ assistenza lil persuni vulnerabbli fil-każ ta’ tkeċċija, il-Pilastru jirrappreżenta tisħiħ sinifikanti tad-dritt għall-akkomodazzjoni u għas-sigurtà tal-akkomodazzjoni b’mod partikolari. Il-persuni vulnerabbli jistgħu jinkludu kemm kerrejja f’riskju kif ukoll sidien li tilfu kollox u jinsabu f’riskju li jitkeċċew. Il-Prinċipju jeżiġi l-forniment ta’ assistenza u ta’ protezzjoni, bħal rappreżentanza legali, sosteniment u medjazzjoni affordabbli; jew miżuri protettivi, bħall-aċċess għal skemi ta’ maniġġjar tad-dejn, biex jitnaqqas ir-riskju li persuna tispiċċa mingħajr dar. Fl-istess ħin, il-prinċipju jieħu f’kunsiderazzjoni xierqa l-interessi tas-sidien u f’każijiet ġustifikati u legali.

Barra minn hekk, il-Pilastru jistabbilixxi l-aċċess universali għal kenn adegwat għal kull min ikun bla dar. Akkomodazzjoni adegwata tista’ tinftiehem f'termini ta’ sigurtà tal-pussess, affordabilità, abitabilità, aċċessibilità, post u adegwatezza kulturali. Il-Prinċipju jistabbilixxi wkoll mira ogħla billi jippromwovi l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni mingħajr dar fis-soċjetà, bis-sostenn tas-servizzi soċjali.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri

L-Istati Membri huma mistiedna sabiex jadottaw miżuri, b’mod partikolari miżuri nazzjonali, lokali jew reġjonali relatati mal-akkomodazzjoni, flus kontanti u in natura, biex jiġi appoġġat l-aċċess universali u rapidu għall-kenn għall-persuni f’kull tip ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kif ukoll biex tiżdied il-kopertura u l-kapaċità tas-servizzi soċjali ta’ sostenn għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Prinċipju.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Ir-riforma tal-akkomodazzjoni soċjali, l-aċċessibilità u l-affordabilità tal-akkomodazzjoni, kif ukoll l-effikaċja tal-benefiċċji għall-akkomodazzjoni jiġu ssorveljati u vvalutati fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fil-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jiżgura l-koordinazzjoni tal-politika u jissorvelja l-progress tal-Istati Membri.

L-implimentazzjoni tal-Prinċipju se tiġi appoġġata minn Fondi tal-Unjoni, inkluż mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi għal investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-infrastruttura tal-akkomodazzjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew għas-servizzi soċjali u mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn għal assistenza għall-ikel għal persuni mingħajr dar. L-Unjoni Ewropea tappoġġa wkoll b’mod finanzjarju għadd ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u fit-tnaqqis tal-faqar, inkluż l-organizzazzjonijiet li jgħinu fil-problema tal-persuni mingħajr dar.

L-aċċess għas-servizzi essenzjali

Kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inklużi l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawk is-servizzi għal dawk fil-bżonn.

1. L-acquis tal-Unjoni    

a) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 36 tal-Karta jiddikjara li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta l-aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif stipulat fil-liġi u fil-prattiki nazzjonali, f’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali tal-Unjoni.

b) Is-setgħat leġiżlattivi u l-limiti tagħhom

F’konformità mal-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha huwa li tkun żgurata l-protezzjoni soċjali xierqa u tiġi miġġielda l-esklużjoni. L-Artikolu 14 tat-TFUE jistabbilixxi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ilkoll bis-setgħat rispettivi tagħhom u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat, għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jaqdu l-missjoni tagħhom. Il-Protokoll 26 jirrikonoxxi r-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fil-forniment, fl-ikkummissjonar u fl-organizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi u d-diversità ta’ dawn fi ħdan l-Unjoni. Bl-istess mod, dan il-Protokoll jenfasizza li l-valuri ta’ kwalità, ta’ sikurezza u ta’ affordabilità, ta’ trattament indaqs, ta’ aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti, huma valuri komuni tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Id-Dikjarazzjoni 22 mehmuża mat-Trattat ta’ Amsterdam tiddikjara li fit-tfassil ta' miżuri skont l-Artikolu 114 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità. L-Artikolu 106 tat-TFUE jistabbilixxi li l-impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huma soġġetti għar-regoli fit-Trattat, b'mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta’ tali regoli ma tostakolax il-prestazzjoni, fid-dritt jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari assenjati lilhom.

c) Il-miżuri eżistenti

Fil-Qafas ta’ Kwalità 138 tagħha, il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet b’mod ġenerali l-importanza tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali bħala l-pedament tal-mudell soċjali Ewropew u l-impenn tagħha li tiżgura l-aċċess għaċ-ċittadini kollha għal servizzi essenzjali. Bil-għan li jiġi ċċarat il-kuntest legali għall-forniment ta’ servizzi bħal dawn, kemm il-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll dik dwar l-akkwist pubbliku (konċessjoni) ġew issimplifikati u ċċarati għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-utenti finali. Is-settijiet ta’ regoli ġodda pprovdew aktar ċertezza tad-dritt u simplifikazzjoni għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-impriżi 139 .

Il-leġiżlazzjoni settorjali adottata fil-livell tal-Unjoni dejjem qieset bir-reqqa l-ħtieġa li jiżdiedu l-kompetizzjoni u l-użu tal-mekkaniżmi tas-suq kif ukoll il-ħtieġa li tingħata garanzija li kull ċittadin biex ikompli jgawdi mill-aċċess għas-servizzi essenzjali ta’ kwalità għolja bi prezzijiet affordabbli. Dan kien il-każ, pereżempju, fl-industriji tan-netwerk mit-telekomunikazzjoni sat-trasport. Pereżempju, fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 22/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 140 (id-Direttiva Servizz Universali) tiżgura li l-liberalizzazzjoni tas-servizzi u l-kompetizzjoni msaħħa huma akkumpanjati minn qafas regolatorju li jiggarantixxi l-forniment ta’ sett minimu definit ta’ servizzi lill-utenti finali kollha bi prezz affordabbli.

Fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1307/2007 141 jiddefinixxi kif l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġixxu biex jiggarantixxu l-forniment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali li jkunu fost affarijiet oħra aktar numerużi, aktar sikuri, ta’ kwalità ogħla jew ipprovduti bi prezz orħos minn dawk li l-forzi tas-suq waħedhom setgħu jipprovdu. Ir-Regolament (UE) 2338/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija 142 (l-Obbligi ta’ Servizzi Pubbliċi (PSO)), jemenda r-Regolament preċedenti dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fil-qasam tat-trasport billi jistabbilixxi regoli aktar ċari dwar l-ispeċifikazzjoni tal-obbligi tas-servizzi pubbliċi u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn kif ukoll qafas ġdid li jiggarantixxi li l-operaturi ferrovjarji se jkollhom kundizzjonijiet ta’ aċċess mhux diskriminatorju għal rolling stock (materjal ferrovjarju fuq ir-roti) li se jkun ta' inċentiv għalihom biex jieħdu sehem fi proċeduri ta’ ħruġ ta’ offerti għal kuntratt pubbliku ta’ servizzi ferrovjarji.

Fis-settur tal-enerġija, l-obbligu ta’ servizz universali huwa inkluż fid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 143 (id-Direttiva dwar l-Elettriku) li tiddikjara b'mod ċar li ċ-ċittadini tal-Unjoni u, meta l-Istati Membri jqisu li dan ikun xieraq, l-impriżi ż-żgħar, għandhom ikunu jistgħu jgawdu minn obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u prezzijiet trasparenti, mhux diskriminatorji u raġonevoli.

Il-politika tal-ilma tal-UE hija bbażata fuq il-prinċipju li l-affordabilità tas-servizzi tal-ilma hija kruċjali. L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli biex jadottaw/jimplimentaw miżuri ta’ sostenn konkreti li jissalvagwardjaw lill-persuni żvantaġġati u jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-faqar fl-ilma (pereżempju, permezz ta' miżuri li jipprovdu appoġġ għall-familji bi dħul baxx jew permezz tal-istabbiliment ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku). 144  

Fis-settur finanzjarju, id-Direttiva 2014/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 145 tippermetti biex il-konsumaturi fl-Ewropa jiftħu kont tal-pagamenti ma’ kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta’ pagament fl-Unjoni, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom. Barra minn hekk, il-konsumaturi huma intitolati għal kont tal-pagamenti b’funzjonijiet bażiċi (li jinkludu l-ġbid tal-flus, it-trasferimenti bankarji u l-karta ta’ debitu) irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jew mis-sitwazzjoni finanzjarja personali tagħhom.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tibdil introdott mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru jistabbilixxi d-dritt għal servizzi essenzjali u jelenka b’mod mhux eżawrjenti wħud minn dawk is-servizzi li huma ta' importanza kbira fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti fid-definizzjoni, fl-organizzazzjoni, fil-forniment u fil-finanzjament ta' dawn is-servizzi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Madankollu, il-fatt li servizzi essenzjali – inklużi dawk ipprovduti b’mod transfruntier - għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd itenni l-importanza li l-Unjoni tagħti lis-servizzi li huma fil-qalba tal-mudell soċjali tagħna. B’mod partikolari, id-dritt għall-ilma u għas-sanitazzjoni huwa importanti b’mod speċjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni, li reċentement ippreżentaw inizjattiva taċ-ċittadini f’dan il-qasam.

Uħud minn dawn is-servizzi huma koperti mill-obbligi ta’ servizz universali mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni biex ikun żgurat li s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti kollha fi Stat Membru u madwar l-Istati Membri kollha, irrispettivament mill-post ġeografiku tagħhom, bi kwalità speċifikata u, b’kunsiderazzjoni ta’ ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, bi prezz affordabbli. Il-Pilastru jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi appoġġat l-aċċess għal servizzi essenzjali għal dawk fil-bżonn. L-aċċessibbiltà ta’ servizzi essenzjali flimkien mad-disponibilità u mal-affordabilità, huma essenzjali biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal kulħadd, u huma essenzjali għall-persuni b’diżabilità u għal nies kbar fl-età.

3. L-implimentazzjoni

a) X’jistgħu jagħmlu l-Istati Membri u s-Sħab Soċjali

L-Istati Membri jibqgħu kompetenti fid-definizzjoni, fl-organizzazzjoni, fil-forniment u fil-finanzjament tas-servizzi essenzjali fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Peress li l-miżuri tal-Unjoni jħaddnu l-prinċipju li s-servizzi essenzjali għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd, bħala l-qalba tal-mudell soċjali Ewropew, l-Istati Membri huma mistiedna jmorru lil hinn minn dawn ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju.

Is-sħab soċjali jistgħu jiġbru u jiskambjaw prattiki tajba fl-Unjoni. Fil-livell nazzjonali, is-sħab soċjali jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Prinċipju permezz tal-involviment tagħhom fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.

b) Inizjattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE

Fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, ir-reviżjoni proposta tal-Qafas Regolatorju tal-Komunikazzjoni Elettronika 146 tkun teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti finali kollha jkollhom aċċess affordabbli għal servizzi ta’ aċċess għall-internet funzjonali u għal servizzi tal-komunikazzjoni bil-vuċi. Meta l-Istati Membri jsibu nuqqas ta’ affordabilità, dawn jistgħu jitolbu lill-impriżi sabiex jipprovdu għażliet b’tariffi affordabbli u “dritt għal kuntratt” għal utenti finali b’introjtu baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali. Il-Kodiċi propost jinkludi wkoll dispożizzjoni li teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li jittieħdu l-miżuri xierqa għall-utenti finali b'diżabilità, bil-għan li tiġi żgurata l-affordabilità tat-tagħmir terminali, tat-tagħmir speċifiku u tas-servizzi speċifiċi tagħhom li jtejbu l-aċċess ekwivalenti.

Il-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa, adottat fit-30 ta’ Novembru 2016, kien jinkludi wkoll proposti dwar disinn ġdid tas-suq tal-elettriku. Il-proposta dwar riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Elettriku (id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ma emendatx id-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligi ta’ servizz pubbliku fis-settur tal-elettriku, iżda saħħet id-dispożizzjonijiet relatati mat-tisħiħ tal-pożizzjoni u mal-protezzjoni tal-konsumatur. Din speċifikat f’aktar dettall id-drittijiet tal-konsumaturi fir-rigward tal-kuntratti, il-possibbiltajiet għall-komunitajiet tal-enerġija u għall-konsumaturi attivi, u l-intitolament għal arloġġi Smart. Il-proposta tipprevedi wkoll dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar il-protezzjoni ta’ konsumaturi vulnerabbli u dwar l-obbligu li l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji għall-kejl tal-faqar enerġetiku, li dwarhom iridu jirrapportaw bħala parti mir-rapportar ta’ progress integrat tagħhom dwar il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima. Barra minn hekk, il-pakkett jistabbilixxi approċċ ġdid għall-ħarsien tal-konsumaturi vulnerabbli, li jinkludi wkoll għajnuna lill-Istati Membri sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija għall-konsumaturi billi jiġu appoġġati l-investimenti tal-effiċjenza enerġetika. Barra minn hekk, f’konformità mal-isforzi tagħha biex tagħti s-setgħa u tħares lill-konsumaturi, il-Kummissjoni tipproponi ċerti salvagwardji proċedurali qabel ma l-konsumatur jista’ jiġi skonnettjat. Il-Kummissjoni qed tistabbilixxi wkoll Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku biex tiġi pprovduta data aħjar dwar il-problemi u s-soluzzjonijiet tagħha kif ukoll biex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-faqar enerġetiku 147 .

Barra minn hekk, il-WiFi4EUproposal 148  tirrikonoxxi li hemm bżonn li jiġi żgurat li l-pubbliku ġenerali jiġi mħeġġeġ jaħtaf l-opportunitajiet li toffri t-trasformazzjoni diġitali. Il-proposta se tipprovdi inċentivi finanzjarji favur l-awtoritajiet pubbliċi lokali li jridu jipprovdu konnettività lokali bla fili b’kapaċità għolja permezz ta’ punti ta’ aċċess fiċ-ċentri tal-ħajja pubblika lokali, kemm jekk fi ħdan il-bini tagħhom jew fi spazji fuq barra aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.

Fil-qasam tal-ilma u tas-sanitazzjoni, fl-2017 il-Kummissjoni tipprevedi reviżjoni tad-Direttiva dwar l-ilma tax-xorb 149 bħala segwitu għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Right2Water” 150 .

Il-Kummissjoni tkompli tagħti appoġġ għan-negozjati għall-adozzjoni mil-leġiżlatura tal-Unjoni tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà 151 propost. L-Att għandu l-għan li jiżgura l-aċċessibilità għal ċerti prodotti u servizzi fis-suq intern, inkluż għal ċerti servizzi essenzjali bħall-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva.

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, ĠU C120, 26.4.2013, p.1.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel, ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja, ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(7)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, COM(2016) 381 final, 10.6.2016

(8)

ĠU C484, 24.12.2016, p.1.

(9)

Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass), ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6

(10)

 COM(2016) 940 final.

(11)

https://ec.europa.eu/migrant-integration/news/europe-integration-action-plan-of-third-country-nationals-launched.

(12)

  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(13)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2014 dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza, ĠU L 69, 8.3.2014, p. 112.

(14)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali , ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24.

(15)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(16)

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom, ĠU L 180, 15.7.2010, p.1.

(17)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) , ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE, ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.

(19)

SWD (2015)278.

(20)

COM(2012)614.

(21)

COM(2016) 111 final.

(22)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità, ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(23)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.

(25)

Id-Direttivi dwar: Ir-riunifikazzjoni tal-familja, il-Karta Blu, il-Permess Uniku, ir-Riċerkaturi, l-Istudenti, il-Kwalifikazzjoni bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali, il-ħaddiema staġjonali u l-ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali.

(26)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri, ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

(27)

Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali {SEC(2008) 2180} {SEC(2008) 2181}.

(28)

Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015, ĠU 268, 15.10.2015, p.28.

(29)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, ĠU C120, 26.4.2013, p.1.

(30)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol ĠU C 67, 20.2.2016, p.1.

(31)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, ĠU L307, 18.11.2008, p.11.

(32)

COM(2012) 795 final

(33)

http://ec.europa.eu/growth/sectors/social-economy/enterprises/expert-groups_mt

(34)

 Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32.

(35)

Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013, ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1.

(36)

COM(2016) 646 final.

(37)

 COM(2016) 940 final.

(38)

C(2017) 2610.

(39)

https://ec.europa.eu/migrant-integration/news/europe-integration-action-plan-of-third-country-nationals-launched.

(40)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, ĠU L14, 20.1.1998, p.9.

(41)

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE, u miċ-CEEP ĠU L175, 10.7.1999, p.43.

(42)

Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, ĠU L327, 5.12.2008, p.9.

(43)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg, ĠU L 288, 18.10.1991, p.32.

(44)

F’dan ir-rigward, ara l-Komunikazzjoni dwar Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva tat-2.6.2016, COM(2016) 356 final.

(45)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020, COM(2012) 795 final, 9.1.2013.

(46)

http://ec.europa.eu/growth/sectors/social-economy/enterprises/expert-groups_mt

(47)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin, ĠU L 155, 18.6.2009, p. 17.

(48)

 C(2017) 2611.

(49)

C(2017) 2610.

(50)

Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015, ĠU 268, 15.10.2015, p.28.

(51)

Ara, pereżempju, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. ĠU C 92, 24.3.2017, p. 1.

(52)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(53)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-20 ta’ Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività, ĠU C 349, 24.9.2016, p. 1.

(54)

ĠU L307, 18.11.2008, p.11.

(55)

Il-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema - id-9 ta’ Diċembru 1989.

(56)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg, ĠU L 288, 18.10.1991, p.32.

(57)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.3.2001, p.6.

(58)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, ĠU L 348 of 28.11.1992, p. 1.

(59)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, ĠU L 68, 18.3.2010, p.13.

(60)

Direttivi oħra tal-UE kontra d-diskriminazzjoni (bħad-Direttiva 2006/54/KE jew id-Direttiva 2000/43/KE) jipprovdu wkoll protezzjoni speċifika kontra s-sensji inġusti.

(61)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Ġunju 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, ĠU L 14, 20.1.1998, p.9.

(62)

  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(63)

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom, ĠU L 180, 15.7.2010, p.1.

(64)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE, ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13.

(65)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

(66)

 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar il-Qafas tal-Kwalita għat-Traineeships, ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

(67)

C(2017) 2611.

(68)

Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea, ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(69)

ĠU L 122, 16.5.2009, p.28.

(70)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi – ĠU L 225, 12.08.1998, p. 16.

(71)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, ĠU L 82, 22.03.2001, p. 16.

(72)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Qafas ta’ Kwalità tal-UE għall-Antiċipazzjoni tal-Bidla u r-Ristrutturar, COM (2013) 0882 final, 13.12.2013.

(73)

Bidu ġdid għad-Djalogu Soċjali - Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Sħab Soċjali Ewropej, is-16 ta’ Ġunju 2016.

(74)

COM(2013) 882.

(75)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, ĠU L 348, 28.11.1992, p.1.

(76)

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom, ĠU L 180, 15.7.2010, p.1.

(77)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, ĠU L 68, 18.3.2010, p.13.

(78)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Ġunju 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, ĠU L 14, 20.1.1998, p.9.

(79)

COM(2017) 252 u COM(2017) 253.

(80)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ĠU 1989 L183, 29.6.1989, p.1.

(81)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88).

(82)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data

(83)

COM(2017) 12 final, tal-10 ta’ Jannar 2017.

(84)

Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE), ĠU L 158, 30.4.2004, p.50.

(85)

COM(2016) 248 u COM (2017) 11.

(86)

Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona, 15-16 ta' Marzu 2002, SN 100/1/02 REV 1.

(87)

Sal-2020, jenħtieġ li tal-inqas 95% tat-tfal (minn 4 snin sal-età obbligatorja għall-iskola) jieħdu sehem fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal

(88)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, ĠU L 307, 18.11.2008, p.11-14.

(89)

ĠU C 191, 1.7.2011, p.1.

(90)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Il-Kura u l-Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal: Nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada, COM(2011) 66 final.

(91)

ĠU C 175, 15.6.2011, p.8.

(92)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5.

(93)

Il-Proposta għall-prinċipji ewlenin ta’ Qafas ta' Kwalità għall-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal, rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Ewropea, http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/policy/strategic-framework/archive/documents/ecec-quality-framework_en.pdf.

(94)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49.

(95)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.

(96)

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom, ĠU L 180, 15.7.2010, p.1.

(97)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali ĠU L 166, 30.4.2004, p.1.

(98)

Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom, ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1.

(99)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru dwar l-istatut ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44. Ara wkoll, pereżempju, id-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, ĠU L 343, 23.12.2011, p.1.

(100)

Id-Direttivi dwar: Ir-riunifikazzjoni tal-familja, il-Karta Blu, il-Permess Uniku, ir-Riċerkaturi, l-Istudenti, il-Kwalifikazzjoni bħala benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali, il-ħaddiema staġjonali u l-ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali.

(101)

Ir-Regolament japplika wkoll għal benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus kontanti li fihom kemm karatteristiċi tas-sigurtà soċjali kif ukoll tal-assistenza soċjali.

(102)

 C(2017) 2610.

(103)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali ĠU L 166, 30.4.2004, p.1.

(104)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.

(105)

  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2014.159.01.0032.01.MLT  

(106)

 C(2017) 2610.

(107)

COM(2016) 815 final, 13.12.2006.

(108)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/441/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.

(109)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol, ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11, approvata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Diċembru 2008.

(110)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016, ĠU C 67, 20.2.2016, p. 1.

(111)

https://emin-eu.net/what-is-emin/

(112)

Id-Direttiva 79/7/KEE dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali, ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24; Id-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol ĠU L 2004, 26.7.2006, p. 23; Id-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, ĠU L 273, 21.12.2004, p.37.

(113)

Ir-Regolament 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, ĠU L 166, 30.04.2004, p.1.

(114)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46 ; Id-Direttiva 2014/50/UE dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta’ titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari, ĠU L 128, 30.4.2014, p.1; Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) ĠU L 354, 23.12.2016, p.37.

(115)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49.

(116)

C(2017) 2610.

(117)

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem; Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [Verżjoni konsolidata: 05/06/2013).

(118)

https://ec.europa.eu/health/blood_tissues_organs/policy_mt

(119)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali, ĠU L 245, 26.08.1992, p. 49.

(120)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa ĠU C 151 03.07.2009.

(121)

Ir-Regolament 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, ĠU L 166, 30.04.2004, p.1.

(122)

Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, ĠU L 88, 4.4.2011, P. 45 – 65.

(123)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.

(124)

Ħlief l-Irlanda li qed tiffinalizza l-proċess ta’ ratifika.

(125)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(126)

  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli , COM/2010/0636 final. 

(127)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi - COM/2015/0615 final - 2015/0278 (COD).

(128)

Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali {SEC (2008) 2180} {SEC (2008) 2181}.

(129)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49.

(130)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (2008/867/KE) dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, ĠU L 307, 18.11.2008, p.11-14.

(131)

Ir-Regolament 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, ĠU L 166, 30.04.2004, p. 1.

(132)

F’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.

(133)

COM(2016) 815 final, 13.12.2006.

(134)

ĠU L307, 18.11.2008, p.11.

(135)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE tal-20 ta' Frar 2013 L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5–16

(136)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020, COM/2011/0173 final.

(137)

Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(138)

Qafas ta’ Kwalità għas-Servizzi ta’ Interess Ġenerali fl-Ewropa KUMM(2011) 900 finali.

(139)

http://ec.europa.eu/services_general_interest/index_mt.htm

(140)

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(141)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1307/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix, ĠU L 291, 9.11.2007, p. 1

(142)

Ir-Regolament (UE) 2016/2338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija, ĠU L 354, 23.12.2016, p. 22.

(143)

Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

(144)

Id- Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (id-Direttiva 98/83/KE) tikkonċerna l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. L-objettiv tagħha huwa li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti avversi ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi tiżgura li dan ikun bnin u nadif.

(145)

Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi, ĠU L 257 tat-28.8.2014, p. 214.

(146)

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (COM(2016)590).

(147)

  http://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:fa6ea15b-b7b0-11e6-9e3c-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF

(148)

Il-Proposta għal emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fir-rigward tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet fil-komunitajiet lokali COM (2016) 589.

(149)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ĠU L 330 5.12.1998, p. 32.

(150)

  http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/welcome?lg=mt.

(151)

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi - COM/2015/0615 final - 2015/0278 (COD).