Brussell, 26.4.2017

SWD(2017) 200 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Li tistabbilixxi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

{COM(2017) 250 final}
{SWD(2017) 201 final}
{SWD(2017) 206 final}


It-twettiq ta’ Ewropa aktar soċjali u aktar ġusta hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni Ewropea. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tressaq biex iservi ta’ kumpass għal proċess li jwassal għal konverġenza ekonomika u soċjali mġedda u biex jixpruna r-riformi fuq livell nazzjonali. F’dan il-qafas, il-Pilastru huwa sostnut minn tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi ewlenin li jiskrinjaw il-prestazzjoni soċjali u tal-impjiegi tal-Istati Membri parteċipanti. Din l-għodda ta’ monitoraġġ tippermetti wkoll il-valutazzjoni komparattiva tar-riżultati pożittivi biex tiżgura t-titjib ġenerali.

It-tabella ta' valutazzjoni sservi ta’ qafas ta’ referenza biex jiġi mmonitorjat il-"progress soċjetali” b’mod tanġibbli, olistiku u oġġettiv li jkun aċċessibbli u miftiehem faċilment miċ-ċittadini. Tidentifika fil-ħin l-aktar sfidi sinifikanti soċjali u tal-impjiegi li jkunu qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri, l-UE u ż-żona tal-euro, kif ukoll il-progress miksub matul iż-żmien. Għall-finijiet ta’ din it-tabella ta' valutazzjoni, niddefinixxu l-"progress soċjetali” bħala l-kapaċità li ttejjeb u żżomm il-benesseri u l-opportunitajiet, billi toħloq il-kundizzjonijiet biex in-nies jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u jissodisfaw il-bżonnijiet bażiċi tagħhom.

Din id-definizzjoni tirreferi għal tliet dimensjonijiet wiesgħa ta’ progress soċjetali: (1) Opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, (2) Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u (3) Appoġġ pubbliku / protezzjoni u inklużjoni soċjali.

1)L-“Opportunitajiet indaqs u l-aċċess għas-suq tax-xogħol” ikopru l-aspetti tal-ġustizzja fejn jidħlu l-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja, il-ġeneru, l-inugwaljanza u l-mobilità soċjali, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u ż-żgħażagħ;

2)Is-“Swieq tax-xogħol dinamiċi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti” iwieġbu għall-mistoqsija jekk is-swieq jaħdmux b’mod effiċjenti u liberu biex jgħinu fir-rilokazzjoni u t-tiftix għall-impjiegi f’ekonomija kompetittiva. L-indikaturi taħt din l-intestatura minn naħa jkopru l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u l-appoġġ għall-impjiegi u t-tranżizzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, id-dimensjoni ġusta tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-paga;

3)L-“Appoġġ pubbliku / il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali”, ikopru riżultati ġusti permezz tal-azzjoni pubblika u /jew il-protezzjoni soċjali. Dan is-sett ta’ indikaturi prinċipalment jirreferi għall-forniment ta’ servizzi u ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

It-tabella ta' valutazzjoni tagħti valuri referenzjali tal-prestazzjoni tal-Istati Membri tal-UE vis-à-vis il-medji tal-UE u taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, se tagħti l-opportunità biex tal-inqas f’xi elementi, il-prestazzjoni tal-UE titqabbel ma’ atturi oħra internazzjonali. Eżerċizzju komparattiv bħal dan jista’ jservi bħala bażi empirika għal proċessi mġedda ta’ tagħlim reċiproku mill-aħjar prattiki. It-tabella ta' valutazzjoni se tippermetti wkoll il-viżwalizzazzjoni tax-xejriet fuq terminu twil. Fejn huwa possibbli u rilevanti, l-indikaturi huma diżaggregati skont l-età, il-ġeneru u/jew il-livell edukattiv.

Intgħażlu 12-il qasam fejn jista’ jitkejjel il-progress soċjetali, b’assoċċjazzjoni ma’ wieħed mit-tliet kapitli ta’ hawn fuq. L-indikaturi proposti biex ikopru dawn l-oqsma huma stabbiliti fl-Anness, u huma bbażati fuq id-dejta kwantitattiva eżistenti, miġbura mill-Eurostat (misluta prinċipalment mill-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien –EU-SILC–, l-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ ta’ kull erba’ snin flimkien mal-istimi nazzjonali annwali u l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol –LFS–) u l-OECD.

Is-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, huwa għodda importanti biex jiġu mmonitorjati mill-qrib l-iżviluppi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, li jkopru l-firxa wiesgħa ta’ oqsma indirizzati mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Fid-dawl ta’ dan, it-tabella ta' valutazzjoni se tiġi diskussa mal-kumitati rilevanti tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tagħha fil-qafas tas-Semestru Ewropew, u l-inkorporazzjoni tagħha fir-Rapport Konġunt annwali dwar l-Impjiegi ppubblikat kull ħarifa biswit l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir. F’dan il-kuntest, l-ewwel indikaturi għal kull qasam (b’tipa grassa) għandhom jintużaw bħala indikaturi prinċipali għat-tabella ta' valutazzjoni biex jiġu inklużi fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, filwaqt li l-indikaturi l-oħrajn huma indikaturi sekondarji, li r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jirrapporta dwarhom fit-test bħala rilevanti. Wara li f’dawn l-aħħar snin żdiedet l-importanza tal-aspetti soċjali u tal-impjiegi fis-Semestru Ewropew, it-tabella ta' valutazzjoni se tiffaċilita l-kunsiderazzjoni akbar tal-isfidi soċjetali u tal-impjiegi fi ħdan is-Semestru Ewropew, iż-żona tal-euro u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jirriżultaw minnha, li jistgħu jirriflettu u jippromwovu riformi rilevanti u mmirati skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Tista’ tkun ukoll punt ta’ referenza għax-xogħol imwettaq fuq id-dimensjoni soċjali taż-żona tal-euro.



Anness - It-Tabella ta’ valutazzjoni soċjali: indikaturi prinċipali u sekondarji

Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol

L-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja

1.Persuni li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien

(Sehem ta’ persuni bejn 18 u 24 sena li telqu mill-iskola u mit-taħriġ, skont il-ġeneru)

Eurostat

Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim

(Tagħlim tul il-ħajja - % ta’ persuni bejn 25 u 64 sena li qed jipparteċipaw fl-edukazzjoni u t-taħriġ, skont il-ġeneru)

Eurostat

 

Prestazzjoni baxxa fl-edukazzjoni (riżultati tal-programm PISA għall-prestazzjoni baxxa fil-matematika - persuni ta’ 15-il sena)

OECD

Livell edukattiv terzjarju milħuq, 30-34 sena

(Livell edukattiv terzjarju milħuq - % ta’ persuni bejn 30 u 34 sena li spiċċaw l-edukazzjoni terzjarja, skont il-ġeneru)

Eurostat

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol

2.Diskrepanza fir-rata tal-impjiegi bejn in-nisa u l-irġiel

(Disparità bejn is-sessi fir-rata ta’ impjieg)

Eurostat

Disparità bejn is-sessi fir-rata ta’ impjieg part-time

(Disparità bejn is-sessi fir-rata ta’ impjieg part-time bħala sehem mit-total ta’ impjiegi)

Eurostat

Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa f'għamla mhux aġġustata

(% tad-differenza għal kull siegħa bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa f'għamla mhux aġġustata)

Eurostat

L-inugwaljanza u l-mobilità għall-aħjar

3.Inugwaljanza fl-introjtu

(Imkejjel bħala proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili - S80/S20)

Eurostat

Varjazzjoni fil-prestazzjoni spjegata skont l-istatus soċjoekonomiku tal-istudenti (l-impatt tal-istatus soċjoekonomiku u kulturali fuq il-punteġġi tal-PISA)

OECD

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tal-faqar

4.Rata ta' riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali (AROPE)

(% tal-popolazzjoni totali f'riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, skont il-ġeneru)

Eurostat

1.

Rata ta' riskju ta' faqar (AROP)

(% tal-popolazzjoni totali f'riskju ta’ faqar, skont il-ġeneru)  

Eurostat

2.

Rata ta’ deprivazzjoni materjali estrema (SMD)

(% tal-popolazzjoni totali f'deprivazzjoni materjali estrema, skont il-ġeneru)  

Eurostat

3.

Persuni li jgħixu f’unità domestika b’intensità baxxa ħafna tax-xogħol

(% tal-popolazzjoni ta’ 60 sena jew anqas li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità baxxa ħafna tax-xogħol, skont il-ġeneru)

Eurostat

4.

Rata ta’ privazzjoni ta’ abitazzjoni severa

(% tal-popolazzjoni totali li tgħix f’abitazzjonijiet iffullati u li turi privazzjoni ta’ abitazzjoni, skont l-istat ta’ pussess)

Eurostat

Iż-żgħażagħ

5.Żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ, 15-24 sena

(ir-rata ta’ NEETs, skont il-ġeneru)

Eurostat

Swieq tax-xogħol dinamiċi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

L-istruttura tal-forza tax-xogħol

6.Rata ta' impjieg

(20-64, skont il-ġeneru, l-età u l-livell edukattiv)

Eurostat

7.Rata tal-qgħad

(15-74 sena, skont il-ġeneru, l-età u l-livell edukattiv)

Eurostat

Rata ta' attività

(15-64 sena, skont il-ġeneru u l-età)

Eurostat

Rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ

(15-24 sena, skont il-ġeneru)

Eurostat

Sehem mill-qgħad fit-tul

(total ta’ popolazzjoni attiva, skont il-ġeneru)

Eurostat

Id-dinamika tas-suq tax-xogħol

8.Miżuri ta’ attivazzjoni - parteċipanti fil-politiki tas-suq tax-xogħol għal kull 100 persuna li trid taħdem (total)

Eurostat

Impjieg fix-xogħol kurrenti skont id-durata

(% tal-persuni impjegati fix-xogħol kurrenti tagħhom skont id-durata (sena jew anqas, sena sa sentejn, sentejn sa 5 snin, aktar minn 5 snin))

Eurostat

Rati ta’ tranżizzjoni minn kuntratti temporanji għal kuntratti permanenti (medja ta’ 3 snin)

(% tal-popolazzjoni ta’ 18-il sena jew aktar li l-istatus tax-xogħol tagħha nbidel minn kuntratt temporanju fis-sena ta’ qabel għal kuntratt permanenti fis-sena kurrenti, skont il-ġeneru))

Eurostat

L-introjtu, inkluż dak relatat mal-impjieg

9.Introjtu disponibbli gross aġġustat ta’ unitajiet domestiċi f’termini reali (PPS per capita: Indiċi 2008=100

Eurostat

10.Kumpens lill-impjegati għal kull siegħa maħduma

Kalkoli proprji bbażati fuq il-Eurostat

Rata ta’ dawk f’impjieg imma f’riskju ta’ faqar

(% tal-popolazzjoni impjegata ta’ 18-il sena jew aktar li hija f’riskju ta’ faqar, skont il-ġeneru)

Eurostat

Appoġġ pubbliku / Protezzjoni u inklużjoni soċjali

L-impatt tal-politiki pubbliċi fuq it-tnaqqis tal-faqar

11.L-impatt tat-trasferimenti soċjali (minbarra l-pensjonijiet) fuq it-tnaqqis tal-faqar

(Id-differenza, fost il-popolazzjoni totali, bejn is-sehem ta’ nies f’riskju ta’ faqar qabel u wara t-trasferimenti soċjali, skont il-ġeneru)

Eurostat

Nefqa tal-gvern ġenerali skont il-funzjoni

(Nefqa tal-gvern ġenerali bħala % tal-PDG, skont il-funzjoni (protezzjoni soċjali, saħħa u edukazzjoni))

Eurostat

Proporzjon tas-sostituzzjoni aggregata għall-pensjonijiet

(Proporzjon tal-medjan tal-pensjonijiet individwali gross tal-kategorija tal-età 65-74 imqabbel mal-medjan tad-dħul individwali gross tal-kategorija tal-età 50-59)

Eurostat

L-indukrar bikri tat-tfal

12.Tfal ta’ anqas minn 3 snin f’indukrar formali tat-tfal

(Tfal f’indukrar formali tat-tfal (proporzjon ta’ tfal fl-istess grupp ta’ età - 0-3 snin))

Eurostat

Il-kura tas-saħħa

13.Il-ħtieġa awtodikjarata u mhux issodisfata għall-kura medika (EU SILC)

(% tal-popolazzjoni totali li rrapurtat ħtieġa awtodikjarata u mhux issodisfata għall-kura medika, skont il-ġeneru)

Eurostat

Snin ta’ saħħa b’saħħitha (fl-età ta’ 65 sena)

Eurostat

Infiq mill-but għall-kura tas-saħħa

Eurostat

L-aċċess diġitali

14.Livell individwali tal-ħiliet diġitali

(Sehem tal-popolazzjoni b’ħiliet diġitali ġenerali bażiċi jew ħiliet diġitali aktar minn bażiċi, skont il-ġeneru)

Eurostat

Dimensjoni ta’ konnettività tal-Indiċi tal-Ekonomija u tas-Soċjetà Diġitali (DESI): Abbonament tal-broadband fissa (33 %), abbonament tal-broadband mobbli (22 %), speed (33 %) u affordabilità (11 %)

It-Tabella ta’ Valutazzjoni Diġitali