Brussell, 6.12.2017

COM(2017) 825 final

2017/0334(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu 2017 sa 2020, ilu għaddej sa mill-20 ta’ Mejju 2017 b’baġit ta’ EUR 142,8 miljun 1 . Ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jgħinu lit-tkabbir, inkluż permezz tal-użu tal-assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista’ jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika.

Sa minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, kien hemm ħafna Stati Membri li riedu jużaw is-servizzi li joffri, b’talbiet għal appoġġ li qabżu b’mod sinifikanti l-ammont ta’ finanzjament disponibbli għaċ-ċikli annwali tiegħu. Prova ta’ dan hija d-data għaċ-ċiklu tal-2017, meta, minkejja l-adozzjoni tard tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, ġew ippreżentati 271 talba għall-appoġġ minn 16-il Stat Membru għal ammont stmat ta’ aktar minn EUR 80 miljun b’kollox, meta mqabbel ma’ allokazzjojni ta’ EUR 22,5 miljun għall-2017. Minħabba dan il-Kummissjoni kellha biċċa xogħol iebsa biex tfassal lista ta’ prijorità ta’ kif se tagħti s-servizzi, bir-riżultat li kien hemm diversi talbiet li ma ġewx magħżula għall-iffinanzjar. Is-sitwazzjoni hija anki agħar għaċ-ċiklu tal-2018, li għadu kif ġie varat (it-talbiet kellhom jidħlu sal-31 ta’ Ottubru 2017). Ġew ippreżentati 444 talba għall-appoġġ minn 24 Stat Membru u l-kost totali stmat ta’ dawn it-talbiet hija ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 152 miljuni, meta mqabbel mal-allokazzjoni għall-2018 ta’ EUR 30,5 miljun. Dan juri b’mod ċar li l-ħtiġijiet ta’ appoġġ fil-konkret u l-interess tal-Istati Membri li jiksbu appoġġ imur ferm lil hinn mir-riżorsi finanzjarji tal-Programm li huma disponibbli bħalissa.

L-esperjenza sa issa wriet li bosta Stati Membri talbu appoġġ taħt il-Programm, u li t-talbiet għall-appoġġ jitqassmu madwar l-oqsma kollha tal-politika li jirrekjedu appoġġ u li huma koperti mill-Programm, bħall-governanza u l-amministrazzjoni pubblika, l-amministrazzjoni tad-dħul u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, l-ambjent ta’ tkabbir u ta’ negozju, is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi soċjali, is-settur finanzjarju u l-aċċess għall-finanzjament.

Kif indikat mill-President Juncker fl-Indirizz tiegħu (u fl-Ittra ta’ Intenzjoni annessa) lill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Settembru 2017 dwar l-Istat tal-Unjoni 2 , l-euro hija intenzjonata li tkun il-munita unika tal-Unjoni kollha kemm hi, u għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar, l-Istati Membri kollha minbarra tnejn huma obbligati li jissieħeb fiż-żona tal-euro. Għalhekk hemm ħtieġa ċara li wieħed jaħseb għall-quddiem biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri biex jitħejjew għad-dħul tagħhom fiż-żona tal-euro meta huma jkunu jixtiequ. Sabiex ikunu jistgħu jidħlu fiż-żona tal-euro, l-Istati Membri jridu jissodisfaw il-kriterji ta’ “Maastricht” jew “il-kriterji ta’ konverġenza”, li jindikaw li huma jkunu kisbu livell għoli ta’ konverġenza sostenibbli.

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja wriet li, lil hinn minn konverġenza nominali, il-kisba ta’ konverġenza reali u li jkun hemm ekonomiji reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi robusti, li jippermettu lill-Istati Membri biex jassorbu x-xokkijiet b’mod effiċjenti u jirkupraw minnhom malajr, huma kruċjali biex jiżguraw parteċipazzjoni b’suċċess fiż-żona euro. Dan jirrekjedi, b’mod partikolari, li l-Istati Membri jkollhom il-kapaċità li jiġġestixxu l-baġits tagħhom skont il-prinċipji ta’ ġestjoni soda tal-finanzi pubbliċi u li jkunu istituzzjonalment lesti li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja. Lil hinn minn dan, il-funzjonament tajjeb tas-swieq tax-xogħol u tal-prodotti, li jkunu kapaċi jassorbu xokkijiet esterni, grad għoli ta’ integrazzjoni f’termini ta’ kummerċ ta’ oġġetti u servizzi, u amministrazzjoni pubblika li tiffunzjona tajjeb huma ta’ importanza primarja għall-integrazzjoni b’suċċess fiż-żona tal-euro.

Quddiem l-isfond ta’ (i) il-ħtiġijiet finanzjarji ogħla għall-għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali, u (ii) il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-Istati Membri li jkollhom l-intenzjoni li jadottaw l-euro biex jaċċelleraw il-proċess ta’ konverġenza reali u li jiżviluppaw strutturi ekonomiċi u soċjali aktar reżiljenti sabiex jiġi żgurat li jkun hemm partieċipazzjoni bla skossi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Kummissjoni hija impenjata, bħala l-ewwel pass, li ssaħħaħ il-baġit tal-Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi Strutturali b’EUR 80 miljun għall-perjodu 2019-2020. Dan ikun jista’ jinkiseb bl-użu tal-Istrument tal-Flessibbilta skont l-Artikolu 11 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali preżenti 3 . Dan iġib il-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għal-livell ta’ EUR 222,8 miljun. Iż-żieda ma tkunx biss tippermetti li d-domanda ta’ appoġġ mill-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, li jkunu jridu jadottaw l-euro u li jkollhom bżonn jimplimentaw riformi fl-ekonomiji tagħhom, li jiġu ssodisfati, iżda tkun tippermetti wkoll li tkun tista’ tintlaqa’ ż-żieda fl-għadd u l-kosti tat-talbiet għal appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi amministrattivi u strutturali.

Dan il-baġit addizzjonali ser ikun issupplimentat billi l-Istati Membri jiġu mistiedna jagħmlu użu mill-possibilità, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, li jittrasferixxu parti mir-riżorsi tagħhom mill-komponent tal-assistenza teknika tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej lejn il-Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi Strutturali, għall-finijiet tal-għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi, inkluż riformi marbuta mal-adozzjoni tal-euro. Abbażi ta’ stimi attwali ta’ ħtiġijiet possibbli ta’ appoġġ, dan is-suppliment għandu jżid l-ammont totali tal-baġit disponibbli għall-appoġġ biex jilħaq EUR 300 miljun, u b’hekk sal-2020 tkun irdoppjat il-kapaċità ta’ appoġġ.

L-appoġġ ikun joffri assistenza mfassla apposta għall-implimentazzjoni ta’ kull politika li tgħin lill-Istati Membri jiksbu livell għoli ta’ konverġenza sostenibbli. L-appoġġ se jiġi offrut b’mod partikolari fl-oqsma tal-ambjent tan-negozju, is-settur finanzjarju, is-swieq tax-xogħol u tal-prodotti, l-amministrazzjoni pubblika u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. L-iktar riformi importanti meħtieġa biex irawmu l-konverġenza reali se jiġu enfasizzati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Permezz ta’ ħidma dedikata, dawk l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu progress lejn l-adeżjoni maż-żona tal-euro ser jiftiehmu, fi djalogu mal-Kummissjoni, fuq ġabra limitata ta’ impenji ta’ riforma li jkunu ta’ importanza partikolari għal sħubija b’suċċess fiż-żona tal-euro. Dawn l-impenji ta’ riforma jkunu riflessi wkoll fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tal-Istati Membri kkonċernati. Il-Kummissjoni, permezż tas-Servizz ta’ Sostenn għal Riformi Strutturali tikkonkludi Pjan ta’ Kooperazzjoni u Appoġġ ġdid mal-Istati Membri kkonċernati, li jkun iffukat fuq l-għoti ta’ appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-impenji ta’ riforma marbuta mal-adozzjoni tal-euro. Dan l-arranġament ikun kompletament volontarja u jiġi offrut mingħajr ebda kofinanzjament mill-Istati Membri benefiċjarji.

Konsistenza ma' dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali huwa programm innovattiv tal-Unjoni, li bih il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi amministrattivi u strutturali. Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali jiffoka fuq l-għoti ta’ assistenza u għarfien espert, imfassla apposta, fuq il-post, biex jakkumpanja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jitolbuh, matul il-proċess ta’ riforma jew fi stadji definiti jew f’fażijiet differenti ta’ dan il-proċess. Dan huwa bbażat fuq l-aktar ħtiġijiet urġenti tal-pajjiż, kif miftiehem reċiprokament bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat fi Pjan ta’ Kooperazjoni u Appoġġ.

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali huwa jikkumplimenta r-riżorsi eżistenti għall-bini ta’ kapaċità u assistenza teknika disponibbli fi programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u ma’ assistenza teknika u azzjonijiet oħrajn iffinanzjati minn fondi tal-Unjoni. Dan huwa żgurat kemm fil-fażi ta’ programmazzjoni kif ukoll f’dik ta’ implimentazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni stabbiliet mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni għall-appoġġ tekniku li jinvolvu s-servizzi kkonċernati, sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ ipprovdut taħt il-programmi u l-fondi varji tal-Unjoni jkun konsistenti u jevita d-duplikazzjoni mal-miżuri taħt il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali.

Din il-proposta għandha l-għan li żżid l-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taqdi l-ħtiġijiet, b’mod partikolari, tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, li jimbarkaw fuq riformi strutturali mmirati biex jagħmlu l-ekonomiji tagħhom aktar reżiljenti għax-xokkijiet u tippreparahom aħjar għal sħubija fiż-żona tal-euro, kif ukoll għall-ħtiġijiet li jirriżultaw minn żieda fl-għadd u fil-kosti tat-talbiet għal appoġġ mill-Istati Membri kollha b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ inizjattivi ta’ politika ewlenin tal-Unjoni, u tikkontribwixxi għalihom, bħas-Semestru Ewropew u l-proposti li saru fid-Dokument ta’ Riflessjoni dwar it-Tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja 4 , u hija konformi mal-Indirizz tal-2017 dwar l-Istat tal-Unjoni (u l-Ittra ta’ Intenzjoni annessa) li sar mill-President Juncker lill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Settembru 2017, li fih ġiet ippreżentata ħarsa ġenerali lejn it-tisħiħ tal-futur tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Il-proposta tippermetti li jkunu disponibbli aktar riżorsi finanzjarji għall-għoti ta’ appoġġ għal riformi tant meħtieġa, li jagħmlu l-ekonomiji ta’ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro aktar reżiljenti għax-xokkijiet u jgħin lil dawn l-Istati Membri biex jirnexxu u jimxu ‘il quddiem ladarba jissieħbu fiż-żona tal-euro. Barra minn hekk, il-proposta tippermetti li jkunu disponibbli aktar riżorsi biex ikunu ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fl-Unjoni kollha.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali huwa bbażat fuq l-Artikoli 175 (it-tielet paragrafu) u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Din il-proposta tistabbilixxi emenda leġiżlattiva sabiex (i) tindika il-kontribut tal-Programm li jiffaċilita l-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, (ii) jiżdiedi il-pakkett finanzjarju ddedikat tal-Programm (permezz tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali), u (iii) taddatta l-objettiv ġenerali tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali bil-għan li tiġi enfasizzata r-rabta mat-tħejjija għall-adeżjoni maż-żona tal-euro. Taħseb ukoll għal xi bidliet tekniċi rigward l-użu tan-nefqa ta’ appoġġ tal-Programm. Bis-saħħa taż-żieda fir-riżorsi finanzjarji tiegħu, il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali jista’ jkun ta’ kontribut deċisiv biex jinbnew strutturi ekonomiċi iktar reżiljenti fl-Istati Membri u sabiex tinkiseb konverġenza sostenibbli fl-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro li jkunu jixtiequ jadottaw l-euro.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-finanzjament tal-attivitajiet tal-Programm permezz tal-emenda proposta jirrispetta l-prinċipji tal-valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà. Huwa meħtieġ aktar finanzjament mill-baġit tal-Unjoni fir-rigward tal-appoġġ kumplessiv għall-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali, fid-dawl tal-livell għoli mhux mistenni ta’ użu tal-Programm mill-Istati Membri. Huwa wkoll meħtieġ fid-dawl tal-objettiv li tiġi appoġġata konverġenza sostenibbli fi Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, li huwa kruċjali għall-prosperità tal-Unjoni u, b’mod partikolari, għall-funzjonament bla skossi tal-munita unika. L-ebda wieħed minn dawn l-objettivi (appoġġ għal riformi strutturali b’mod ġenerali u appoġġ għal sħubija fiż-żona tal-euro) ma jistgħu jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom (“it-test tan-neċessità”), filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali meta mqabbel ma’ azzjonijiet tal-Istati Membri waħedhom (“it-test tal-effikaċja”).

Tabilħaqq, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tidentifika, timmobilizza u tikkoordina l-aqwa kompetenzi disponibbli (kemm minn ħdan is-servizzi fl-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali), u li trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki (kif ukoll tiżgura d-disseminazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Unjoni) biex tassisti lil Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fit-triq tagħhom lejn l-adeżjoni mal-munita unika u biex jingħataw appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi mmirati li jtejbu t-tkabbir fl-Istati Membri kollha.

Il-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tillimita ruħha għall-minimu rikjest biex tikseb l-għan iddikjarat fil-livell Ewropew u dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

Għażla tal-istrument

Il-proposta hija emenda tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-emenda attwali għandha l-għan li tkun reazzjoni għall-ħtieġa urġenti li jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jimbarkaw fuq riformi strutturali mmirati biex l-ekonomiji tagħhom isiru aktar reżiljenti għax-xokkijiet, biex jiġi aċċellerat il-proċess ta’ konverġenza reali u jkunu ppreparati aħjar għall-adeżjoni fiż-żona tal-euro. L-emenda għandha l-għan ukoll li żżid il-pakkett finanzjarju kumplessiv sabiex tiġi ssodisfata d-domanda mill-Istati Membri, ħafna akbar milli mistennija, għal appoġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Il-proposta mhix marbuta mal-eżerċizzju ta' idoneità regolatorja u simplifikazzjoni u ma għandha l-ebda kost ta’ konformità għall-SMEs jew xi parti kkonċernata oħra Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali dalwaqt se jiġi implimentat permezz ta’ pjattaforma elettronika (JIRA), li se tkun disponibbli għas-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta għandha effett pożittiv fuq il-preservazzjoni u l-iżvilupp ta’ drittijiet fundamentali tal-Unjoni, jekk wieħed jassumi li l-Istati Membri jitolbu u jirċievu assistenza teknika f’oqsma relatati. Pereżempju, l-assistenza f’oqsma bħall-migrazzjoni, is-suq tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-proprjetà, l-amministrazzjoni pubblika u s-sistema ġudizzjarja tista' tkun ta’ appoġ għad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni bħad-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġustizzja.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Huwa propost li jiżdied il-pakkett finanzjarju ddedikat għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali minn EUR 142 800 000 (prezzijiet attwali) għal EUR 222 800 000 (prezzijiet attwali). Din iż-żieda tkun disponibbli għall-2019 u l-2020. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tipprovdi spjegazzjonijiet xierqa.

Jenħtieġ li din iż-żieda ssir possibbli bl-użu ta’ EUR 80 000 000 mill-Istrument ta’ Flessibbiltà taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali (l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill 1311/2013), li jippermetti li l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-snin finanzjarji 2018 u 2019 jiġi ssupplimentat, lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 1b (koeżjoni).

Dan il-baġit miżjud ser ikun issupplimentat billi l-Istati Membri jiġu mistiedna jagħmlu użu mill-possibilità, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, li jittrasferixxu parti mir-riżorsi tagħhom mill-komponent tal-assistenza teknika tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej lejn il-Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi Strutturali, għall-finijiet tal-għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi, inkluż riformi marbuta mal-adozzjoni tal-euro. Abbażi ta’ stimi attwali ta’ ħtiġijiet possibbli ta’ appoġġ, dan is-suppliment għandu jżid l-ammont totali tal-baġit disponibbli għall-appoġġ għal EUR 300 miljun.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar huma previsti b’mod adegwat fil-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali. Ma hija prevista l-ebda bidla f’dan is-sens.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

N/A

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta temenda l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (objettiv ġenerali) sabiex iżżid l-appoġġ għal sħubija fiż-żona tal-euro għall-għanijiet li għalihom il-Programm jipprovdi kontribuzzjonijiet. B’mod partikolari, il-Programm jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex jirriformaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni, is-setturi ekonomiċi u soċjetali b’reazzjoni għal sfidi ekonomiċi u soċjali. Fl-emenda proposta, huwa enfasizzat li t-titjib tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi għandu jikkontribwixxi wkoll għal tħejjijiet għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro u li jkunu jixtiequ jingħaqdu mal-munita unika.

L-Artikolu 5a propost jenfasizza l-kontribut tal-Programm f’ħidma ddedikata lejn l-appoġġ ta’ riformi li jistgħu jgħinu lil Stati Membri fil-preparazzjoni għall-adeżjoni maż-żona tal-euro.

Il-proposta temenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, rigward il-pakkett finanzjarju ddedikat tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, sabiex dan jinġieb għal EUR 222,8 miljun fi prezzijiet attwali.

Il-proposta temenda l-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, jiġifieri d-dispożizzjoni dwar in-nefqa ta’ appoġġ tal-Programm, billi żżid il-possibbiltà ta’ finanzjament għal attivitajiet ta’ sostenn, bħalma huma l-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti konkreti ta’ appoġġ fuq il-post.

2017/0334 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 197(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (“il-Programm”) ġie stabbilit bl-objettiv li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jtejbu t-tkabbir, anke permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti u effettiv ta' fondi tal-Unjoni. L-appoġġ taħt il-Programm jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, u jista’ jkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. L-iżvilupp ta’ ekonomiji reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali sodi, li jippermettu lill-Istati Membri biex jassorbu x-xokkijiet b’mod effiċjenti u li jirkupraw minnhom malajr, jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali. L-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali istituzzjonali, amministrattivi u li jiffavorixxu t-tkabbir hija strument adegwat biex jinkiseb żvilupp bħal dan.

(2)L-Istati Membri dejjem żiedu fl-użu tagħhom ta’ appoġġ taħt il-Programm, lil hinn mill-aspettattivi inizjali. It-talbiet għall-appoġġ mibgħuta lill-Kummissjoni matul iċ-ċiklu tal-2017, abbażi tal-valur stmat tagħhom, qabżu b’mod sinifikanti l-allokazzjoni annwali disponibbli. Matul iċ-ċiklu tal-2018, il-valur stmat ta’ talbiet riċevuti kien ħames darbiet ir-riżorsi finanzjarji disponibbli għal dik is-sena. Kważi l-Istati Membri kollha talbu appoġġ taħt il-Programm u t-talbiet huma mqassma madwar l-oqsma kollha ta’ politika koperti mill-Programm.

(3)It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali bit-tisħiħ ta’ riformi strutturali hija kruċjali għal parteċipazzjoni b’suċċess fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dan hu ta’ importanza partikolari għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhux l-euro, fit-tħejjija tagħhom sabiex jingħaqdu maż-żona tal-euro.

(4)Għalhekk huwa xieraq li jiġi enfasizzat fl-objettiv ġenerali tal-Programm – fi ħdan il-kontribut tiegħu lejn ir-rispons għall-isfidi ekonomiċi u soċjali – li jenħtieġ li t-titjib tal-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, u l-ħolqien tal-impjiegi jikkontribwixxu wkoll għat-tħejjijiet għall-parteċipazzjoni futura fiż-żona tal-euro minn dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro.

(5)Huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat li l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm jistgħu jkunu ta’ appoġġ għal riformi li jistgħu jgħinu lill-Istati Membri li jixtiequ jadottaw l-euro biex iħejju rwieħhom għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro.

(6)Sabiex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber mill-Istati Membri għall-appoġġ, u fid-dawl tal-bżonn li tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm għandha tiżdied għal livell suffiċjenti li jippermetti lill-Unjoni li tipprovdi appoġġ li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dawk l-Istati Membri li jagħmlu t-talba.

(7)Sabiex jingħata appoġġ bl-inqas dewmien possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun f’qagħda li tuża parti mill-pakkett finanzjarju anki biex tkopri l-kost ta’ attivitajiet li jappoġġjaw il-Programm, bħal spejjeż relatati mal-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti fuq il-post.

(8)Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/825 jiġi emendat skont dan.

(9)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2017/825 huwa emendat kif ġej:

(1)    L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-investiment, li jkun ukoll ta’ tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.”;

(2)    Jiddaħħal Artikolu 5a:

“Artikolu 5a

Appoġġ għat-tħejjija għal sħubija fiż-żona tal-euro

Il-Programm jista’ jiffinanzja azzjonijiet u attivitajiet b’appoġġ għal riformi li jistgħu jgħinu lil Stati Membri fil-preparazzjonijiet tagħhom biex jaderixxu maż-żona tal-euro.”.

(3)    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa stabbilit għal EUR 222 800 000 fi prezzijiet attwali.”;

(b) fil-paragrafu 2, tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

“L-ispejjeż jistgħu wkoll ikopru l-kosti ta’ attivitajiet ta’ appoġġ oħra bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ appoġġ fuq il-post.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika milquta

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Perjodu u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Ġabra fil-qosor tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika milquta 

Qasam ta’ politika: Koordinazzjoni politika u parir legali tal-Kummissjoni

Attività ABB: Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali

Għal kont dettaljat tal-attività ABB irreferi għat-taqsima 3.2

Qasam ta’ politika: L-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Qasam ta’ politika: Politika Reġjonali u Urbana

Qasam ta’ politika: Biedja u Żvilupp Rurali

Qasam ta’ politika: Migrazzjoni u Ażil

Qasam ta’ politika: Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiv hija relatata ma’azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 7  

 Il-proposta/inizjattiv hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiv hija relatata ma’azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummssjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-programm jikkontribwixxi għall-prijorità: imbuttatura ġdida għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment.

L-objettiv ġenerali tal-Programm, kif emedat b’din il-proposta, huwa li jikkontribwixxi għal riformi istituzzjonali, amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir fl-Istati Membri billi jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali għal miżuri intenzjonati li jirriformaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u tas-soċjetà b'reazzjoni għall-isfidi ekonomiċi u soċjali, bil-ħsieb li jittejbu l-koeżjoni, il-kompetittività, il-produttività, it-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-investiment, li jkun ukoll ta’ tħejjija għall-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċessi ta’ governanza ekonomika, fosthom permezz ta' assistenza għall-użu effiċjenti, effettiv u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni.

B’mod partikolari, bl-emenda proposta, il-Programm se jkun ukoll ta’ kontribut għall-appoġġ għal riformi li jistgħu jgħinu lil Stati Membri fil-preparazzjoni tagħhom għall-adeżjoni maż-żona tal-euro.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/iċi u Objettiv speċifiku Nru [ ]

Peress li din il-proposta hija emenda għar-Regolament (UE) 2017/825, l-objettiv speċifiku tal-proposta huma l-istess bħal dawk tal-Artikolu 5 tar-Regolament.

1.4.3.Riżultat(i) mistennija u l-impatt

Speċifika l-effett li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira

Ir-riżultati mistennija huma dawk tar-Regolament (UE) 2017/825, kif rifless fil-proposta COM(2015)701 finali.

L-emenda proposta hija mistennija wkoll li ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fl-Istati Membri biex jiġu riformati l-istituzzjonijiet, is-setturi amministrattivi, ekonomiċi u soċjali, sabiex tisseddaq il-konverġenza sostenibbli bl-intenzjoni li l-Istati Membri jingħataw għajnuna fil-preparazzjonijiet tagħhom li jaderixxu maż-żona tal-euro.

 

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Peress li din il-proposta hija emenda għar-Regolament (UE) 2017/825, l-indikaturi għall-monitoraġġ tar-riżultati u tal-impatt se jkunu dawk tal-anness ta’ dak ir-Regolament.

1.4.5.Obbligu/i li jrid(u) jkun(u) (i)ssodisfat(i) fuq perjodu qasir jew għat-tul

L-obbligi huma dawk tar-Regolament (UE) 2017/825, kif rifless fil-proposta COM(2015)701 finali.

L-emenda proposta hija mistennija wkoll li sseddaq il-konverġenza sostenibbli bl-intenzjoni li Stati Membri jingħataw għajnuna fil-preparazzjonijiet tagħhom li jingħaqdu maż-żona tal-euro.

 

1.4.6.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jkun ġej minn fatturi differenti, pereż. kisbiet ta’ koordinazjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew kumplimentaritajiet). Għall-fini ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jiġi mill-intervent tal-Unjoni li jkun b’żieda mal-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom

Peress li din il-proposta hija emenda għar-Regolament (UE) 2017/825, il-valur miżjud tal-programm huwa dak rifless fl-Artikolu 3 tiegħu.

Barra minn dan, l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tidentifika, timmobilizza u tikkoordina l-aqwa kompetenzi disponibbli (kemm minn ħdan is-servizzi fl-istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali), li trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki (kif ukoll tiżgura d-disseminazzjoni konsistenti tagħhom madwar l-Unjoni) f’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi mmirati li jtejbu t-tkabbir fl-Istati Membri u biex jingħataw għajnuna Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fil-preparazzjonijiet tagħhom li jaderixxu maż-żona tal-euro.

1.4.7.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

L-esperjenza li nkisbet mill-implimentazzjoni tal-Azzjoni Preparatorja “Żvilupp tal-kapaċità u l-bini tal-istituzzjonijiet f’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-riformi ekonomiċi”, u b’mod partikolari l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali jikkonfermaw l-utilità ta’ programm ta’ appoġġ tekniku miftuħ għall-Istati Membri kollha u għal numru wiesa’ ta’ oqsma: L-Istati Membri ikkonfermaw l-interess tagħhom li jibbenefikaw minn għoti ta’ għarfien espert mill-Kummissjoni f’appoġġ għar-riformi li joħorġu bihom huma stess jew li jsiru f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-qafas tas-Semestru Ewropew.

Fis-sena 2018, kważi l-Istati Membri kollha (24) ippreżentaw talbiet għall-appoġġ, u kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018, l-appoġġ mitlub qabeż b’mod konsiderevoli l-allokazzjoni tal-baġit tal-programm. Dan juri b’mod ċar li l-ħtiġijiet ta’ appoġġ fil-konkret u l-interess tal-Istati Membri li jiksbu appoġġ imur ferm lil hinn mir-riżorsi finanzjarji tal-Programm li huma disponibbli bħalissa.

1.4.8.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Il-Programm huma kumplimentari mar-riżorsi eżistenti għall-bini ta’ kapaċità u assistenza teknika disponibbli fi programmi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif ukoll mal-assistenza teknika u azzjonijiet oħrajn iffinanzjati minn fondi tal-Unjoni.

1.5.

1.6.Perjodu u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ perjodu limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-2019 sal-2020

   Impatt finanzjarju mill-2019 sal-2020

 Proposta/inizjattiva ta’ perjodu mhux limitat

Implimentazzjoni f’perjodu inizjali minn YYYY sa YYYY,

u wara dan jibda’ l-operat sħiħ.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 8  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu delegati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi li huma jkunu ħatru;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għad iridu jkunu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi li jissemmew fl-Artikolu 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi legali pubbliċi;

korpi mmexxija mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-limitu li huma jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi mmexxija mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

Persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku relevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”

Kummenti

Dan huwa konformi mad-dispożizzjonijiet preżenti tar-Regolament li għandu jiġi emendat.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rrappurtar se jkunu dawk tar-Regolament (UE) 2017/825, kif emendat.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskji identifikati huma dawk riflessi fil-proposta għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/825, jiġifieri COM(2015) 701 finali

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Bħal hawn fuq, ara d-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja lil COM(2015)701 finali.

2.2.3.Stima tal-kosti u l-benefiċċji tal-kontrolli u evalwazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball

Bħal hawn fuq, ara d-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja lil COM(2015)701 finali.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri eżistenti jew maħsuba għall-prevenzjoni u protezzjoni

Bħal hawn fuq, ara d-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja lil COM(2015)701 finali.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit affettwata/i

·Linji tal-baġit eżistenti

Fl-ordni ta’ intestaturi u linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linji tal-baġit

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

1b Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Diff./Mhux diff 9 .

minn pajjiżi tal-EFTA 10

mill-pajjiżi kandidati 11

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

1.b

13.08.01

Diff

IVA

LE

LE

LE

·Linji tal-baġit ġodda mitluba

Fl-ordni ta’ intestaturi u linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linji tal-baġit

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Għadd
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Ġabra fil-qosor tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali/ Tkabbir sostenibbli: Qafas ta’

riżorsi nazzjonali

DG:SG / SRSS

 

 

Sena

Sena

Snin

TOTAL

2019

2020

2021 & 2022

Approprjazzjonijiet operattivi

 

 

 

 

13.08.01

Impenji

(1)

40,000

40,000

80,000

Pagamenti

(2)

17,200

28,600

34,200

80,000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet

Impenji

=1+1a +3

40,000

40,000

80,000

għal 13

 

Pagamenti

=2+2a

17,200

28,600

34,200

80,000

 

3

·TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

40,000

40,000

80,000

Pagamenti

(5)

17,200

28,600

34,200

80,000

·TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet

Impenji

(4+6)

40,000

40,000

80,000

taħt l-INTESTATURA 1b

Pagamenti

(5+6)

17,200

28,600

34,200

80,000

 

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

40,000

40,000

80,000

Pagamenti

=5+ 6

17,200

28,600

34,200

80,000





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miluni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal kemm snin hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DG: SG/SRSS

• Riżorsi umani

3,594

3,594

7,188

• Infiq amministrattiv ieħor

0,300

0,300

0,600

TOTAL DG SG/SRSS

Approprjazzjonijiet

3,894

3,894

7,788

TOTAL approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

3,894

3,894

7,788

Miluni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Snin 2021 & 2022

Daħħal kemm snin hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

43,894

43,894

87,788

Pagamenti

21,094

32,494

34,200

87,788

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miluni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

 

Sena

Sena

TOTAL

 

2019

2020

 

RIŻULTATI

 

Tip[1]

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Kost totali

 

 

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1

 

Tingħata għajnuna lill-inizjattivi tal-awtoritajiet nazzjonali li jfasslu r-riformi tagħhom skont il-prijoritajiet, fil-kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet inizjali u l-impatt soċjoekonomiċi mistennija

- Riżultat A

Għadd ta’ analiżijiet ta’ appoġġ għas-settur tar-riformi nazzjonali

0,06

50-60

3,360

50-60

3,360

6,720

- Riżultati B

Għadd ta’ esperti

0,00115

80

0,092

80

0,092

0,184

Subtotali għall-objettiv speċifiku Nru 1

 

3,452

 

3,452

6,904

 

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

Jingħata sostenn lill-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali li jtejbu l-kapaċità tagħhom li jifformulaw, jiżviluppaw u l-implimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma u jwettqu approċċ integrat li jiżgura l-konsistenza bejn l-għanijiet aħħarijiet u l-mezzi madwar is-setturi

- Riżultat C

Għadd ta’ esperti

0,00115

100-150

0,141

100-150

0,141

0,282

- Riżultat D

Għadd ta’ pjani direzzjonali, Pjan ta’ azzjoni, imħejjija u implimentati skont is-settur u l-pajjiż

0,125

25-30

3,125

25-30

3,125

6,250

- Riżultat E

Għadd ta’ għarfien espert speċifiku

0,015

25-30

0,390

25-30

0,390

0,780

- Riżultat F

Għadd ta’ proġetti appoġġjati

0,900

6

5,400

6

5,400

10,800

Subtotali għall-objettiv speċifiku Nru 2

 

9,056

 

9,056

18,112

 

 

Jingħata appoġġ lill-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali li jiddefinixxu u jimplimentaw proċessi u metodoloġiji xierqa billi jieħdu f’kunsiderazzjoni prattiċi tajba u tagħlimiet meħuda minn pajjiżi oħra fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet simili

- Riżultat G

Għadd ta’ esperti

0,00115

220-240

0,251

220-240

0,251

0,502

- Riżultat H

Għadd ta’ proġetti appoġġjati

0,900

8

7,200

8

7,200

14,400

- Riżultat I

Għadd ta’ proġetti appoġġjati

0,150

18

2,700

18

2,700

5,400

- Riżultat J

Għadd ta’ għarfien espert speċifiku

0,015

90-95

1,380

90-95

1,380

2,760

Subtotali għall-objettiv speċifiku Nru 3

 

 

11,531

 

11,531

23,062

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4

 

Tingħata assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali għat-titjib tal-effiċjenza u l-effettività tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, fejn xieraq, permezz ta’ definizzjoni ta’ responsabbiltajiet ċari u ż-żieda tal-għarfien u l-ħiliet professjonali

- Riżultat K

Għadd ta’ okkażjonijiet ta’ taħriġ/seminars

0,08

40-50

3,200

40-50

3,200

6,400

- Riżultat L

Għadd ta’ esperti

0,00115

100-150

0,161

100-150

0,161

0,322

- Riżultat M

Għadd ta’ proġetti appoġġjati

0,900

10-12

9,900

10-12

9,900

19,800

- Riżultat N

Għadd ta’ proġetti appoġġjati

0,150

18

2,700

18

2,700

5,400

Subtotali għall-objettiv speċifiku Nru 4

 

 

15,961

 

15,961

31,922

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Ġabra fil-qosor

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miluni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2019 12

Sena
2020

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm snin hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

3,594

3,594

7,188

Nefqa amministrattiva oħra

0,300

0,300

0,600

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

3,894

3,894

7,788

Barra l-INTESTATURA 5 13
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

3,894

3,894

7,788

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jinkisbu minn approprjazzjonijiet mid-DG li jkunu diġà mwarba għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew imqassma mill-ġdid fi ħdan id-DG, flimkien jekk meħtieġ ma’ xi allokazzjoni addizzjonali oħra li tista’ tingħata lid-DG li jiġġestixxi taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima ta’ ħtiġijiet ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti ta’ full time

Sena
2019

Sena
2020

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal kemm snin hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbilment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji Rappreżentattivi tal-Kummissjoni)

23

23

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti ta’ full time: FTE) 14

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-”pakkett globali”)

6

6

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  15

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka Indiretta)

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka Diretta)

Linji oħra tal-baġit (speċifika)

TOTAL

29

29

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titoli baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jinkisbu minn persunal mid-DG li jkunu diġà kollokati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew kollokati mill-ġdid fi ħdan id-DG, flimkien jekk meħtieġ ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DG li jiġġestixxi taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni ta’ kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-kompitu li jrid isir jinkludi l-kompiti kollha meħtieġa għal a) l-ipproċesssar tat-talbiet tal-Istati Membru u l-ġestjoni sussegwenti ta’ proġetti u b) il-ġestjoni finanzjarja u kuntrattwali tal-programm, jiġifieri:

·L-għoti ta’ sehem fil-proċedura baġitarja u l-pjan ta’ ġestjoni

·It-tħejjija ta’ programmi annwali ta’ ħidma/deċiżjonijiet finanzjarji, l-istabbiliment ta’ prijoritajiet annwali

·Il-ġestjoni ta’ sejħa għall-offerti u sejħa għall-proposti u l-proċedura sussegwenti ta’ selezzjoni f’koordinazzjoni mas-servizzi operattivi.

·Il-komunikazzjoni ma’ dawk kollha involuti f’affarijiet kuntrattwali u finanzjarji.

·Il-preparazzjoni u l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Grupp ta’ Livell Għoli mad-DG ikkonċernat, l-Istati Membru u partijiet interessati oħra.

·Proġetti ta’ ġestjoni: it-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu ta’ proġetti u l-ġestjoni tan-naħa kuntrattwali u finanzjarja: impenn, pagament, ordni ta’ rkupru, eċċ

·It-twettiq ta’ kontrolli, kif deskritt hawn fuq (verifikazzjoni ex ante, servizz ta’ akkwist, kontroll ex post/intern)

· Il-ġestjoni tal-istrumenti IT

·Kontribuzzjonijiet u segwitu tal-proċedura annwali DAS

Il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-kisba tal-objettivi, inkluż fil-proċedura baġitarja, il-pjan ta’ ġestjoni, l-analiżi ta’ nofs il-perjodu, rapporti AAR u AOS

Persunal estern

Appoġġ lill-kompiti finanzjarju u amministrattivi.

3.2.4.Kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti

   Il-proposta/inizjattiva hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdida tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva tirrekjedi l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hu meħtieġ, speċifika l-intestaturi u l-lini tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Il-proposta tirrekjedi l-użu tal-istrument ta’ Flessibbiltà taħt il-QFP preżenti (l-Artikolu11 tar-Regolament tal-Kunsill 1311/2013), li tippermetti s-supplimentar tal-iffinanzjar disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni b’EUR 40 miljun fl-2019 u EUR 40 miljun fl-2020 lil hinn mil-limitu massimu tas-subintestatura 1b.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm snin hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjat



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprja

fuq id-dħul mixxellanju

Miluni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja ta’ dħul tal-baġit:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja preżenti

Impatt tal-proposta/inizjattiva 16

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal kemm snin hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul mixxellanju “assenjat", speċifika l-linja(i) ta’ nefqa fil-baġit affettwata(i).

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu 2017 sa 2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129 19.05.2017, p. 1).
(2)    L-Indirizz tal-President Jean-Claude Juncker, dwar l-Istat tal-Unjoni 2017, 13 ta’ Settembru 2017.
(3)    Ara l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1311/2013:
(4)    COM(2017) 291, il-31 ta’ Mejju 2017.
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    ĠU C […], […], p. […].
(7)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(8)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni, u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(9)    Diff. = Approproazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjoniiet mhux differenzjati.
(10)    EFTA: European Free Trade Association.
(11)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(12)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva
(13)    Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva f’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(14)    AC= Persunal b’kuntratt; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(15)    Sottolimitu għall-persunal estern koperti minn approprjazzjonijiet operattivi (eks-linji “BA”).
(16)    Għar-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għal-kosti tal-ġbir.