Brussell, 20.12.2017

COM(2017) 790 final

2017/0359(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2017) 481 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

   Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

L-UE għandha bżonn ta’ swieq kapitali aktar b’saħħithom biex tippromwovi l-investiment, tiftaħ il-bibien għal sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-kumpaniji, toffri lill-unitajiet domestiċi opportunitajiet aħjar u ssaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Il-Kummissjoni ħadet impenn li ddaħħal fis-seħħ l-elementi kostitwenti kollha li fadal biex tlesti l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) sal-2019 1 .

Id-ditti tal-investiment jipprovdu medda ta’ servizzi li tagħti lill-investituri aċċess għal swieq tat-titoli u tad-derivattivi (pariri dwar investimenti, immaniġġar ta’ portafolli, senserija, eżekuzzjoni tal-ordnijiet, eċċ.). Id-ditti tal-investiment u s-servizzi li jipprovdu jifformaw nisġa vitali f’CMU li taħdem kif suppost. Dawn jaqdu rwol importanti fl-iffaċilitar tal-flussi tal-kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti madwar l-UE, b’diversi servizzi użati biex jappoġġaw l-allokazzjoni tal-kapital u l-ġestjoni tar-riskju effettivi.

Hemm ditti tal-investiment fl-Istati Membri kollha. Skont l-informazzjoni kkompilata mill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, EBA), fi tmiem l-2015 kien hemm 6 051 ditta tal-investiment fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) 2 . Dawn jinkludu ditti li jipprovdu sett limitat ta’ servizzi lil klijenti fil-livell ta’ konsumatur primarjament, sa dawk li joffru numru ta’ servizzi lil firxa wiesa’ ta’ klijenti fil-livell ta’ konsumatur, klijenti professjonali u klijenti korporattivi.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-EBA, madwar 85 % tad-ditti tal-investiment fiż-ŻEE jillimitaw l-attivitajiet tagħhom għal:

·li joffru ta’ pariri dwar l-investimenti;

·li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet;

·li jimmaniġġaw portafolli; u

·jeżekwixxu ordnijiet.

Ir-Renju Unit, li jaġixxi bħala ċentru importanti għas-swieq kapitali u għall-attivitajiet ta’ investiment, għandu l-akbar numru ta’ ditti tal-investiment fiż-ŻEE, bi kważi nofshom ibbażati hemm, segwit mill-Ġermanja, minn Franza, min-Netherlands u minn Spanja. Ħafna mid-ditti tal-investiment fiż-ŻEE huma ta’ daqs żgħir jew medju. L-EBA tistma li xi tmien ditti tal-investiment, fil-parti l-kbira kkonċentrati fir-Renju Unit, jikkontrollaw madwar 80 % tal-assi tad-ditti tal-investiment kollha fiż-ŻEE.

Għaldaqstant, bħala waħda mill-azzjonijiet ta’ prijorità l-ġodda biex issaħħaħ is-swieq kapitali u tibni CMU, fir-Rieżami tagħha ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali 3 , il-Kummissjoni ħabbret li kienet se tipproponi qafas prudenzjali u superviżorju aktar effettiv għad-ditti tal-investiment, ikkalibrat għad-daqs u għan-natura tad-ditti tal-investiment, biex issaħħaħ il-kompetizzjoni u ttejjeb l-aċċess tal-investituri għal opportunitajiet ġodda u modi aħjar kif jimmanġġaw ir-riskji tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali li qdew id-ditti tal-investiment tar-Renju Unit f’dan il-qasam sal-lum, id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE tkompli tenfasizza l-ħtieġa li tiġi aġġornata l-arkitettura regolatorja fl-UE biex jiġi appoġġat dan l-iżvilupp.

Il-proposti li jkopru dan ir-Regolament u d-Direttiva li takkumpanjah (“il-proposti”) ġew inklużi fil-Programm ta’ Ħidma 2017 tal-Kummissjoni bħala eżerċizzju REFIT. Dawn għandhom l-għan li jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiġu soġġetti għal rekwiżiti kapitali, ta’ likwidità u prudenzjali importanti oħra u li arranġamenti superviżorji korrispondenti jiġu adattati għan-negozju tagħhom u fl-istess ħin ikunu robusti biżżejjed biex ikopru r-riskji tad-ditti tal-investiment b’mod prudenzjalment solidu biex tiġi protetta l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-UE. Il-proposti huma l-eżitu ta’ rieżami mandat mill-Artikoli 493(2), 498(2), 508(2) u 508(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital, jew CRR) 4 li, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital IV, jew CRD IV) 5 , jikkostitwixxu l-qafas prudenzjali attwali għad-ditti tal-investiment. Meta ftiehmu fuq dawn it-testi, il-koleġiżlaturi ddeċidew li jenħtieġ li l-qafas għad-ditti tal-investiment jiġi rivedut billi r-regoli tiegħu fil-parti l-kbira huma mmirati lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Għall-kuntrarju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment ma jiħdux depożiti u lanqas ma jisilfu. Dan ifisser li huma ferm anqas skoperti għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju li d-depożitanti jiġbdu flushom dlonk. Is-servizzi tagħhom jiffokaw fuq strumenti finanzjarji – li għall-kuntrarju tad-depożiti, ma jitħallsux b’parità iżda jvarjaw skont iċ-ċaqliq tas-suq. Madankollu, dawn jikkompetu mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-forniment ta’ servizzi ta’ investiment, li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu joffru lill-klijenti tagħhom permezz tal-liċenzja tal-ibbankjar tagħhom. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment huma żewġ istituzzjonijiet kwalitattivament differenti b’mudelli kummerċjali primarji differenti iżda b’ċertu trikkib fis-servizzi li jistgħu jipprovdu.

Id-ditti tal-investiment ilhom soġġetti għal regoli prudenzjali tal-UE flimkien mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mill-1993, is-sena li fiha daħal fis-seħħ l-ewwel qafas tal-UE li jirregola l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment. Dan il-qafas, li issa ġie sostitwit mid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (Markets in Financial Instruments Directive, MiFID) 6  u, minn Jannar 2018, minn MiFID II / MiFIR 7 , jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti dwar l-imġiba organizzazzjonali u kummerċjali, skont liema jistgħu jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment lil investituri kif ukoll rekwiżiti oħra li jirregolaw il-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji.

Il-qafas prudenzjali għad-ditti tal-investiment fis-CRR / CRD IV jaħdem id f’id mal-MiFID. Tipikament, ir-rekwiżiti prudenzjali dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji jitfasslu biex (i) jiżguraw li dawn ikollhom biżżejjed riżorsi biex jibqgħu finanzjarjament vijabbli u jwettqu s-servizzi tagħhom tul iċ-ċikli ekonomiċi; jew (ii) jippermettu stralċ ordnat mingħajr ma jikkawżaw dannu ekonomiku żejjed lill-klijenti tagħhom jew lill-istabbiltà tas-swieq li joperaw fihom. Bħala riżultat ta’ dan, jinħtieġ li dawn jimmiraw biex jirriflettu r-riskji li jaffaċċjaw u joħolqu istituzzjonijiet finanzjarji differenti, ikunu proporzjonati għall-probabbiltà li r-riskji jsiru realtà, u jsibu bilanċ ġenerali bejn l-iżgurar tas-sikurezza u tas-solidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji differenti u l-evitar ta’ spejjeż eċċessivi li jistgħu jżommuhom milli jwettqu n-negozju tagħhom b’mod vijabbli.

Jinħtieġ li d-ditti sistemiċi tal-investiment, li wħud minnhom huma identifikat bħala globali, jew istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti skont l-Artikolu 131 tas-CRD IV, xorta waħda jibqgħu soġġetti għall-qafas tas-CRR / tas-CRD IV, inklużi l-emendi proposti mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Novembru 2016 8 , f’konformità mal-approċċ rivedut għall-identifikazzjoni tagħhom fil-proposti. Dan għaliex tipikament dawn id-ditti jġarrbu u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti madwar is-suq uniku kollu. L-attivitajiet tagħhom jesponuhom għal riskju ta' kreditu, li primarjament ikun fil-forma ta’ riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ukoll ta’ riskju tas-suq għal pożizzjonijiet li jieħdu f’ismhom stess, sew jekk għall-klijenti tagħhom jew inkella għalihom stess. Għaldaqstant, dawn jikkostitwixxu riskju akbar għall-istabbiltà finanzjarja minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom. Fid-dawl ta’ dawn ir-riskji u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, jinħtieġ li t-tali ditti tal-investiment jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ Settembru 2017 dwar ir-rieżami tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej 9 (ASE), dan ikun jimplika wkoll fost affarijiet l-oħra li l-operazzjonijiet tagħhom fl-Istati Membri li jieħdu sehem fl-Unjoni Bankarja jkunu soġġetti għas-superviżjoni diretta mill-BĊE fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Bħalissa, dawn id-ditti fil-parti l-kbira huma kkonċentrati fir-Renju Unit iżda jinsabu fi proċess fejn qed iqisu pjanijiet li jirrilokaw partijiet mill-operazzjonijiet tagħhom fl-UE-27, b’mod partikolari fi Stati Membri li qed jieħdu sehem fl-Unjoni Bankarja. Filwaqt li dan ikopri biss numru żgħir mid-ditti, dawn xorta waħda jirrappreżentaw sehem imdaqqas mill-assi u mill-volum kummerċjali totali tad-ditti tal-investiment kollha fl-UE.

Għal ditti tal-investiment oħra, il-fatt li l-qafas prudenzjali attwali jiffoka fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fuq ir-riskji li jaffaċċjaw u joħolqu minflok fuq id-ditti tal-investiment hu aktar problematiku. Is-servizzi li jipprovdu dawn id-ditti u r-riskji li joħolqu mhumiex, fil-parti l-kbira tagħhom, indirizzati b’mod espliċitu mir-regoli eżistenti. Mit-tmien servizzi ta’ investiment li d-ditti tal-investiment huma awtorizzati jipprovdu skont il-MiFID 10 , huma biss (i) in-negozjar f’isimhom stess; u (ii) is-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid ta’ strumenti fuq bażi ta’ impenn sod, li għandhom rekwiżiti korrispondenti ċari fis-CRR. Għas-servizzi ta’ investiment l-oħra (ir-riċevuta u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet, l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, l-immaniġġar ta’ portafolli, il-parir dwar investiment, it-tqegħid ta’ strumenti mingħajr bażi ta’ impenn sod, l-operar ta’ faċilità multilaterali tan-negozjar), tali rekwiżiti huma niqsin u jirriżultaw f’kopertura approssimata tar-riskji involuti. Għalhekk, filwaqt li f’ċerti każijiet huma limitati, ir-riskji inerenti f’dawn l-attivitajiet għad-ditta u, konsegwentement, għall-klijenti tad-ditta u għas-swieq usa’ li joperaw fihom, mhumiex koperti b’mod immirat apposta għalihom.

Dan iġib miegħu tliet problemi ewlenin, li huma vvalutati fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja l-proposti.

L-ewwel nett, filwaqt li l-qafas sa ċertu punt jaqdi għat-tipi differenti ta’ profili tan-negozju tad-ditti tal-investiment fil-forma ta’ eżenzjonijiet, dan hu sors ta’ kumplessità regolatorja konsiderevoli għal ħafna ditti b’mod ġenerali. It-tieni, ir-rekwiżiti dettaljati u l-eżenzjonijiet tiegħu jikkostitwixxu indikatur mhux ipproċessat u insensittiv għar-riskji attwali mġarrba u maħluqa mid-ditti tal-investiment, li huma differenti minn dawn tal-banek. It-tielet, minħabba l-kumplessità inerenti tiegħu u n-nuqqas ta’ sensittività għar-riskju, l-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri ġġib magħha frammentazzjoni tax-xenarju regolatorju kumplessiv għad-ditti tal-investiment, b’possibbiltà ta’ arbitraġġ regolatorju dannuż. Dan jista’ jhedded l-integrità u l-funzjonament tas-suq uniku.

L-objettivi tal-proposti huma li jindirizzaw il-problemi tal-qafas eżistenti filwaqt li jiġu ffaċilitati l-użu u t-twettiq ta’ negozju mid-ditti tal-investiment, fejn possibbli. Speċifikament, dawn jistabbilixxu qafas prudenzjali li hu adattat aħjar għall-mudelli kummerċjali tagħhom. Dawn jikkonsistu f’rekwiżiti aktar xierqa u sensittivi għar-riskju għad-ditti tal-investiment, filwaqt li jimmiraw aħjar lejn ir-riskji li joħolqu u jġarrbu fit-tipi differenti ta’ mudelli kummerċjali. Finalment, dawn jikkostitwixxu sett ta’ għodod regolatorji aktar issimplifikat biex is-superviżuri prudenzjali jkunu jistgħu jwettqu s-sorveljanza tagħhom b’mod effettiv.

Kif mandat mill-Artikoli tas-CRR, ir-rieżami tal-qafas prudenzjali għad-ditti tal-investiment twettaq f’konsultazzjoni mal-EBA, mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rrappreżentati f’dawn l-ASE. Wara l-ewwel sejħa għal pariri mill-Kummissjoni f’Diċembru 2014, l-EBA ppubblikat l-ewwel rapport tagħha dwar il-qafas prudenzjali attwali għad-ditti tal-investiment, filwaqt li sejħet għal tibdiliet fl-approċċ attwali għad-ditti tal-investiment kollha ħlief l-akbar u l-aktar sistemiċi fosthom f’Diċembru 2015 11 . Wara t-tieni sejħa għal pariri mill-Kummissjoni f’Ġunju 2016, f’Novembru 2016 l-EBA ppubblikat dokument ta' diskussjoni għall-konsultazzjoni li ffoka fuq reġim prudenzjali potenzjali ġdid għall-maġġoranza assoluta tad-ditti tal-investiment 12 . Wara li kkunsidrat il-feedback u d-data addizzjonali li kienet ġabret mingħand id-ditti tal-investiment flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-EBA ppubblikat ir-rakkomandazzjonijiet finali tagħha f’Settembru 2017 13 . Il-proposti jibnu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet fl-aspetti ewlenin kollha ħlief dak tal-identifikazzjoni tad-ditti sistemiċi tal-investiment, għar-raġunijiet spjegati fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja u miġbur fil-qosor fit-taqsima dwar il-“valutazzjoni tal-impatt” aktar ’il quddiem.

   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tikkomplementa r-rieżami attwali tar-reġim tas-CRR / tas-CRD IV għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu billi ssegwi l-proposti adottati mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Novembru 2016, li ppermettiet lid-ditti tal-investiment mhux sistemiċi kollha biex jagħżlu li ma jipparteċipawx fid-dispożizzjonijiet riveduti tagħha 14 . Din il-possibbiltà ġiet introdotta wara li ġie rikonoxxut li dawn id-dispożizzjonijiet riveduti ma kinux imfassla apposta għal ħafna mid-ditti tal-investiment u għaliex dawn kienu joħolqu kumplessità ulterjuri fil-ġabra tar-regoli eżistenti. Ir-rieżami tar-reġim prudenzjali għal ħafna mid-ditti tal-investiment ippreżentat ukoll f’din il-proposta diġà kien ilu għaddej dak iż-żmien, u s-soġġettar ta’ dawn għal reġim saħansitra aktar kumpless għal perjodu qasir sakemm jiġi applikat ir-reġim il-ġdid tqies sproporzjonat. Għaldaqstant, din il-proposta toħloq reġim ġdid għall-maġġoranza tad-ditti tal-investiment billi teliminahom għalkollox mill-qafas tas-CRR / tas-CRD IV u tħalli biss lid-ditti sistemiċi tal-investiment fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, inkluż fid-dispożizzjonijiet riveduti tagħha, f’konformità mal-approċċ rivedut għall-identifikazzjoni tagħhom f’din il-proposta.

Il-proposta hi konsistenti wkoll mal-MiFID u mal-MiFID II / mal-MiFIR. Billi tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali li huma mfassla apposta għan-negozju u għar-riskji tad-ditti tal-investiment, din tiċċara meta u għaliex japplikaw dawn ir-rekwiżiti. B’hekk, f’ċerti każijiet din tegħleb l-applikazzjoni arbitrarja tar-rekwiżiti prudenzjali fil-qafas attwali, li jirriżultaw għaliex dawn huma stabbiliti qabel kollox b’rabta mas-servizzi ta’ investiment elenkati fil-MiFID minflok mill-akkumulazzjoni proprja tar-riskji fit-tip u fil-volumi ta’ negozju mwettqa mid-ditti tal-investiment.

MiFID II u MiFIR ġew adottati waqt il-kriżi finanzjarja u jkopru s-swieq tat-titoli, l-intemedjarji tal-investiment u ċ-ċentri tan-negozjar. Il-qafas il-ġdid isaħħaħ u jissostitwixxi l-qafas attwali tal-MiFID I. Fid-dawl tar-reviżjoni tal-qafas prudenzjali għad-ditti ta’ investiment, huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi transfruntiera fl-UE ma jibbenefikawx minn trattament aktar favorevoli minn impriżi tal-UE f’termini ta’ rekwiżiti prudenzjali, tat-taxxa u superviżorji. Din il-proposta se jagħmel bidliet immirati lejn ir-reġim attwali ta’ ekwivalenza għal ditti ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikoli 46 u 47 tal-MiFIR biex jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-UE u ditti ta’ pajjiżi terzi.

   Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Id-ditti tal-investiment jaqdu rwol importanti fl-iffaċilitar tal-flussi ta’ investiment madwar l-UE. Għaldaqstant, ir-rieżami jifforma wkoll parti mill-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tiżgura suq uniku b'saħħtu u ġust b’sistema finanzjarja u CMU li jaħdmu kif suppost biex jiġu mobilizzati l-investimenti u jissaħħu t-tkabbir u l-impjiegi 15 . Qafas prudenzjali u superviżorju aktar xieraq b’kostijiet tal-konformità anqas għad-ditti tal-investiment ikun ta’ għajnuna (i) biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ġenerali għan-negozji; (ii) jiżdiedu l-entitajiet ġodda fis-suq, u l-kompetizzjoni fil-proċess; u (iii) jittejjeb l-aċċess għall-investituri għal opportunitajiet ġodda u għal modi aħjar kif jiġġestixxu r-riskji tagħhom.

L-approċċ rivedut għall-identifikazzjoni tad-ditti sistemiċi tal-investiment li jenħtieġ li jibqgħu taħt il-qafas tas-CRR / tas-CRD IV huwa konsistenti wkoll mal-objettiv li jiġu evitati toqob fil-funzjonament tal-Unjoni Bankarja. L-iżviluppi strutturali riċenti tas-suq jindikaw li gruppi bankarji minn pajjiżi terzi sar ikollhom strutturi dejjem aktar kumplessi fl-UE, u qed joperaw permezz ta’ entitajiet li jaħarbu mis-superviżjoni tal-BĊE skont il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Kif spjegat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ Ottubru 2017 dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja 16 , l-iżgurar li d-ditti tal-investiment sistemiċi jibqgħu fis-CRR / fis-CRD IV f’konformità mal-approċċ għall-identifikazzjoni tagħhom f’din il-proposta jġibhom ukoll taħt is-superviżjoni prudenzjali mis-superviżuri bankarji u fejn jidħol l-operazzjonijiet tagħhom fl-Istati Membri li jieħdu sehem fl-Unjoni Bankarja, taħt is-sorveljanza prudenzjali tal-BĊE.

2.    BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

   Bażi ġuridika

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-istituzzjonijiet Ewropej il-kompetenza li jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa li bħala l-oġġett tagħhom għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern (l-Artikolu 114 TFUE). Dan jinkludi leġiżlazzjoni li tikkonċerna r-regoli prudenzjali u regoli oħra għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji, f’dan il-każ il-forniment ta’ servizzi ta’ investiment. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament propost jieħdu post dawk fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li wkoll huma bbażati fuq l-Artikolu 114 TFUE, billi huma relatati mad-ditti tal-investiment.

   Sussidjarjetà

Il-proposta tirrevedi u tissimplifika r-regoli eżistenti tal-UE li jirregolaw it-trattament prudenzjali tad-ditti tal-investiment biex (i) takkomoda u tindirizza aħjar ir-riskji fil-mudelli kummerċjali tagħhom; (ii) ittejjeb il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost id-ditti; u (iii) issaħħaħ il-konverġenza superviżorja. Biex jinkiseb dan, jinħtieġ li qafas ġdid tal-UE jieħu post dak eżistenti minflok ma dawn l-għażliet jiġu devoluti għal oqfsa regolatorji fl-Istati Membri. Dan għaliex illum saret parti mir-rutina li d-ditti tal-investiment awtorizzati skont il-MiFID jipprovdu s-servizzi tagħhom lil klijenti f’pajjiżi oħra tal-UE. Tibdiliet separati u diżassoċjati fir-regoli mill-Istati Membri jistgħu jintroduċu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u trattament diskriminatorju, li jifframmentaw is-suq uniku. Dawn jistgħu jżidu l-każijiet ta’ arbitraġġ regolatorju ta' dannu, b’effetti konsegwenti possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-investituri fi Stati Membri oħra f’każ ta’ problemi. Jistgħu wkoll jiżbilanċjaw il-firxa u t-tip ta’ servizzi ta’ investiment li jkunu disponibbli fi Stat Membru partikolari, għad-detriment possibbli tal-effiċjenza ġenerali tas-suq u tal-għażla għall-investituri. Jinħtieġ li r-regoli riveduti jevitaw disparitajiet regolatorji bla bżonn u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti awtorizzati kollha fis-suq uniku.

   Proporzjonalità

Bħala eżeċizzju tal-REFIT, l-objettiv ewlieni hu li l-qafas il-ġdid isir aktar xieraq, rilevanti u proporzjonat meta mqabbel mal-qafas eżistenti għad-ditti tal-investiment. Għalhekk, din il-proposta ssib bilanċ bejn l-iżgurar li fl-istess ħin ir-rekwiżiti jkunu:

·komprensivi u robusti biżżejjed biex ikopru r-riskji tad-ditti tal-investiment b’mod prudenzjalment solidu; u

·flessibbli biżżejjed biex jaħsbu għad-diversi tipi ta’ mudelli kummerċjali mingħajr ma jxekklu l-ħila tagħhom li joperaw b’mod kummerċjalment vijabbli.

Il-proposta hija attenta li tiżgura li l-ispejjeż tar-reġim kemm f'termini tar-rekwiżiti kapitali kif ukoll tal-ispejjeż tal-konformità kif ukoll amministrattivi, li huma ġġenerati mill-ħtieġa li jiġu ġestiti l-persunal u s-sistemi biex iħaddmu r-rekwiżiti l-ġodda kif ukoll jirrapportaw dwar il-konformità lis-superviżuri, jinżammu għall-minimu possibbli biex jinkiseb dan il-bilanċ.

Kif spjegat fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha, dawn l-ispejjeż assoċjati huma mistennija jonqsu fuq bażi kontinwa, b’xi spejjeż ġodda ta’ darba fil-bidu nett. F’termini ta’ kapital, għażla ta’ politika prevalenti li kienet il-bażi tal-ħidma fuq ir-rieżami u li taffettwa lil dawn imsemmija hawn fuq hi l-objettiv li jiġi żgurat li, b’mod aggregat, ir-rekwiżiti kapitali li japplikaw fl-UE kollha għad-ditti tal-investiment ma jiżdidux wisq. Dan isarraf f’effetti ta’ distribuzzjoni differenti għal xi tipi ta’ ditti. Dawn huma mtaffija mid-dispożizzjonijiet tal-proposta b’tali mod li l-akbar impatti jiddaħħlu b’mod gradwali u jiġu limitati.

   L-għażla tal-istrument

Intgħażel Regolament għaliex id-dispożizzjonijiet tiegħu jieħdu post dawk fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 b’rabta mad-ditti tal-investiment. Dan jikseb l-istess effett legali dirett bħall-ġabra tar-regoli kurrenti, filwaqt li jiżgura li l-objettivi tal-proposta jinkisbu b’mod konsistenti madwar l-UE u jgħin biex jinħolqu ċertezza akbar u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għad-ditti.

3.    RIŻULTATI TAL-VALUTAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

   Il-valutazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-valutazzjoni tal-qafas eżistenti tas-CRR / tas-CRD IV, li hi bbażata fuq l-analiżi mwettqa mill-EBA u mill-ESMA fir-rapport tal-2015 tagħhom 17 b’mod partikolari u fuq il-ħidma u l-analiżi paralleli tas-servizzi tal-Kummissjoni, hi miġbura fil-qosor fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.

Din tikkonkludi li r-regoli eżistenti, li huma bbażati fuq standards regolatorji internazzjonali għal gruppi bankarji kbar u mmirati lejn ir-riskji tal-banek, jiksbu b’mod parzjali biss l-għanijiet tagħhom f’termini ta’ (i) żgurar ta’ biżżejjed kapital għar-riskji tal-biċċa l-kbira mid-ditti tal-investiment; (ii) żamma tal-ispejjeż tal-konformità taħt kontroll; (iii) żgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni madwar l-UE; u (iv) żgurar ta’ sorveljanza prudenzjali effettiva. Ħafna mid-dispożizzjonijiet tagħha huma meqjusa ineffikaċi u ineffiċjenti f’dan ir-rigward. L-eċċezzjoni hi ditti tal-investiment kbar u sistemiċi li d-daqs, il-profil tar-riskju u l-interkonnessjoni tagħhom ma’ parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji jagħtuhom bixra “simili għal banek”.

Għall-bqija, l-istatus quo ġie vvalutat li joħloq (i) kumplessità eċċessiva u piżijiet sproporzjonati ta’ konformità, speċjalment għal ħafna ditti żgħar u medji; (ii) metrika u rekwiżiti prudenzjali mfassla ħażin u insensittivi għar-riskji għall-kopertura preċiża tar-riskji tad-ditti tal-investiment; u (iii) każijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali diverġenti tar-regoli u xenarju regolatorju frammentat madwar l-UE.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati f’diversi mumenti matul ir-rieżami. F’termini tal-istadji importanti ewlenin, wara l-ewwel sejħa għal pariri mill-Kummissjoni f’Diċembru 2014, l-EBA ppubblikat rapport dwar il-qafas prudenzjali attwali għad-ditti tal-investiment flimkien ma’ proposti għat-tibdiliet f’Diċembru 2015. Din tikkostitwixxi analiżi komprensiva u pubblikament disponibbli tal-istatus quo, b’data dwar l-għadd u t-tipi ta’ ditti tal-investiment fl-Istati Membri. Din l-analiżi għenet biex ir-rieżami jiġi estiż għal partijiet ikkonċernati li jaf ma jkunux affettwati b’mod dirett mir-regoli u ħeġġithom jissieħbu fid-disksusjoni sussegwenti.

Fl-4 ta’ Novembru 2016, l-EBA ppubblikat dokument ta' diskussjoni għal konsultazzjoni b’enfasi fuq reġim prudenzjali potenzjali ġdid għad-ditti tal-investiment. Id-dokument dam tliet (3) xhur miftuħ għal kummenti. L-EBA ppubblikat l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tagħha fit-3 ta’ Lulju 2017, filwaqt li stiednet il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati. Il-ħidma tagħha ġiet appoġġata wkoll minn eżerċizzju dettaljat ta’ ġbir ta’ data li involva lid-ditti tal-investiment. Dan twettaq mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’isem l-EBA f’żewġ stadji fl-2016 u fl-2017.

Fid-dawl tal-konsultazzjoni pubblika dettaljata u tal-ġbir ta’ data mwettaq mill-EBA, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm bżonn li tagħmel konsultazzjoni pubblika ġenerali parallela. Minflok, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati b’mod immirat biex jiġbru aktar opinjonijiet dwar l-elementi ewlenin tar-rieżami. Dan inkluda:

·diskussjoni madwar mejda mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija (ditti tal-investiment, investituri, ditti legali, konsulenti) fis-27 ta’ Jannar 2017 dwar abbozz tal-proposti tal-EBA għal reġim futur;

·sessjoni ta’ ħidma dwar l-ispejjeż tar-reġim attwali fit-30 ta’ Mejju 2017; u

·sessjoni ta’ ħidma dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet finali tal-EBA fis-17 ta’ Lulju 2017.

Ir-rieżami ġie diskuss mal-Istati Membri fil-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji f’Marzu u f’Ottubru 2017 u fil-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar is-Settur Bankarju, il-Pagamenti u l-Assigurazzjoni f’Ġunju u f’Settembru 2017. Il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati riċevuti dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni ppubblikata f’Marzu 2017 ġew ikkunsidrati wkoll 18 . Finalment, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-kummenti riċevuti preċedentement fis-sejħa miftuħa b’mod ġenerali għall-evidenza dwar l-effiċjenza, il-konsistenza u l-koerenza tal-qafas regolatorju ġenerali tal-UE għas-servizzi finanzjarji, li fihom diversi rispondenti indikaw diversi kwistjonijiet rilevanti għar-rieżami 19 .

Id-ditti tal-investiment jirrappreżentaw diversi mudelli kummerċjali, u l-fehmiet tagħhom għandhom tendenza li jiffokaw fuq aspetti tal-proposti li jkunu speċifiċi għalihom. Dan jikkomplika l-paraguni trażversali tal-ponderazzjoni relattiva tal-pożizzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Madankollu, b’mod ġenerali, il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati laqgħet qafas prudenzjali mfassal apposta b’mod aktar xieraq għall-mudelli kummerċjali tagħhom. Dawn jisħqu li r-rilevanza sistemika tagħhom hi limitata u li jinħtieġ li r-rekwiżiti kapitali jiffokaw fuq l-iżgurar li dawn jistgħu jiġu stralċati b’mod ordnat. F’termini tar-rekwiżiti speċifiċi li japplikaw għall-mudell kummerċjali partikolari tagħhom, id-ditti tal-investiment li jwettqu servizzi ta’ aġenzija biss u li ma jidħlux fi tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji billi jużaw il-karta bilanċjali tagħhom stess ġeneralment jikkritikaw proposti biex ir-rekwiżiti kapitali jintrabtu mad-daqs tal-portafolli tal-klijenti li jimmaniġġaw b’mod lineari. Filwaqt li ħafna ditti li jinnegozjaw f’isimhom stess jaqblu li l-qafas eżistenti għall-kopertura tar-riskju tas-suq għandu ċertu mertu fid-dawl tar-riskji li jġarrbu u joħolqu, ditti tan-negozjar oħra jinnotaw li dan jesaġera r-riskji fil-metodi u fil-prodotti li jinnegozjaw fihom. Dawn il-fehmiet ġew ikkunsidrati fil-kalibrar tal-metrika proposta l-ġdida tar-riskji (fatturi-K — ara aktar ’il quddiem) u l-possibbiltà li jiddaħħlu b’mod gradwali u jkun hemm limitu massimu fuq rekwiżiti ogħla.

   Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi

Ir-rieżami sar fuq il-bażi ta’ pariri komprensivi pprovduti mill-EBA f’konsultazzjoni mal-ESMA, kif meħtieġ mill-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkostitwixxu l-bażi ġuridika għar-rieżami (b’mod partikolari l-Artikolu 508(2) u (3)). L-outputs pubbliċi ewlenin tal-EBA kienu dawn li ġejjin:

·ir-rapport ta’ Diċembru 2015 li jistabbilixxi valutazzjoni komprensiva tal-istatus quo u tar-rakkomandazzjonijiet inizjali għat-tibdiliet;

·id-dokument ta' diskussjoni ta’ Novembru 2016 ippubblikat dwar it-tifsila ta’ reġim possibbli ġdid; u

·ir-rapport finali ta’ Settembru 2017 b’rakkomandazzjonijiet dettaljati.

Il-kalibrar preċiż tar-rakkomandazzjonijiet għal rekwiżiti kapitali ġodda ġie appoġġat b’eżerċizzju dettaljat ta’ ġbir ta’ data li involva lid-ditti tal-investiment. Dan twettaq mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’isem l-EBA f’żewġ stadji fl-2016 u fl-2017. Il-Kummissjoni kienet involuta f’kull fażi u rnexxielha tibbenefika mid-diskussjonijiet li vvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika dettaljati filwaqt li kienu qed isiru.

   Valutazzjoni tal-impatt

Skont l-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar (għodda #9), ma hemm bżonn li ssir ebda valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni kull meta aġenzija tal-UE tkun ingħatat il-mandat li twettaq ħidma ta’ tfassil tal-politika u analiżi dettaljata, dment li l-proposta tal-Kummissjoni ma tkunx titbiegħed wisq mir-rakkomandazzjonijiet tal-aġenzija u s-servizzi tal-Kummissjoni jqisu li l-valutazzjoni tagħha tkun ta’ kwalità suffiċjenti.

Filwaqt li l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju eżamina abbozz ta’ valutazzjoni tal-impatt għal din l-inizjattiva, dokument ta’ ħidma tal-persunal tqies aktar xieraq billi l-mandat speċifiku tar-rieżami hu bbażat fuq il-pariri tal-ASE u fuq il-bażi tal-konsultazzjoni tagħhom mal-partijiet ikkonċernati u tal-ħidma teknika tagħhom. Għaldaqstant, l-objettiv tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja l-proposti hu li jispjega l-pariri mogħtija mill-ASE, inklużi r-riżultati tal-analiżi u tal-konsultazzjoni tagħhom, filwaqt li jipprovdu l-fehmiet tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tiegħu, bl-għan li jiggwida lill-Kummissjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Dwar ir-rekwiżiti kapitali, l-EBA tivvaluta li l-parir tagħha jkunu jżiduhom b’mod aggregat għad-ditti tal-investiment kollha mhux sistemiċi b’10 % meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-Pilastru 1 tal-lum, u jnaqqsuhom b’16 % meta mqabbla mar-rekwiżiti totali applikati bħala riżultat tas-supplimenti tal-Pilastru 2. Il-mod li bih dawn l-impatti jkunu distribwiti fost id-ditti ta’ investiment jiddependi fuq id-daqs tagħhom, x’servizzi ta’ investiment jipprovdu u kif ir-rekwiżiti kapitali ġodda se japplikaw għalihom. Kif spjegat fid-dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposti, inkluż l-Anness II tiegħu, iż-żieda aggregata ta’ 10 % tar-rekwiżiti tal-Pilastru 1 huwa s-somma ta’ rekwiżiti konsiderevolment aktar baxxi għal xi wħud u żidiet ta’ aktar minn 10 % għall-oħrajn. Dwar il-fondi proprji disponibbli, l-EBA ssib li huma biss ftit id-ditti li ma jkollhomx biżżejjed kapital biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda b’kumdità – dan jinvolvi biss numru żgħir ta’ konsulenti finanzjarji, ta’ ditti li jinnegozjaw u ta’ ditti li joffru servizzi multipli. Madankollu, għad-ditti f’dan il-grupp li ż-żidiet tagħhom ikunu aktar mid-doppju tar-rekwiżiti attwali tagħhom, jista’ jiġi awtorizzat limitu massimu għal numru ta’ snin.

Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament jikkonkludi li, b’mod ġenerali, ir-rakkomandazzjonijiet tal-EBA huma meqjusa li huma mezz xieraq u proporzjonat kif jinkisbu l-objettivi tar-rieżami b’mod effettiv u effiċjenti meta mqabbla mal-istatus quo. B’mod ġenerali, il-parir tal-EBA hu pass pożittiv ċar lejn qafas prudenzjali għad-ditti tal-investiment li jista’ jiżgura li dawn joperaw fuq bażi finanzjarja solida filwaqt li ma jxekkilx il-prospetti kummerċjali tagħhom. B’hekk, dan ikun jappoġġa l-għanijiet tar-rieżami b’mod ibbilanċjat. Minn naħa, jinħtieġ li jgħin fl-iżgurar li r-riskji tad-ditti tal-investiment għall-klijenti u għas-swieq jiġu indirizzati b’mod aktar immirat kemm fl-operazzjonijiet kontinwi tagħhom kif ukoll f’każ li jkollhom bżonn jiġu stralċati. Min-naħa l-oħra, jinħtieġ li jgħin fl-iżgurar li dawn jistgħu jwettqu r-rwol tagħhom bis-sħiħ fl-iffaċilitar tal-flussi ta’ investiment madwar l-UE, li hu konsistenti mal-għanijiet tas-CMU biex timmobilizza l-kontijiet tat-tfaddil u l-investimenti bl-għan li jissaħħu t-tkabbir u l-impjiegi.

Dan ivarja biss mir-rakkomandazzjonijiet tal-EBA dwar l-identifikazzjoni ta’ ditti tal-investiment sistemiċi. Minflok ma dan jiġi pospost sabiex jiġi ċċarat permezz ta’ kriterji li għandhom jiġu żviluppati fir-regoli tekniċi li jimplimentaw il-proposti kif tirrakkomanda l-EBA, hu meqjus aktar xieraq li dan jiġi stabbilit fil-proposti stess biex jiġu żgurati kundizzjonijiet regolatorji ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment sistemiċi. Dwar dan il-punt, il-proposti jmorru lil hinn mill-pariri tal-EBA fl-opinjoni tagħha dwar ir-rieżami tad-ditti tal-investiment. Madankollu, il-proposti jżommu mal-opinjoni tal-EBA dwar kwistjonijiet relatati mad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE 20 .

   Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja

Kif spjegat fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja, is-simplifikazzjoni tar-regoli prudenzjali għall-maġġoranza assoluta tad-ditti tal-investiment hi mistennija tnaqqas b’mod konsiderevoli l-piżijiet amministrattivi u tal-konformità tagħhom. Jistgħu jitneħħew diversi obbligi regolatorji u ta’ rapportar inutli, biex b’hekk il-kapital iddedikat għal finijiet regolatorji jiġi allokat għal użi aktar produttivi. Il-proposti, billi jistabbilixxu rekwiżiti kapitali u prudenzjali oħra, inklużi r-remunerazzjoni u l-governanza, li huma proporzjonati għad-ditti tal-investiment itaffi għall-ewwel darba l-ispejjeż sinifikanti li d-ditti jġarrbu minħabba rekwiżiti tar-reġim attwali li huma ffokati fuq il-banek. Dan ikun qed itemm il-kompitu kkumplikat ta’ tlaqqigħ u ta’ rikonċiljazzjoni tad-data tan-negozji ma’ qafas regolatorju u reġim ta’ rapportar li ma jaqblux sew.

Id-ditti tal-investiment li huma SMEs 21 huma mistennija jkunu fost il-benefiċjarji ewlenin. Qafas prudenzjali aktar proporzjonat u xieraq għalihom itejjeb il-kundizzjonijiet għat-twettiq tan-negozju, u jonqsu l-ostakli għad-dħul fis-suq. Pereżempju, jenħtieġ li s-simplifikazzjoni tal-qafas ta’ rapportar oneruż tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż tal-konformità għall-SMEs, inklużi ditti innovattivi li jfittxu li jikbru permezz ta’ mezzi diġitali. B’mod simili, bl-eżenzjoni ta’ ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi mir-regoli attwali ta’ governanza u ta’ remunerazzjoni kif stabbiliti fis-CRD IV / CRR attwali jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tal-konformità għal dawn l-impriżi. Ċerti spejjeż ta’ darba relatati mat-tranżizzjoni għar-reġim il-ġdid għandhom ikunu mistennija billi d-ditti jridu jirrivoluzzjonaw is-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju, jaġġornaw id-dipartimenti tal-konformità u jirrevedu l-kuntratti mad-ditti legali u ma’ fornituri ta’ servizzi oħra li bħalissa jintużaw biex jiffaċilitaw il-konformità. Madankollu, jinħtieġ li l-iffrankar tal-ispejjeż tal-konformità jappoġġa l-għanijiet tas-CMU b’mod ġenerali billi jgħin lid-ditti tal-investiment jaqdu r-rwol tagħhom fil-mobilizzazzjoni tal-ispejjeż iffrankati mill-investituri lejn użi produttivi.

F’termini ta’ spejjeż tal-konformità, id-ditti għandhom jiffrankaw għexieren ta’ eluf sa mijiet ta’ eluf ta’ euro skont it-tip u d-daqs tad-ditta. Kif dawn it-tnaqqisijiet fl-ispejjeż tal-konformità huma relatati u huma mqabbla mat-tibdiliet fir-rekwiżiti kapitali għal tipi differenti ta’ ditti mhuwiex magħruf f’dan l-istadju, iżda jkun jidher fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni futuri tal-qafas.

   Drittijiet fundamentali

Din il-proposta ssaħħaħ l-eżeċizzju tad-dritt ta’ diversi ditti tal-investiment biex jagħmlu negozju mingħajr ma jkunu mxekkla minn regoli mfassla primarjament għal tipi oħra ta’ atturi ekonomiċi. Il-miżuri leġiżlattivi fil-proposta li jistabbilixxu r-regoli għar-remunerazzjoni f’ditti tal-investiment josservaw il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-libertà ta’ intrapriża u d-dritt ta’ negozjar u ta' azzjoni kollettivi.

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta mhux se jkollha implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE.

5.    ELEMENTI OĦRAJN

   Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-bidliet ippjanati mill-proposti jinħtieġ li jiġu evlwati biex jiġi ddeterminat kemm intlaħqu l-objettivi li ġejjin:

·kategorizzazzjoni aktar sempliċi tad-ditti tal-investiment b’mod li jkopri l-profili tar-riskju differenti tagħhom;

·sett ta’ regoli prudenzjali, b’mod partikolari dwar ir-rekwiżiti kapitali, ta’ likwidità, ta’ remunerazzjoni u ta’ governanza, li huma xierqa, proporzjonati u sensittivi għar-riskji speċifiċi li d-ditti tal-investiment huma skoperti għalihom u li jiżguraw li l-kapital jiġi assenjat fejn hu meħtieġ;

·qafas li jikkorrispondi għar-riskji inerenti fin-natura u fil-firxa ta’ attivitajiet imwettqa mid-ditti tal-investiment b’mod dirett u distingwibbli u b’hekk jappoġġa l-bidu tan-negozju; u

·sett issimplifikat ta’ għodod superviżorji biex tkun tista’ ssir is-sorveljanza sħiħa u preċiża tal-prattiki kummerċjali u tar-riskji assoċjati.

Għaldaqstant, partijiet mill-informazzjoni li ġejja jistgħu jinkisbu bħala parti minn rieżami futur biex iservu bħala indikaturi fl-evalwazzjoni tal-impatt tat-tibdiliet proposti: (i) spejjeż tal-konformità f’termini ta’ persunal, ta’ pariri legali u ta’ rapportar regolatorju; (ii) livelli ta’ rekwiżiti kapitali; (iii) spejjeż ġodda oħra, pereż. mir-regoli dwar il-likwidità; (iv) evoluzzjoni fl-għadd ta’ ditti fil-kategoriji differenti; (v) tibdiliet fir-rikors għas-supplimenti tal-Pilastru 2 mill-awtoritajiet kompetenti; (vi) każijiet u impatt ta’ falliment ta’ ditti tal-investiment taħt ir-reġim il-ġdid; u (vii) evoluzzjoni tad-daqs tad-ditti tal-investiment f'termini ta’ assi u ta’ volumi ta’ ordnijiet tal-klijenti.

   Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

Il-proposta tistabbilixxi rekwiżiti f’termini ta’ fondi proprji, ta’ livelli ta’ kapital minimu, ta’ riskju tal-konċentrazzjoni, ta’ likwidità, ta’ rapportar u ta’ divulgazzjoni pubblika skont dan ir-Regolament għad-ditti tal-investiment kollha li mhumiex sistemiċi.

Livell ta’ applikazzjoni

Id-ditti tal-investiment kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tiegħu fuq bażi individwali. Hi pprovduta deroga għal ditti żgħar u mhux interkonnessi fi gruppi bankarji soġġetti għal applikazzjoni u għal superviżjoni konsolidati skont is-CRR / is-CRD IV. Rekwiżit kapitali għal grupp speċifiku japplika għal gruppi li fihom ditti tal-investiment biss, bil-kumpanija prinċipali tkun meħtieġa tiżgura biżżejjed kapital biex tappoġġa l-parteċipazzjonijiet tagħha fis-sussidjarji tad-ditti tal-investiment.

Fondi proprji

L-istrumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji għad-ditti tal-investiment biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont dan ir-Regolament jikkonsistu fl-istess punti bħal dawk tas-CRR / tas-CRD IV. Għaldaqstant, kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (Common Equity Tier 1, CET 1) jinħtieġ li jikkostitwixxi mill-inqas 56 % tal-kapital regolatorju, b’kapital tal-Grad 1 Addizzjonali (Additional Tier 1, AT1) eliġibbli sa 44 % u kapital tal-Grad 2 eliġibbli sa 25 % tal-kapital regolatorju.

Rekwiżiti kapitali

Id-ditti tal-investiment kollha għandhom iżommu ammont daqs il-kapital inizjali meħtieġ għall-awtorizzazzjoni tagħhom bħala kapital minimu permanenti f’kull ħin. Ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi għandhom japplikaw dan ir-rekwiżit jew, jekk ogħla, rekwiżit ogħla bbażat fuq kwart mill-ispejjeż ġenerali tas-sena ta’ qabel tagħhom, ikkalkolati f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 22 , bħala r-rekwiżit kapitali tagħhom. Dawn id-ditti huma ddefiniti bħala dawk mhux awtorizzati jissalvagwardjaw u jamministraw l-assi tal-klijenti tagħhom, iżommu flus tal-klijenti jew jinnegozjaw f’isimhom stess, jew li għandhom assi mmaniġġati kemm taħt immaniġġar ta’ portafolli diskrezzjonali kif ukoll arranġamenti mhux diskrezzjonali (ta’ konsulenza) li huma inqas minn EUR 1,2 biljun, jimmaniġġaw ordnijiet ta’ kull jum tal-klijenti li huma inqas minn EUR 100 miljun għal negozji fi flus jew EUR 1 biljun għal derivattivi, u għandhom karta bilanċjali ta’ anqas minn EUR 100 miljun u dħul gross totali mill-attivitajiet ta’ investiment tagħhom li huma anqas minn EUR 30 miljun. Ditti tal-investiment li jaqbżu dawn il-livelli limitu għandhom japplikaw l-ogħla minn fost ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom, ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom, jew ir-rekwiżit tagħhom ibbażat fuq is-somma tar-rekwiżit tal-fattur-K.

Fatturi-K

Il-fatturi-K ikopru riskji għall-klijenti (risks to customer, RtC), u għad-ditti li jinnegozjaw f’isimhom stess u jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti għan-nom tagħhom stess, riskji għas-suq (risks to market, RtM) u riskji għad-ditta (risks to firm, RtF). L-RtC ikopri l-fatturi-K li ġejjin: assi mmaniġġati (assets under management, K-AUM), flus miżmuma tal-klijenti (K-CMH), assi ssalvagwardjati u amministrati (assets safeguarded and administered, K-ASA), u ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati (client orders handled, K-COH). RtM ikopri fattur-K għal riskju ta' pożizzjoni netta (net position risk, K-NPR) ibbażat fuq ir-rekwiżiti tar-riskju tas-suq tas-CRR (Titolu IV tal-Parti Tlieta), jew inkella jekk permess mill-awtorità kompetenti, wieħed ibbażat fuq marġini li ddaħħlu għand membri tal-ikklerjar għal negozji ggarantiti minn dawn tal-aħħar (clearing members for trades guaranteed, K-CMG).

Il-livell limitu biex ditta tal-investiment tkun tista’ tħaddem l-approċċ standardizzat issimplifikat għar-riskju tas-suq hu emendat biex jirreferi biss għal ammont assolut ta’ EUR 300 miljun f’assi totali. RtF ikopri l-fatturi-K għal inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar (trading counterparty default, K-TCD), għar-riskju tal-konċentrazzjoni lil hinn mil-livelli limitu ddefiniti (K-CON — ara aktar ’il quddiem) u għall-fluss tan-negozjar ta’ kuljum (daily trading flow, K-DTF).

K-CMH, K-ASA, K-COH u K-DTF huma kkalkolati fuq il-bażi ta’ medja riportata mit-tliet (3) xhur preċedenti, filwaqt li għal K-AUM il-kalkolu hu bbażat fuq is-sena ta’ qabel. Dawn il-fatturi-K huma mmoltiplikati bil-koeffiċjenti korrispondenti stabbiliti f’dan ir-Regolament biex jiġi ddeterminat ir-rekwiżit kapitali. Ir-rekwiżiti kapitali għal K-NPR huma ddeterminati skont is-CRR, u għal K-CON u għal K-TCD bl-użu ta’ applikazzjoni ssimplifikata tar-rekwiżiti korrispondenti skont is-CRR għat-trattament ta’ skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar u għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, rispettivament.

Riskju tal-konċentrazzjoni

Jinħtieġ li d-ditti tal-investiment jimmonitorjaw u jikkontrollaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni tagħhom, inkluż fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Huma biss ditti li mhumiex meqjusa bħala żgħar u mhux interkonnessi li jinħtieġ li jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-riskji tal-konċentrazzjoni tagħhom, pereżempju fil-forma ta’ inadempjenza tal-kontropartijiet tagħhom, fejn iżommu flus il-klijenti, titoli u l-flus tagħhom stess, u r-riskju tal-konċentrazzjoni mill-qligħ tagħhom. Jinħtieġ li dawk id-ditti li jinnegozjaw f’isimhom stess jew jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti għan-nom tagħhom ma jaqbżux skopertura għal kontroparti waħda jew għal kontropartijiet konnessi li tilħaq il-25 % tal-kapital regolatorju tagħhom, soġġetti għal derogi speċifiċi għall-iskoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għal ditti tal-investiment oħra. Dawn il-limiti jistgħu jinqabżu biss jekk jiġu ssodisfati rekwiżiti kapitali addizzjonali ta’ K-CON. Għad-ditti tal-investiment speċjalizzati f’derivattivi ta’ komoditajiet li jista’ jkollhom skoperturi konċentrati kbar għall-gruppi mhux finanzjarji li jappartjenu għalihom, dawn il-limiti jistgħu jinqabżu mingħajr kapital addizzjonali dment li jservu għal finijiet ta’ likwidità tal-grupp sħiħ jew ta’ ġestjoni tar-riskju.

Likwidità

Jinħtieġ li d-ditti tal-investiment ikollhom proċeduri interni biex jimmonitorjaw u jimmaniġġaw il-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħhom u jkunu meħtieġa jżommu minimu ta’ terz mir-rekwiżiti tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom f'assi likwidi. Jinħtieġ li dawn jikkonsistu fil-lista ta’ assi likwidi ta’ kwalità għolja skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità 23 , issupplimentati bil-flus proprji mhux mirhuna tad-ditta (li ma jistgħux jinkludu flus tal-klijenti) u għal ditti żgħar u mhux interkonnessi (dawk mhux soġġetti għal fatturi-K), id-debituri tan-negozju u t-tariffi jew il-kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, id-ditti tal-investiment jistgħu jaqgħu f’livell anqas mil-livell limitu meħtieġ billi jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità, dment li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih.

Rapportar superviżorju u divulgazzjoni pubblika

Id-ditti tal-investiment huma meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-konformità tagħhom mal-qafas prudenzjali f’konformità mar-rekwiżiti dettaljati li għandhom jiġu artikolati fil-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Livell 2. Ditti li huma soġġetti għall-fatturi-K għandhom obbligi ta’ rapportar aktar granulari minn dawk soġġetti għar-rekwiżit kapitali f’termini ta’ kapital minimu permanenti jew inkella ta’ spejjeż ġenerali fissi. Dawn id-ditti għandhom jiddivulgaw pubblikament il-livelli ta’ kapital tagħhom, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom, il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni, u l-arranġamenti ta’ governanza tagħhom filwaqt li ditti żgħar u mhux interkonnessi m’għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni pubblika.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel għal ditti tal-investiment lejn ir-reġim il-ġdid, ir-rekwiżiti kapitali għandhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet introdotti kif ġej. For a period of five years from the date of application of this Regulation, investment firms for which capital requirement under the new regime would more than double compared to their existing capital requirement under the current framework should be allowed to limit their capital requirement to twice their relevant capital requirement under CRR/CRD IV. Further, for this period, new investment firms which were never subject to capital requirements under CRR/CRD IV could apply a limit at twice their fixed overheads requirement, while investment firms which were only subject to a requirement for initial capital under CRR/CRD IV could limit their capital requirement to twice this requirement to mitigate such increases. Fl-aħħar nett, għal perjodu ta’ ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew sad-data tal-applikazzjoni tal-bidliet adottati skont is-CRR/CRD IV dwar ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq skont l-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont liema jiġi l-ewwel, ditti tal-investiment suġġetti għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom fil-portafoll tan-negozjar skont is-CRR eżistenti.

Ditti sistemiċi tal-investiment

Din il-proposta temenda id-definizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Artikolu 4(1)(1) tas-CRR. Dan se jagħti l-istatus ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu lid-ditti ta’ investiment kbar li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tal-Mifid u li jkollhom assi ta’ aktar minn EUR 30 biljun. Bħala konsegwenza, ditti ta’ investiment kbar ta’ importanza sistemika se jkomplu japplikaw is-CRR/CRD IV u se jkunu suġġetti b’mod sħiħ għar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.. Dan jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni individwali u konsolidata tal-impriża prinċipali mill-awtoritajiet kompetenti. Dan se jimplika, fost affarijiet oħra, li l-operazzjonijiet ta’ kumpaniji kbar ta’ investiment stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti fl-unjoni bankarja huma soġġetti għal superviżjoni diretta mill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Dan l-approċċ ikun ukoll konformi ma’ l-iżvilupp regolatorju f’ġurisdizzjonijiet oħra (pereż. fl-Istati Uniti, fl-Isvizzera, fil-Ġappun) fejn, minħabba l-kriżi finanzjarja, it-trattament regolatorju u superviżorju ta’ ditti ta’ investiment sistemiċi qed jiġi dejjem aktar allinjat ma’ dak tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

2017/0359 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, 24

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 25

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-rekwiżiti prudenzjali robusti huma parti integrali mill-kundizzjonijiet regolatorji li fihom l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni. Flimkien mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment huma soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE 26 u għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 27 fir-rigward tat-trattament u tas-superviżjoni prudenzjali tagħhom, filwaqt li l-awtorizzazzjoni tagħhom u rekwiżiti organizzazzjonali u tal-imġiba oħra huma stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/UE 28 .

(2)Ir-reġimi prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma fil-parti l-kbira bbażati fuq iterazzjonijiet suċċessivi tal-istandards regolatorji internazzjonali stabbiliti għal gruppi bankarji kbar mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u jindirizzaw b’mod parzjali biss ir-riskji speċifiċi inerenti għall-attivitajiet diversi tad-ditti tal-investiment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-vulnerabbiltajiet u r-riskji speċifiċi inerenti għad-ditti tal-investiment jiġu indirizzati b’mod speċifiku permezz ta’ arranġamenti prudenzjali xierqa u proporzjonati fil-livell tal-Unjoni.

(3)Ir-riskji li d-ditti tal-investiment infushom iġarrbu u joħolqu għall-klijenti tagħhom u għas-swieq usa’ li joperaw fihom jiddependu fuq in-natura u l-volum tal-attivitajiet tagħhom, inkluż jekk id-ditti tal-investiment jaġixxux bħala aġenti għall-klijenti tagħhom u ma jkunux parti għat-tranżazzjonijiet li jirriżultaw infushom, jew jekk jaġixxux bħala prinċipali għan-negozji.

(4)Jenħtieġ li rekwiżiti prudenzjali solidi jiżguraw li d-ditti tal-investiment jiġu ġestiti b’mod ordinat u fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom. Jenħtieġ li jieħdu f’kunsiderazzjoni l-potenzjal li d-ditti tal-investiment u l-klijenti tagħhom jidħlu għal teħid ta' riskju eċċessiv u l-gradi differenti ta’ riskju mġarrab u maħluq mid-ditti tal-investiment. Bl-istess mod, jenħtieġ li r-rekwiżiti prudenzjali jimmiraw li jevitaw piż amministrattiv żejjed fuq id-ditti tal-investiment.

(5)Ħafna mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE huma mfassla biex jindirizzaw ir-riskji komuni affaċċjati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti eżistenti huma fil-parti l-kbira kkalibrati biex jippreservaw il-kapaċità ta' self tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tul iċ-ċikli ekonomiċi u biex jiġu protetti d-depożitanti u l-kontribwenti minn falliment possibbli, u mhumiex imfassla biex jindirizzaw il-profili tar-riskju differenti tad-ditti tal-investiment. Id-ditti tal-investiment m’għandhomx portafolli kbar ta’ self fil-livell tal-konsumatur u korporattiv u ma jiħdux depożiti. Il-probabbiltà li l-falliment tagħhom jista’ jkollu impatti detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ġenerali hi inqas milli fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’hekk, ir-riskji affaċċjati u maħluqa mid-ditti tal-investiment huma sostanzjalment differenti mir-riskji affaċċjati u maħluqa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jenħtieġ li t-tali differenza tkun riflessa biċ-ċar fil-qafas prudenzjali tal-Unjoni.

(6)Ir-rekwiżiti prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE li d-ditti tal-investiment huma soġġetti għalihom huma bbażati fuq dawk tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Id-ditti tal-investiment li l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tagħhom hu limitat għal servizzi ta’ investiment speċifiċi li mhumiex fil-mira tal-qafas prudenzjali attwali huma soġġetti għal ħafna eżenzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti. Dan jirrikonoxxi li f’din il-kapaċità dawn id-ditti ma jġarrbux riskji tal-istess natura bħall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Ditti tal-investiment li jwettqu attivitajiet li huma fil-mira tal-qafas attwali u li jinvolvu negozjar fi strumenti finanzjarji iżda fuq bażi limitata, huma soġġetti għar-rekwiżiti korrispondenti tal-qafas f’termini ta’ kapital, iżda jista’ jkollhom eżenzjonijiet f’oqsma oħra bħal-likwidità, l-iskoperturi kbar u l-ingranaġġ. Ditti tal-investiment b’ambitu ta’ awtorizzazzjoni li mhuwiex soġġett għal dawn il-limitazzjonijiet huma soġġetti għall-qafas sħiħ flimkien mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(7)In-negozjar ta’ strumenti finanzjarji, kemm għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, ta’ ħħeġġjar u ta’ ġestjoni tal-likwidità jew għat-teħid ta’ pożizzjonijiet direzzjonali dwar il-valur tal-istrumenti maż-żmien, hu attività li fiha kemm l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll id-ditti tal-investiment huma awtorizzati jinnegozjaw f’isimhom stess u li diġà hu indirizzat mill-qafas prudenzjali tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Għalhekk, biex jiġu evitati kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni li jistgħu jwasslu għal arbitraġġ regolatorju bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment f’dan il-qasam, jinħtieġ li r-rekwiżiti kapitali li jirriżultaw minn dawn ir-regoli biex ikopru dan ir-riskju jkomplu japplikaw għal dawn id-ditti tal-investiment. L-iskoperturi ta’ dawn id-ditti tal-investiment għall-kontropartijiet tan-negozjar tagħhom fi tranżazzjonijiet speċifiċi u r-rekwiżiti kapitali korrispondenti huma koperti wkoll mir-regoli u, għalhekk, jenħtieġ li jibqgħu japplikaw b’mod issimplifikat. Finalment, ir-regoli dwar l-iskoperturi kbar tal-qafas kurrenti huma rilevanti wkoll meta l-iskoperturi li jiġu nnegozjati ta’ dawn id-ditti tal-investiment għal kontropartijiet speċifiċi jkunu partikolarment kbar u b'hekk jiġġeneraw sors ikkonċentrat b’mod eċċessiv ta’ riskju għal ditta tal-investiment mill-inadempjenza tal-kontroparti. Għalhekk, jinħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet ikomplu japplikaw għad-ditti tal-investiment b’mod issimplifikat.

(8)Id-differenzi fl-applikazzjoni tal-qafas eżistenti fi Stati Membri differenti jheddu l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għad-ditti tal-investiment fl-Unjoni. Dawn id-differenzi jirriżultaw mill-kumplessità ġenerali tal-applikazzjoni tal-qafas għal ditti tal-investiment differenti fuq il-bażi tas-servizzi li jipprovdu, fejn xi awtoritajiet nazzjonali jaġġustaw jew jissimplifikaw it-tali applikazzjoni fid-dritt jew fil-prattika nazzjonali. Billi l-qafas prudenzjali eżistenti ma jindirizzax ir-riskji kollha affaċċjati u maħluqa minn ċerti tipi ta’ ditti tal-investiment, ġew applikati supplimentazzjonijiet kapitali kbar għal ċerti ditti tal-investiment f’ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi li jindirizzaw dawk ir-riskji biex tiġi żgurata superviżjoni prudenzjali armonizzata tad-ditti tal-investiment madwar l-Unjoni.

(9)Għaldaqstant hemm bżonn ta’ reġim prudenzjali speċifiku għal ditti tal-investiment li mhumiex sistemiċi fid-dawl tad-daqs u tal-interkonnessjoni tagħhom ma’ atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra. Jenħtieġ li, madankollu, id-ditti sistemiċi tal-investiment jibqgħu soġġetti għall-qafas prudenzjali eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. Dawk id-ditti tal-investiment huma subsett ta’ ditti tal-investiment li għalihom bħalissa japplika l-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE u ma jibbenefikawx minn eżenzjonijiet iddedikati minn kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti prinċipali tiegħu. L-akbar u l-aktar ditti tal-investiment interkonnessi għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti – dawn jipprovdu servizzi “qishom bankarji” u jissottoskrivu riskji fuq skala sinifikanti. Għaldaqstant, xieraq li dawk id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE. Barra minn hekk, ditti sistemiċi tal-investiment huma kbar biżżejjed, u għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li jirrappreżentaw theddida għall-funzjonament stabbli u ordnat tas-swieq finanzjarji bl-istess mod bħal istituzzjonijiet ta’ kreditu kbar.

(10)Ir-reġim prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment li, minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom ma’ atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra, mhumiex meqjusa sistemiċi jenħtieġ li jindirizza l-prattiki kummerċjali speċifiċi ta’ tipi differenti ta’ ditti tal-investiment. Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment bl-akbar possibbiltà li jiġġeneraw riskji għall-klijenti, għas-swieq jew għall-funzjonament ordnat tad-ditti tal-investiment infushom ikunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ċari u effettivi mfassla għal dawk ir-riskji speċifiċi. Dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jenħtieġ li jiġu kkalibrati b’mod proporzjonat għat-tip ta’ ditta tal-investiment, għall-aħjar interessi tal-klijenti ta’ dak it-tip ta’ ditta tal-investiment u għall-promozzjoni tal-funzjonament mexxej u ordnat tas-swieq li fihom joperaw dawk it-tipi ta’ ditti tal-investiment. Jenħtieġ li dawn jimmitigaw l-oqsma identifikati ta’ riskju u jgħinu fl-iżgurar li, jekk ditta tal-investiment tfalli, din tkun tista’ tiġi stralċata b’mod ordnat bi tfixkil minimu għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.

(11)Ir-reġim prudenzjali għad-ditti tal-investiment li, minħabba d-daqs u l-interkonnessjoni tagħhom ma’ atturi finanzjarji u ekonomiċi oħra, mhumiex meqjusa sistemiċi jenħtieġ li japplika għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali. Madankollu, billi r-riskji mġarrba minn ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment huma limitati fil-parti l-kbira tagħhom, jenħtieġ li dawn jitħallew iħaddmu eżenzjoni mir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi fejn ikunu parti minn grupp bankarju bi kwartieri ġenerali u soġġetti għas-superviżjoni konsolidata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fl-istess Stat Membru, billi f’każijiet bħal dawn l-applikazzjoni konsolidata tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE għall-grupp jinħtieġ li tkopri dawk ir-riskji b’mod adegwat. Biex jiġi rifless it-trattament eżistenti possibbli ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE, jinħtieġ li l-impriża prinċipali fit-tali gruppi jkollha biżżejjed kapital biex tappoġġa l-valur kontabilistiku tal-parteċipazzjonijiet tagħha fis-sussidjarji. Barra minn hekk, biex ikunu koperti każijiet li fihom it-tali gruppi ta’ ditti tal-investiment iġarrbu grad akbar ta’ riskju jew ta’ interkonnessjoni, dawn jistgħu jiġu soġġetti għal rekwiżiti kapitali fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp.

(12)Biex id-ditti tal-investiment ikunu jistgħu jkomplu jibbażaw fuq il-fondi proprji eżistenti tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont il-qafas prudenzjali speċifiku għad-ditti tal-investiment, jenħtieġ li d-definizzjoni u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dan jinkludi tnaqqis sħiħ mill-entrati tal-karta bilanċjali u mill-fondi proprji f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħal assi ta' taxxa differita u parteċipazzjonijiet ta’ strumenti kapitali ta’ entitajiet oħra tas-settur finanzjarju. Madankollu, jinħtieġ li d-ditti tal-investiment jkunu jistgħu jeżentaw parteċipazzjonijiet mhux sinifikanti ta’ strumenti kapitali f’entitajiet tas-settur finanzjarju mit-tnaqqis jekk jinżammu għal skopijiet ta’ negozjar biex jappoġġaw il-ġenerazzjoni tas-suq f’dawn l-istrumenti. Biex jallinjaw il-kompożizzjoni tal-fondi proprji mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li mill-inqas 56% tar-rekwiżit kapitali jiġi ssodisfat mid-ditti tal-investiment ma’ entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, filwaqt li entrati tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali jistgħu jkunu eliġibbli sa 44% u sa 25% tal-kapital regolatorju, rispettivament.

(13)Biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment dejjem ikunu jistgħu joperaw fuq il-bażi tal-livell ta’ kapital meħtieġ għall-awtorizzazzjoni tagħhom, jenħtieġ li, f’kull waqt, id-ditti tal-investiment jissodisfaw rekwiżit kapitali minimu permanenti daqs il-kapital inizjali meħtieġ għall-awtorizzazzjoni biex iwettqu s-servizzi ta’ investiment rilevanti stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) ----/--/[IFD].

(14)Biex tiġi żgurata applikazzjoni sempliċi tar-rekwiżit kapitali minimu għal ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment, jenħtieġ li dawn ikollhom kapital li jlaħħaq mal-ogħla bejn ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom jew kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom imkejla fuq il-bażi tal-attività tagħhom tas-sena preċedenti f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 29 .

(15)Biex jingħata kont lir-riskji akbar ta’ ditti tal-investiment li mhumiex żgħar u mhux interkonnessi, jenħtieġ li r-rekwiżit kapitali minimu għalihom ikun is-somma tal-ogħla bejn ir-rekwiżit kapitali minimu tagħhom, kwart mill-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għas-sena preċedenti, jew inkella s-somma tar-rekwiżit tagħhom skont is-sett ta’ fatturi ta’ riskju mfassla għad-ditti tal-investiment (“fatturi-K”) li jistabbilixxi l-kapital b’rabta mar-riskji f’linji ta’ azzjoni speċifiċi tad-ditti tal-investiment.

(16)Jinħtieġ li d-ditti tal-investiment jitqiesu li huma żgħar u mhux interkonnessi għal-finijiet tar-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għad-ditti tal-investiment meta ma jwettqux servizzi ta’ investiment li jġorru riskju għoli għall-klijenti, għas-swieq jew għalihom stess u li d-daqs tagħhom ifisser li għandhom anqas probabbiltà li jikkawżaw impatti negattivi mifruxa għall-klijenti u għas-swieq f’każ li jimmaterjalizzaw riskji inerenti fin-negozju tagħhom jew f’każ li jfallu. Għalhekk, jenħtieġ li ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment jiġu ddefiniti bħala dawk li ma jinnegozjawx f’isimhom jew li jġarrbu riskju min-negozjar ta’ strumenti finanzjarji, m’għandhomx assi jew flus ta’ klijenti taħt il-kontroll tagħhom, għandhom assi kemm taħt immaniġġar ta’ portafolli diskrezzjonali u arranġamenti mhux diskrezzjonali (ta’ konsulenza) ta’ anqas minn EUR 1,2 biljun, jimmaniġġaw anqas minn EUR 100 miljun kull jum f’ordnijiet tal-klijenti f’negozji fi flus jew EUR 1 biljun kull jum f’derivattivi, u għandhom karta bilanċjali iżgħar minn EUR 100 miljun u dħul annwali gross totali mit-twettiq tas-servizzi ta’ investiment tagħhom ta’ anqas minn EUR 30 miljun.

(17)Biex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u jitnaqqas l-inċentiv għad-ditti tal-investiment biex jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom biex jevitaw milli jaqbżu l-livelli limitu li jekk jaqbżuhom ma jikkwalifikawx bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi, il-livelli limitu għall-assi mmaniġġati, għall-ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati, għad-daqs tal-karta bilanċjali u għad-dħul gross totali jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi kkombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti mill-istess grupp. Il-kriterji l-oħrajn, jiġifieri jekk ditta tal-investiment iżżommx flus tal-klijenti, tamministrax jew tissalvagwardjax assi tal-klijenti, jew tinnegozjax strumenti finanzjarji u ġġarrabx riskju tas-suq jew tal-kontroparti, huma binarji u ma jħallu ebda lok għat-tali ristrutturar u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi individwali. Biex jiġu koperti l-mudelli kummerċjali li qed jevolvu u r-riskji li jirrappreżentaw fuq bażi kontinwa, dawn il-kriterji u l-livelli limitu jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi ta’ tmiem il-jum, bl-eċċezzjoni taż-żamma ta’ flus tal-klijenti li jenħtieġ li tiġi vvalutata fuq bażi ta’ dakinhar u d-daqs tal-karta bilanċjali u d-dħul gross totali li jenħtieġ li jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tad-ditta tal-investiment fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja.

(18)Ditta tal-investiment li taqbeż il-livelli limitu regolatorji jew tonqos milli tissodisfa l-kriterji l-oħra jenħtieġ li ma tkunx meqjusa bħala waħda żgħira u mhux interkonnessa u jenħtieġ li tiġi soġġetta għar-rekwiżiti għad-ditti tal-investiment l-oħra, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan jinċentiva lid-ditti tal-investiment biex jippjanaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom biex jikkwalifikaw biċ-ċar bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi. Għal ditta tal-investiment li ma tissodisfax ir-rekwiżiti biex titqies bħala żgħira u mhux interkonnessa bl-għan li tikkwalifika għat-tali trattament, jenħtieġ li tiġi pprovduta fażi ta’ monitoraġġ fejn dik id-ditta tissodisfa l-kriterji u tibqa’ f’livelli anqas mil-livelli limitu rilevanti għal mill-inqas sitt xhur konsekuttivi.

(19)Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jikkalkolaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom b’referenza għal sett ta’ fatturi-K li jkopru r-Riskju Għall-Klijent (“RtC”), ir-Riskju għas-Suq (“RtM”) u r-Riskju għad-Ditta (“RtF”). Il-fatturi-K taħt l-RtC ikopru assi mmaniġġati tal-klijenti u pariri kontinwi (K-AUM), assi ssalvagwardjati u amministrati (K-ASA), flus tal-klijenti miżmuma (K-CMH), u ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati (K-COH).

(20)Il-fattur-K taħt l-RtM ikopri r-riskju ta' pożizzjoni netta (K-NPR) f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tas-suq tas-CRR jew, meta permess mill-awtorità kompetenti għal tipi speċifiċi ta’ ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom permezz ta’ membri tal-ikklerjar, fuq il-bażi tal-marġini li ddaħħlu għand membru tal-ikklerjar ta’ ditta tal-investiment (K-CMG).

(21)Il-fatturi-K taħt l-RtF ikopru l-iskopertura ta’ ditta tal-investiment għall-inadempjenza tal-kontropartijiet tan-negozjar tagħhom (K-TCD) f’konformità mad-dispożizzjonijiet issimplifikati għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fuq il-bażi tas-CRR, ir-riskju tal-konċentrazzjoni fi skoperturi kbar ta’ ditta tal-investiment għal kontropartijiet speċifiċi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tas-CRR għal riskju ta’ skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar (K-CON), u riskji operazzjonali mill-fluss ta’ negozjar ta’ kuljum ta’ ditta tal-investiment (K-DTF).

(22)Ir-rekwiżit kapitali kumplessivi taħt il-fatturi-K hu s-somma tar-rekwiżiti tal-fatturi-K skont l-RtC, l-RtM u l-RtF. K-AUM, K-ASA, K-CMH, K-COH u K-DTF huma relatati mal-volum ta’ attività li jsir riferiment għalih minn kull fattur-K. Il-volumi għal K-CMH, għal K-ASA, għal K-COH u għal K-DTF huma kkalkolati fuq il-bażi ta’ medja riportata mit-tliet xhur preċedenti, filwaqt li għall-K-AUM il-kalkolu hu bbażat fuq is-sena ta’ qabel. Il-volumi huma mmultiplikati bil-koeffiċjenti korrispondenti stabbiliti f’dan ir-Regolament biex jiġi ddeterminat ir-rekwiżit kapitali. Ir-rekwiżiti kapitali għal K-NPR huma dderivati mis-CRR, filwaqt li r-rekwiżiti kapitali għal K-CON u għal K-TCD jużaw applikazzjoni ssimplifikata tar-rekwiżiti korrispondenti skont is-CRR għat-trattament ta’ skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar u tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, rispettivament. L-ammont ta’ fattur-K hu żero jekk ditta ma twettaqx l-attività rilevanti.

(23)Il-fatturi-K taħt l-RtC huma indikaturi li jkopru l-linji ta’ azzjoni tad-ditti tal-investiment li minnhom jista’ jiġi supponut li jiġi ġġenerat dannu għall-klijenti jekk jinqalgħu problemi. Il-fattur K-AUM ikopri r-riskju ta’ dannu għall-klijenti minn immaniġġar diskrezzjonali żbaljat tal-portafolli tal-klijenti jew eżekuzzjoni dgħajfa u jipprovdi serħan il-moħħ u l-klijent jibbenefika f’termini tal-kontinwità tas-servizz tal-immaniġġar ta’ portafolli fis-seħħ u tal-pariri. K-ASA jkopri r-riskju ta’ salvagwardja u ta’ amministrazzjoni tal-assi tal-klijenti, u jiżgura li d-ditti tal-investiment iżommu kapital proporzjonat għat-tali bilanċi, indipendentement minn jekk dawn ikunux fuq il-karta bilanċjali tagħha stess jew segregati f’kontijiet oħra. K-CMH ikopri r-riskju ta’ potenzjal ta’ dannu meta ditta tal-investiment iżżomm il-flus tal-klijenti tagħha, indipendentement minn jekk dawn ikunux fuq il-karta bilanċjali tagħha stess jew segregati f’kontijiet oħra. K-COH ikopri r-riskju potenzjali għall-klijenti ta’ ditta li teżegwixxi l-ordnijiet tagħha (f’isem il-klijent, u mhux f’isem id-ditta nfisha), pereżempju bħala parti mis-servizzi ta’ eżekuzzjoni biss għall-klijenti jew meta ditta tkun parti minn katina għall-ordnijiet tal-klijenti.

(24)Il-fattur-K għall-RtM għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom hu bbażat fuq ir-regoli għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji, f’munita barranija, u f’komoditajiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat 30 . Dan jippermetti biex id-ditti tal-investiment jagħżlu li japplikaw l-approċċ standardizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (approċċ standardizzat issimplifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat) jekk l-assi tagħhom ikunu anqas minn EUR 300 miljun jew l-approċċ standardizzat rivedut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat kif ukoll l-għażla li jużaw mudelli interni. Fl-aħħar żewġ każijiet, ir-rekwiżit kapitali li rriżulta jista’ jitnaqqas għal 65%, biex b’hekk issir permanenti l-possibbiltà skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat li dan jiġi applikat fuq bażi temporanja għal tliet snin, biex tittieħed f’kunsiderazzjoni r-rilevanza prudenzjali ġeneralment inferjuri tad-ditti tal-investiment. Inkella, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jenħtieġ li r-rekwiżit kapitali tad-ditti li jinnegozjaw u li għandhom negozju kklerjat ċentralment ikunu daqs il-marġinijiet li ddaħħlu għand il-membru tal-ikklerjar tagħhom.

(25)Għad-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess, il-fatturi-K għal K-TCD u għal K-CON skont l-RtF jikkostitwixxu applikazzjoni ssimplifikata tar-regoli tas-CRR dwar ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju ta’ skopertura kbira, rispettivament. K-TCD ikopri r-riskju għal ditta tal-investiment ta’ kontropartijiet f’derivattivi barra l-Borża (OTC), fi tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, fi tranżazzjonijiet ta’ għoti jew ta’ teħid b’self ta’ titoli u ta’ komoditajiet, fi tranżazzjonijiet ta’ saldu twil u fi transazzjonijiet ta’ self b'marġni li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom billi jimmoltiplikaw il-valur tal-iskoperturi, fuq il-bażi tal-kost ta’ sostituzzjoni u supplimentazzjoni għal skopertura futura potenzjali, bil-fatturi ta’ riskju bbażati fuq ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, b’kunsiderazzjoni tal-effetti ta’ mitigazzjoni tan-netting effettiv u tal-iskambju ta’ kollateral. K-CON ikopri r-riskju tal-konċentrazzjoni b’rabta ma’ kontropartijiet individwali jew ferm konnessi mis-settur privat li magħhom id-ditti jkollhom skoperturi akbar minn 25% tal-kapital regolatorju tagħhom, jew livelli limitu alternattivi speċifiċi b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ma’ ditti tal-investiment orħa, billi jimponi supplimentazzjoni kapitali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi eċċessivi ogħla minn dawn il-limiti. Finalment, K-DTF ikopri r-riskji operazzjonali għal ditta tal-investiment f’volumi kbar ta’ negozji konklużi f’isimha stess jew għal klijenti għan-nom tagħha stess f’jum wieħed li jistgħu jirriżultaw minn proċessi, nies u sistemi interni inadegwati jew li fallew jew minn avvenimenti esterni, fuq il-bażi tal-valur nozzjonali tan-negozji ta’ kuljum.

(26)Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jimmonitorjaw u jikkontrollaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni tagħhom, inkluż fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Madankollu, ditti tal-investiment li huma soġġetti għal rekwiżit kapitali minimu biss skont il-fatturi-K jenħtieġ li jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-riskji tal-konċentrazzjoni tagħhom. Għal ditti tal-investiment speċjalizzati f’derivattivi ta’ komoditajiet bi skoperturi kkonċentrati kbar għall-gruppi mhux finanzjarji li jappartjenu għalihom, il-limiti għar-riskju tal-konċentrazzjoni jistgħu jinqabżu mingħajr kapital addizzjonali taħt K-CON dment li huma jaqdu skopijiet ta’ likwidità għall-grupp sħiħ jew ta’ ġestjoni tar-riskju.

(27)Jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jkollhom proċeduri interni biex jissorveljaw u jimmaniġġaw ir-rekwiżiti ta’ likwidità tagħhom. Jenħtieġ li dawn il-proċeduri jgħinu fl-iżgurar li huma jkunu jistgħu jiffunzjonaw b’mod ordnat maż-żmien, mingħajr ma jinvolvu ħtieġa li titwarrab likwidità b’mod speċifiku għal żminijiet ta’ stress. Għal dan l-għan, jenħtieġ li d-ditti tal-investiment kollha jżommu minimu ta’ terz mir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom f’assi likwidi f’kull waqt. Jenħtieġ li dawk l-assi likwidi jkunu ta’ kwalità għolja u allinjati ma’ dawk elenkati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 dwar il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità 31 flimkien mat-telf impost li japplika għal dawn l-assi skont dak ir-Regolament Delegat. Biex tiġi koperta d-differenza fil-profili tal-likwidità tad-ditti tal-investiment meta mqabbla mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-lista ta’ assi likwidi jenħtieġ li tiġi ssupplimentata mill-flus proprji mhux mirhuna tad-ditta (li jenħtieġ li ma tinkludix flus tal-klijenti). Ditti żgħar u mhux interkonnessi jistgħu jinkludu wkoll entrati relatati mad-debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum bħala assi likwidi, dment li dawn ma jaqbżux it-terz tar-rekwiżit minimu tal-likwidità, ma jgħoddux għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali tal-likwidità impost mill-awtorità kompetenti, u li dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta’ 50%. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, id-ditti tal-investiment jenħtieġ li jitħallew jaqgħu f’livell anqas mil-livell limitu meħtieġ billi jimmonetizzaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru r-rekwiżiti ta’ likwidità, dment li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih. Il-garanziji finanzjarji kollha pprovduti lill-klijenti li jistgħu jwasslu għal ħtiġijiet ta’ likwidità akbar jekk skattati, jenħtieġ li jnaqqsu l-ammont ta’ assi likwidi disponibbli b’mill-inqas 1,6% tal-valur totali tat-tali garanziji.

(28)Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ta’ rapportar regolatorju korrispondenti proporzjonat flimkien mar-reġim prudenzjali l-ġdid u jenħtieġ li dan jitfassal bir-reqqa għan-negozju tad-ditti tal-investiment u għar-rekwiżiti tal-qafas prudenzjali. Jenħtieġ li l-obbligi ta’ rapportar għad-ditti tal-investiment jikkonċernaw il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom, il-bażi għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom, il-profil tal-attività u d-daqs tagħhom b’rabta mal-parametri għall-kunsiderazzjoni tad-ditti tal-investiment bħala żgħar u mhux interkonnessi, ir-rekwiżiti ta’ likwidità tagħhom u l-aderenza tagħhom għad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju tal-konċentrazzjoni. Jenħtieġ li l-EBA tiġi inkarigata bl-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika ulterjorment il-mudelli u l-arranġamenti dettaljati għal dak ir-rapportar regolatorju u jenħtieġ li dawk l-istandards ikunu proporzjonati għall-iskala u għall-kumplessità ta’ ditti tal-investiment differenti u jenħtieġ li b’mod partikolari jqisu jekk id-ditti tal-investiment għandhomx jitqiesu bħala żgħar u mhux interkonnessi.

(29)Biex jipprovdu trasparenza lill-investituri tagħhom u lis-swieq usa’, id-ditti tal-investiment li mhumiex meqjusa bħala żgħar u mhux interkonnessi jenħtieġ li jiddivulgaw pubblikament il-livelli ta’ kapital tagħhom, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom, l-arranġamenti ta’ governanza tagħhom u l-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom. It-trasparenza dwar ir-remunerazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin taqdi l-interess ġenerali ta’ kontribuzzjoni għal swieq finanzjarji solidi u stabbli, fid-dawl tar-rwol importanti ta’ dawn il-persuni li jaqilgħu pagi għoljin fit-tmexxija tan-negozju u fil-prestazzjoni fit-tul tad-ditti tal-investiment. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-divulgazzjoni tar-remunerazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin hi meħtieġa fuq bażi aggregata. Jinħtieġ li ditti żgħar u mhux interkonnessi ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta' divulgazzjoni pubblika, ħlief meta dawn joħorġu strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali biex jipprovdu trasparenza lill-investituri f’dawn l-istrumenti.

(30)Sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni mingħajr problemi għal ditti ta’ investiment, mir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament u d-Direttiva (UE) ----/-- [IFD], huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali xierqa. B’mod partikolari, għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ditti ta’ investiment li għalihom ir-rekwiżiti kapitali skont dan ir-Regolament ikunu aktar mid-doppju meta mqabbel mar-rekwiżit kapitali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jimmitigatw l-effetti ta’ żidiet potenzjali billi jillimitaw ir-rekwiżit kapitali għad-doppju tar-rekwiżit kapital rilevanti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE.

Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ ġdid għad-ditti ta’ investiment ġodda bi profili simili għad-ditti eżistenti, id-ditti ta’ investiment li qatt ma kienu soġġetti għar-rekwiżiti kapitali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jentieġ li jkunu jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont dan ir-Regolament għad-doppju tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Bl-istess mod, id-ditti tal-investiment li kienu biss soġġetti għal rekwiżit kapitali inizjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u li għalihom ir-rekwiżiti kapitali skont dan ir-Regolament se aktar milli jirduppjaw meta mqabbla mas-sitwazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom skont dan ir-Regolament għad-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dawn il-miżuri tranżizzjonali jinħtieġ, meta applikabbli, ikunu disponibbli wkoll għad-ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 498 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jeżenta lil dawn id-ditti mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dak ir-Regolament, għax ir-rekwiżiti għall-kapital inizjali fir-rigward ta’ dawn id-ditti ta’ investiment jiddependi fuq is-servizzi jew l-attivitajiet ta’ investiment li jipprovdu. Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kkalkulati fuq dawn il-livelli applikabbli. 

Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew sad-data tal-applikazzjoni tal-bidliet adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq skont l-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont liema jiġi l-ewwel, ditti tal-investiment suġġetti għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jibqgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tagħhom fil-portafoll tan-negozjar skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(31)L-akbar ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi importanti tas-suq tal-operaturi u servizzi bankarji importanti ta’ investiment (li jinnegozjaw f’isimhom stess fi strumenti finanzjarji jew jissottoskrivu strumenti finanzjarji jew iqiegħdu strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod) għandhom mudelli kummerċjali u profili tar-riskju li huma simili għal dawk ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti. L-attivitajiet tagħhom jiskopru lid-ditti għar-riskju ta’ kreditu, primarjament fil-forma fil-forma ta’ riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ukoll ta’ riskju tas-suq għal pożizzjonijiet li jieħdu għalihom stess, b’rabta mal-klijenti u anki jekk le. B'hekk, dawn jippreżentaw riskju għall-istabbiltà finanzjarja, minħabba d-daqs u l-importanza sistemika tagħhom.

(32)Dawk id-ditti l-kbar jippreżentaw sfida addizzjonali għas-superviżjoni prudenzjali effettiva tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Għad li l-akbar ditti tal-investiment jipprovdu servizzi bankarji ta’ investiment b’mod transfruntier fuq skala sinifikanti, bħala ditti tal-investiment dawn huma soġġetti għal superviżjoni prudenzjali mill-awtoritajiet innominati skont id-Direttiva 2004/39/UE, li mhux bilfors ikunu l-istess awtoritajiet kompetenti bħal dawk iddeżinjati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, u dan jista’ jirriżulta f’kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE fl-Unjoni. Dan jipprevjeni lis-superviżuri milli jiksbu perspettiva prudenzjali ġenerali li hi essenzali għall-indirizzar effettiv tar-riskji assoċjati ma’ ditti transfruntiera kbar. Konsegwentemnet, is-superviżjoni prudenzjali tista’ ssir anqas effettiva u tista’ anki tfixkel il-kompetizzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-akbar ditti tal-investiment jingħataw l-istatus ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu biex joħolqu sinerġiji mis-superviżjoni ta’ attivitajiet transfruntiera tas-suq tal-operaturi fi grupp ta’ pari, biex jiġu promossi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, u tkun tista’ ssir superviżjoni konsistenti bejn il-gruppi.

(33)Dawk id-ditti, bis-saħħa li se jsiru istituzzjonijiet ta’ kreditu, jenħtieġ għalhekk li jibqgħu japplikaw ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, ikunu soġġetti għas-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Dan jiżgura li s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tiġi implimentata b’mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fid-dawl tal-importanza sistemika tagħhom. Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw sitwazzjonijiet fejn gruppi potenzjalment sistemiċi jistrutturaw l-operazzjonijiet tagħhom b’tali mod li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1) (b) u jevitaw l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2013/36/UE.

(34)Barra minn hekk, is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata timmira li tiżgura, fost l-oħrajn, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u, sabiex tkun effettiva, jenħtieġ li tiġi applikata għall-gruppi kollha, inklużi dawk li l-impriża prinċipali tagħhom ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment.. Għalhekk, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha, inklużi dawk li qabel kellhom l-istatus ta’ ditti ta’ investiment, jenħtieġ li jkunu suġġetti għar-regoli dwar is-superviżjoni individwali u konsolidata tal-impriża prinċipali mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima I tal-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.

(35)Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 introduċa reġim armonizzat tal-Unjoni għall-għoti ta’ aċċess għal ditti ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ investiment u attivitajiet lil kontropartijiet eliġibbli u lil klijenti professjonali li huma stabbiliti fl-Unjoni. L-aċċess għas-suq intern huwa kundizzjonali fuq li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza u li l-ESMA tirreġistra lid-ditta mill-pajjiż terz. Huwa importanti li l-valutazzjoni tal-ekwivalenza ssir fuq il-bażi tal-liġi applikabbli rilevanti tal-Unjoni u li jkun hemm l-għodda effettivi biex jimmonitorjaw li l-kundizzjonijiet li fihom tkun ingħatat l-ekwivalenza. Għal dawn ir-raġunijiet, ditti reġistrati minn pajjiżi terzi jinħtieġ li jkunu meħtieġa jirrapportaw kull sena lill-ESMA informazzjoni dwar l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni. Kooperazzjoni superviżorja fir-rigward tal-monitoraġġ, l-infurzar u t-twettiq tal-kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza jinħtieġ li titjieb ukoll.

(36)Biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-investitur kif ukoll l-integrità u l-istabilità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, il-Kummissjoni, meta tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza, jenħtieġ li tqis ir-riskji potenzjali li joħolqu s-servizzi u l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz jistgħu jwettqu fl-Unjoni wara dik id-deċiżjoni. L-importanza sistemika tagħhom jenħtieġ titqies abbażi ta’ kriterji bħalma huma l-iskala u l-ambitu probabbli tal-forniment ta’ servizz u ta’ twettiq ta’ attivitajiet mid-ditti mill-pajjiż terz ikkonċernat. Għall-istess għan, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra xieraq li tqies jekk pajjiż terz huwiex identifikata bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 32 .

(37)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jwaqqaf qafas prudenzjali effettiv u proporzjonat biex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment, li huma awtorizzati joperaw fl-Unjoni joperaw fuq bażi finanzjarjament solida u huma ġestiti b’mod ordnat inkluż, fejn rilevanti, fl-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(38)L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), bil-parteċipazzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), ħarġet rapport ibbażat fuq analiżi ta’ sfond, ġbir ta’ data u konsultazzjoni dettaljati għal reġim prudenzjali ppersonalizzat għad-ditti mhux sistemiċi kollha tal-investiment li jservi bħala l-bażi għall-qafas prudenzjali rivedut għad-ditti tal-investiment.

(39)Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-EBA tiġi inkarigata bl-abbozzar tal-istandards tekniċi għall-ispeċifikar tal-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi, tal-kalkolu għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti kapitali daqs il-marġni inizjali li ddaħħal bil-membri tal-ikklerjar, u l-mudelli għad-divulgazzjonijiet pubbliċi u għar-rapportar regolatorju meħtieġa skont dan ir-Regolament.

(40)Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament u ta’ aġġustament tekniku għall-elementi mhux essenzjali tar-rekwiżiti kapitali f’dan ir-Regolament. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(41)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni tal-EBA rigward il-mudelli ta’ divulgazzjoni u ta’ rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni.

(42)Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jiġu evitati duplikazzjonijiet bejn il-qafas prudenzjali attwali applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għad-ditti ta’ investiment u dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jiġu emendati biex id-ditti ta’ investiment jitneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Madankollu, ditti ta’ investiment li huma parti minn grupp bankarju jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2013/36/UE li huma rilevanti għall-grupp bankarju, bħad-dispożizzjonijiet dwar impriża prinċipali intermedja tal-UE msemmija fl-[Artikolu 21b] tad-Direttiva 2013/36/UE u ir-regoli dwar il-konsolidament prudenzjali stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu 2 tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għal ditti ta’ investiment li huma awtorizzati u taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE u taħt superviżjoni għall-konformità ma’ rekwiżiti prudenzjali skont id-Direttiva (UE) ----/--[IFD] fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)rekwiżiti kapitali relatati ma’ elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju għad-ditta, tar-riskju għall-klijenti u tar-riskju għas-suq;

(b)rekwiżiti li jillimitaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni;

(c)rekwiżiti tal-likwidità relatati ma’ elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju tal-likwidità;

(d)rekwiżiit ta’ rapportar relatati mal-punti (a), (b) u (c);

(e)rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Artikolu 2

Setgħat superviżorji

Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Artikolu 3 
Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar strett
i mid-ditti tal-investiment

Dan ir-Regolament ma jostakolax lid-ditti tal-investiment milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f’eċċess ta’, jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4
Defin
izzjonijiet

1.Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża ta’ servizzi anċillari kif definita fl-Artikolu 4(1)(18) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2)“klijent” tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)“negozjanti tal-komoditajiet” tfisser negozjanti tal-komoditajiet kif definiti fl-Artikolu 4(1)(145) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(4)“derivattivi ta’ komoditajiet” tfisser derivattivi ta’ komoditajiet kif definiti fl-Artikolu 2(1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(5)“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(6)“istituzzjonijiet ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7)“fluss tan-negozjar ta’ kuljum” tfisser il-valur tat-tranżazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar fejn id-ditta tkun qed tinnegozja f’isimha stess, sew jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent;

(8)“negozjar akkont tagħhom infushom” tfisser negozjar fl-istess isem kif definit fl-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(9)“derivattivi” tfisser derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1)(29) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014; 

(10)“sitwazzjoni ta’ konsolidazzjoni tal-fattur-K” tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-fatturi-K għal ditta tal-investiment daqslikieku dik id-ditta tal-investiment kienet tifforma ditta tal-investiment waħda flimkien ma’ entità oħra waħda jew aktar fl-istess grupp;

(11)“eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti” tfisser eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta’ klijenti kif definita fl-Artikolu 4(1)(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(12)“skopertura” tfisser dan li ġej:

(a)għall-finijiet tal-limiti tar-riskju tal-konċentrazzjoni, kwalunkwe assi jew entrata ma tidhirx fil-karta bilanċjali miżmuma fil-portafoll tan-negozjar u mhux eżentati b’mod espliċitu skont l-Artikolu 40;

(b)għall-finijiet tar-rapportar tar-riskju tal-konċentrazzjoni, kwalunkwe ass jew entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali;

(13)“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti (2) sa (12) u fil-punt (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, kumpanija azzjonarja ta’ investiment, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, u kumpanija maniġerjali tal-assi, iżda esklużi kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/UE;

(14)“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(50) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15)“kumpanija azzjonarja finanzjarja” tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt tal-Artikolu 4(1)(20) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)“entità tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fl-Artikolu 4(1)(27) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17)“kapital inizjali” tfisser kapital inizjali kif definit fl-Artikolu 3(17) tad-Direttiva  (UE) ----/--[IFD];

(18)“grupp ta’ klijenti konnessi” tfisser grupp ta’ klijenti konnessi kif definit fl-Artikolu 4(1)(39) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19)“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(4) ta’ 2014/65/UE;

(20)“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(21)“kumpanija azzjonarja ta’ investiment” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha huma esklużivament jew primarjament ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji, b’mill-inqas waħda mit-tali sussidjarji li tkun ditta tal-investiment, u li mhix kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definita fl-Artikolu 4(1)(20) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(22)“servizzi u attivitajiet ta’ investiment” tfisser servizzi u attivitajiet ta’ investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(2) ta’ 2014/65/UE;

(23)“grupp ta’ ditti tal-investiment” tfisser grupp ta’ impriżi li ma jinkludix istituzzjoni ta’ kreditu, fejn l-impriża prinċipali tkun ditta tal-investiment, kumpanija azzjonarja ta’ investiment jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u li jista’ jinkludi istituzzjonijiet finanzjarji oħra u aġenti marbuta li huma proprjetà tad-ditta tal-investiment. Il-grupp ta’ ditti tal-investiment jista’ jikkonsisti f’impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew f’impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(24)“Fatturi-K” tfisser rekwiżiti kapitali stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tlieta għal riskji li ditta tal-investiment toħloq għall-klijenti, għas-swieq jew għaliha stess.

(25)“K-AUM” jew “fattur-K b’rabta ma’ assi mmaniġġati (assets under management, AUM)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tal-assi li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti tagħha kemm taħt immaniġġar ta’ portafolli diskrezzjonali kif ukoll taħt arranġamenti mhux diskrezzjonali li jikkostitwixxu parir dwar investiment, inklużi assi delegati lil impriża oħra u esklużi assi li impriża oħra tkun iddelegat lid-ditta tal-investiment;

(26)“K-CMH” jew “fattur-K b’rabta ma’ flus miżmuma tal-klijenti (CMH)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-ammont ta’ flus tal-klijenti li ditta tal-investiment żżomm jew tikkontrolla, indipendentement minn kwalunwke arranġament legali b’rabta mas-segregazzjoni tal-assi u jkun xi jkun ir-reġim kontabilistiku nazzjonali applikabbli għall-flus tal-klijenti miżmuma mid-ditta tal-investiment;

(27)“K-ASA” jew “fattur-K b'rabta mal-assi ssalvagwardjati u amministrati (ASA)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tal-assi li ditta tal-investiment tissalvagwardja u tamministra għall-klijenti, inklużi assi delegati lil impriża oħra u assi li impriża oħra tkun iddelegat lid-ditta tal-investiment, indipendentement minn jekk l-assi jidhrux fil-karta bilanċjali proprja tad-ditta tal-investiment jew inkella humiex segregati f’kontijiet oħra;

(28)“K-COH” jew “fattur-K b’rabta mal-ordnijiet immaniġġati tal-klijenti (COH)” tifsser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti, permezz tar-riċevuta u tat-trażmissjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta’ klijenti;

(29)“K-CON” jew “fattur-K b'rabta mar-riskju tal-konċentrazzjoni (CON)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment ma’ klijent jew ma’ grupp ta’ klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-limiti fl-Artikolu 36(1);

(30)“K-CMG” jew “fattur-K b’rabta mal-garanzija tal-membru tal-ikklerjar (CMG)” tfisser ir-rekwiżit kapitali li jilħaq l-ammont tal-marġini inizjali li ddaħħlu ma’ membru tal-ikklerjar, fjen l-eċċezzjoni u s-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja f’isimha stess iseħħu taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklerjar ġenerali;

(31)“K-DTF” jew “fattur-K” b’rabta mal-fluss tan-negozjar ta’ kuljum (DTF)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment iddaħħal permezz tan-negozjar f’isimha stess jew bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta’ klijenti f’isimha stess;

(32)“K-NPR” jew “fattur-K b’rabta mar-riskju ta' pożizzjoni netta (NPR)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-valur tat-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment;

(33)“K-TCD” jew “fattur-K” b'rabta mar-riskju ta’ inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar (TCD)” tfisser ir-rekwiżit kapitali relatat mal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment fi strumenti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 li jwasslu għar-riskju ta’ inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar;

(34)“tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul” tfisser tranżazzjonijiet ta’ saldu twil kif definiti fl-Artikolu 272(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(35)“tranżazzjoni ta’ self b’marġini” tfisser tranżazzjonijiet mutwanti b’marġini kif definiti fl-Artikolu 272(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(36)“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(37)“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 2(9) u 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(38)“parteċipazzjoni” tfisser parteċipazzjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(35) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39)“profitt” tfisser profitt kif definit fl-Artikolu 4(1)(121) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(40)“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew (qualifying central counterparty) “QCCP” tfisser kontroparti ċentrali kwalifikanti kif definita fl-Artikolu 4(1)(88) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(41)“immaniġġar ta’ portafolli” tfisser immaniġġar ta’ portafolli kif definit fl-Artikolu 4(1)(8) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(42)“kapital regolatorju” tfisser ir-rekwiżit kapitali speċifikat fl-Artikolu 11;

(43)“tranżazzjoni ta’ xiri mil-ġdid” tfisser tranżazzjoni ta’ riakkwist kif definit fl-Artikolu 4(1)(83) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(44)“sussidjarja” tfisser sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikoli 2(10) u 22 tad-Direttiva 2013/34/KEE, inkluża kwalunkwe sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali aħħarija;

(45)“aġent marbut” tfisser aġent marbut kif definit fl-Artikolu 4(1)(29) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(46)“dħul gross totali” tfisser l-introjtu operatorju annwali ta’ ditta tal-investiment, b’rabta mas-servizzi u mal-attivitajiet ta’ investiment tad-ditta li hi awtorizzata twettaq, inkluż introjtu li jiġi minn imgħax riċevibbli, minn ishma u minn titoli oħra kemm jekk b’rendita fissa jew varjabbli, minn kummissjoni u minn tariffi, kwalunkwe gwadann u telf li d-ditti tal-investiment iġarrbu fl-assi ta’ negozjar tagħhom, fl-assi miżmuma b’valur ġust, jew minn attivitajiet ta’ ħħeġġjar, iżda eskluż kwalunkwe introjtu li mhuwiex marbut mas-servizzi u mal-attivitajiet ta’ investiment imwettqa;

(47)“skopertura ta’ negozju” tfisser skopertura ta’ negozju kif definita fil-punt (91) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(48)“portafoll tan-negozjar” tfisser portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(49)“ditta ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser ditta tal-investiment fi Stat Membru li hi stess ma tkunx sussidjarja ta’ ditta tal-investiment oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja ta’ investiment jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(50)“kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija azzjonarja ta’ investiment fi Stat Membru li hi stess ma tkunx sussidjarja ta’ ditta tal-investiment awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpanija azzjonarja ta’ investiment oħra fi kwalunkwe Stat Membru;

(51)“kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni” tfisser impriża prinċipali ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment li hi kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 54 biex tiċċara:

(a)id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament;

(b)id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tingħata kunsiderazzjoni għall-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

TITOLU II

LIVELL TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI

KAPITOLU 1

Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

Artikolu 5
Prinċipju ġenerali

Ditta tal-investiment għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tieni sas-Seba’ Parti fuq bażi individwali.

Artikolu 6
Eżenzjonijiet

1.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tat-Tieni sar-Raba’, tas-Sitta u tas-Seba’ Partijiet, meta jkunu japplikaw dawn kollha li ġejjin:

(a)id-ditta tal-investiment hi sussidjarja u hi inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2, Titolu II, L-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(c)l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;

(d)il-fondi proprji jiġu distribwiti b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1);

(ii)ma jkunx hemm impediment attwali jew previst, materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(iii)mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta’ interess negliġibbli;

(iv)il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u

(v)l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50% tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi lill-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Ħames Parti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)id-ditta tal-investiment tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)il-grupp ikun stabbilixxa funzjonijiet iċċentralizzati tal-immaniġġar tal-likwidità; u

(c)l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;

KAPITOLU 2

Applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-konformità mat-test tal-kapital u mal-eżenzjonijiet tal-grupp

Artikolu 7
It-test tal-kapital tal-grupp

1.Ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom iżommu mill-inqas biżżejjed fondi proprji biex ikopru s-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a)is-somma tal-valur kontabilistiku sħiħ ta’ kwalunkwe parteċipazzjoni, pretensjoni subordinata u strument imsemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1), fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56, u fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’ditti tal-investiment, f’istituzzjonijiet finanzjarji, f’impriżi ta’ servizzi anċillari, u f’aġenti marbuta fil-grupp ta’ ditti tal-investiment; u

(b)l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ servizzi anċillari u l-aġenti marbuta.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew lil kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni żżomm ammont inferjuri ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1, dment li dan l-ammont ma jkunx inqas mis-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali fuq id-ditti tal-investiment, fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji, fuq l-impriżi ta’ servizzi anċillari u fuq l-aġenti marbuta fil-grupp, u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur dawn l-entitajiet.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fejn ma tkun tapplika ebda leġiżlazzjoni prudenzjali tal-Unjoni jew nazzjonali għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi applikat rekwiżit ta’ fondi proprji nozzjonali.

3.Ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni għandu jkollhom sistemi fis-seħħ biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sorsi ta’ kapital u ta’ finanzjament tad-ditti tal-investiment, tal-kumpaniji azzjonarji ta’ investimentm tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-impriżi ta’ servizzi anċillari u tal-aġenti marbuta fl-grupp ta’ ditti tal-investiment.

Artikolu 8 
Konsolidazzjoni tal-fattur-K

L-awtoritajiet kompetenti ta’ ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni jew l-awtoritajiet kompetenti determinati skont l-Artikolu 42(2) tad-Direttiva (UE)----/--[IFD] jistgħu jeħtieġu li ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-fattur-K meta tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)hemm riskji materjali sinifikanti għall-klijenti jew għas-suq, li jirriżultaw mill-grupp sħiħ li ma jkunux koperti għalkollox mir-rekwiżiti kapitali applikabbli għad-ditti tal-investiment fil-grupp fuq bażi individwali; jew

(b)għal gruppi ta’ ditti tal-investiment bi grad ogħla ta’ interkonnessjoni f’termini ta’ ġestjoni tar-riskju, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għad-ditta tal-investiment fuq bażi individwali tista’ twassal għal duplikazzjoni tar-rekwiżiti għal dawk id-ditti.

IT-TIENI PARTI
FONDI PROPRJI 

Artikolu 9 
Rekwiżiti ta’ fondi proprji

1.Ditta tal-investiment għandu jkollha fondi proprji li jikkonsistu fis-somma tal-kapital tal-Grad 1 u tal-kapital tal-Grad 2 tagħha fejn:

(a)mill-inqas 56 % tas-somma għandha tikkonsisti f’kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu 1 tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)sa 44 % tas-somma tista’ tikkonsisti f’kapital tal-Grad 1 addizzjonali f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu 1 tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)sa 25% tas-somma tista’ tikkonsisti f’kapital tal-Grad 2 f’konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu 1 tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

2.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, li ġejjin m’għandhomx japplikaw għad-determinazzjoni tal-fondi proprji:

(a)l-eżenzjonijiet mil-livell limitu msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)it-tnaqqisijiet imsemmija fl-Artikoli 46, 60 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)l-avveniment skattatur imsemmi fl-Artikolu 54(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013. Minflok, l-avveniment skattatur għandu jkun speċifikat mid-ditta tal-investiment fit-termini tal-istrument tal-Grad 1 addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1;

(d)l-ammont aggregat imsemmi fl-Artikol54(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013; L-ammont li għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi kkonvertit għandu jkun l-ammont sħiħ ta’ prinċipal tal-istrument tal-Grad 1 addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.    Ditti tal-investiment għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu 1 fit-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10
Parteċipazzjonijiet barra mis-settur finanzjarju

1.Għall-finijiet ta’ din il-Parti, ditta tal-investiment għandha tnaqqas l-ammonti li jaqbżu l-limiti speċifikati fil-punti (a) u (b) mid-determinazzjoni tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)parteċipazzjoni, li l-ammont tagħha jaqbeż il-15 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment, f’impriża li mhix entità tas-settur finanzjarju;

(b)l-ammont totali tal-parteċipazzjonijiet ta’ ditta tal-investiment f’impriżi għajr entitajiet tas-settur finanzjarju li jaqbeż is-60 % tal-kapital regolatorju tagħha.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lil ditta tal-investiment milli jkollha parteċipazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li l-ammont tagħhom jaqbeż il-perċentwali tal-kapital regolatorju stabbiliti f'dak il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblika d-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw din is-setgħa mingħajr dewmien.

3.L-ishma f’impriżi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1 meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)dawk l-ishma jinżammu b’mod temporanju matul operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet tkun pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas;

(c)dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem id-ditta tal-investiment stess u għan-nom ta’ oħrajn.

4.L-ishma li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1.

IT-TIELET PARTI
REKWIŻITI KAPITALI

TITOLU I
REKWIŻITI ĠENERALI
 

Artikolu 11 
Rekwiżit kapitali

1.Ditta tal-investiment f’kull ħin għandu jkollha kapital li jammonta għall-ogħla minn fost dawn li ġejjin:

(a)ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 13.

(b)ir-rekwiżit minimu permanenti tagħha skont l-Artikolu 14.

(c)ir-rekwiżit tal-fattur-K tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 15.

2.Ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) f’kull ħin għandu jkollha biss kapital li jammonta għall-ogħla minn fost l-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

3.Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun seħħ tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta’ ditta tal-investiment, dawn jistgħu jesiġu li d-ditta tal-investiment tiġi soġġetta għal rekwiżit kapitali differenti msemmi f’dan l-Artikolu, f’konformità mat-Titolu IV, Kapitolu 2, taqsima IV tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Artikolu 12 
Ditti żgħar u mhux interkonnessi tal-investiment

1.Ditta tal-investiment għandha titqies li hi ditta żgħira u mhux interkonnessa tal-investiment għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)AUM (jew assi mmaniġġati) ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 17 huma anqas minn EUR 1,2 biljun;

(b)COH (jew ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati) ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 20 huma anqas minn:

i) EUR 100 miljun/jum għan-negozji fi flus jew inkella

ii) EUR 1 biljun/jum għad-derivattivi.

(c)ASA (jew assi ssalvagwardjati u amministrati) ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 19 huma żero;

(d)CMH (jew flus miżmuma tal-klijenti) ikkalkolati f’konformità mal-Artikolu 18 huma żero;

(e)DTF (jew fluss tan-negozjar ta’ kuljum) ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 32 hu żero;

(f)NPR (riskju ta' pożizzjoni netta) jew CMG (iggarantiti minn membru tal-ikklerjar) ikkalkolati f’konformità mal-Artikoli 22 u 23 huma żero;

(g)TCD (inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar) ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 26 hi żero;

(h)it-total tal-karta bilanċjali tad-ditta tal-investiment hu anqas minn EUR 100 miljun;

(i)id-dħul gross annwali totali mis-servizzi u mill-attivitajiet ta’ investiment tad-ditta tal-investiment hu anqas minn EUR 30 miljun.

Għall-finijiet tal-punti (a), (b), (c), (e), (f), u (g) għandhom ikunu japplikaw il-livelli ta’ tmiem il-jum.

Għall-finijiet tal-punt (d), għandhom ikunu japplikaw il-livelli ta’ dakinhar.

Għall-finijiet tal-punti (h) u (i), għandhom japplikaw il-livelli applikabbli fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja.

2.Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (h) u (i) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw fuq bażi kombinata għad-ditti tal-investiment kollha li huma parti minn grupp.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c), (d), (e), (f) u (g) għandhom japplikaw għal kull ditta tal-investiment fuq bażi individwali.

Jekk ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1, din ma għandhiex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u interkonnessa b’effett immedjat.

3.Jekk ditta tal-investiment ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 iżda tkompli tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (c) sa (i) tal-paragrafu 1, din ma għandhiex titqies bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perjodu ta’ tliet (3) xhur, ikkalkolati mid-data li fiha jkun ġie eskluż il-livell limitu.

4.Jekk ditta tal-investiment li ma tkunx issodisfat il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 imbagħad tissodisfa dawk il-kundizzjonijiet, din għandha titqies, soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa wara perjodu ta’ sitt (6) xhur mid-data li fiha jiġu ssodisfati dawk il-kundizzjonijiet.

5.    Biex jingħata kont lill-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 54 biex taġġusta l-kundizzjonijiet bl-għan li d-ditti tal-investiment jikkwalifikaw bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13 
Rekw
iżit tal-ispejjeż ġenerali fissi

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(a), ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi għandu jammonta għal mill-inqas kwart mill-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena ta’ qabel.

2.Jekk l-awtorità kompetenti tqis li kien hemm tibdil materjali fl-attività ta’ ditta tal-investiment, l-awtorità kompetenti tista’ taġġusta l-ammont ta’ kapital imsemmi fil-paragrafu 1.

3.Soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, meta ditta tal-investiment ma jkollha ebda spejjeż ġenerali fissi mis-sena ta’ qabel, din għandu jkollha kapital li jammonta għal mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi li jkunu ġew projjettati fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tagħha għas-sena ta’ wara s-sena ta’ bidu tal-attivitajiet tagħha.

4.L-EBA, f’konsultazzjoni mal-ESMA, u b’kunsiderazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kalkolu tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [disa’ xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 14
Rekwiżit minimu permanenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(b), ir-rekwiżit minimu permanetni għandu jammonta għal mill-inqas il-livelli ta’ kapital inizjali speċifikat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

TITOLU II 
REKWIŻIT KAPITALI TAL-FATTUR-K
 

KAPITOLU 1 
Prinċipji ġenerali
 

Artikolu 15 
Rekwiżit tal-fattur-K u koeffiċjenti applikabbli

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 11(1)(c), ir-rekwiżit tal-fattur-K għandu jammonta għal mill-inqas is-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a)Il-fatturi-K tar-Riskju għall-Klijent (RtC) ikkalkolati f’konformità mal-Kapitolu 2;

(b)Il-fatturi-K tar-Riskju għas-Suq (RtM) ikkalkolati f’konformità mal-Kapitolu 3;

(c)Il-fatturi-K tar-Riskju għad-Ditta (RtF) ikkalkolati f’konformità mal-Kapitolu 4.

2.Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-Fatturi-K korrispondenti:

Tabella 1

FATTURI-K

KOEFFIĊJENT

Assi mmaniġġati kemm permezz ta’ mmaniġġar ta’ portafolli diskrezzjonali kif ukoll permezz ta’ arranġamenti mhux diskrezzjonali (ta’ konsulenza)

K-AUM

0,02 %

Flus miżmuma tal-klijenti

K-CMH

0,45%

Assi ssalvagwardjati u amministrati

K-ASA

0,04%

Ordnijiet tal-klijenti immaniġġati

Negozji fi flus ta’ K-COH

0,1%

Derivattivi ta’ K-COH

0,01%

Fluss tan-negozjar ta’ kuljum

Negozji fi flus ta’ K-DTF

0,1%

Derivattivi ta’ K-DTF

0,01%

3.Ditta tal-investiment għandha timmonitorja l-valur tal-fatturi-K tagħha għal kwalunkwe xejra li tista’ tħalliha b’rekwiżit kapitali materjalment differenti għall-perjodu ta’ rapportar li jmiss u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha dwar dak ir-rekwiżit kapitali materjalment differenti.

4.Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li kien hemm tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta’ ditta tal-investiment li jħalli impatt fuq l-ammont ta’ fattur-K rilevanti, dawn jistgħu jaġġustaw l-ammont korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 36(2)(a) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

5.Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artioklu 54 biex:

(a)tispeċifika l-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b)taġġusta l-koeffiċjenti speċifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU 2 
Fatturi-K ta’ RtC
 

Artikolu 16 
Rekwiżit
tal-fatturi-K ta’ RtC

Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtC hu ddeterminat bil-formula li ġejja:

K-AUM + K-CMH + K-ASA + K-COH

fejn

(a)Il-fattur K-AUM huwa daqs l-AUM imkejla f’konformità mal-Artikolu 17 multiplikati bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

(b)Il-fattur K-CMH huwa daqs is-CMH imkejla f’konformità mal-Artikolu 18 multiplikati bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

(c)Il-fattur K-ASA huwa daqs l-ASA mkejla f’konformità mal-Artikolu 19 multiplikati bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

(d)Il-fattur K-COH huwa daqs is-COH imkejla f’konformità mal-Artikolu 20 multiplikati bil-koeffiċjent korrispondenti fl-Artikolu 15(2);

Artikolu 17
Kejl tal-AUM għall-finijiet ta’ kalkolu
ta’ K-AUM

1.Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-AUM, AUM għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur tal-assi totali mmaniġġati fix-xahar, imkejla fl-aħħar jum ta' negozju ta’ kull wieħed mill-15-il xahar tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) valuri riċenti ta’ kull xahar.

AUM għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tat-12-il kejl li jifdal ta’ kull xahar.

Il-fattur K-AUM għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta’ kull xahar tal-kalendarju.

2.Jekk id-ditta tal-investiment tkun iddelegat b’mod formali l-assi mmaniġġati lil entità finanzjarja oħra, dawk l-assi delegati għandhom jiġu inklużi fl-ammont totali tal-AUM imkejla f’konformità mal-paragrafu 1.

Jekk entità finanzjarja oħra tkun iddelegat b’mod formali l-assi mmaniġġati lid-ditta tal-investiment, dawn l-assi delegati ma għandhomx jiġu inklużi fl-ammont totali ta’ assi mmaniġġati mkejla f’konformità mal-paragrafu 1.

3.Jekk ditta tal-investiment tkun ilha timmaniġġa l-assi għal anqas minn 15-il xahar, din tista’ tuża proġettazzjonijiet kummerċjali tal-AUM biex tikkalkola K-AUM, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b’mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 18 
Kejl tas-CMH għall-finijiet tal-kalkolu tal-K-CMH

1.Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-CMH, CMH għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur ta’ flus miżmuma tal-klijenti kuljum totali, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju għat-tliet (3) xhur tal-kalendarju preċedenti.

CMH għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejl ta’ kuljum fit-tliet (3) xhur tal-kalendarju.

K-CMH għandhom jiġu kkalkolati sal-aħħar tal-jum ta' negozju wara l-kejl imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.Jekk ditta tal-investiment tkun ilha żżomm flus tal-klijenti għal anqas minn tliet (3) xhur, din tista’ tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-CMH, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b’mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 19 
Kejl tal-ASA għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-ASA

1.Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-ASA, ASA għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur tal-assi ssalvagwardjati u amministrati kuljum totali, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju għas-sitt (6) xhur tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) xhur riċenti tal-kalendarju.

ASA għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejl ta’ kuljum mit-tliet (3) xhur tal-kalendarju li jifdal.

Il-fattur K-ASA għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta’ kull xahar tal-kalendarju.

2.Jekk ditta tal-investiment tkun ilha topera għal anqas minn tliet (3) xhur, din tista’ tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-ASA, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b’mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 20
Kejl ta’ COH għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-COH

1.Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-COH, COH għandhom ikunu l-medja riportata tal-valur tal-ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati kuljum totali, imkejla fi tmiem kull jum ta' negozju tul is-sitt (6) xhur tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) xhur riċenti tal-kalendarju.

COH għandhom ikunu l-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejliet ta’ kuljum għat-3 xhur tal-kalendarju li jifdal.

Il-fattur K-COH għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta’ kull trimestru.

2.COH għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-valur assolut ta’ xirjiet u l-valur assolut ta’ bejgħ kemm għal negozji fi flus kif ukoll għal derivattivi f’konformità ma’ dawn li ġejjin:

(a)għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju.

(b)għal derivattivi, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

COH għandhom jinkludu tranżazzjonijiet eżegwiti mid-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli għan-nom ta’ fondi ta’ investiment.

COH għandhom jeskludu tranżazzjonijiet eżegwiti mid-ditta tal-investiment f’isimha stess għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

3.Jekk ditta tal-investiment tkun ilha topera għal anqas minn tliet (3) xhur, din tista’ tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-COH, soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b’mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU 3 
Fatturi-K ta’ RtM
 

Artikolu 21
Rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM

Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RTM għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja f’isimha stess, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent, għandu jkun l-ogħla minn K-NPR ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 22 jew K-CMG ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 23.

Artikolu 22 
Kalkolu ta’ K-NPR

1. Għall-finijiet ta’ K-NPR, ir-rekwiżit kapitali għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja f’isimha stess, jew għaliha nfisha jew għan-nom ta’ klijent, għandu jiġi kkalkolat bl-użu ta’ wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(a)l-approċċ [standardizzat simplifikat] stipulat fil-Kapitoli 2 sa 4 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn in-negozju fil-portafoll tan-negozjar tad-ditta ta’ investiment ikun daqs jew inqas minn EUR 300 miljun;

(b)l-approċċ standardizzat stabbilit fil-[Kapitolu 1(a) tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’konformità mal-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012].    

(c)l-approċċ tal-mudell intern stabbilit fil-[Kapitolu 1(b) tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’konformità mal-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012].

Il-fattur K-NPR ikkalkolat skont l-approċċi speċifikati fil-punti (b) u (c) għandu jiġi multiplikat b’fattur ta’ 65%.

2.    Għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-punt (a) tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment għandha tikkalkola d-daqs ta’ negozju fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali f’konformità mal-[paragrafi 2 sa 7 tal-Artikolu 325a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013].

Artikolu 23
Kalkolu ta’ K-CMG

1.    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lil ditta tal-investiment tikkalkola K-CMG għall-pożizzjonijiet li huma kklerjati ċentralment soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)id-ditta tal-investiment ma tkunx parti minn grupp li jkun fih istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)l-eżekuzzjoni u s-saldu tat-tranżazzjonijiet tad-ditta tal-investiment li huma kklerjati ċentralment iseħħu taħt ir-responsabbiltà ta’ membru tal-ikklerjar u huma ggarantiti minn dak il-membru tal-ikklerjar jew inkella huma saldati fuq bażi ta’ pagament mal-konsenja;

(c)il-kalkolu tal-marġni inizjali li ddaħħal mid-ditta tal-investiment għand membru tal-ikklerjar hu bbażat fuq mudell intern tal-membru tal-ikklerjar li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)il-membru tal-ikklerjar ikun istituzzjoni ta’ kreditu.

Il-fattur K-CMG għandu jkun l-ogħla ammont totali ta’ marġni inizjali mdaħħal għand il-membru tal-ikklerjar mid-ditta tal-investiment tul it-tliet (3) xhur preċedenti.

2.    L-EBA, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kalkolu tal-ammont tal-marġni inizjali msemmi fil-paragrafu 1(c).        

L-ABE għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [disa’ xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji riveduti msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.



KAPITOLU 4 
Fatturi-K ta’ RtF

Artikolu 24
Rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtF

1.Ir-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtF hu ddeterminat bil-formula li ġejja:

K-TCD +K-DTF + K-CON

fejn

Il-fattur K-TCD huwa daqs l-ammont kalkolat f’konformità mal-Artikolu 26;

Il-fattur K-DTF huwa daqs id-DTF imkejjel f’konformità mal-Artikolu 32, multiplikat bil-koeffiċjent korrispondenti stabbilit fl-Artikolu 15(2) u

Il-fattur K-CON huwa daqs l-ammont kalkolat f’konformità mal-Artikolu 38.

K-TCD u K-CON għandhom ikunu bbażati fuq it-tranżazzjonijiet reġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja f’isimha stess, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

K-DTF għandu jkun ibbażat fuq it-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta’ ditta tal-investiment li tinnegozja f’isimha stess, kemm jekk għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent, u t-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment tidħol għalihom permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għan-nom ta’ klijenti f’isimha stess.

Taqsima I

Inadempjenza ta’ kontroparti ta’ negozjar

Artikolu 25 
Kamp ta’ applikazzjoni

1.It-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal din it-Taqsima:

(a)strumenti derivattivi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i)    Derivattivi OTC innegozjati ma’ gvernijiet ċentrali u banek ċentrali tal-Istati Membri;

(ii)    derivattivi OTC ikklerjati permezz ta’ kontroparti ċentrali kwalifikanti (QCCP);

(iii)    derivattivi OTC ikklerjati permezz ta’ membru tal-ikklerjar, fejn it-tranżazzjonijiet ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal rekwiżit ekwivalenti li dak il-kuntratt jiġi kklerjat f’pajjiż terz, jew meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

aa. il-pożizzjonijiet u l-assi tad-ditta ta’ investiment relatati ma’ dawk it-transazzjonijiet ikunu distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru tal-ikklerjar kif ukoll tal-QCCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru tal-ikklerjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru tal-ikklerjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u s-segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f’każ ta’ falliment skont il-liġi nazzjonali f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklerjar jew ta’ wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;

bb. il-liġijiet, ir-regolamenti u l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti fuq il-membru tal-ikklerjar jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u t-transazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti lil membru tal-ikklerjar ieħor fil-perjodu b’riskju ta’ marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklerjar oriġinali;

cc. id-ditta ta’ investiment tkun kisbet opinjoni legali indipendenti, miktuba u raġunata li tikkonkludi li, fil-każ ta’ kontestazzjoni legali, id-ditta tal-investiment ma tbati l-ebda telf minħabba l-insolvenza tal-membru tal-ikklerjar tagħha jew ta’ kwalunkwe klijent tal-membru tal-ikklerjar tagħha.

(iv)    derivativi negozjati fil-borża;

(v)    derivattivi miżmumin biex tiġi ħħeġġjata pożizzjoni tad-ditta li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b)tranżazzjonijiet b’saldu twil;

(c)tranżazzjonijiet ta’ riakkwist;

(d)transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet;

(e)transazzjonijiet ta’ self b’marġni.

2.Permezz ta’ deroga minn din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’ tikkalkula r-rekwiżit kapitali tagħha għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 billi tapplika wieħed mill-metodi stabbiliti fit [Taqsimiet 3, 4 jew 5, it-Titolu II, il-Parti 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013] u għandha tinfurma minnufih lill-awtorità kompetenti b’dan.

Artikolu 26 
Kalkolu ta’ K-TCD

Għall-finijiet ta’ K-TCD, ir-rekwiżit tal-kapital għandu jiġi stabbilit permezz ta’ din il-formula:

Rekwiżit kapitali = Valur tal-Iskopertura * RF

fejn RF huwa l-fattur ta’ riskju definit għal kull tip ta’ kontroparti skont it-Tabella 2.

Tabella 2

Tip ta’ kontroparti

Fattur ta’ riskju

Istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment

1,6%

Kontropartijiet oħra

8%

Artikolu 27 
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

Il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun determinat skont il-formola li ġejja:

Valur tal-iskopertura = Massimnu (0; RC + PFE - C)

fejn:

RC = il-kost tas-sostituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 28.

PFE = l-iskopertura futura potenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 29; u

RC = il-kollateral kif stabbilit fl-Artikolu 30.

Il-kost tas-sostituzzjoni (RC) u tal-kollateral (C) għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 25.

L-iskopertura futura potenzjali (PFE) japplika biss għal kuntratti derivattivi u tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul.

Artikolu 28
Kost tas-sostituzzjoni (RC)

Il-kost tas-sostituzzjoni msemmi fl-Artikolu 27 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)għal kuntratti tad-derivattivi, RC jiġi determinat bħala l-valur attwali tas-suq (CMV);

(b)għal tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul, RC jiġi determinat bħala l-ammont tas-saldu;

(c)għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, RC jiġi determinat bħala l-ammont nett ta’ flus mislufa u riċevuti.

Artikolu 29
Skopertura futura potenzjali

1.L-iskopertura futura potenzjali (PFE) imsemmija fl-Artikolu 28 għandha tiġi kkalkolata għal kull derivattiv u tranżazzjoni ta’ saldu twil bħala l-prodott ta’:

(a)l-ammont nozzjonali effettiv (EN) tat-tranżazzjoni stabbilit f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu;

(b)il-fattur superviżorju (SF) stabbilit f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu; u

(c)fattur ta’ maturità (MF) stabbilit f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

2.L-ammont nozzjonali effettiv (EN) għandu jkun ir-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-ammont nozzjonali kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, id-durata tiegħu għall-kuntratti tar-rata tal-imgħax u tad-derivattivi ta’ kreditu kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u d-delta tiegħu għall-kuntratti tal-opzjoni kkalkolata f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

3.L-ammont nozzjonali, sakemm ma jkunx stipulat biċ-ċar u fiss sal-maturità, għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)għal derivattivi tal-kambju, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala n-nozzjonal tal-komponent tal-munita barranija tal-kuntratt, ikkonvertit għall-munita domestika. Jekk iż-żewġ komponenti ta’ derivattiv tal-kambju jkunu denominati f’muniti li mhumiex il-munita domestika, l-ammont nozzjonali ta’ kull komponent jiġi kkonvertit għall-munita domestika u l-komponent bl-akbar valur tal-munita domestika jkun l-ammont nozzjonali;

(b)għal derivattivi ta’ ekwità u ta’ komoditajiet u għal kwoti tal-emissjonijiet u derivattivi tagħhom, l-ammont nozzjonali hu ddefinit bħala r-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-prezz (futur) attwali ta’ unità waħda tal-istokk u n-numru ta’ unitajiet referenzjati min-negozju;

(c)għal tranżazzjonijiet b’diversi ħlasijiet li huma kontinġenti għall-istat inklużi opzjonijiet diġitali jew forwards ta’ tifdija fil-mira, ditta tal-investiment għandha tikkalkola l-ammont nozzjonali għal kull stat u tuża l-akbar kalkolu li jirriżulta;

(d)jekk in-nozzjonal ikun formula ta’ valuri tas-suq, id-ditta tal-investiment għandha ddaħħal il-valuri attwali tas-suq biex tiddetermina l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(e)għal swaps nozzjonali varjabbli bħal swaps ta’ amortizzazzjoni u ta’ akkrezzjoni, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw in-nozzjonal medju tul il-ħajja li jifdal tas-swap bħala l-ammont nozzjonali tan-negozju;

(f)swaps ingranati għandhom jiġu kkonvertiti fl-ammont nozzjonali tas-swap mhux ingranata ekwivalenti biex meta r-rati kollha fi swap jiġu mmoltiplikati b’fattur, l-ammont nozzjonali ddikjarat jiġi mmoltiplikat bil-fattur fuq ir-rati tal-imgħax biex jiġi ddeterminat l-ammont nozzjonali;

(g)għal kuntratt tad-derivattivi bi skambji multipli ta’ prinċipal, l-ammont nozzjonali għandu jiġi mmoltiplikat bin-numru ta’ skambji ta’ prinċpal fil-kuntratt tad-derivattivi biex jiġi ddeterminat l-ammont nozzjonali.

4.L-ammont nozzjonali tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax u ta’ kreditu għaż-żmien sal-maturità (fi snin) ta’ dawn il-kuntratti għandu jiġi aġġustat skont id-durata stabbilita fil-formula li ġejja:

Durata = (1 – ska (-0,05 * żmien sal-maturità)) / 0,05;

5.Il-maturità ta’ kuntratt għandha tkun l-aħħar data li fiha jkun għadu jista’ jiġi eżegwit il-kuntratt.

Jekk id-derivattiv jagħmel referenza għall-valur ta’ rata tal-imgħax oħra jew għal strument tal-kreditu ieħor, il-perjodu ta’ żmien għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-istrument sottostanti.

Għal opzjonijiet, il-maturità għandha tkun l-aħħar data tal-eżerċizzju kuntrattwali kif speċifikata mill-kuntratt.

Għal kuntratt tad-derivattivi li hu strutturat b’tali mod li f’dati speċifiċi kwalunkwe skopertura pendenti tiġi saldata u t-termini jiġu risettjati sabiex il-valur ġust tal-kuntratt ikun żero, il-maturità li jifdal għandha tkun daqs iż-żmien sad-data ta’ risettjar li jmiss.

6.Id-delta tal-opzjonijiet u tas-swapzjonijiet tista’ tiġi kkalkolata mid-ditta tal-investiment stess, bl-użu ta’ mudell xieraq. Il-mudell għandu jagħti stima tar-rata ta’ tibdil tal-valur tal-opzjoni fir-rigward ta’ tibdiliet żgħar fil-valur tas-suq tas-sottostanti. Għal tranżazzjonijiet għajr opzjonijiet u swapzjonijiet, id-delta għandha tkun 1 għal pożizzjonijiet twal u -1 għal pożizzjonijiet qosra.

7.Il-fattur superviżorju (SF) għal kull klassi tal-assi għandu jiġi stabbilit skont it-tabella li ġejja:

Tabella 3

Klassi tal-assi

Fattur ta’ superviżjoni

Rata tal-imgħax

0,5%

Munita barranija

4%

Kreditu

1%

Isem uniku tal-ekwità

32%

Indiċi ta’ ekwità

20%

Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

18%

8.Il-fattur ta’ maturità (MF) għal kull tranżazzjoni għandu jiġi ddeterminat bil-formula li ġejja:

               MF = (min (M;sena 1) / sena 1)^0.5

Għal negozji mhux marġnati, il-maturità (M) għandha tkun l-iqsar waħda bejn sena u l-maturità li jifdal tal-kuntratt tad-derivattivi, kif determinat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, iżda mhux anqas minn għaxart ijiem ta’ negozju.

Għal negozji marġnati, il-maturità (M) għandha tkun il-perjodu ta’ marġini ta’ riskju. Il-perjodu minimu ta’ marġini tar-riskju għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem ta’ negozju għal tranżazzjonijiet derivattivi kklerjati mhux ċentralment soġġetti għal ftehimiet ta’ marġini ta’ kuljum u ħamest ijiem ta’ negozju għal tranżazzjonijiet derivattivi kklerjati ċentralment soġġetti għal ftehimiet ta’ marġini ta’ kuljum.

Artikolu 30
Kollateral

1.Il-kollateral kollu mhux fi flus imdaħħal u riċevut minn ditta tal-investiment, kemm fit-tranżazzjonijiet bilaterali kif ukoll ikklerjati msemmija fl-Artikolu 23, għandu jkun soġġetti għal telf impost f’konformità mat-tabella li ġejja:

Tabella 4

Klassi tal-assi

Telf impost għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist

Telf impost għal tranżazzjonijiet oħra

Titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew minn banek ċentrali

≤ sena (1)

0,707%

1%

> sena (1) ≤ 5 snin

2,121%

3%

> 5 snin

4,243%

6%

Titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet oħra

≤ sena (1)

1,414%

2%

> sena (1) ≤ 5 snin

4,243%

6%

> 5 snin

8,485%

12%

Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

≤ sena (1)

2,828%

4%

> sena (1) ≤ 5 snin

8,485%

12%

> 5 snin

16,970%

24%

Ekwitajiet u konvertibbli elenkati

14,143%

20%

Deheb

10,607%

15%

Flus

0%

0%

Għall-finijiet tat-Tabella 4, il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni m’għandhomx jinkludu pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni.

2.Il-valur tal-kollateral mhux fi flus imdaħħal mid-ditta tal-investiment għand il-kontroparti tagħha għandu jiżdied u l-valur tal-kollateral mhux fi flus riċevut mid-ditta tal-investiment mingħand il-kontroparti tagħha għandu jitnaqqas skont it-Tabella 4.

3.Jekk ikun hemm spariġġ tal-muniti bejn it-tranżazzjoni u l-kollateral riċevut jew imdaħħal, għandu jkun japplika telf impost addizzjonali għall-ispariġġ tal-muniti ta' 8 %.

Artikolu 31
Nettjar

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’ tittratta kuntratti bi tlaqqigħ perfett inklużi fi ftehim ta’ netting daqslikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għar-riċevuti netti, jistgħu jagħmlu netting ta’ tranżazzjonijiet oħra soġġetti għan-novazzjoni li skont dawn l-obbligi kollha bejn id-ditta tal-investiment u l-kontroparti tagħha huma amalgamati b’mod awtomatiku b’tali mod li n-novazzjoni legalment tissostitwixxi ammont nett wieħed uniku għall-obbligi gross preċedenti, u tranżazzjonijiet oħra li fihom id-ditta tal-investiment tiżgura għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett mal-kontroparti jew ftehim ieħor li joħloq obbligu legali wieħed, li jkopri t-tranżazzjonijiet inklużi kollha, b'tali mod li d-ditta tal-investiment ikollha pretensjoni li tirċievi jew obbligu li tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-valwazzjoni skont is-suq ta’ tranżazzjonijiet individwali inklużi f’każ li kontroparti tonqos milli teżegwixxi minħabba waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(i)inadempjenza;

(ii)falliment;

(iii)likwidazzjoni;

(iv)ċirkustanzi simili.

(b)il-kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett ma jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti tagħmel pagamenti limitati biss, jew l-ebda pagament, lill-proprjetà tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett.

(c)id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni ġuridika indipendenti, miktuba u mmotivata li, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligi tad-ditta tal-investiment ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a) skont ir-reġim legali li ġej:

il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;

jekk tkun involuta fergħa barranija ta’ kontroparti, il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;

il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali fil-ftehim ta’ netting; jew

il-liġi li tirregola kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju għad-dħul fis-seħħ tan-netting.

Taqsima II
Fluss tan-negozjar ta’ kuljum

Artikolu 32
Kejl ta’ DTF għall-finijiet
ta’ kalkolu ta’ K-DTF

1.Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-DTF, DTF għandu jkun il-medja riportata tal-valur tal-fluss tan-negozjar totali ta’ kuljum, imkejjel fi tmiem kull jum ta' negozju tul is-sitt (6) xhur tal-kalendarju preċedenti, esklużi l-aktar tliet (3) xhur riċenti tal-kalendarju.

DTF għandu jkun il-medja jew il-medja aritmetika sempliċi tal-kejliet ta’ kuljum għat-tliet (3) xhur tal-kalendarju li jifdal

Il-fattur K-DTF għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel 14-il jum ta’ kull trimestru.

2.DTF għandu jitkejjel bħala s-somma tal-valur assolut ta’ xirjiet u l-valur assolut ta’ bejgħ kemm għal negozji fi flus kif ukoll għal derivattivi f’konformità ma’ dawn li ġejjin:

(a)għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju.

(b)għal derivattivi, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

3.DTF għandu jeskludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli għan-nom ta’ fondi ta’ investiment.

DTF għandu jinkludi tranżazzjonijiet eżegwiti minn ditta tal-investiment f’isimha stess għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

4.Jekk ditta tal-investiment tkun ilha topera għal anqas minn tliet (3) xhur, din tista’ tuża proġettazzjonijiet kummerċjali biex tikkalkola K-DTF soġġetta għar-rekwiżiti kumulattivi li ġejjin:

(a)tintuża data storika malli ssir disponibbli;

(b)il-proġettazzjonijiet kummerċjali tad-ditta tal-investiment ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE jiġu vvalutati b’mod pożittiv mill-awtorità kompetenti.

IR-RABA’ PARTI
RISKJU TA’ KONĊENTRAZZJONI 

Artikolu 33
Obbligu ta’ monitoraġġ

1.Ditta tal-investiment għandha timmonitorja u tikkontrolla r-riskju tal-konċentrazzjoni tagħha f’konformità ma’ din il-Parti, permezz ta’ proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi solidi u mekkaniżmi robusti ta’ kontroll intern.

2.Għall-finijiet ta’ din il-Parti, it-termini istituzzjoni ta’ kreditu u ditti ta’ investiment għandhom jinkludu impriżi privati jew pubbliċi, inklużi l-fergħat tagħhom li, li kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jkunu istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment kif definit f’dan ir-Regolament u ġew awtorizzati f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

Artikolu 34
Rekwiżiti ta’ rapportar

Ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandha tirrapporta l-livelli li ġejjin ta’ riskju lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni assoċjat mal-inadempjenza tal-kontropartijiet għal skoperturi tal-portafoll tan-negozjar, kemm fuq bażi individwali tal-kontroparti kif ukoll aggregata;

(b)il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jinżammu flus tal-klijenti;

(c)il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment u entitajiet oħra fejn jiġu ddepożitati titoli ta’ klijenti;

(d)il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn jiġu ddepożitati l-flus tad-ditta stess; u

(e)il-livell ta’ riskju tal-konċentrazzjoni mill-qligħ.

Artikolu 35 
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.Ditta tal-investiment li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandha tikkalkola l-iskoperturi li ġejjin għall-finijiet ta’ din il-Parti:

(a)l-iskoperturi għal klijenti individwali li jirriżultaw fil-portafoll tan-negozjar, billi żżid dawk l-iskoeprturi mal-iskoperturi netti fl-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa minn dak il-klijent individwali.

L-iskopertura netta għandha tiġi kkalkolata billi jitnaqqsu dawk il-pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni li huma abbonati jew subsottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehim formali, imnaqqsa bil-fatturi li ġejjin:

Tabella 5

jum ta’ xogħol nru 0:

100 %

jum ta’ xogħol nru 1:

90 %

jiem ta’ xogħol 2 sa 3:

75 %

jum ta’ xogħol nru 4:

50 %

jum ta’ xogħol nru 5:

25 %

wara l-jum ta’ xogħol nru 5:

0 %.

Ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi sistemi sabiex timmonitorja u tikkontrolla l-iskoperturi tagħha għas-sottoskrizzjoni bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-jum ta’ xogħol li jmiss fid-dawl tan-natura tar-riskji meħuda fis-swieq inkwistjoni.

(b)l-iskoperturi għal gruppi ta’ klijenti konnessi, billi jingħaddu l-iskoperturi kollha għall-klijenti individwali fil-grupp, li għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda.

2.Meta tikkalkola l-iskopertura għal klijent jew għal grupp ta’ klijenti konnessi, ditta tal-investiment għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tidentifika l-assi sottostanti fi tranżazzjonijiet rilevanti u l-kontroparti tal-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 36 
Limiti għar-riskji ta’ konċentrazzjoni

1.Ditta tal-investiment li tinnegozja f'isimha stess, sew jekk għaliha nfisha kif ukoll jekk għan-nom ta' klijent, m'għandhiex iġġarrab skopertura għal klijent individwali jew għal grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħha jaqbeż il-25 % tal-kapital regolatorju tagħha, sakemm ma tissodisfax l-obbligu ta’ notifika stabbilita fl-Artikolu 37 u r-rekwiżit kapitali ta' K-CON stabbilit fl-Artikolu 38.

Jekk dan il-klijent individwali jkun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, jew meta grupp ta' klijenti konnessi jkun jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew aktar, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 11 jew EUR 150 miljun, skont liema minnhom ikun l-ogħla, dment li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment ma taqbiżx il-25 % tal-kapital regolatorju tad-ditti tal-investiment.

Jekk l-ammont ta’ EUR 150 miljun ikun akbar mill-25 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment, il-valur tal-iskopertura ma għandux jaqbeż il-100 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment.

2.Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqabżu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)id-ditta tal-investiment tissodisfa r-rekwiżit kapitali ta’ K-CON dwar l-eċċess fir-rigward tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ikkalkolat f’konformità mal-Artikolu 38;

(b)meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess, l-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar għall-klijent individwali jew għal grupp ta’ klijenti konnessi inkwistjoni ma għandhiex taqbeż il-500% tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment;

(c)kwalunkwe eċċess li jippersisti għal aktar minn għaxart ijiem ma jaqbiżx, b'mod aggregat, is-600 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 37 
Obbligu ta’ notifika
 

1.Jekk jinqabżu l-limiti msemmija fl-Artikolu 36(1), ditta tal-investiment għandha tinnotifika l-ammont tal-eċċess, l-isem tal-klijent individwali kkonċernat u, fejn applikabbli, l-isem tal-grupp ta' klijenti konnessi kkonċernati, mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lid-ditta tal-investiment perjodu limitat biex tikkonforma mal-limitu msemmi fl-Artikolu 36(1).

Jekk ikun applikabbli l-ammont ta’ EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 36(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta’ 100 % tal-kapital regolatorju tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 38 
Kalkolu ta’ K-CON

1.Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ K-CON, l-eċċess imsemmi fl-Artikolu 36(2) għandu jkun l-iskopertura għall-klijent individwali jew għall-grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni li tirriżulta fil-portafoll tan-negozjar.

2.Jekkl-eċċess ma jkunx ippersista għal aktar minn għaxart (10) ijiem, ir-rekwiżit kapitali ta’ K-CON għandu jkun ta’ 200 % tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

3.Wara l-perjodu ta’ għaxart (10) ijiem ikkalkolati mid-data li fiha jkun seħħ l-eċċess, l-eċċess għandu jiġi allokat fil-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 6.

4.Ir-rekwiżit kapitali ta’ K-CON għandu jkun ir-riżultat tal-moltiplikazzjoni tal-eċċess bil-fattur korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 6.

Tabella 6

Kolonna 1:

Eċċess ogħla mil-limiti

(fuq il-bażi ta’ perċentwal tal-kapital regolatorju)

Kolonna 2:

Fatturi

Sa 40 %

200 %

Minn 40 % sa 60 %

300 %

Minn 60 % sa 80 %

400 %

Minn 80 % sa 100 %

500 %

Minn 100 % sa 250 %

600 %

Aktar minn 250 %

900 %

5.Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artioklu 54 biex tispeċifika l-metodu għall-kejl tal-fattur-K f'dan l-Artikolu.

Artikolu 39 
Proċeduri li jipprevjenu lid-ditti tal-investiment milli jevitaw ir-rekwiżit kapitali ta’ K-CON

1.Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jittrasferixxu b’mod temporanju l-iskoperturi li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 36(1) lil kumpanija oħra, kemm jekk tkun fl-istess grupp kif ukoll jekk le, jew inkella billi jwettqu tranżazzjonijiet artifiċjali biex jagħlqu l-iskopertura matul il-perjodu ta’ għaxart (10) ijiem imsemmi fl-Artikolu 38 u joħolqu skopertura ġdida.

2.Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu sistemi li jiżguraw li kwalunkwe trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rrapportat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 40 
Esklużjonijiet

1.L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 38(1):

(a)skoperturi li ma jirriżultawx fil-portafoll tan-negozjar;

(b)skoperturi li huma kompletament imnaqqsa mill-fondi proprji ta’ ditta tal-investiment;

(c)ċerti skoperturi mġarrba matul il-perkors ordinarju tas-saldu tas-servizzi ta’ pagament, tranżazzjonijiet ta’ munita barranija, tranżazzjonijiet ta’ titoli u forniment ta’ trażmissjoni ta’ flus;

(d)entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali:

(i)    skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal banek ċentrali, għal entitajiet tas-settur pubbliku, għal organizzazzjonijiet internazzjonali jew għal banek multilaterali tal-iżvilupp (MDBs) u skoperturi ggarantiti mit-tali persuni jew attriwibbli lilhom;

(ii)    skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali (għajr dawk imsemmija fil-punt (i) li huma denominati u, fejn applikabbli, iffinanzjati fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju;

(iii)    skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali tal-istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew iggarantiti minnhom.

(e)skoperturi u kontribuzzjonijiet għal fondi tal-inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b'mod sħiħ jew parzjali l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 38(1):

(a)bonds koperti;

(b)skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali tal-istati taż-ŻEE jew iggarantiti minnhom;

(c)rekwiżiti tal-likwidità miżmuma f’titoli governattivi, dment li, għad-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti dawn jiġu vvalutati bħala grad ta’ investiment;

(d)skoperturi għal kambji rikonoxxuti kif definit fl-Artikolu 4(1)(72) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 41
Eżenzjoni għal negozja
nti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

1.Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti m'għandhomx japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għal tranżazzjonijiet intragrupp:

(a)il-kontroparti tkun kontroparti mhux finanzjarja;

(b)iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni;

(c)iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju;

(d)it-tranżazzjoni tkun tista’ tiġi vvalutata bħala waħda li tnaqqas riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta’ finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja jew ta’ dak il-grupp.

2.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni skont waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-kontropartijiet ikunu inklużi f’konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(b)il-kontropartijiet ikunu inklużi f’konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(c)b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’pajjiż terz, il-kontropartijiet ikunu inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz iddeterminati bħala ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jew mal-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom hu permess f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

3.Ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti qabel ma tuża l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtorità kompetenti għandha tippermetti l-applikazzjoni tal-eżenzjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1.



IL-ĦAMES PARTI
LIKWIDITÀ

Artikolu 42 
Rekwiżit tal-likwidit
à

1.Ditta tal-investiment għandha żżomm ammont ta’ assi likwidi ekwivalenti għal mill-inqas terz tar-rekwiżiti tal-ispejjeż ġenerali fissi kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 13(1).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, assi likwidi għandhom ikunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)l-assi msemmija fl-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61;

(b)flus mhux mirhuna.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tista’ tinkludi wkoll riċevibbli mingħand debituri tan-negozju u tariffi jew kummissjonijiet riċevibbli fi żmien 30 jum fl-assi likwidi tagħhom, meta dawk ir-riċevibbli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)dawn jirrappreżentaw terz tar-rekwiżiti minimi tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)dawn ma jingħaddu għall-ebda rekwiżit addizzjonali tal-likwidità meħtieġ mill-awtorità kompetenti għal riskji speċifiċi għad-dita f’konformità mal-Artikolu 36(2)(k) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(c)dawn ikunu soġġetti għal telf impost ta’ 50 %.

Artikolu 43
Tnaqqis temporanju tar-rekwiżit tal-likwidità

1.F’ċirkustanzi eċċezzjonali, ditta tal-investiment tista’ tnaqqas l-ammont ta’ assi likwidi miżmuma. Jekk iseħħ it-tali tnaqqis, id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

2.Il-konformità mar-rekwiżit tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 42(1) għandha tiġi restawrata fi żmien 30 jum mit-tnaqqis oriġinali.

Artikolu 44
Garanziji għall-klijenti

Ditta tal-investiment għandha żżid l-assi likwidi tagħha b’1,6% tal-ammont totali ta’ garanziji pprovduti lill-klijenti.



IS-SITT PARTI
ID-DIVULGAZZJONI MINN DITTI TA’ INVESTIMENT

Artikolu 45
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Ditta tal-investiment li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni speċifikata f’din il-Parti dakinhar stess li tippubblika r-rapporti finanzjarji annwali tagħha.

2.Ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) u li toħroġ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 46, 48, 49 u 50 dakinhar stess li tippubblika r-rapporti finanzjarji annwali tagħha.

3.Madankollu, ditta tal-investiment għandha tiddivulga pubblikament l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 47 u 51 meta din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Id-ditta tal-investiment li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Art 23 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD] għandha tiddivulga l-informazzjoni mis-sena finanzjarja wara s-sena finanzjarja li fiha tkun saret il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

4.Ditta tal-investiment tista’ tiddetermina l-mezz u l-post xierqa biex jiġu rrispettati b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-divulgazzjonijiet kollha għandhom jiġu pprovduti f’mezz jew f’post wieħed, fejn possibbli. Jekk l-istess informazzjoni jew informazzjoni simili tiġi ddivulgata f'żewġ mezzi jew iżjed, kull mezz għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni sinonima fil-mezzi l-oħra.

Artikolu 46 
Objettivi u politiki ta’ ġestjoni tar-riskju

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-objettivi u l-politiki tagħha ta’ ġestjoni tar-riskju għal kull kategorija separata ta’ riskju fit-Tielet sal-Ħames Partijiet f’konformità mal-Artikolu 45, inklużi l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji u dikjarazzjoni tar-riskju approvata mill-korp maniġerjali li fil-qosor tiddeskrivi l-profil tar-riskju ġenerali tad-ditta tal-investiment assoċjat mal-istrateġija kummerċjali.

Artikolu 47 
Governanza

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġamenti interni ta’ governanza, f’konformità mal-Artikolu 45:

(a)in-numru ta’ direttorati miżmuma mill-membri tal-korp maniġerjali;

(b)il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta’ membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kull mira rilevanti stabbilita f’dik il-politika, u sa fejn ikunu ntlaħqu dawk l-objettivi u l-miri;

(c)jekk id-ditta tal-investiment stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa’ dan il-kumitat annwalment.

Artikolu 48 
Fondi proprji

1.Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja rigward il-fondi proprji tagħha, f’konformità mal-Artikolu 45:

(a)rikonċiljazzjoni sħiħa tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali, tal-entrati tal-Grad 2 u tal-filtri applikabbli u tat-tnaqqisijiet applikati għall-fondi proprji tad-ditta tal-investiment u għall-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji awditjati tad-ditta tal-investiment;

(b)deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-istrumenti tal-Grad 2 maħruġa mid-ditta tal-investiment;

(c)il-patti u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-Grad 2;

(d)divulgazzjonijiet separati tan-natura u tal-ammonti tal-filtri prudenzjali u tat-tnaqqisijiet applikati kif ukoll tal-entrati mhux imnaqqsa b’rabta mal-fondi proprji;

(e)deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati fuq il-kalkolu tal-fondi proprji f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;

2.L-EBA, f’konsultazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati formoli għad-divulgazzjoni skont il-punti (a), (b), (d) u (e) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [disa’ xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 49
Rekwiżiti kapitali

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja rigward il-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD], f’konformità mal-Artikolu 45:

(a)sommarju tal-approċċ tad-ditta tal-investiment għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħha għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;

(b)fuq talba mill-awtorità kompetenti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tad-ditta tal-investiment, inkluża l-kompożizzjoni tal-fondi proprji addizzjonali abbażi tal-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(c)ir-rekwiżiti kapitali kkalkolati b’mod separat, f’konformità ma’ kull fattur-K applikabbli għad-ditta tal-investiment kif stipulat fl-Artikolu 15, u f’forma aggregata, fuq il-bażi tas-somma tal-fatturi-K applikabbli;

(d)ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 13.

Artikolu 50 
Divulgazzjoni tar-redditu fuq l-assi

Ditta tal-investiment għandha tiddivulga r-redditu fuq l-assi tagħha kkalkolat bħala l-profitt nett tagħha diviż bil-karta bilanċjali totali tagħha fir-rapport annwali tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 45.

Artikolu 51
Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom għal dawk il-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, f’konformità mal-Artikolu 45;

(a)l-aktar karatteristiċi importanti fis-sistema ta’ remunerazzjoni, inkluż il-livell ta’ remunerazzjoni varjabbli u l-kriterji biex tingħata, il-ħlas fil-politika dwar l-istrumenti, il-politika ta’ differiment u l-kriterji ta’ vestiment;

(b)il-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbilita f'konformità mal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD];

(c)informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-rimunerazzjoni, disaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, li tindika dan li ġej:

i) l-ammonti tar-remunerazzjoni mogħtija fis-sena finanzjarja, maqsuma f’remunerazzjoni fissa inkluża deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta’ benefiċjarji;

ii) l-ammonti u l-forom tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus, ishma, strumenti marbuta mal-ishma u tipi oħra b’mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti differita;

iii) l-ammonti ta’ remunerazzjoni differita mogħtija għall-perjodi preċedenti tal-prestazzjoni, maqsuma fl-ammont dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut għall-vestiment fis-snin sussegwenti;

iv) l-ammont ta’ remunerazzjoni differita dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja, u li jitnaqqas permezz ta’ aġġustamenti tal-prestazzjoni;

v) l-għotjiet ta’ remunerazzjoni varjabbli ggarantita matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk l-għotjiet;

vi) il-pagamenti mal-għoti ta’ sensja mogħtija fil-perjodi preċedenti, li tħallsu matul is-sena finanzjarja;

vii) l-ammonti ta’ pagamenti mal-għoti tas-sensja mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f’dawk imħallsa bil-quddiem u differiti, in-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk il-pagamenti u l-ogħla pagament li ngħata lil persuna waħda;

(d)l-għadd ta’ individwi li ngħataw remunerazzjoni ta’ EUR 1 miljun jew aktar f’sena finanzjarja, b’remunerazzjoni ta' bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljun maqsuma f’kategoriji ta’ pagi ta’ EUR 500 000 u b’remunerazzjoni ta' EUR 5 miljun u aktar maqsuma f’kategoriji ta’ pagi ta’ EUR 1 miljun;

(e)fuq talba mill-awtorità kompetenti, ir-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp maniġerjali jew tal-maniġment superjuri;

(f)informazzjoni dwar jekk id-ditta tal-investiment tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD].

Għall-finijiet tal-punt (f), id-ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn tali deroga għandhom jindikaw jekk dik id-deroga ngħatatx fuq il-bażi tal-punt (a) jew tal-punt (b) tal-Artikolu 30(4) tad-Direttiva (UE) ----/--[IFD], jew it-tnejn. Dawn għandhom jindikaw ukoll għal liema prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta’ membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f’remunerazzjoni fissa u varjabbli.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679.

IS-SEBA’ PARTI
DIVULGAZZJONI MINN DITTI TA’ INVESTIMENT

Artikolu 52 
Rekwiżiti ta’ rapportar

1.Ditta tal-investiment għandha tippreżenta rapport annwali lill-awtoritajiet kompetenti li jinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji;

(b)ir-rekwiżiti kapitali;

(c)il-kalkoli tar-rekwiżit kapitali;

(d)il-livell ta’ attività fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1), inklużi l-karta bilanċjali u disaggregazzjoni tad-dħul skont is-servizz ta’ investiment u l-fattur-K applikabbli;

(e)ir-riskju ta' konċentrazzjoni;

(f)ir-rekwiżiti tal-likwidità.

2.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 12(1) ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta l-informazzjoni speċifikata fil-punti (e) u (f).

3.L-EBA, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fejn jiġu speċifikati l-formats, id-dati ta’ rapportar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għar-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1, li jieħu f’kunsiderazzjoni d-differenza fil-granularità tal-informazzjoni ppreżentata minn ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 12(1).

L-ABE għandha tiżviluppa l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien [disa’ xhur mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 53 
Rekwiżiti ta’ rapportar għad-ditti tal-investiment li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu
4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1.Ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jivverifikaw id-daqs tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar u jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti u lill-EBA kull trimestru.

2.Jekk ditta tal-investiment msemmija fil-paragrafu 1 tkun parti minn grupp li fih impriża oħra waħda jew aktar tkun ditta tal-investiment li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-tali ditti tal-investiment għandhom jivverifikaw id-daqs tal-assi totali tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar u jinformaw lil xulxin. Imbagħad, kull trimestru dawk id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw l-assi totali kombinati tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u lill-EBA.

3.Jekk il-medja tal-assi totali ta’ kull xahar tad-ditti tal-investiment msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tilħaq xi wieħed mil-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikkalkolati tul perjodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi, l-EBA għandha tinnotifika lil dawk id-ditti tal-investiment u lill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu [8a] tad-Direttiva 2013/36/UE dwar dan.

4.L-EBA, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 biex ikun jista’ jsir monitoraġġ effettiv tal-livelli limitu stabbiliti fil-paragrafu 1(a) u (b) tal-Artikolu [8a] tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-[1 ta’ Jannar 2019].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu, f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

IT-TMIEN PARTI
ATTI DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 54
Eżerċitar ta
d-delega

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), 12(5), 15(5) u 38(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(2) u 15(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(2) u 15(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ [xahrejn] min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 55 
Atti ta’ implimentazzjoni

L-ispeċifikazzjoni tal-formoli għad-divulgazzjoni stipulata fl-Artikolu 48(2) u tal-formats, tad-dati ta’ rapportar, tad-definizzjonijiet u tas-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għar-rapportar kif stipulat fl-Artikolu 52(2) għandha tiġi adottata bħala atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(2).

Artikolu 56
Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE 33 . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 .

2.Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

ID-DISA’ PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI, RAPPORTI, ANALI
ŻI U EMENDI

TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 57
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.L-Artikoli 42 sa 44 u 45 sa 51 għandhom japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet minn [ħames snin mid-dħul tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

2.Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew mid-data ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1)(b) u (c) skont [il-Kapitolu 1 (a) u 1 (b) tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament Nru (UE) Nru 575/2013, f’konformità mal-Artikolu 1(84) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-proporzjon ta’ ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012], skont liema jiġi l-ewwel, ditta tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 11, id-ditti tal-investiment jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom għal perjodu ta’ ħames snin [mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] kif ġej:

(a)id-doppju tar-rekwiżit kapitali rilevanti skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu 1 tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li kieku baqgħu soġġetti għal dak ir-Regolament;

(b)id-doppju tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi applikabbli stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament meta ditta tal-investiment ma kinitx teżisti fid-[data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];

(c)id-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali applikabbli stabbilit fit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE fid-[data qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jekk impriża kienet soġġetta biss għal rekwiżit kapitali inizjali sa dak iż-żmien.

Artikolu 58
Deroga għall-impriżi msemmija fl-Artikolu 
4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) 575/2013

Id-ditti tal-investiment li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(1)(b) tar-Regolament (UE) 575/2013 u li għadhom ma kisbux l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikomplu jkun soġġetti għar-Regolament (UE) 575/2013 u għad-Direttiva 2013/36/UE.

TITOLU II
RAPPORTI U RIEŻAMIJIET

Artikolu 59 
Klawżola ta' rieżami

1.Sa [3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)il-kundizzjonijiet biex id-ditti tal-investiment jikkwalifikaw bħala ditti żgħar u mhux interkonnessi f’konformità mal-Artikolu 12;

(b)il-metodu għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti u fl-Artikolu 38;

(c)il-koeffiċjenti fl-Artikolu 15(2);

(d)id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 44;

(e)id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(f)l-applikazzjoni tat-Tielet Parti għan-negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet.

2.Sa [3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti leġiżlattivi fejn xieraq.

TITOLU III
EMENDI

Artikolu 60
Emendi għar-Regolament (UE) Nru
575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 hu emendat kif ġej:

1.Fit-titolu, jitħassar il-kliem “u d-ditti tal-investiment”.

2.L-Artikolu 4(1) hu emendat kif ġej:

(a)Il-punt (1) hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(1) “istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess;

(b)li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni:    

i) il-valur totali tal-assi tal-impriża jaqbeż it-EUR 30 biljun, jew

ii) il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali kombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u jkollhom assi totali ta’ anqas minn EUR 30 biljun jaqbeż it-EUR 30 biljun, jew

ii) il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali kombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE jaqbeż it-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f’konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni u riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

(b)Il-punt (2) hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(2) “ditta tal-investiment” tfisser persuna kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva, minbarra istituzzjoni ta’ kreditu;”.

(c)Il-punt (3) hu ssostitwit b'dan li ġej:

(3)“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża msemmija fl-Artikolu 8a(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;”.

(d)il-punt (4) jitħassar;

(e)Il-punt (26) hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(26) “istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża ditta tal-investiment, kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, u kumpanija tal-immaniġġar tal-assi, iżda esklużi kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/UE;”.

(f)Il-punt (51) hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(51) “kapital inizjali” tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;”;

(g)Jiżdied il-punt (145):

“(145) “negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser impriżi li n-negozju prinċipali tagħhom jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ derivattivi ta’ komoditajiet jew ma’ kuntratti ta’ derivattivi ta’ komoditajiet imsemmija fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10, derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;”.

3.L-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 hu ssostitwit b’dan li ġej:

“(4) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fis-Sitt u fis-Seba’ Parti fuq bażi individwali.”.

(b)jitħassar il-paragrafu 5.

4.Fil-Parti I, Titolu II, Kapitolu 2 dwar il-Konsolidazzjoni prudenzjali, jiddaħħal Artikolu 10a ġdid:

“Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru u kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni għandhom jinkludu ditti tal-investiment meta t-tali ditti tal-investiment ikunu impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni.”.

5.Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 hu ssostitwit b'dan li ġej:

“3. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE u istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fis-Sitt Parti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE”.

6.Jitħassar l-Artikolu 15.

7.Jitħassar l-Artikolu 16.

8.Jitħassar l-Artikolu 17.

9.Fl-Artikolu 81, il-punt (a) tal-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)istituzzjoni;

(ii)impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)ditta tal-investiment;”.

10.Fl-Artikolu 82, il-punt (a) tal-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)istituzzjoni;

(ii)impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)ditta tal-investiment;”.

11.L-Artikolu 93 hu emendat kif ġej:

(a)jitħassar il-paragrafu 3.

(b)Il-paragrafi 4, 5 u 6 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“4. Jekk il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.

5. Jekk ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.

6. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni għandu jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 4 ma għandhomx japplikaw.”.

12.It-Taqsima 2 tal-Kapitolu I, Titolu I, it-Tielet Parti hi mħassra fi [5 snin mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) ____/____IFR].

13.Fl-Artikolu 197, il-punt (c) tal-paragrafu 1 hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(c) titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet u minn ditti tal-investiment li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ponderazzjoni tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;”.

14.Fl-Artikolu 202, il-frażi ta' introduzzjoni hi ssostitwita b'din li ġejja:

“Istituzzjoni tista’ tuża istituzzjonijiet, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta’ esportazzjoni tal-kreditu bħala fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) fejn jilħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:”.

15.Jitħassar l-Artikolu 388.

16.Fl-Artikolu 456(1) jitħassru l-punti (f) u (g).

17.Fl-Artikolu 493 jitħassar il-paragrafu 2.

18.Jitħassar l-Artikolu 498.

19.Fl-Artikolu 508 jitħassru l-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 61

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 hu emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 46 hu emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d) id-ditta stabbilixxiet l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 6a.”;

(b)jiżdied il-paragrafu 6a li ġej:

“6a. Ditti minn pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi annwali, jinformaw lill-ESMA dwar dan li ġej:

(a)l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mid-ditti fl-Unjoni;

(b)il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a);

(c)jekk sarux arranġamenti għall-protezzjoni tal-investituri, u deskrizzjoni dettaljata tagħhom;

(d)il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġar tar-riskji applikati mid-ditta fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a).”;

(c)il-paragrafu 7 hu ssostitwit b’dan li ġej:

“7. “L-ESMA, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta applikant minn pajjiż terz trid tipprovdi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni li għandha tiġi rappurtata skont il-paragrafu 6a.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [id-data għadha trid tiddaħħal].

Il-Kummissjoni qiegħda tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(d)jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8. “L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format li fih l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi ppreżentata u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6a għandha tiġi rapportata.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [id-data għadha trid tiddaħħal].

Il-Kummissjoni qiegħda tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”.

(2)    L-Artikolu 47 hu emendat kif ġej: 

(a)l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:

(a)li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti prudenzjali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva (UE) ----/-- [IFD] u r-Regolament (UE) ----/--- [IFR] u d-Direttiva 2014/65/UE u fil-miżuri implimentattivi adottati skont dawk ir-Regolamenti u d-Direttivi;

(b)li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u

(c)li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprovdi għal sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta’ pajjiżi terzi;

Jekk is-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f’dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għal dawn il-finijiet, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.

Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra jekk il-pajjiż terz humiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.”;

(b)fil-paragrafu 2, il-punt (c) hu sostitwit b’dan li ġej:

“(c) il-proċedura li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inklużi investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post.”;

(c)jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5. “L-ESMA għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta’ infurzar u żviluppi oħra fis-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ikun ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet għadhomx issodisfati. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.”.

Artikolu 62
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 
1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 hu emendat kif ġej:

(1)    Fl-Artikolu 4(2) jiżdied il-punt (v) li ġej:

“(v) fir-rigward tar-Regolament (UE) ----/---- [IFR] u tad-Direttiva ----/--/UE [IFD], l-awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE)----/-- [IFD].’’.

L-GĦAXAR PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 63
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [...] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Dan ir-Regolament għandu japplika minn [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

3.    Għall-finijiet ta’ rekwiżiti prudenzjali ta’ ditti tal-investiment, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’atti oħra tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Ara l-“Komunikazzjoni dwar ir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali”, COM(2017) 292 final, it-8 ta’ Ġunju 2017; u l-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Dwar it-tisħiħ tas-superviżjoni integrata biex tissaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-integrazzjoni finanzjarja f’ambjent li qed jinbidel”, COM(2017) 542 final, l-20 ta’ Settembru 2017.
(2)    Rapport tal-EBA dwar id-ditti tal-investiment, bi tewġiba għat-talba mill-Kummissjoni għal parir ta’ Diċembru 2014 (EBA/Op/2015/20), Tabella 12: Populazzjoni tad-ditti tal-investiment, skont il-kategorija, skont il-pajjiż, p. 96. https://www.eba.europa.eu/documents/10180/983359/EBA-Op-2015-20+Report+on+investment+firms.pdf
(3)    COM(2017) 292 final.
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1-337)
(5)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338-436)
(6)    Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1-44).
(7)    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349-496) u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84-148).
(8)    F’konformità mat-tieni sett ta’ pariri mill-EBA ta’ Ottubru 2016 (Opinion of the European Banking Authority on the First Part of the Call for Advice on Investment Firms, https://www.eba.europa.eu/documents/10180/1639033/Opinion+of+the+European+Banking+Authority+on+the+First+Part+of+the+Call+for+Advice+on+Investment+Firms+%28EBA-Op-2016-16%29.pdf), f’Novembru 2016 il-Kummissjoni pproponiet li jinħtieġ li d-ditti tal-investiment identifikati bħala istituzzjonijiet globali jew oħra sistemikament importanti (global systemically important institutions, G-SIIs, other systemically important institutions, O-SIIs) f’konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital jibqgħu soġġetti għar-Regolament rivedut dwar ir-Rekwiżiti Kapitali. F’Marzu 2017, kien hemm tmien ditti tal-investiment f’dan il-grupp, kollha bbażati fir-Renju Unit. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li ditti tal-investiment oħra jaf ma jkunux affettwati minn dawn it-tibdiliet. Ara: Proposti tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament u tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali tat-23 ta’ Novembru 2016, https://ec.europa.eu/info/law/banking-prudential-requirements-directive-2013-36-eu/upcoming_mt
(9)    COM(2017) 542 final.
(10)    Il-MiFID II se żżid mal-lista s-servizzi ta’ investiment “l-operat ta’ faċilità organizzata tan-negozjar”.
(11)    EBA report on investment firms, response to Commission’s call for advice of December 2014 (EBA/Op/2015/20), http://www.eba.europa.eu/documents/10180/983359/EBA-Op-2015-20+Report+on+investment+firms.pdf
(12)    Designing a new prudential regime for investment firms (EBA/DP/2016/02), https://www.eba.europa.eu/documents/10180/1647446/Discussion+Paper+on+a+new+prudential+regime+for+Investment+Firms+%28EBA-DP-2016-02 %29.pdf/cf75b87e-2db3-47a3-b1f3-8a30fa6962da
(13)    EBA opinion on the design of a new prudential framework for investment firms (EBA/Op/2017/11), http://www.eba.europa.eu/documents/10180/1976637/EBA+Advice+on+New+Prudential+Framework+on+Investment+Firms+%28EBA-Op-2017-11 %29.pdf
(14)    Proposti tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament u tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali tat-23 ta’ Novembru 2016, https://ec.europa.eu/info/law/banking-prudential-requirements-directive-2013-36-eu/upcoming_mt
(15)    Komunikazzjoni dwar ir-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, Ġunju 2017 (COM(2017292), https://ec.europa.eu/info/publications/mid-term-review-capital-markets-union-action-plan_mt
(16)    COM(2917) 592 final.
(17)    EBA report on investment firms, response to Commission’s call for advice of December 2014 (EBA/Op/2015/20), https://www.eba.europa.eu/documents/10180/983359/EBA-Op-2015-20+Report+on+investment+firms.pdf
(18)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2017-1546878_mt
(19)    Ara, pereżempju, id-diversi tweġibiet ippreżentati fis-Sejħa għall-Evidenza tal-2015 tal-Kummissjoni http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/financial-regulatory-framework-review/index_mt.htm
(20)    Opinion of the European Banking Authority on issues related to the departure of the United Kingdom from the European Union (EBA/Op/2017/12) tat-12 ta’ Ottubru 2017, http://www.eba.europa.eu/documents/10180/1756362/EBA+Opinion+on+Brexit+Issues+%28EBA-Op-2017-12 %29.pdf
(21)    Kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36-41), jiġifieri intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u / jew it-total tal-karta bilanċjali annwali tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.
(22)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 tal-4 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal ditti fuq il-bażi tal-ispejjeż ġenerali fissi (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 1-4).
(23)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1-36).
(24)    ĠU C […], […], p. […].
(25)    ĠU C […], […], p. […].
(26)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338436)
(27)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1337)
(28)    Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 144)
(29)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/488 tal-4 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal ditti abbażi tal-ispejjeż ġenerali fissi (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 1
(30)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012.
(31)    Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 136)
(32)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(33)    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36).
(34)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).