IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.11.2017
COM(2017) 772 final
2017/0309(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.11.2017
COM(2017) 772 final
2017/0309(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha
Il-proposta hija maħsuba biex tintroduċi xi bidliet speċifiċi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1313/2013/UE (“id-Deċiżjoni”) dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”), li taħtu, l-Unjoni Ewropea tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem fl-Unjoni Ewropea u barra minnha. Filwaqt li tibni fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża, l-objettiv kumplessiv ta’ din il-proposta huwa li tiżgura li l-Unjoni tkun tista’ tipprovdi appoġġ aħjar f'każ ta' kriżi u ta’ emerġenza liċ-ċittadini tagħha fl-Ewropa u barra minnha. Il-proposta tirrikonoxxi li l-isforzi ta’ prevenzjoni tad-diżastri huma kruċjali biex tiġi limitata l-ħtieġa għall-appoġġ f'każ ta' kriżi u ta’ emerġenza.
Skont l-Evalwazzjoni Interim tal-UCPM 1 , imwettqa reċentement, u prevista fl-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, u valutazzjonijiet tal-prestazzjoni oħra bħall-“Analiżi tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea tal-UCPM” 2 , il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wera li hu għodda utli għall-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-assistenza pprovduta mill-Istati Parteċipanti li jirrispondu għall-kriżijiet fl-Unjoni u barra minnha, u b’hekk jikkostitwixxi prova tanġibbli tas-solidarjetà Ewropea. Madanakollu, xi konklużjonijiet misluta minn dawn id-dokumenti u evidenza addizzjonali wasslu għall-identifikazzjoni ta’ ċerti oqsma fejn il-bidla leġiżlattiva hija ġġustifikata. F’dan ir-rigward, l-esperjenza operazzjonali kienet konsiderazzjoni ewlenija, li tirrappreżenta fattur ewlieni li jwassal għal din l-inizjattiva, peress li enfasizzat fuq il-limitazzjonijiet tal-qafas attwali.
Sa mill-2013 l-Unjoni kellha tħabbat wiċċha ma’ għadd kbir ta’ diżastri bit-telf traġiku ta’ ħajjiet u konsegwenzi oħra ta’ ħsara għaċ-ċittadini, in-negozji, il-komunitajiet u l-ambjent. B'mod iżjed konkret, ir-rispons għal għadd ta’ diżastri riċenti, inkluż l-impatt umanitarju tal-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni, in-nuqqas ta’ assi disponibbli matul l-istaġuni tan-nirien tal-foresti tal-2016 u l-2017, meta dawn tal-aħħar kienu partikolarment twal u intensi u wasslu biex ’il fuq minn 100 persuna tilfu ħajjithom, kif ukoll l-impatt kbir ta’ serje ta’ uragani fil-Karibew u maltempati feroċi u l-għargħar fl-UE, kienu jikkostitwixxu test tal-istress veru għall-UCPM. Dan kien partikolarment evidenti matul l-emerġenzi fuq skala kbira li affettwaw lil diversi Stati Membri fl-istess żmien. F’tali ċirkostanzi, in-natura volontarja tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri biex jirrispondu għad-diżastri ta’ spiss ma kinitx biżżejjed, u n-nuqqasijiet eżistenti f’ċerti kapaċitajiet ta’ rispons kritiku, kif spjegat fir-Rapport dwar in-Nuqqasijiet fil-Kapaċità ippubblikat fil-bidu tal-2017 3 , issa saru evidenti sew. F’dan il-kuntest, l-aktar eżempji impressjonanti huma l-inabilità tal-kapaċità kollettiva tal-UE li tirrispondi għal kull waħda mis-17-il talba għall-assistenza f’każ ta’ nirien f’foresti, li minnhom 10 biss setgħu jiġu ssodisfati, u li anke minn dawn kien hemm uħud li sofrew minn dewmien li naqqas il-puntwalità tar-rispons.
Meta wieħed iqis dan il-kuntest, jidher li hemm raġunijiet b’saħħithom għaliex għandu jsir eżami speċifiku tal-leġiżlazzjoni tal-UCPM attwali sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni qed iħabbat wiċċu magħhom illum il-ġurnata. F’termini konkreti, il-bidliet f’din il-proposta għandhom l-għan li jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
a) Li tissaħħaħ l-effettività tal-azzjoni preventiva bħala parti miċ-ċiklu ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, kif ukoll ir-rinfurzar ta’ rabtiet ma’ politiki oħra ewlenin tal-UE marbuta mal-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u r-rispons għal diżastri;
b) Li tiġi rinfurzata l-abbiltà kollettiva tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirrispondu għal diżastri, u li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-kapaċità rikorrenti u emerġenti, speċjalment bil-ħolqien ta’ riżerva ddedikata ta’ kapaċitajiet ta’ rispons fil-livell tal-Unjoni, bid-deċiżjonijiet dwar l-istazzjonar jittieħdu mill-Kummissjoni, li tibqa’ responsabbli mill-kmand u l-kontroll (se tkun magħrufa bħala rescEU). Ir-rescEU se tkun mgħammra b’kapaċitajiet ta’ emerġenza magħżula bħala rispons għal nirien fil-foresti, għargħar, terremoti u emerġenzi tas-saħħa kif xieraq. Wara diskussjoni mal-Istati Membri, jeħtieġ ukoll li jkun previst sptar fuq il-post li jista’ jiġi mobilizzat fl-Unjoni jew barra minnha bħala parti mill-Korp Mediku Ewropew, għal każijiet ta’ epidemiji bħall-Ebola u z-Zika. Barra minn hekk, l-Ewropa ntlaqtet minn ħafna attakki terroristiċi. Li tali kapaċitajiet isiru disponibbli fil-livell tal-UE jgħin ukoll biex jiġu ġġenerati ekonomiji ta’ skala u biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-akkwist tal-istess kapaċitajiet fuq livell individwali;
c) Li jiġi żgurat li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkun wieħed ħafif u effettiv fil-proċeduri amministrattivi tiegħu bħala appoġġ għal operazzjonijiet ta’ emerġenza.
Il-ħtieġa li l-Protezzjoni Ċivili Ewropea tissaħħaħ fid-dawl tax-xejriet ta’ diżastri, inkluż it-temp estrem, u fl-isfond ta’ tħassib dwar is-sigurtà interna, ġiet rikonoxxuta sew. Din il-proposta hija bbażata fuq analiżi riċenti ulterjuri u riflessjonijiet mill-qrib fuq in-nuqqasijiet identifikati, li twettqu flimkien mal-Awtoritajiet tal-Protezzjoni Ċivili responsabbli.
•Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta tikkontribwixxi għal waħda mill-għaxar prijoritajiet politiċi stabbiliti mill-Kummissjoni għall-perjodu bejn l-2015 u l-2019, jiġifieri għall-ksib ta’ “Żona ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali Bbażata fuq il-Fiduċja Reċiproka”. Il-fiduċja reċiproka hija mnaqqxa fil-prinċipju tas-solidarjetà, li jirfed id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, u taħt din il-proposta se tiġi msaħħa, flimkien mal-prinċipji tar-responsabbiltà u l-akkontabbiltà kondiviża.
Il-bidliet proposti huma kompletament konsistenti mal-objettiv usa’ tal-ħidma lejn “Ewropa li tipproteġi”, li ggwida l-isforzi tal-Kummissjoni matul l-aħħar snin, u se jkompli jagħmel dan fis-snin li ġejjin. Din il-proposta tibni fuq ir-riżultati pożittivi li pproduċa l-qafas s’issa, u għandha l-għan li tikkoreġi n-nuqqasijiet b’dispożizzjonijiet rinfurzati sabiex tkompli tappoġġa, tikkoordina u tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam.
•Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni
L-azzjonijiet previsti taħt l-UCPM rivedut huma konformi mal-objettiv globali tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-politiki u l-istrumenti kollha rilevanti tal-UE jikkontribwixxu għar-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-Unjoni f’termini ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, mill-prevenzjoni ta’ diżastri, għat-tħejjija u r-rispons għal diżastri u l-irkupru minnhom. Huma jirriflettu wkoll l-objettiv stipulat fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-appoġġ tas-solidarjetà fost l-Istati Membri.
Qed tingħata attenzjoni speċjali b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni mill-qrib u l-konsistenza ma' azzjonijiet imwettqa taħt politiki oħra tal-UE, bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, u strumenti li jaġixxu fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, bħall-koeżjoni, l-iżvilupp rurali, ir-riċerka, is-saħħa, kif ukoll il-migrazzjoni u l-politiki ta’ sigurtà. Bl-istess mod, il-proposta tfittex li tistabbilixxi sinerġiji aktar b’saħħithom mal-politika tal-għajnuna umanitarja, b’mod partikolari bħala rispons għall-emerġenzi barra mill-Unjoni.
Bħalissa ma hemm l-ebda att leġiżlattiv taħt politiki oħra tal-Unjoni li jista’ jikseb l-objettivi li qed tfittex li tilħaq din il-proposta. B’hekk ma jeħtieġ li jkun hemm ebda duplikazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qasam.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
•Is-sussidjarjetà (għall-kompetenzi mhux esklużivi)
L-objettivi tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri meta dawn jaġixxu waħedhom. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ġie stabbilit minħabba li diżastri kbar jistgħu jissuperaw il-kapaċitajiet ta’ rispons ta’ kwalunkwe Stat Membru li jaġixxi waħdu. L-għoti ta’ assistenza reċiproka rapida u kkoordinata tajjeb fost l-Istati Membri jinsab fil-qalba tiegħu.
Minbarra emendi biex jiġu żgurati l-koerenza u s-simplifikazzjoni, din il-proposta tipprevedi wkoll possibbiltajiet addizzjonali għar-rinfurzar tal-kapaċità kollettiva fir-rigward tat-tħejjija u r-rispons għad-diżastri. Dan huwa partikolarment sinifikanti f’każ ta’ diżastru, jew diversi diżastri, b’impatti wiesgħa li jistgħu jissuperaw il-kapaċitajiet ta’ għadd kbir ta’ Stati Membri fl-istess ħin u li jistgħu jimmobilizzaw l-assistenza reċiproka fosthom. Dan huwa wkoll il-każ għal kapaċitajiet li jkunu meħtieġa f’każ ta’ xenarju ta’ diżastru ewlieni ta’ probabbiltà baxxa iżda li jkollu impatt qawwi. F’każijiet bħal dawn huwa ċar li l-Istati Membri ma jistgħux jiżguraw biżżejjed rispons weħidhom, u b’hekk huwa meħtieġ l-appoġġ tal-UE biex jappoġġa u jikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Billi tqis il-benefiċċji f’termini ta’ tnaqqis tat-telf ta’ ħajja umana, ta’ ħsara ambjentali, ekonomika u materjali, il-proposta twassal għal valur miżjud ċar tal-UE.
•Proporzjonalità
Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi. Hija tindirizza n-nuqqasijiet li ġew identifikati matul l-evalwazzjoni interim u permezz ta’ dokumenti riċenti oħra li jivvalutaw ir-rapport speċjali dwar il-prestazzjoni tal-UCPM 4 , (il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA), ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar u n-nuqqasijiet li fadal fl-EERC 5 - li ssemma qabel, u l-Ħarsa Ġenerali lejn r-Riskju fl-UE 6 ) u tipproponi soluzzjoni konformi mal-mandat mogħti mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.
Il-piż amministrattiv għall-Unjoni u għall-Istati Membri huwa limitat u ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tal-proposta. Barra minn hekk, is-simplifikazzjoni ta’ ċerti rati ta’ kofinanzjament tal-UE u t-tneħħija ta’ kofinanzjament f’ċerti oqsma se jnaqqsu l-piż amministrattiv.
•L-għażla tal-istrument
Proposta għal Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Il-Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
In-nuqqasijiet li din il-proposta għandha l-għan li tittratta ġew identifikati mill-esperjenza operazzjonali, kif ukoll mir-riżultati tal-konsultazzjoni komprensiva mal-partijiet ikkonċernati li twettqet reċentement fil-qafas tal-Evalwazzjoni Interim tal-UCPM 7 . L-objettiv ġenerali ta' din il-konsultazzjoni kien li l-partijiet ikkonċernati kollha jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-prestazzjoni tal-UCPM matul l-ewwel nofs tal-implimentazzjoni tiegħu. L-objettivi speċifiċi kienu li:
(a)Jinġabru l-fehmiet u l-opinjonijiet taċ-ċittadini Ewropej dwar ir-riżultati li l-UCPM irnexxielu jikseb s’issa;
(b)Tiġi ddeterminata l-importanza tal-prijoritajiet differenti għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri kif dawn huma mifhuma mal-UE kollha;
(c)Jinkisbu feedback u konsulenza teknika speċifiċi mill-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-UCPM;
(d)Tinġabar evidenza biex tappoġġa l-evalwazzjoni interim tal-UCPM għal kull waħda mill-kriterji ta’ evalwazzjoni ewlenin.
Matul l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġew indirizzati erba’ gruppi ewlenin ta’ partijiet ikkonċernati:
–Entitajiet li qed jimplimentaw l-UCPM: Awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri li jikkontribwixxu permezz ta’ moduli u/jew esperti għall-Kapaċità Ewropea ta’ Rispons f’każ ta’ Emerġenza; awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili oħra tal-Istati Membri; l-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili ta’ Stati Parteċipanti 8 .
–Entitajiet affettwati mill-UCPM: Pajjiżi ospitanti li rċevew appoġġ mill-UCPM (l-UE, il-Pajjiżi tal-Adeżjoni, il-pajjiżi Ewropej tl-Viċinat u pajjiżi terzi oħra), il-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-awtoritajiet lokali.
–Entitajiet b'interess iddikjarat fl-UCPM: Awtoritajiet oħra tal-Istati Membri, awtoritajiet oħra tal-Istati Parteċipanti, aġenziji tan-NU, il-Bank Dinji, NGOs, is-Settur Privat, Fondazzjonijiet, eċċ.
–Entitajiet li għandhom l-għarfien rilevanti għall-UCPM (jiġifieri il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri): Universitajiet/ċentri ta’ eċċellenza u gruppi ta’ riflessjoni, l-aktar fl-Istati Parteċipanti.
•Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi
L-Evalwazzjoni Interim li tirfed din il-proposta twettqet minn evalwatur estern bejn Settembru 2016 u Ġunju 2017. Din kienet ibbażata fuq dak li ntqal matul id-diskussjonijiet mal-Istati Parteċipanti (il-Kumitat tal-Protezzjoni Ċivili, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Protezzjoni Ċivili, u l-laqgħat tad-Diretturi Ġenerali) u qieset l-informazzjoni miksuba permezz ta’ Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa, ir-rapport speċjali dwar l-UCPM tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar u n-nuqqasijiet li fadal fl-EERC.
L-evalwazzjoni tikkonsisti minn tliet fażijiet:
(i)bidu, inkluż analiżi mhux fuq il-post tal-attivitajiet tal-UCPM u intervisti esplorattivi mal-uffiċjali tal-Kummissjoni;
(ii)riċerka, inkluż konsultazzjoni speċifika mal-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-UCPM 9 permezz ta’ stħarriġ onlajn, intervisti wiċċ imb'wiċċ u bit-telefon, u tliet studji tal-każ (in-Nirien tal-Foresti ta’ Ċipru, l-Eżerċizzju Modulu tal-Estonja, il-Kriżi tal-Migrazzjoni).
(iii)analiżi u sinteżi, inkluż it-triangulazzjoni tad-data, l-elaborazzjoni tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet, u l-abbozzar.
Barra minn hekk, saret Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa (OPC) onlajn għal tliet xhur (bejn Novembru 2016 u Frar 2017), b’madwar 130 parteċipant mill-Ewropa kollha li pprovdew feedback dwar l-UCPM. Rapport dwar l-eżitu tal-OPC ġie ppubblikat fl-aħħar ta’ Marzu 2017 10 .
Valutazzjoni tal-impatt
Sa issa għadha ma twettqitx Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta, minħabba li hemm urġenza kbira fl-implimentazzjoni tal-bidliet proposti minħabba nuqqasijiet f’kapaċitajiet kritiċi fil-livell Ewropew, li kienu evidenti b’mod partikolari fl-istaġun tat-tifi tan-nar tal-foresti tal-2017. Tali nuqqasijiet affettwaw b’mod sostanzjali r-rispons tal-UE għad-diżastri u wasslu għal għadd kbir ta’ diżgrazzji, impatti ekonomiċi qawwija u ħsara lill-ambjent.
•Idoneità u simplifikazzjoni regolatorja
Ir-reviżjoni proposta hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tagħha, tibbilanċja l-interessi tal-Istati Membri, u hija proporzjonali għal dak li huwa meħtieġ fuq livell operazzjonali.
Minħabba li din hija reviżjoni ta’ biċċa leġiżlazzjoni eżistenti, il-Kummissjoni ħarset lejn opportunitajiet biex tissimplifika u tnaqqas il-piż. Filwaqt li, kif spjegat hawn taħt, ġew identifikati għadd ta’ azzjonijiet ta’ simplifikazzjoni, ma kienx possibbli li dawn jiġu kkwantifikati, minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ data fil-perjodu ta’ żmien limitat.
Din il-proposta tneħħi l-burokrazija żejda billi tintroduċi referenza speċifika għall-użu ta’ ammonti ta’ unitajiet, ammonti b’rata fissa u rati fissi fir-rigward tal-kofinanzjament tal-kostijiet tat-trasport. Barra minn hekk, hija tissimplifika l-proċeduri amministrattivi eżistenti billi tissimplifika r-regoli ta’ kofinanzjament.
B’mod aktar ġenerali, din il-proposta tfittex li taġġorna l-proċeduri operazzjonali biex tiżgura li dawn ikunu xierqa għall-użu, rapidi u mhux kumplikati biex jinftehmu u jiġu applikati, u b’hekk jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu kapaċi jaċċessaw l-appoġġ u l-faċilitazzjoni mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni meta dan ikun meħtieġ. Pereżempju, diżastri riċenti taw evidenza li l-Unjoni aktarx mhix mgħammra biżżejjed għal emerġenzi b’impatt wiesa’ u li jaffettwaw diversi Stati Membri fl-istess ħin (eż. nirien tal-foresti, avvenimenti tat-temp estremi, għargħar fuq skala kbira, terremoti, epidemiji (bħall-Ebola), attakki terroristiċi). F’tali ċirkostanzi, l-Istati Membri mhux dejjem ikunu kapaċi joffru l-assistenza tagħhom.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Kif spjegat fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ bejn l-2014 u l-2020 huwa ta’ EUR 368.4 miljun. Dan l-ammont jinkludi l-kontribuzzjoni ta’ EUR 223,8 miljun mill-Intestatura 3 “Sigurtà u Ċittadinanza” u EUR 144,6 miljun mill-Intestatura 4 “Ewropa Globali”. Barra minn hekk, il-kosti amministrattivi u tar-riżorsi umani huma koperti mill-Intestatura 5 għal total approssimattiv ta’ EUR 52,5 miljun.
Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi stipulati f’Taqsima 1 hawn fuq, jiġifieri:
–ir-rinfurzar tal-kapaċità kollettiva tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jirrispondu għad-diżastri permezz tal-ħolqien ta’ riżerva ddedikata ta’ kapaċitajiet ta’ rispons, bil-kmand u l-kontroll f’idejn il-Kummissjoni (rescEU),
–rati ogħla ta’ kofinanzjament (75%) tal- kapaċitajiet li jkunu għad-dispożizzjoni tar-riżerva Ewropea. Dan jinkludi l-kosti tal-adattament, it-tiswija, it-trasport u l-kosti operazzjonali;
–it-tisħiħ tal-enfasi fuq il-prevenzjoni u t-tisħiħ tal-koerenza ma’ politiki tal-UE oħra ewlenin, u;
–it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-viċinat.
Din il-proposta tfittex żieda globali totali fil-pakkett finanzjarju tal-UCPM għall-perjodu bejn l-2018 u l-2020 ta’ EUR 280 miljun addizzjonali.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
L-Artikolu 34(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili japplika. Dan jipprevedi li azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom jiġu mmonitorjati b’mod regolari sabiex l-implimentazzjoni tagħhom tiġi segwita. L-Artikolu jipprevedi wkoll aktar rekwiżiti ġenerali sabiex il-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni u tissottometti rapporti ta’ evalwazzjoni interim u ex post, kif ukoll komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni. Tali evalwazzjonijiet jeħtieġ li jkunu bbażati fuq l-indikaturi previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Din il-proposta temenda għadd limitat ta’ artikoli tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE sabiex tikseb l-objettivi stipulati qabel.
Fir-rigward tal-ewwel objettiv, jiġifieri t-tisħiħ tal-kapaċità kollettiva għar-rispons għal diżastri u għall-appoġġ ta’ Stati Membri fl-indirizzar ta’ diżastri li tul l-aħħar ftit snin, b’mod aktar frekwenti affettwaw in-nisġa soċjali tal-Ewropa (kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar mill-ajru, ippumpjar ta’ kapaċità għolja, tiftix u salvataġġ urban, sptarijiet fuq il-post, u timijiet mediċi ta’ emerġenza), dan jinkiseb permezz tal-mezzi li ġejjin:
–Il-ħolqien ta’ riżerva ddedikata ta’ assi: rescEU. Din il-proposta b’mod ċar tippermetti lill-Kummissjoni tikseb il-kapaċitajiet operazzjonali tagħha, u tistabbilixxi arranġamenti biex tiżgura l-aċċess rapidu għal dawn il-kapaċitajiet sabiex toħloq riżerva ddedikata ta’ assi li tgħin biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet eżistenti fil-livell nazzjonali. Il-kapaċitajiet mikrija jew mogħtija b’lokazzjoni permezz ta’ arranġamenti tal-UE jew miksuba kompletament bil-finanzjament tal-UE isiru parti minn rescEU. Il-kosti kollha ta’ dawn il-kapaċitajiet ikunu koperti kollha mill-finanzjament tal-UE, li se żżomm il-kmand u l-kontroll operazzjonali ta’ dawn l-assi, u ladarba l-Mekkaniżmu jkun ġie attivat tieħu deċiżjoni dwar l-użu tagħhom. L-identifikazzjoni ta’ kapaċitajiet addizzjonali se titwettaq b’konsultazzjoni ma’ grupp ta’ esperti tar-rescEU.
–Ir-rinfurzar tal-Kapaċità Ewropea għal Rispons f’każ ta’ Emerġenza, fejn l-Istati Membri minn qabel jistgħu jallokaw kapaċitajiet ta’ rispons nazzjonali (eż. id-detezzjoni u l-kampjunar CBRN, is-salvataġġ f’għargħar bl-użu ta’ dgħajjes jew kapaċitajiet oħra bħal laboratorji mobbli), se jkompli jkun parti ewlenija mill-UCPM u se jkun magħruf bħala r-“Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili”. Din il-proposta tirrevedi s-sistema ta’ inċentivi għall-impenjar ta’ assi fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili permezz taż-żieda ta’ rati ta’ kofinanzjament, kif ukoll it-tipi ta’ kosti eliġibbli. Taħt il-proposta l-ġdida, b’mod partikolari, l-assi allokati għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili se jibbenefikaw minn kopertura ta’ 75 % tal-kosti kollha mġarrba matul l-operazzjonijiet tal-UCPM fl-Unjoni, inkluż il-kosti ta’ adattament, tiswija, trasport u dawk operazzjonali.
Il-kapaċitajiet li jibbenefikaw minn kwalunkwe tip ta’ kofinanzjament tal-UE se jkollhom jiġu inklużi fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Sabiex is-sistema tiġi ssimplifikata u biex id-disponibbiltà tal-assi ssir aktar prevedibbli, l-assistenza finanzjarji għal assi barra mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili mhix se tibqa’ tingħata. Fl-aħħar nett, l-inċentivi msaħħa għall-ippuljar tal-kapaċitajiet (eż. li l-Kummissjoni tkopri l-kostijiet tat-trasport ta’ assistenza “li se tiġi ppuljata” minn Stat Membru għall-ieħor u l-pagament ta’ tranżitu u l-kosti ta’ magazzinaġġ tal-assistenza ppuljata f’pajjiżi terzi) ġew inklużi wkoll.
Fir-rigward tat-tieni objettiv, ir-rabtiet bejn il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons ġew rinfurzati billi l-valutazzjonijiet tar-riskju ingħaqdu mal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju u billi l-Istati Membri jintalbu jipprovdu l-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2019. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom fis-seħħ miżuri ta’ prevenzjoni effettivi u li r-rescEU ma tintużax bħala sostitut għall-kapaċitajiet nazzjonali, il-Kummissjoni se tkun tista' titlob pjanijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija speċifiċi mingħand Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri. Barra milli jinkludu azzjonijiet ta’ prevenzjoni ta’ terminu qasir, il-pjanijiet ta’ prevenzjoni jeħtieġ li jinkludu wkoll sforzi ta’ prevenzjoni ta’ terminu itwal, li jħarsu lejn l-adattament globali fir-rigward tal-impatti dejjem jiżdiedu tat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, l-ippjanar tax-xenarju futur jeħtieġ li jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet tar-riskju u użu tal-kapaċità, biex b’hekk tinħoloq rabta reali aktar b’saħħitha bejn il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons.
Il-koerenza ma’ strumenti oħra tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri hija msaħħa wkoll permezz tal-ħolqien ta’ rabta bejn dan il-Mekkaniżmu u l-politiki tal-koeżjoni, l-iżvilupp rurali, is-saħħa u r-riċerka. Il-progress li l-Istati Membri għamlu fil-qasam tal-prevenzjoni u t-tħejjija se jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament f’dan il-qasam. Barra minn hekk, fir-rigward tal-koerenza ma’ politiki oħra tal-UE li jintervjenu fir-rispons għal diżastri, jittejbu wkoll il-komplementarjetà u/jew is-sinkroniżmu tal-assistenza finanzjarja disponibbli taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u strumenti oħra tal-Unjoni (bħar-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja). F’dan il-kuntest, deroga tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 11 se tiżgura użu aħjar tal-possibbiltajiet ta’ finanzjament eżistenti u ttejjeb l-effettività tal-operazzjonijiet ta’ rispons tal-Istati Membri. Il-viżibbiltà tal-UE se tiġi msaħħa wkoll permezz ta’ Artikolu ddedikat.
B’rabta mat-tieni objettiv, u bil-ħsieb li jkun hemm koerenza politika akbar, din il-proposta tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-iżborż tal-fondi tal-UE permezz tal-mekkaniżmu tal-UE jkun akkumpanjat minn viżibbiltà adegwata lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, din il-proposta tipprovdi wkoll l-opportunità għall-iżvilupp ta’ struttura ddedikata tat-tip netwerk, in-Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili, li jirrinforza l-komponent tat-taħriġ tal-UCPM, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-istrutturi nazzjonali rilevanti eżistenti dwar il-kwistjoni.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tielet objettiv, il-proposta tfittex li tissimplifika l-proċeduri amministrattivi sabiex tnaqqas id-dewmien fil-mobilizzazzjoni tal-assistenza. Hija tissimplifika s-sistema attwali billi tintroduċi kategorija waħda biss ta’ assi ta’ rispons. L-użu tagħha jitlob il-kofinanzjament mill-Istati Membri u l-baġit tal-UE, jiġifieri r-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Il-proposta tintroduċi referenza speċifika għall-użu ta’ ammonti ta’ unitajiet, ammonti f'daqqa u rati fissi fir-rigward tal-kofinanzjament tal-ispejjeż tat-trasport sabiex isir titjib kemm fil-konsistenza u kif ukoll fl-effiċjenza. Barra minn hekk, ġew inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi li jillimitaw l-attivazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għal perjodu ta’ 90 jum (sakemm ma jkunx ġustifikat mod ieħor) sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni u jiġi inċentivat l-użu tal-assi fil-fażi ta’ rispons immedjat.
2017/0309 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 196 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“il-Mekkaniżmu tal-Unjoni”), irregolat mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 , isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex ir-rispons tal-Unjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jittejjeb.
(2)Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà ewlenija tal-Istati Membri li jipprevjenu, jħejju u jirrispondu għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(3)Id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem jistgħu jolqtu kwalunkwe post fid-dinja, spiss mingħajr twissija. Kemm jekk ikunu naturali kif ukoll jekk ikkawżati mill-bniedem, dawn qed isiru dejjem aktar frekwenti, estremi u kumplessi, u ggravati mill-impatti tat-tibdil fil-klima, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali. Il-konsegwenzi umani, ambjentali u ekonomiċi li ġejjin minn dawn id-diżastri huma enormi.
(4)Reċentement ġie osservat li d-dipendenza fuq l-offerti volontarji tal-assistenza reċiproka, ikkoordinata u ffaċilitata mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni, mhux dejjem tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċitajiet disponibbli biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet bażiċi tan-nies affettwati mid-diżastri b’mod sodisfaċenti, u lanqas li l-ambjent u l-proprjetà jkunu ssalvagwardjati kif xieraq. Dan ikun partikolarment il-każ meta l-Istati Membri jiġu affettwati simultanjament minn diżastri rikorrenti u l-kapaċità kollettiva ma tkunx biżżejjed.
(5)Il-prevenzjoni hija ta’ importanza ewlenija għall-protezzjoni kontra d-diżastri u teħtieġ azzjoni ulterjuri. Għal dan il-għan, jeħtieġ li, fuq bażi regolari, l-Istati Membri jikkondividu kemm il-valutazzjonijiet tar-riskju kif ukoll is-sommarji tal-ippjanar tal-ġesjoni tar-riskju ta’ diżastru tagħhom. Dan biex jiżguraw approċċ integrat tal-ġestjoni tar-riskju, li jorbot flimkien azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija tar-riskju, u r-rispons għalih. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jeħtieġ li tkun kapaċi titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija speċifiċi fir-rigward ta’ diżastri speċifiċi, b’mod partikolari bil-għan li jimmassimizzaw l-appoġġ globali tal-Unjoni għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Jeħtieġ li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissaħħu l-politiki ta’ prevenzjoni, inkluż billi jiġu żgurati rabtiet neċessarji ma’ politiki u strumenti ewlenin oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej kif elenkati fil-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 13 .
(6)Hemm bżonn li tiġi rinforzata l-abbiltà kollettiva għat-tħejjija u r-rispons għal diżastri, b’mod partikolari permezz tal-appoġġ reċiproku fl-Ewropa. Barra milli ssaħħaħ il-possibbiltajiet offruti diġà mill-Kapaċità Ewropea għal Rispons f’każ ta’ Emerġenza (l-“EERC” jew il-“konsorzju volontarju”), minn hawn ’il quddiem ir-“Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili”, il-Kummissjoni jeħtieġ ukoll li tistabbilixxi r-rescEU. Il-kapaċità rescEU jeħtieġ li tkun magħmula minn kapaċitajiet ta’ rispons għall-emerġenza għal rispons f’każ ta’ nirien tal-foresti, għargħar fuq skala kbira u terremoti, kif ukoll sptar fuq il-post u timijiet mediċi f’konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li jistgħu jiġu mobilizzati b’mod rapidu.
(7)L-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet disponibbli ma jkunux biżżejjed biex dawn jippermettu rispons effettiv għal diżastri, billi tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ arranġamenti ta’ lokazzjoni jew kiri sabiex jiġi żgurat aċċess rapidu għal tali kapaċitajiet jew billi tiffinanzja l-akkwiżizzjoni tagħhom. Dan iżid sostanzjalment l-effettività tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, billi jiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet f’każijiet fejn ir-rispons effettiv għad-diżastri ma kienx se jiġi żgurat, b’mod partikolari għal diżastri b’impatti wiesa’ li jaffettwaw għadd sinifikanti ta’ Stati Membri. L-akkwist ta’ kapaċitajiet tal-Unjoni jeħtieġ li jippermetti ekonomiji ta’ skala u koordinazzjoni aħjar fir-rispons għal diżastri.
(8)Ir-rinfurzar tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili jeħtieġ titjib fil-finanzjament tal-Unjoni f’termini ta’ adattament u tiswija tal-kapaċitajiet, kif ukoll l-ispejjeż operazzjonali.
(9)Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza u l-effettività tat-taħriġ u l-eżerċizzji u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u s-servizzi tal-protezzjoni ċivili nazzjonali tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi stabbilit Netwerk tal-Għarfien tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni li jkun ibbażat fuq strutturi eżistenti.
(10)Sabiex jinkiseb il-funzjonament tal-kapaċità rescEU, jeħtieġ li jkunu disponibbli approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta’ azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
(11)Hemm bżonn li l-proċeduri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw l-assistenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex jirrispondu għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem malajr kemm jista’ jkun.
(12)Sabiex jiġi massimizzat l-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament eżistenti u l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-għoti tal-assistenza, b’mod partikolari fir-rispons għal diżastri barra mill-Unjoni, jeħtieġ li tkun prevista deroga għall-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 għal meta jingħata finanzjament skont l-Artikoli 21, 22 u 23 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(13)Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu b’mod effettiv id-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem u jimmitigaw l-effetti tagħhom. Id-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jirrinforzaw ir-rabtiet bejn l-azzjonijiet ta’ prevenzjoni, preparazzjoni u rispons taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-koerenza mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, inkluż għall-azzjoni ta’ prevenzjoni transfruntiera u r-rispons għal theddid bħal theddid transfruntier serju għas-saħħa 15 . Bl-istess mod, jeħtieġ li tiġi żgurata koerenza fl-impenji internazzjonali bħall-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
(14)Id-delega ta’ setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jeħtieġ li tiġi emendata, sabiex tippermetti kapaċità ta’ appoġġ ta’ emerġenza effettiva għall-Unjoni Ewropea (rescEU). Is-setgħa li tadotta l-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi t-tipi addizzjonali ta’ kapaċitajiet ta’ rispons abbażi tar-riskji identifikati u tqis approċċ ta’ perikli multipli.
(15)Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(16)Għalhekk id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jeħtieġ li tiġi emendata skond dan,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1)L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1 jiddaħħal il-punt (e) li ġej:
“(e)li jiżdiedu d-disponibbiltà u l-użu tal-għarfien xjentifiku dwar id-diżastri.”
(b) il-punt (a) tal-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“(a)il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ prevenzjoni tad-diżastri: li jitkejjel bl-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom, valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom u sommarju tal-ippjanar tal-ġestjoni tad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6;”
(2)fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt 12 li ġej:
“(12) Stat Parteċipanti” tfisser pajjiż terz li qed jipparteċipa fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1);”
(3)fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta’ għarfien fuq riskji ta’ diżastru u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ għarfien, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni.”
(4)L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:
(a)il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:
“(a)jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f’livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-22 ta’ Diċembru 2018 u kull tliet snin wara dan;
(b)jiżviluppaw u jorqmu l-ippjanar tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru f’livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) u jqisu l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom imsemmija fil-punt (c) u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1).”
(b)jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:
“Il-Kummissjoni għandha tingħata sommarju tal-elementi rilevanti tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż informazzjoni dwar il-miżuri ta’ prevenzjoni u tħejjija magħżula, sal-31 ta’ Jannar 2019 u kull tliet snin wara dan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu pjanijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija speċifiċi, li għandhom ikopru kemm l-isforzi ta’ terminu qasir kif ukoll dawk ta’ terminu twil. L-Unjoni għandha tqis kif xieraq il-progress li jkunu għamlu l-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tħejjija tad-diżastri bħala parti minn kwalunkwe mekkaniżmu futur ta’ kondizzjonalità ex ante taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.”
(c)jiżdied il-punt (e) li ġej:
“(e)Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni speċifiċi biex ittejjeb l-ippjanar u ta’ prevenzjoni u tħejjija xieraq u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri esposti għal diżastri simili.”
(4)Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-ippjanar ta’ operazzjonijiet ta’ reazzjoni għad-diżastri taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz tat-tħejjija ta’ xenarji għar-reazzjoni bbażati fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6 u l-perspettiva ġenerali tar-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-immappjar tal-assi u l-iżvilupp ta’ pjani għall-mobilizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ reazzjoni.”
(5)L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
(a)It-titolu jinbidel b’dan li ġej:
“Ir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili”
(b) il-paragrafi 1, u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
“1.Għandha tiġi stabbilita Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili. Dan għandu jikkonsisti minn konsorzju ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni impenjati minn qabel mill-Istati Membri u jinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta’ reazzjoni u esperti.
2.Abbażi tar-riskji identifikati, il-Kummissjoni għandha tidentifika t-tipi u l-għadd ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni ewlenin meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili (“miri tal-kapaċità”). Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-progress lejn il-miri tal-kapaċità u n-nuqqasijiet li jkun għad fadal u għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw tali nuqqasijiet. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 20, il-punt (i) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(2).”
(c)il-paragrafi 7 u 8 jinbidlu b’dan li ġej:
“7.Il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal assistenza permezz tal-ERCC, sakemm l-Istati Membri ma jkunux qed jaffaċċjaw xi sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.
8.Fil-każ tal-mobilizzazzjoni ta’ tali reazzjoni, dawn għandhom jibqgħu taħt il-kmand u l-kontroll tal-Istati Membri li jagħmluhom disponibbli u jistgħu jiġu rtirati meta l-Istati membri jiġu ffaċċati b’sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jaffettwaw b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali li jimpedixxuhom milli jżommu dawn il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni disponibbli. F’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tiġi kkonsultata.
Il-koordinazzjoni tal-kapaċitajiet differenti ta’ reazzjoni għandha tkun iffaċilitata fejn meħtieġ mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC f’konformità mal-Artikoli 15 u 16.
(d)jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:
“10.Ir-referenzi għall-Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (l-EERC) u l-konsorzju volontarju għandhom jinftiehmu bħala referenza għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.”
(6)L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:
“rescEU”
1.Ir-rescEU għandha tiġi stabbilita biex tipprovdi għajnuna fejn il-kapaċitajiet eżistenti ma jkunux qed jippermettu reazzjoni effettiva għal diżastri.
2.Ir-rescEU għandha tkun tikkonsisti mill-kapaċitajiet li ġejjin:
(a) tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru;
(b) ippumpjar b’kapaċità qawwija;
(c) tfittxija u salvataġġ urban;
(d) sptar fuq il-post u timijiet mediċi ta’ emerġenza.
3.Il-Kummissjoni tista’ takkwista, tikri, tillokalizza u/jew b'mod ieħor tikkuntratta kapaċitajiet li jkunu se jiġu mobilizzati fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni.
4.Abbażi tar-riskji identifikati u billi tqis l-approċċ ta’ periklu multiplu, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi t-tipi ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni meħtieġa minbarra dawk identifikati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u tirrevedi l-kompożizzjoni tar-rescEU skont dan. Għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni.
Fejn, f’każ ta’ diżastru jew diżastru imminenti, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 31 għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
5.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti ta’ kwalità għall-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li jiffurmaw parti mir-rescEU. Ir-rekwiżiti ta’ kwalità għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, meta tali standards ikunu diġà jeżistu.
6.Il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà u l-mobilizzar tal-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.
7.Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom ikunu disponibbli għal operazzjonijiet ta’ reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għall-assistenza permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li għandha żżomm il-kmand u l-kontroll tal-kapaċitajiet tar-rescEU.
8.F’każ ta’ mobilizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel mal-Istat Membru rikjedenti dwar il-mobilizzazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni operazzjonali tal-kapaċitajiet tiegħu u l-attivitajiet tar-rescEU matul l-operazzjonijiet.
9.Il-koordinazzjoni fost il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni differenti għandha tkun iffaċilitata fejn meħtieġ mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC f’konformità mal-Artikoli 15 u 16.
10.Meta l-Kummissjoni takkwista tagħmir bħal tagħmir tat-tifi tan-nar fil-foresti, permezz ta’ akkwiżizzjoni, lokazzjoni jew kiri, għandu jiġi żgurat dan li ġej:
(a)f’każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ tagħmir, ftehim bejn il-Kummissjoni u Stat Membru jipprevedi r-reġistrazzjoni ta’ dan f’dak l-Istat Membru.
(b)f’każ ta’ lokazzjoni u kera, ir-reġistrazzjoni tat-tagħmir fi Stat Membru.
11.L-Istati Membri għandhom ikunu infurmati bl-istatus operazzjonali tal-kapaċitajiet tar-rescEU permezz tas-CECIS.”
(7)jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:
“Artikolu 12a
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-operazzjonijiet u l-progress li jkun sar skont l-Artikoli 11 u 12 kull sentejn.”
(8)fl-Artikolu 13, it-titolu u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 jinbidlu b’dan li ġej:
“In-Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta’ atturi u istituzzjonijiet tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri rilevanti, li flimkien mal-Kummissjoni jiffurmaw Netwerk tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili.
In-Netwerk għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, il-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien b’koordinazzjoni mill-qrib maċ-ċentri ta’ għarfien rilevanti, fejn xieraq.”
(9)fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1.Meta jseħħ diżastru fl-Unjoni, jew dan ikun imminenti, l-Istat Membru affettwat jista’ jitlob għall-assistenza permezz tal-ERCC. It-talba għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun. Talba għall-assistenza għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 90 jum, sakemm elementi ġodda li jiġġustifikaw il-bżonn għal assistenza kontinwa jew addizzjonali ma jiġux ipprovduti mill-ERCC.”
(10)fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1.Meta jseħħ diżastru barra l-Unjoni, jew dan ikun imminenti, il-pajjiż affettwat jista’ jitlob għall-assistenza permezz tal-ERCC. L-assistenza tista’ tintalab ukoll permezz tan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha jew minnhom, jew minn organizzazzjoni internazzjonali rilevanti. Talba għall-assistenza għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 90 jum, sakemm elementi ġodda li jiġġustifikaw il-bżonn għal assistenza kontinwa jew addizzjonali ma jiġux ipprovduti mill-ERCC.”
(11)fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1.Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-perijodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 631 566 000 fi prezzijiet attwali.
EUR 480 630 000 fi prezzijiet attwali għandhom jittieħdu mill-Intestatura 3 “Sigurtà u Ċittadinanza” tal-qafas finanzjarju pluriennali u EUR 150 936 000 fi prezzijiet attwali mill-Intestatura 4 “Ewropa Globali”.”
(12)jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:
“Artikolu 20a
Viżibbiltà
Kwalunkwe assistenza jew finanzjament mogħtija taħt din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu viżibbiltà xierqa lill-Unjoni, inkluż prominenza lill-emblema tal-Unjoni għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija taħt l-Artikoli 11, 12 u 21(2)(c).”
(13)L-Artikolu 21 jiġi emendat kif ġej:
(a)il-punt (j) tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
“(j)l-istabbiliment, l-immaniġġjar u l-manteniment tar-rescEU f’konformità mal-Artikolu 12;”
(b)Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i) il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:
“(c)l-ispejjeż meħtieġa biex il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni jiġu aġġornati jew imsewwija għal stat ta’ tħejjija u disponibbiltà li jagħmilhom stazzjonabbli bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili, f’konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tar-Riżerva -Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili u, fejn relevanti, rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-proċess ta' ċertifikazzjoni ("spejjeż ta' adattament"). Dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu spejjeż relatati mal-operabbiltà ta’ moduli u kapaċitajiet oħra ta’ reazzjoni, awtonomija, awtosuffiċjenza, trasportabbiltà, spejjeż ta’ imballaġġ u spejjeż neċessarji oħra, diment li dawk l-ispejjeż ikunu marbutin speċifikament mal-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet fir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.
L-ispejjeż ta’ adattament jistgħu jkopru:
i) 75 % tal-ispejjeż eliġibbli f’każ ta’ titjib, dment dan ma jaqbiżx il-50 % tal-ispiża medja tal-iżvilupp tal-kapaċità;
ii) 75 % tal-ispejjeż eliġibbli f’każ ta’ tiswija.
Il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li jibbenefikaw minn finanzjament taħt il-punti (i) u (ii) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni bħala parti mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għal perjodu minimu ta’ 5 u 10 snin rispettivament, ħlief meta t-tul ta’ ħajja tagħhom ikun iqsar.
L-ispejjeż ta’ adattament jistgħu jikkonsistu minn spejjeż għal kull unità jew ammonti sħaħ stabbiliti għal kull tip ta’ kapaċità.”
(ii) il-punt (d) huwa mħassar.
(c) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“3.L-assistenza finanzjarja għall-azzjoni msemmija fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-ispejjeż kollha meħtieġa biex tiġi żgurata d-disponibbiltà u l-istazzjonament tal-kapaċitajiet tar-rescEU taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni meta dawn jiġu stazzjonati f’każ ta’ diżastru jew diżastru imminenti ġewwa l-Unjoni jew Stat Parteċipanti.
Il-miżuri msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jinkludu, kif xieraq:
(a)l-ispejjeż relatati mal-akkwist, il-kiri u/jew il-lokazzjoni tal-kapaċità tar-rescEU;
(b)l-ispejjeż relatati mal-operat tal-kapaċità tar-rescEU, inkluż it-trasport;
(c)l-ispejjeż relatati mal-akkwist tas-servizzi ta’ entitajiet pubbliċi jew privati meħtieġa għall-operat tal-kapaċitajiet tar-rescEU.
4.L-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 jistgħu jikkonsistu minn spejjeż għal kull unità, somom f'daqqa jew rati fissi stabbiliti għal kull kategorija jew tip ta’ kapaċità, kif xieraq.”
(14)L-Artikolu 23 jiġi emendat kif ġej:
(a) it-titlu jinbidel b’dan li ġej:
“Azzjonijiet eliġibbli marbuta mat-tagħmir u l-operazzjonijiet”
(b) il-paragrafi 2, 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:
“2. Il-livell ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal assi mwiegħda għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili għandu jkun limitat għal massimu ta’ 75 % tal-ispejjeż tal-operat tal-kapaċitajiet, inkluż it-trasport f’każ ta’ diżastru jew diżastru imminenti fl-Unjoni jew fi Stat Parteċipanti.
3. L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għat-trasport jista’ jkopri massimu ta’ 75 % tal-ispiża totali eliġibbli relatata mat-trasport ta’ kapaċitajiet imwiegħda minn qabel lir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili meta jiġu mobilizzati f’każ ta’ diżastru jew diżastru imminenti barra l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16.
4. L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għar-riżorsi tat-trasport relatati mal-kapaċitajiet imwiegħda minn qabel lir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili f’konformità mal-Artikolu 11 jistgħu, barra minn hekk, ikopru massimu ta’ 100 % mill-ispiża totali eliġibbli deskritta taħt il-punti (a), (b), (c) u (d) jekk dan ikun meħtieġ sabiex l-ippuljar tal-assistenza tal-Istati Membri jkun wieħed effettiv fuq livell operazzjonali u jekk l-ispejjeż ikunu relatati ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)il-kiri ta’ terminu qasir tal-kapaċità ta’ magazzinaġġ biex tinħażen temporanjament l-assistenza mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-trasport koordinat tagħha;
(b) it-trasport mill-Istat Membru li jkun qed joffri l-assistenza lil Stat Membru li jkun qed jiffaċilita t-trasport koordinat tiegħu;
(c)l-imballaġġ mill-ġdid tal-assistenza tal-Istati Membri biex isir użu massimu mill-kapaċitajiet ta’ trasport disponibbli jew biex jiġu ssodisfati rekwiżiti operazzjonali speċifiċi; jew
(e)it-trasport lokali, it-transitu u l-magazzinaġġ ta’ assistenza ppuljata bil-ħsieb li tiġi żgurata kunsinna koordinata lejn id-destinazzjoni finali tal-pajjiż li jagħmel it-talba.”
(e) jiżdied il-paragrafu li ġej:
“8. L-ispejjeż tat-trasport jistgħu jkunu jikkonsistu minn spejjeż għal kull unità, ammonti sħaħ jew rati fissi stabbiliti għal kull kategorija ta’ spiża.”
(15) fl-Artikolu 26, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
“1. L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni. B’deroga, l-assistenza finanzjarja mogħtija skont l-Artikoli 21, 22 u 23 ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhiex timpedixxi l-finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikanti għall-assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni u l-benefiċjarji ta’ tali assistenza jipprovduha b’informazzjoni dwar l-assistenza finanzjarja li jirċievu minn sorsi oħra, inkluż il-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dwar applikazzjonijiet pendenti għal tali assistenza.
2. Għandhom jitfittxu sinerġiji u kumplimentarjetà ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni bħal dawk li jappoġġaw politiki ta’ koeżjoni, tal-iżvilupp rurali, tar-riċerka, tas-saħħa, kif ukoll tal-migrazzjoni u tas-sigurtà. Fil-każ ta’ reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f’pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplimentarjetà u l-koerenza ta’ azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96.”
(16)fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet reġjonali jew pajjiżi li jifformaw parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat jistgħu jikkooperaw f’attivitajiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni fejn ftehimiet bilaterali jew multilaterali rilevanti jippermettu dan.
(17)fl-Artikolu 32, il-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 jinbidlu b’dan li ġej:
“(g) l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-manteniment tar-rescEU, kif previst fl-Artikolu 12, inkluż kriterji għal deċiżjonijiet ta’ mobilizzazzjoni u proċeduri operattivi;
(h) l-istabbiliment u l-organizzazzjoni tan-Netwerk tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili, kif previst fl-Artikolu 13;”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju
1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
3.L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal reviżjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 16
23 01 – NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TA’ POLITIKA “GĦAJNUNA UMANITARJA U PROTEZZJONI ĊIVILI”
23 03 - IL-MEKKANIŻMU TAL-UNJONI GĦALL-PROTEZZJONI ĊIVILI
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 17
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni mibdula f’azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
Id-Deċiżjoni għandha l-objettiv globali li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili waqt il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Objettiv speċifiku Nru 1
Li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni kontra d-diżastri billi jiġu impeduti jew imnaqqsa l-effetti potenzjali tagħhom, billi tiġi mrawma kultura ta’ prevenzjoni u billi tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-protezzjoni ċivili u servizzi rilevanti oħrajn;
Objettiv speċifiku Nru 2
Li tittejjeb it-tħejjija fil-livell tal-Istati Membri u l-Unjoni għal rispons għal diżastri;
Objettiv speċifiku Nru 3
Li jiġi ffaċilitat ir-rispons ta’ malajr u effiċjenti f’każ ta’ diżastri jew diażastri imminenti;
Objettiv speċifiku Nru 4
Li jiżdied l-għarfien tal-pubbliku u s-sens ta’ tħejjija għal diżastri.
Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
23 01 – NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TA’ POLITIKA “GĦAJNUNA UMANITARJA U PROTEZZJONI ĊIVILI”
23 03 - IL-MEKKANIŻMU TAL-UNJONI GĦALL-PROTEZZJONI ĊIVILI
1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija
Speċifika l-effetti li jeħtieġ li jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
Il-proposta se:
tippermetti lill-Unjoni tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili permezz ta’ Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (l-UCPM jew “il-Mekkaniżmu”) matul il-QFP ta’ bejn l-2014 u l-2020, inkluż b’mod partikolari:
a) miżuri għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti tad-diżastri;
b) azzjonijiet imfassla biex itejbu l-istat ta’ tħejjija tal-UE għar-rispons għad-diżastri, inkluż azzjonijiet li jsaħħu l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE; kif ukoll
c) azzjonijiet fil-qasam tal-interventi ta’ assistenza f’diżastri taħt il-Mekkaniżmu.
Il-Mekkaniżmu attwali wera li huwa għodda tajba għall-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-assistenza pprovduta mill-Istati Parteċipanti biex jirrispondu għal diżastri fl-Unjoni jew barra minnha. Filwaqt li tibni fuq dawn il-punti b’saħħithom, din il-proposta se ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-qafas attwali biex ittejjeb il-kapaċità kollettiva tal-Istati Membri biex dawn jirrispondu għal diżastri bil-ħolqien ta’ kapaċità ta’ protezzjoni ċivili Ewropea aktar b’saħħitha, u li jeħtieġ li tkun magħrufa bħala r-rescEU. Din il-kapaċità ta’ riżerva ġdida, kif ukoll rati ta’ kofinanzjament ogħla għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili (li qabel kien magħruf bħala l-Kapaċità Ewropea għal Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza, l-EERC) se tindirizza n-nuqqasijiet strutturali u emerġenti f’kapaċitajiet ta’ rispons kritiċi. Din l-inizjattiva se tgħin ukoll fir-rinfurzar tal-koerenza interna tal-Mekkaniżmu, kif ukoll biex dan jitjieb fl-effiċjenza permezz tas-simplifikazzjoni amministrattiva u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
Objettiv speċifiku: li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni kontra d-diżastri bil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti tagħhom u billi titrawwem kultura ta’ prevenzjoni:
1. L-għadd ta’ Stati Membri li ssottomettew valutazzjonijiet ta’ riskju nazzjonali u kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri;
2. L-għadd ta’ Stati Membri li ssottomettew sommarju tagħhom tal-ippjanar tal-ġestjoni ta’ diżastri;
Objettiv speċifiku: Li jissaħħaħ l-istat ta’ tħejjija tal-Unjoni fir-rispons għad-diżastri:
1. L-għadd ta’ esperti mħarrġa mill-UCPM li jiġu mobilizzati f’missjoni ta’ rispons tal-UCPM
2. L-għadd ta’ Skambji ta’ Esperti fl-UE u mal-Viċinat;
3. L-għadd u t-tip ta’ assi miksuba li se jsiru parti mir-rescEU;
4. L-għadd u t-tip ta’ assi ċċertifikati biex jinġabru mar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili;
5. L-għadd ta’ Stati Membri li jimpenjaw assi għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili;
6. L-għadd ta’ missjonijiet tar-rescEU kontra l-għadd totali ta’ missjonijiet ta’ rispons tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili.
Objettiv speċifiku: Li jiġu ffaċilitati l-interventi rapidi u effiċjenti ta’ rispons għall-emerġenza meta jseħħu diżastri kbar jew fl-imminenza tagħhom:
1. Ħeffa tal-operazzjonijiet: il-ħin bejn it-talba għall-assistenza u l-mobilizzazzjoni tal-assistenza fuq il-post, kif ukoll l-operabbiltà sħiħa tat-timijiet ta’ valutazzjoni/koordinazzjoni;
2. il-proporzjon bejn l-assi stazzjonati mir-rescEU u l-assi stazzjonati mir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili;
3. L-għadd ta’ għotjiet ta’ trasport u s-servizzi;
4. L-ammonti ta’ finanzjament tal-UE għall-operazzjonijiet tar-rescEU fl-UE u barra minnha (spejjeż operazzjonali u tat-trasport f’ċirkostanzi eċċezzjonali);
5. L-ammonti ta’ kofinanzjament tal-UE għall-operazzjoniijiet tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili fl-Ewropa u barra minnha (operazzjonijiet tat-trasport);
6. L-ammont globali ta’ kofinanzjament tal-UE pprovdut lill-Istat Membru
7. L-għadd ta’ okkorrenzi fejn intuża l-ippuljar kontra l-għadd globali ta’ missjonijiet tal-UCPM
Objettiv Speċifiku Nru 4: “Li jiżdiedu l-għarfien pubbliku u t-tħejjija għad-diżastri”
1. L-għadd ta’ parteċipanti/viżitaturi tas-sit web għal SPP tal-għarfien tar-riskju ffinanzjati mill-UCPM
2. L-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar il-UCPM (stħarriġ taċ-ċittadini tal-UE)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew twil
Il-protezzjoni ċivili Ewropea żviluppat malajr tul l-aħħar snin. Sa mill-ħolqien tal-ewwel mekkaniżmu fl-2001 (il-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili) sas-sitwazzjoni attwali, il-protezzjoni ċivili fil-livell tal-UE rat is-sisien legali tagħha rinfurzati (referenza għat-trattat speċifiku mit-trattat ta’ Lisbona fl-2009), u l-kapaċità operazzjonali tagħha mtejba (il-ħolqien tal-EERC/EMC, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza - ERCC, eċċ.). L-UCPM attwali pprovda assistenza lil emerġenzi aktar minn 80 darba kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, ikkontribwixxa għall-iżvilupp u t-tixrid tan-know-how u l-għarfien dwar il-ġestjoni tad-diżastri, u rawwem kultura ta’ prevenzjoni fost l-Istati Parteċipanti.
Madanakollu, l-Evalwazzjoni Interim li twettqet reċentement, kif ukoll rapporti u dokumenti oħra ewlenin identifikaw diversi oqsma fejn seta’ jsir titjib. Fid-dawl ta’ dan, din il-proposta timmira li temenda l-leġiżlazzjoni attwali bil-għan li tikseb l-objettivi li ġejjin:
a) Tissaħħaħ l-abbiltà kollettiva tal-Unjoni u l-Istati Membri biex jirrispondu għal diżastri, u jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-kapaċità rikorrenti u emerġenti, speċjalment permezz tal-ħolqien ta’ riżerva ddedikata ta’ kapaċitajiet ta’ rispons li jeħtieġ li tkun magħrufa bħala rescEU;
b) Tissaħħaħ l-enfasi fuq il-prevenzjoni bħala parti miċ-ċiklu ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, kif ukoll tirrinforza l-koerenza ma’ politiki oħra ewlenin tal-UE billi taġixxi fil-qasam tal-prevenzjoni tad-diżastri u rispons għal diżastri;
c) Jiġi żgurat li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkun wieħed aġili u effettiv fil-proċeduri amministrattivi tiegħu bħala appoġġ għal operazzjonijiet ta’ emerġenza.
1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
Il-valur miżjud tal-UE jieħu l-forma ta’:
- Tnaqqis tat-telf ta’ ħajja umana u tad-danni ambjentali, ekonomiċi u materjali.
- Koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet tal-protezzjoni ċivili billi l-offerti kollha ta’ assistenza jiġu kkomunikati permezz tal-ERCC għall-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat affettwat.
- Il-kosteffettività billi l-assistenza aċċettata mill-Istat affettwat tista’ tiġi ppuljata bl-assistenza ta’ pajjiżi oħra permezz tal-proċedura tat-trasport.
- Effiċjenza mtejba permezz ta’ livell ogħla ta’ preparazzjoni u politika tal-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri aktar koerenti;
- Reazzjoni koerenti u effettiva permezz tal-ħolqien tar-rescEU biex tgħin kullimkien fl-UE u fil-Pajjiżi parteċipanti meta dan ikun meħtieġ;
- Viżibbiltà aħjar tar-rispons tal-UE għad-diżastri;
- Użu aħjar tar-riżorsi skarsi bil-qsim tal-assi ffinanzjati mill-UE.
- It-tisħiħ tal-koordinazzjoni reġjonali u l-qsim tal-għarfien permezz tal-iżvilupp ta’ netwerk ta’ ċentri tal-protezzjoni ċivili tal-UE.
1.5.3. Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Dawn il-proposti jibnu fuq:
- Evalwazzjoni Interim tal-UCPM (bejn l-2014 u l-2016, imwettqa minn konsulent estern. Awwissu 2017.
- Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili: il-koordinazzjoni tar-rispons għal diżastri li seħħew barra mit-territorju tal-UE kienet effettiva f’termini ġenerali”, Rapport Speċjali Nru 33/2016;
- Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, “Overview of Natural and Man-made Disaster Risks the European Union may face, SWD(2017) 176 final, 23.05.2017;
- Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar progress li sar u defiċits li jifdal fil-Kapaċità Ewropea għal Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza, COM(2017)78 finali, 17.02.2017. Esperjenza miksuba f’emerġenzi li ttratta l-Mekkaniżmu sa mill-ħolqien tiegħu fl-2001;
- L-esperjenza miksuba b’riżultat tal-proġetti ffinanzjati fil-qafas tas-sejħiet imnedija sa mill-2013 fil-qasam tat-tħejjija u l-prevenzjoni;
- L-esperjenza miksuba b’riżultat tal-proġett pilota ffinanzjat fil-qafas ta’ sejħa mnedija fl-2008 “Sejħa għal proposta għal proġett pilota għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti”;
1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa
Konsistenza ma’:
- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja;
- ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà;
- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;
- ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà;
- id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;
- ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja ( “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”);
- ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni
1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
◻ Proposta/inizjattiva b’effett minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY
◻Impatt finanzjarju minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY
X Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
X Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-1/01/2018 sal-31/12/2020,
Segwita minn operazzjoni tal-iskala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 18
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
◻ mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:
◻ pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;
X organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;
◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
[…]
[…]
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
L-azzjonijiet u l-miżuri li jirċievu assistenza finanzjarja taħt dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati regolarment.
Il-Kummissjoni għandha tħejji u tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
- rapport interim ta’ evalwazzjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017, (diġà lest);
- Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018;
rapport ta’ evalwazzjoni ex post mhux sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Fid-dawl tar-rwol usa’ assenjat liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza, f’każ li ma jiġux ipprovduti karigi biżżejjed, in-nuqqas ta’ persunal jista’ jwassal sabiex dan ma jkunx jista’
- jirrispondi għall-isfidi kollha li jinħolqu miż-żieda fl-għadd ta’ operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili, u għall-esiġenzi politiċi kollha taħt l-Arranġamenti Integrati għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (l-IPCR) u l-Klawżola ta’ Solidarjetà;
- jiżviluppa/iżid l-attivitajiet;
- jibbenefika/jiżviluppa sistemi teknoloġiċi ġodda li jiżguraw id-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni;
- jirreaġixxi b’mod xieraq għal emerġenzi imminenti tal-Protezzjoni Ċivili;
- jimplimenta b’mod adegwat is-sistema ta’ kontroll intern kif deskritt f’2.2.2.
2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern stabbilita.
Huwa previst li s-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ ECHO tintuża biex tiggarantixxi li fondi disponibbli taħt l-istrument il-ġdid jintużaw sewwa u skont il-leġiżlazzjoni xierqa.
L-istruttura tas-sistema attwali hija kif ġej:
1. Sistema ta’ kontroll intern fid-DĠ ECHO, li tiffoka fuq il-konformità ma’ proċeduri amministrattivi validi u mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan il-għan.
2. Awditu regolari ta’ għotjiet u kuntratti, mogħtija taħt l-Isturment, minn awdituri esterni tad-DĠ ECHO, inkorporati kompletament fil-Pjan tal-Awditu Annwali tad-DĠ ECHO;
3. Evalwazzjoni tal-attivitajiet mis-sħab esterni
L-azzjonijiet jistgħu jiġu awditjati wkoll mill-OLAF (każijiet ta’ frodi) u l-Qorti tal-Awdituri.
2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell tar-riskju ta’ erruri mistenni
L-ispiża stmata tal-istrateġija ta’ kontroll tad-DĠ ECHO tirrappreżenta 1.9 % tal-baġit għall-2016. L-elementi prinċipali ta’ dan l-indikatur huma:
- Tt-total tal-ispejjeż tal-persunal tal-esperti tad-DĠ ECHO f’dan il-qasam, flimkien ma’ dawk tal-unitajiet finanzjarji u operazzjonali mmultiplikat bit-tul ta’ ħin stmat (50 %) iddedikat għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-kontroll u l-monitoraġġ;
- ir-riżorsi totali fis-settur tal-awditjar estern tad-DĠ ECHO iddedikati għall-awditi u l-verifiki
Meta jitqies l-ispiża limitata ħafna ta’ tali kontrolli flimkien mal-benefiċċji kwantifikabbli (korrezzjonijiet u rkupri) u mhux kwantifikabbli (l-effett ta’ deterrent u l-effett ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-kontrolli) marbuta magħhom, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-benefiċċji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli li jirriżultaw mill-kontrolli jisbqu l-ispiża limitata tagħhom.
Dan huwa kkonfermat mir-rata pluriennali ta’ erruri residwi ta’ 1.02 % irrappurtata mill-Kummissjoni fl-2016 għad-dipartiment tagħha għall-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew previsti.
L-istrateġija ta’ kontra l-frodi tad-DĠ ECHO, li hija konformi mal-istrateġija ta’ kontra l-frodi tal-Kummissjoni (il-CAFS), tintuża sabiex tiżgura fost l-oħrajn li:
- il-kontrolli interni relatati mal-ġlieda kontra l-frodi tad-DĠ ECHO ikunu totalment allinjati mas-CAFS;
- l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi tad-DĠ ECHO ikun immirat sabiex jidentifika ż-żoni f’riskju ta’ frodi u rispons adegwat.
Is-sistemi użati biex jintnefqu l-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu li tiġi rkuprata data rilevanti bil-ħsieb li din id-data tintuża għall-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (eż. il-finanzjament doppju).
Fejn meħtieġ, se jiġu stabbiliti gruppi ta’ netwerking u għodda tal-IT xierqa ddedikati għall-analiżi ta’ każijiet ta’ frodi relatati mas-settur.
3.L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati
Linji baġitarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Numru u Titolu |
Diff./Mhux diff 19 . |
minn pajjiżi tal-EFTA 20 |
minn pajjiżi kandidati 21 |
minn pajjiżi terzi |
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
|
|
3 |
23 03 01 01 - Prevenzjoni ta’ diżastri u preparazzjoni fl-Unjoni |
Diff. |
IVA |
IVA |
LE |
LE |
|
4 |
23 03 01 01 - Prevenzjoni ta’ diżastri u preparazzjoni f’pajjiżi terzi. |
Diff. |
IVA |
IVA |
LE |
LE |
|
3 |
23 03 02 01 Interventi rapidi u effiċjenti ta’ rispons ta’ emerġenza f’każ ta’ diżastri kbar fl-Unjoni |
Diff. |
IVA |
IVA |
LE |
LE |
|
4 |
23 03 02 02 - Interventi rapidi u effiċjenti ta’ rispons ta’ emerġenza f’każ ta’ diżastri kbar f’pajjiżi terzi |
Diff. |
IVA |
IVA |
LE |
LE |
|
4 |
23 01 04 - Nefqa ta’ sostenn għal operazzjonijiet u programmi fil-qasam ta’ politika “Għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili” |
Mhux diff. |
LE |
LE |
LE |
LE |
3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
Numru |
Intestatura 3 Sigurtà u Ċittadinanza |
|
DĠ ECHO – Operazzjonijiet tal-Għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili u Umanitarja Ewropej |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
||
|
• Approprjazzjonijiet operattivi |
||||||
|
23 03 01 01 |
Impenji |
(1) |
14,000 |
105,900 |
109,279 |
229.179 |
|
Pagamenti |
(2) |
7,000 |
46,560 |
104.395 |
157.955 |
|
|
23 03 02 01 |
Impenji |
(1a) |
5,157 |
9,300 |
13,218 |
27,675 |
|
Pagamenti |
(2a) |
4,000 |
10,000 |
11,000 |
25,000 |
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 22 |
||||||
|
Numru tal-linja baġitarja |
(3) |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
|
Impenji |
=1+1a +3 |
19,157 |
115,200 |
122,497 |
256,854 |
|
Pagamenti |
=2+2a +3 |
11,000 |
56,560 |
115,395 |
182,955 |
|
|
|
Impenji |
(4) |
19,157 |
115,200 |
122,497 |
256,854 |
|
Pagamenti |
(5) |
11,000 |
56,560 |
115,395 |
182,955 |
|
|
• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
0 |
0 |
0 |
TOTAL |
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
|
Impenji |
=4+ 6 |
19,157 |
115,200 |
122,497 |
256,854 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
11,000 |
56,560 |
115,395 |
182,955 |
|
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
Numru |
Intestatura 4 Ewropa Globali |
|
DĠ ECHO – Protezzjoni Ċivili u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
||
|
• Approprjazzjonijiet operattivi |
||||||
|
23 03 01 02 |
Impenji |
(1) |
- |
- |
- |
- |
|
Pagamenti |
(2) |
- |
- |
- |
- |
|
|
23 03 02 02 |
Impenji |
(1a) |
2 |
2 |
2,284 |
6,284 |
|
Pagamenti |
(2a) |
0,8 |
1,8 |
2,014 |
4,614 |
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 23 |
||||||
|
Numru tal-linja baġitarja |
(3) |
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
|
Impenji |
=1+1a +3 |
2 |
2 |
2,284 |
6,284 |
|
Pagamenti |
=2+2a +3 |
0,8 |
1,8 |
2,014 |
4,614 |
|
|
|
Impenji |
(4) |
2 |
2 |
2,284 |
6,284 |
|
Pagamenti |
(5) |
0,8 |
1,8 |
2,014 |
4,614 |
|
|
• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
0 |
0 |
0 |
TOTAL |
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
|
Impenji |
=4+ 6 |
2 |
2 |
2,284 |
6,284 |
|
Pagamenti |
=5+ 6 |
0,8 |
1,8 |
2,014 |
4,614 |
|
|
|
5 |
“Nefqa amministrattiva” |
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
||||
|
DĠ ECHO – Protezzjoni Ċivili u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej |
|||||||
|
• Riżorsi umani |
1,682 |
5,034 |
9,436 |
16,152 |
|||
|
• Nefqa amministrattiva oħra |
0,1500 |
0,230 |
0,330 |
0,710 |
|||
|
TOTAL DĠ ECHO |
Approprjazzjonijiet |
1,832 |
5,264 |
9,766 |
16,862 |
||
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
|
(Impenji totali = Pagamenti totali) |
1,832 |
5,264 |
9,766 |
16,862 |
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
|||
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
|
Impenji |
22,989 |
122,464 |
134,547 |
280,000 |
|
|
Pagamenti |
13,632 |
63,624 |
127,174 |
204,430 |
||
3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi
◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi
◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Indika l-objettivi u r-riżultati ⇩ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL |
||||||||||||||||||
|
RIŻULTATI |
||||||||||||||||||||||
|
Tip ta’ riżultat 24 |
Kost medju
|
Numru
|
Kost |
Numru
|
Kost |
Numru
|
Kost |
Għadd totali ta’ riżultati |
Total
|
|||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 - Prevenzjoni 25 ... |
||||||||||||||||||||||
|
Għadd ta’ proġetti ffinanzjati għall-prevenzjoni |
Ftehimiet ta’ għotja |
0.3 |
15 |
3 |
15 |
3 |
15 |
3 |
45 |
9 |
||||||||||||
|
Studji |
Għadd ta’ kuntratti |
0.1 |
5 |
0.5 |
5 |
0.5 |
5 |
0.5 |
15 |
1.5 |
||||||||||||
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 |
20 |
3.5 |
20 |
3.5 |
20 |
3.5 |
60 |
10.5 |
||||||||||||||
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 - Preparazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Għadd ta’ proġetti ffinanzjati għat-tħejjija (inkluż taħriġ u eżerċizzji) |
Ftehimiet ta' għota u kuntratti |
0.5 |
100 |
5 |
100 |
5 |
100 |
5 |
300 |
15 |
||||||||||||
|
Sistemi ta’ twissija bikrija |
Għadd ta’ arranġamenti amminsitrattivi |
1.25 |
2 |
2.5 |
2 |
2.5 |
2 |
2.5 |
6 |
7.5 |
||||||||||||
|
Kapaċità ta’ Rispons f’każ ta’ Emerġenza |
Għadd ta’ ftehimiet ta’ għotjiet +kuntratti |
1 |
7 |
7 |
13 |
13 |
20 |
20 |
40 |
40 |
||||||||||||
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2 |
109 |
14.5 |
115 |
20.5 |
122 |
27.5 |
346 |
62.5 |
||||||||||||||
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3 – Rispons 26 |
||||||||||||||||||||||
|
Mobilizzar tal-esperti |
Għadd ta’ kuntratti |
0.005 |
200 |
1 |
200 |
1 |
200 |
1 |
600 |
3 |
||||||||||||
|
Għadd ta’ operazzjonijiet fl-UE |
Ftehim ta’ għotja/kuntratt ta’ servizzi |
0.1 |
80 |
8 |
80 |
8 |
80 |
8 |
240 |
24 |
||||||||||||
|
Għadd ta’ operazzjonijiet tat-trasport barra mill-UE |
Ftehim ta’ għotja/kuntratt ta’ servizzi |
0.13 |
40 |
5.2 |
40 |
5.2 |
40 |
5.2 |
120 |
15.6 |
||||||||||||
|
Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 3 |
320 |
14.2 |
320 |
14.2 |
320 |
14.2 |
960 |
42.6 |
||||||||||||||
|
SPIŻA TOTALI |
449 |
32.2 |
455 |
38.2 |
462 |
45.2 |
1366 |
115.6 |
||||||||||||||
3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
2018 |
2019 |
2020 |
TOTAL |
|
INTESTATURA 5
|
||||
|
Riżorsi umani |
1,682 |
5,034 |
9,436 |
16,152 |
|
Nefqa amministrattiva oħra |
0,15 |
0,23 |
0,33 |
0,710 |
|
Subtotal għall-INTESTATURA 5
|
1,832 |
5,264 |
9,766 |
16,862 |
|
’Il barra mill-INTESTATURA 5
27
|
||||
|
Riżorsi umani |
||||
|
Nefqa oħra
|
||||
|
Subtotal
|
0 |
0 |
0 |
0 |
|
TOTAL |
1,832 |
5,264 |
9,766 |
16,862 |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu tar-riżorsi umani.
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:*
L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time)
|
Sena
|
Sena N+1 |
Sena N+2 |
||||||
|
2018 |
2019 |
2020 |
||||||
|
• Il-pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |
||||||||
|
23 01 01 01 (Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
7 |
12 |
16 |
|||||
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |
||||||||
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |
||||||||
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta) |
||||||||
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta’ Full Time: EFT) 28 |
||||||||
|
23 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) |
10 |
24 |
31 |
|||||
|
XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |
||||||||
|
XX 01 04 yy 29 |
- fil-Kwartieri Ġenerali 30 |
|||||||
|
- fid-delegazzjonijiet |
||||||||
|
XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) |
||||||||
|
10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) |
||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
||||||||
|
TOTAL |
17 |
36 |
47 |
|||||
* Dawn iċ-ċifri jistgħu jiġu kkumplimentati bi 15-il FTE addizzjonali li jiġu pprovduti mir-riallokazzjoni minn DĠs oħra wara “sejħa għal espressjoni ta' interess”.
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie stazzjonat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju |
Il-persunal addizzjonali mitlub għall-perjodu ta’ bejn l-2018 u l-2020 huwa meħtieġ li jwettaq il-kompiti li ġejjin: a) jiżviluppa u jmexxi l-kapaċità tar-RescEU li tkun għadha kemm inħolqot; b) jirrinforza r-Riżerva Volontarja; c) jappoġġa l-unitajiet ta’ politika, inkluż l-attivitajiet ta’ prevenzjoni; d) jiżviluppa l-kunċett tal-akkademja Ewropea għall-protezzjoni ċivili; u e) jiżgura l-attivitajiet ta’ ġestjoni u appoġġ. Il-biċċa l-kbira miż-żieda fil-persunal se tkun iddedikata għall-iżvilupp tar-RescEU, it-twettiq ta’ kompiti bħall-immaniġġjar tal-akkwiżizzjoni u/jew il-lokazzjoni ta’ assi (kuntratti), l-immaniġġjar tal-assi, il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni ta’ kompiti, kif ukoll il-kompiti ta’ komunikazzjoni. |
|
Persunal estern |
L-iżgurar tat-tmexxija taċ-Ċentru għal Rispons ta’ Emerġenza 24/7; il-ħidma neċessarja fuq il-post; l-appoġġ amministrattiv. |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
X Il-proposta/l-inizjattiva se teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. L-ammonti li ġejjin se jiġu riallokati:
|
|
intestatura 3 |
2018 |
2019 |
2020 |
total |
|
|
Drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza |
|
|
|
|
|
33.0201 |
Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-awtonomizzar taċ-ċittadini |
|
1,34 |
1,55 |
2,89 |
|
33.0202 |
Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza |
|
0,98 |
1,22 |
2,2 |
|
|
Ġustizzja |
|
|
|
|
|
33.0301 |
Is-sostenn u l-promozzjoni tat-tħarriġ ġudizzjarju |
|
4,93 |
5,25 |
10,18 |
|
33.0302 |
L-iffaċilitar u s-sostenn tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali |
|
4,77 |
5,02 |
9,79 |
|
|
total tal-intestatura 3 |
|
12,02 |
13,04 |
25,06 |
|
|
intestatura 4 |
2018 |
2019 |
2020 |
total |
|
21.020703 |
L-Iżvilupp tal-bniedem (DCI) |
2,00 |
|
|
2,00 |
|
22.020302 |
Sostenn lit-Turkija - Żvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali u allinjament progressiv relatat mal-acquis tal-Unjoni (IPA II - it-Turkija) |
|
2,00 |
2,28 |
4,284 |
|
|
total tal-intestatura 4 |
2,00 |
2,00 |
2,28 |
6,284 |
X Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà.
|
|
2018 |
2019 |
2020 |
|
|
L-użu tal-istrument ta’ flessibbiltà |
19,157 |
103,18 |
109,457 |
|
3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.
Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati |
||||||||
3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul
X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
◻ fuq ir-riżorsi proprji
◻ fuq id-dħul mixxellanju
Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 31 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sen
|
Daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
[…]
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.
[…]
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).