IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.11.2017
COM(2017) 706 final
2017/0248(CNS)
Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Iż-żmien biex niddeċiedu
Proposta emendata għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
{SWD(2017) 428 final}
{SWD(2017) 429 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), li hija taxxa fuq il-konsum b’bażi wiesgħa, hija sors ewlieni u li qed ikompli jikber ta’ dħul mit-taxxa fl-Unjoni Ewropea. Madankollu fis-snin riċenti, is-sistema tal-VAT ma rnexxilhiex iżżomm il-pass mal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.
B’mod partikolari, is-sistema attwali għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri għadha bbażata fuq “arranġamenti tranżitorji”. Fl-1967, ittieħed l-impenn li tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li taħdem f’dak iż-żmien dik li kienet il-Komunità Ewropea bl-istess mod li kieku taħdem f’pajjiż wieħed. Il-ħtieġa li jitneħħew il-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri sa tmiem l-1992 ħolqot il-ħtieġa li jerġa’ jitqies il-mod li bih jiġi ntaxxat il-kummerċ tal-oġġetti fil-Komunità Ewropea. L-għan kien li l-oġġetti jiġu ntaxxati fil-pajjiż tal-oriġini, biex l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-kummerċ domestiku japplikaw ukoll għall-kummerċ intra-Komunitarju, u b’hekk tiġi riflessa perfettament l-idea ta’ suq intern ġenwin.
Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal din is-sistema, ġew adottati l-arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju (B2B) tal-oġġetti, dawk l-arranġamenti jaqsmu l-moviment transfruntier tal-oġġetti f’żewġ tranżazzjonijiet differenti; jiġifieri l-provvista eżentata fl-Istat Membru tal-ħruġ tal-oġġetti u l-akkwiżizzjoni intra-Komunitarja ntaxxata fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
Dawn ir-regoli kienu meqjusa bħala temporanji u li jinvolvu ċerti żvantaġġi peress li meta jiġi permess li l-oġġetti jinxtraw mingħajr VAT jiżdiedu l-opportunitajiet biex titwettaq frodi, filwaqt li l-kumplessità inerenti tas-sistema ma tiffavorixxix il-kummerċ transfruntier.
Huwa stmat li b’kollox intilfu madwar EUR 152 biljun fl-2015 minħabba n-nuqqasijiet fil-ġbir tal-VAT, inkluż il-frodi. Stimi preċedenti kkalkulaw li t-telf mill-frodi transfruntiera biss jammonta għal EUR 50 biljun. Dawn il-prattiki ta’ frodi jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq uniku u ma jħalluhx jaħdem kif suppost. Barra minn hekk, dawn iħallu konsegwenzi serji fuq il-baġits tal-Istat Membru u tal-Unjoni Ewropea (UE), għax parti mir-riżorsi proprji tal-UE hija bbażata fuq il-VAT.
Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar il-VAT tas-7 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ddeskriviet il-ħtieġa li tinħoloq żona Ewropea unika tal-VAT li tista’ tlaħħaq mal-isfidi tas-seklu 21. Fi żmien qasir u medju għandhom jiġu adottati sett ta’ miżuri ewlenin biex tiġi mmodernizzata s-sistema tal-VAT tal-UE u biex tkun aktar sempliċi, aktar reżistenti għall-frodi u faċli għan-negozji.
Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier fl-Unjoni bbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-oġġetti bil-għan li tinħoloq żona Ewropea unika tal-VAT li tkun b’saħħitha.
Fost il-miżuri fi żmien qasir, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li ttejjeb l-iskambju u l-analiżi tal-informazzjoni mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u ma’ korpi oħra tal-infurzar tal-liġi, li ssaħħaħ il-Eurofisc u li tintroduċi għodod ġodda bħall-awditi konġunti.
L-għan kien li titħejja l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT u li tiġi limitata l-frodi transfruntiera sakemm is-sistema tiġi implimentata għalkollox.
Is-sistema komuni tal-UE għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri ilha fis-seħħ għal ħafna snin. Fuq kollox din tgħin lill-Istati Membri jiġbru l-VAT dovuta fuq tranżazzjonijiet transfruntiera u jiġġieldu kontra l-frodi fis-suq uniku. Madankollu, kif indikat il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-istrumenti għall-kooperazzjoni amministrattiva u għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fl-UE jridu jintużaw għal skopijiet akbar u aħjar.
Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Mejju 2016 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, il-Kunsill irrikonoxxa li kien ferm importanti li titjieb il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Dan ħa nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li fl-2017 tippreżenta proposta leġiżlattiva li timmira li ttejjeb l-iskambju, il-kondiviżjoni u l-analiżi tal-informazzjoni ewlenija u tal-awditi konġunti previsti. Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tipproponi modi kif tindirizza l-ostakli legali u l-limiti prattiċi fl-UE u fl-Istati Membri li qed iżommu lura l-qabża kwalitattiva fl-iskambju ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li din il-ħidma tippromwovi l-kooperazzjoni u tkopri l-firxa sħiħa ta’ mezzi disponibbli, inklużi fost l-oħrajn, il-VIES, il-Eurofisc u l-proċeduri ta’ feedback, u li tindirizza l-isfidi għall-awtoritajiet tad-dwana u tat-taxxa. Il-Kunsill enfasizza wkoll li l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni kien wieħed mill-passi ’l quddiem fil-ġlieda kontra l-frodi u kkonferma li l-valutazzjoni tar-riskju u l-analiżi baqgħu qasam ewlieni għal aktar titjib fl-UE.
F’Novembru 2016, il-Parlament Ewropew laqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT u appoġġa l-miżuri tiegħu biex titnaqqas id-diskrepanza tal-VAT u tiġi indirizzata l-frodi tal-VAT.
Din l-inizjattiva hija parti mill-“pakkett ta’ tassazzjoni ġusta għall-ħolqien ta’ żona unika ta’ taxxa fuq il-valur miżjud” stabbilit fil-pjan direzzjonali għal Unjoni aktar magħquda, b’saħħitha u demokratika. L-għan tagħha hu li tindirizza l-frodi transfruntiera tal-VAT billi timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u billi ttejjeb b’mod drastiku u mill-aktar fis kif l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jikkooperaw flimkien u ma’ korpi oħra ta’ infurzar tal-liġi.
Dawn il-miżuri jwittu t-triq għall-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema definittiva tal-VAT. Fl-4 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ppreżentat sensiela ta’ proposti leġiżlattivi biex jiġi implimentat l-ewwel pass tas-sistema definittiva tal-VAT li bis-saħħa tiegħu se jiġi rregolat it-trattament tal-VAT tal-provvisti tal-oġġetti B2B fl-Unjoni. Is-sena d-dieħla se jiġi ppreżentat sett ieħor ta’ proposti.
It-tliet tipi ewlenin ta’ frodi transfruntiera li għadhom l-aktar mifruxa u l-aktar sinifikanti fl-UE huma: il-“frodi karusell” (jew Frodi Intra-Komunitarja b’Negozjant Nieqes - frodi MTIC); il-frodi tal-karozzi użati; u l-frodi li tinvolvi l-proċeduri doganali 42 u 63.
Il-frodi MTIC issir meta frodatur jixtri oġġetti jew servizzi minn Stat Membru ieħor mingħajr VAT iżda mbagħad jiċċarġja l-VAT meta jbigħhom; ma jħallas l-ebda VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa (filwaqt li x-xerrej jista’ jnaqqasha). Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Europol stmaw li l-frodi MTIC tista’ tammonta għal bejn EUR 40 biljun u EUR 60 biljun ta’ telf annwali mid-dħul tal-VAT u li 80 % tal-frodi jista’ jkun ġej minn 2 % tal-organizzazzjonijiet kriminali.
Minħabba s-sistema doppja tal-VAT applikabbli għall-karozzi (“l-iskema tal-marġni” jew l-arranġamenti normali), il-kummerċ tal-karozzi ta’ spiss ikun soġġett għal frodi tal-VAT. L-aktar mod faċli biex twettaq frodi hu li tbigħ mezzi tat-trasport riċenti jew ġodda (fejn l-ammont kollu jiġi ntaxxat) bħala oġġetti użati (fejn jiġi ntaxxat biss il-marġni).
Fl-aħħar nett, l-iskema għall-importazzjoni tal-oġġetti mingħajr VAT (il-proċeduri doganali 42 u 63) implimentata biex tiffaċilita l-kummerċ meta l-oġġetti jiġu konsenjati immedjatament lil negozju fi Stat Membru ieħor, ta’ spiss tiġi abbużata u l-oġġetti jiġu ddevjati għas-suq illeċitu mingħajr ma titħallas VAT. Xi kultant dan it-tip ta’ frodi jsir bis-sottovalutazzjoni frawdolenta tal-oġġetti biex ma jitħallsux dazji doganali. Fl-2015 kien hemm 8,5 miljun tranżazzjoni ta’ importazzjoni eżentata mill-VAT li flimkien jammontaw għal EUR 74 biljun.
Din l-inizjattiva kieku żżid miżuri mfassla speċifikament biex jindirizzaw dawn l-iskemi ta’ frodi, li jiżdiedu fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, il-bażi ġuridika ta’ referenza għall-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jimxu magħhom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-VAT fis-suq uniku. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT ifittex li jsaħħaħ l-istrumenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-VAT, b’mod partikolari l-Eurofisc, bħala mezz li jsaħħaħ il-fiduċja bejn l-awtoritajiet tat-taxxa qabel ma tibda topera s-sistema definittiva tal-VAT. Sakemm dan isir, dawn il-miżuri se jgħinu wkoll biex jillimitaw il-frodi transfruntiera.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa biex jiġi assigurat id-dħul nazzjonali u tal-UE u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni ilhom prijorità ewlenija tal-Kummissjoni għal dawn l-aħħar snin. Il-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni jsejħu għal aktar sforzi kbar għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, bl-użu ta’ mezzi bħall-kooperazzjoni amministrattiva aħjar bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Dawn il-prijoritajiet huma riflessi direttament fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT.
Din l-inizjattiva timxi id f’id ma’ inizjattivi oħra tal-VAT u kieku jkollha rwol importanti biex tiżgura s-suċċess tal-aktar proposta ambizzjuża, jiġifieri l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT. Barra minn hekk, il-frodi MTIC hija waħda mill-għaxar oqsma ta’ kriminalità li l-Europol u l-Kunsill identifikaw bħala prijoritajiet ewlenin għall-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2018-2021. Għall-perjodu 2014-2017 ittieħed approċċ simili. Huma wkoll ta’ rilevanza:
–id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2017/1371 li se tkopri l-frodi tal-VAT serja fl-UE kollha; u
–ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), adottat fit-12 ta’ Ottubru 2017 minn għoxrin Stat Membru. Il-korp indipendenti u deċentralizzat tal-UE se jkun responsabbli mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-baġit tal-UE, bħall-frodi, il-korruzzjoni jew il-frodi tal-VAT ta’ aktar minn EUR 10 miljun.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika għal din l-inizjattiva hija l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Skont dan l-Artikolu, il-Kunsill li jaġixxi unanimament, għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tar-regoli tal-Istati Membri dwar it-tassazzjoni indiretta sa fejn din l-armonizzazzjoni tkun meħtieġa biex tiżgura l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
•Sussidjarjetà
Il-ġestjoni, il-ġbir u l-verifiki tal-VAT huma qabelxejn f’idejn l-Istati Membri. Madankollu, ta’ spiss il-frodi tal-VAT tkun marbuta mat-tranżazzjonijiet transfruntiera fis-suq uniku jew tinvolvi kummerċjanti stabbiliti fi Stati Membri oħra li mhumiex dak fejn tkun trid titħallas it-taxxa. Din taffettwa b’mod negattiv kif jaħdem is-suq uniku u twassal għal telf serju fil-baġit tal-UE.
Skont l-Artikolu 113 tat-TFUE, il-Kunsill għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxi indiretti biex jiżguraw l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Ir-riżultat wassal għal strumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE mfassla prinċipalment biex jorganizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, kif ukoll biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ awditjar komuni u l-istabbiliment tan-netwerk Eurofisc.
Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT jitlob strumenti aktar effettivi, b’mod partikolari rwol aktar b’saħħtu għall-Eurofisc u modi ġodda ta’ kollaborazzjoni u kooperazzjoni b’bażi ġuridika soda. Dan kollu ma jistax isir biss fil-livell tal-Istat Membru jew bl-użu ta’ strumenti mhux leġiżlattivi. L-azzjoni fil-livell tal-UE toffri valur akbar minn dak li jista’ jinkiseb fil-livell nazzjonali.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija bbażata l-aktar fuq il-qafas ġuridiku eżistenti u żżid biss fejn il-qafas għandu bżonn jissaħħaħ. Il-miżuri kollha proposti huma mmirati skont il-ħtiġijiet tal-Istati Membri, u għalkemm se jkollhom effetti pożittivi fuq il-livell ta’ frodi tal-VAT, dawn mhux se jinvolvu kostijiet addizzjonali għan-negozji u l-amministrazzjonijiet ħlief għall-miżuri li jkollhom bżonn xi żviluppi tal-IT. Iżda anke f’dawn il-każijiet, il-kostijiet tal-iżvilupp assoċjati se jibqgħu limitati.
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet il-ġodda mhux se jmorru lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ biex l-istrumenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva jsiru aktar effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT transfruntiera.
•Għażla tal-istrument
Huwa meħtieġ Regolament tal-Kunsill biex jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 attwali.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Waqt li kienet qed titfassal din il-proposta, twettqet evalwazzjoni tal-użu tal-qafas tal-UE għall-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT prevista fir-Regolament (UE) Nru 904/2010.
B’mod ġenerali, l-Istati Membri jqisu b’mod pożittiv il-qafas ġuridiku u prattiku implimentat bir-Regolament (UE) Nru 904/2010. Il-maġġoranza jqisu li għen biex titjieb il-kooperazzjoni amministrattiva bejniethom. L-iskambji ta’ informazzjoni fuq talba, l-aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni, il-Eurofisc u l-verifiki multilaterali jitqiesu bħala l-aktar strumenti effettivi tar-Regolament.
Madankollu, l-Istati Membri għadhom qed jidentifikaw l-iżvantaġġi, speċjalment bil-Eurofisc li għadu ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu. Hemm il-ħtieġa apparenti li jiġu żviluppati strumenti jew modi ġodda ta’ kooperazzjoni. B’mod partikolari, l-Istati Membri jappoġġaw għażliet bħas-softwer tal-Analiżi tan-Netwerks ta’ Tranżazzjonijiet (TNA) biex tiġi proċessata u skambjata dejta b’mod konġunt dwar il-VAT fil-Eurofisc. Hemm ukoll lok biex jiġu żviluppati aktar l-iskambju awtomatizzat tal-informazzjoni jew l-aċċess għal settijiet ġodda ta’ dejta. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma interessati l-aktar fl-aċċess għad-dejta doganali jew għall-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozza.
L-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi tal-UE għadu qasam sensittiv għall-Istati Membri. Skonthom, il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc jew l-iskambji spontanji ta’ għarfien bejn il-Eurofisc, il-Europol u l-OLAF jidhru li huma mezzi aħjar biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-livell tal-UE mill-għoti ta’ aċċess awtomatizzat lill-Europol u lill-OLAF għad-dejta tal-VIES jew tal-Eurofisc.
It-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva dwar il-VAT ikun konsistenti għalkollox ma’ politiki oħra tal-UE li qed jiġu żviluppati bħalissa. Dan huwa partikolarment minnu fil-każ tad-Direttiva (UE) 2017/1371 u tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE. Dan kollu juri li diversi inizjattivi komuni fil-livell tal-UE għandhom l-istess għanijiet: li titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji u jinstabu modi ġodda għall-ġlieda kontra l-aktar theddid serju għad-dħul mit-taxxa.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Waqt li kienet qed titfassal din il-proposta u jiġu vvalutati l-arranġamenti attwali, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri u tal-pubbliku, l-aktar dwar modi possibbli ta’ kif titjieb il-kooperazzjoni amministrattiva biex tiġi indirizzata l-frodi transfruntiera.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kieku jappoġġaw l-ipproċessar konġunt tad-dejta fil-Eurofisc (TNA) u l-introduzzjoni ta’ miżuri għall-ġlieda kontra l-frodi li jinvolvu l-proċeduri doganali 42 u 63. Anke l-aċċess għad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi ntlaqa’ tajjeb mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri.
Partijiet ikkonċernati oħra bħan-negozji u ċ-ċittadini jappoġġaw ir-rwol tal-UE li tassisti u tiżgura l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-Istati Membri. Uħud minnhom iqisu li l-istrumenti attwali mhumiex adattati għall-mudelli l-ġodda ta’ negozju u għall-ġlieda kontra l-frodi transfruntiera jew tal-kriminalità organizzata. Jenħtieġ li jiġu previsti skambji awtomatizzati ġodda ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tat-taxxa. Dawn jappoġġaw il-fatt li l-Eurofisc jkollu rwol akbar u esprimew opinjoni kumplessivament pożittiva dwar l-awditi konġunti.
•Ġbir u użu tal-kompetenzi
Apparti l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha u b’mod partikolari mal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, ma kienx hemm bżonn ta’ esperti biex titfassal din il-proposta.
•Valutazzjoni tal-impatt
Sakemm kienet qed titfassal din il-proposta, il-valutazzjoni tal-impatt tat ħarsa lejn il-ħames opinjonijiet ewlenin bl-għażliet sekondarji:
–l-ipproċessar u l-analiżi konġunti tad-dejta fil-Eurofisc;
–it-titjib tal-qafas operazzjonali għall-verifiki koordinati bejn l-Istati Membri;
–l-iżvilupp tal-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri fil-Eurofisc u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-UE;
–l-indirizzar tal-frodi li tinvolvi s-sistema doppja tal-VAT applikabbli għall-karozzi billi jitjieb l-aċċess għad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi;
–il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-proċeduri doganali 42 u 63 bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana.
Analiżi bir-reqqa kkonkludiet li għandhom jinżammu diversi għażliet biex jindirizzaw sew il-kwistjonijiet rilevanti kollha.
Minħabba n-nuqqas ta’ dejta rilevanti, ma setgħux jiġu vvalutati u kwantifikati eżatt il-benefiċċji tal-għażliet ewlenin preferuti. Madankollu, l-impatt fuq id-diversi partijiet ikkonċernati nġabar fil-qosor kif ġej:
–L-Istati Membri: l-għażliet ewlenin koperti b’din l-inizjattiva jistgħu jħaffu l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT transfruntiera u jagħmluha aktar effiċjenti, u għalhekk mistennija li jwasslu għal żieda fid-dħul mill-VAT. L-ipproċessar konġunt tad-dejta fil-Eurofisc mhux se joħloq kostijiet addizzjonali peress li dawn huma diġà mġarrba mill-programm Fiscalis. L-iskambju ġdid ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana u l-aċċess awtomatizzat għad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi jistgħu jwasslu għal kostijiet operazzjonali u ta’ implimentazzjoni. Madankollu, hemm mnejn li dawn ikunu limitati jekk jintużaw is-sistemi eżistenti.
–In-negozji, inklużi l-SMEs u l-mikrointrapriżi: jekk jiġu mmirati aħjar il-frodaturi, dan jista’ jnaqqas il-kostijiet ta’ konformità u l-piż amministrattiv għan-negozji involuti fil-kummerċ intra-Unjoni għax kieku l-għażliet previsti jużaw u janlizzaw aħjar l-informazzjoni disponibbli u b’hekk il-kummerċjanti konformi ma jkollhomx għalfejn iwettqu inkjesti amministrattivi u obbligi ta’ rappurtar. Jenħtieġ li n-negozji jibbenefikaw ukoll minn kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u mill-funzjonament aħjar tas-suq uniku.
Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża ma’ din il-proposta ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-13 ta’ Settembru 2017. Il-Bord kellu opinjoni pożittiva u ta xi rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari dwar il-ħtieġa li tiġi deskritta aħjar l-interazzjoni ta’ din l-inizjattiva ma’ elementi oħra tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT u l-ħtieġa għal motivazzjonijiet aktar ċari dwar it-tfassil tal-għażliet. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew aċċettati. L-opinjoni tal-Bord u r-rakkomandazzjonijiet jissemmew fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal għall-valutazzjoni tal-impatt.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din l-inizjattiva ma taqax fil-kompetenza tal-Programm dwar l-Idoneità Regolatorja.
•Drittijiet fundamentali
Din il-proposta għandha twassal għal skambju u pproċessar konġunti ġodda tal-informazzjoni eżistenti dwar il-VAT, li jistgħu jinkludu d-dejta personali. Madankollu, il-ġbir tad-dejta se jkun strettament immirat u limitat għall-operaturi li allegatament huma involuti fi tranżazzjonijiet frawdolenti. Id-dejta se tinżamm biss sakemm tiġi analizzata u jsiru l-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali li għandhom is-setgħa jinfurzaw l-obbligi tal-VAT. Din se tintuża biss biex jiġu identifikati mill-ewwel il-frodaturi potenzjali u biex jitwaqqfu n-netwerks frawdolenti li l-għan tagħhom huwa li jabbużaw mis-sistema tal-VAT billi jwettqu frodi tal-VAT. Id-dejta se tiġi aċċessata u użata biss mill-persunal awtorizzat.
Madankollu, dawn il-miżuri se jkunu fl-aħħar mill-aħħar soġġetti għall-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, hekk kif jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 904/2010, se jkunu soġġetti għall-Artikolu 55(5) ta’ dak ir-Regolament, li jirreferi għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta mhu se jkollha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, l-applikazzjoni tar-Regolament tiġi riveduta kull ħames snin. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 49 biex tiġi evalwata kemm il-kooperazzjoni amministrattiva qed jirnexxilha tiġġieled l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni disponibbli rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament u, fost l-oħrajn, l-istatistika annwali dwar l-użu tal-istrumenti ta’ kooperazzjoni. Il-valutazzjoni tal-impatt mehmuża ma’ din il-proposta telenka l-lista ta’ indikaturi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni (ara l-Kapitolu 8.1).
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-għanijiet ewlenin tal-proposta huma:
–l-ipproċessar u l-analiżi konġunti tad-dejta rilevanti kollha fil-Eurofisc;
–it-titjib tal-qafas operazzjonali għall-verifiki koordinati bejn l-Istati Membri;
–l-iżvilupp tal-iskambju tad-dejta bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-UE;
–l-indirizzar tal-frodi li tinvolvi s-sistema doppja tal-VAT applikabbli għall-karozzi billi jitjieb l-aċċess għad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi;
–il-ġlieda kontra l-frodi li tinvolvi l-proċeduri doganali 42 u 63.
Fl-4 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni pproponiet emenda tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 31 tiegħu, li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019 għall-persuni taxxabbli ċertifikati. Għalhekk, din il-proposta leġiżlattiva tinvolvi proposta għal emenda li tinkludi dawn id-dispożizzjonijiet.
Miżuri applikabbli mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament
Skambji ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel
Bil-modifika tal-Artikolu 13, kull darba li jqisuh meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni b’mezzi oħra għajr il-forom standard.
Awditi konġunti
Ta’ spiss ikollhom jitwettqu inkjesti amministrattivi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, b’mod partikolari meta l-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fl-Istati Membri fejn tkun trid titħallas it-taxxa. Il-Kapitolu VII jipprevedi l-preżenza ta’ uffiċjali fl-uffiċċji amministratttivi u fil-binjiet tal-persuni taxxabbli waqt li jkunu għaddejjin inkjesti amministrattivi fi Stati Membri oħra. Biex tiġi xprunata l-kapaċità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex jivverifikaw il-provvisti transfruntiera, fir-Regolament jiddaħħal strument ta’ kooperazzjoni ġdid. Bl-awditi konġunti l-uffiċjali minn żewġ amministrazzjonijiet tat-taxxa jew aktar jistgħu, jekk iridu, jiffurmaw tim wieħed ta’ awditjar u jieħdu sehem b’mod attiv f’inkjesta amministrattiva. Dak it-tim kieku jeżamina t-tranżazzjonijiet transfruntiera ta’ persuna taxxabbli relatata waħda jew aktar (kemm entitajiet ġuridiċi kif ukoll individwi) li twettaq attivitajiet transfruntiera, inklużi t-tranżazzjonijiet transfruntiera li jinvolvu kumpaniji affiljati relatati stabbiliti fil-pajjiżi parteċipanti.
Barra minn hekk, biex jiġi evitat li l-għażla tal-persuni taxxabbli tal-post ta’ stabbiliment tagħhom fl-Unjoni tfixkel l-infurzar xieraq tal-VAT u biex jiġu evitati x-xogħol doppju u l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet tat-taxxa u tan-negozji, meta mill-inqas żewġ Stati Membri jqisu li hija meħtieġa inkjesta amministrattiva fl-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tagħhom iżda taxxabbli fih, jenħtieġ li l-inkjesta titwettaq mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna taxxabbli u jenħtieġ li l-Istati Membri li jitolbu din l-inkjesta jassistu lill-Istat Membru tal-istabbiliment billi jieħdu sehem attiv fl-awditu. Din il-miżura tkun partikolarment rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi fl-attività tal-kummerċ elettroniku.
Eurofisc
Il-Kapitolu X stabbilixxa l-Eurofisc għall-iskambju fil-pront ta’ informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri biex jiġu indirizzati xejriet ġodda jew fuq skala kbira ta’ frodi tal-VAT. Biex jitħaffef l-ipproċessar u l-analiżi konġunti tad-dejta fil-Eurofisc, bħalissa l-Kummissjoni qed tiżviluppa softwer TNA li mill-2018 l-Istati Membri jistgħu jużawh b’mod volontarju.
Sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal tat-TNA għall-identifikazzjoni tan-netwerks frawdolenti fl-UE kollha, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 se jipprovdi dispożizzjonijiet aktar ċari għall-ipproċessar u l-analiżi konġunti tad-dejta fil-Eurofisc. L-involviment f’dan l-ipproċessar u l-analiżi se jibqa’ wieħed volontarju. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jagħtu aċċess lill-uffiċjali tal-Eurofisc għad-dejta VIES tagħhom dwar it-tranżazzjonijiet intra-Unjoni permezz tat-TNA; b’hekk is-softwer jista’ jidentifika n-netwerks ta’ frodi potenzjali kollha, inklużi dawk li jinvolvu l-kummerċjanti stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti.
L-emendi jipprovdu wkoll regoli aktar ċari dwar kif kieku jaħdem u jitmexxa l-Eurofisc. Dawn kieku jippermettu li l-Eurofisc jikkoordina l-inkjesti amministrattivi konġunti mnedija abbażi tal-analiżijiet tar-riskji tiegħu. L-uffiċjali tal-Eurofisc ta’ spiss huma l-ewwel li jiġu mwissija dwar netwerks frawdolenti ġodda, u dawn għandhom kompetenzi speċjalizzati fi frodi serja tal-VAT. Għalhekk, dawn ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jikkoordinaw l-inkjesti amministrattivi korrispondenti.
Dan jikkontribwixxi għal reazzjoni iktar rapida u effettiva għar-riżultati tat-TNA u l-informazzjoni minn dawn l-inkjesti tista’ tiġi pproċessata immedjatament mit-TNA. Fil-prattika, din il-koordinazzjoni titwettaq fil-qasam ta’ ħidma tal-Eurofisc b’kompetenzi rilevanti minn wieħed jew bosta uffiċjali tal-Eurofisc mill-Istati Membri involuti fl-inkjesti. Jenħtieġ li l-verifiki aktar ikkoordinati bejn l-Istati Membri jtejbu l-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu malajr għall-attivitajiet frawdolenti li dejjem jinbidlu.
Il-proposta toffri wkoll il-possibbiltà għall-uffiċjali tal-Eurofisc biex jgħaddu informazzjoni dwar ix-xejriet, ir-riskji u l-każijiet serji ta’ frodi tal-VAT lill-Europol u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jiżvelaw dawn il-każijiet lill-UPPE. Dan ikopri, b’mod partikolari, l-aktar frodi tal-VAT ta’ ħsara, bħall-iskemi MTIC u l-abbużi tal-proċedura doganali 42 li ta’ spiss jinvolvu organizzazzjonijiet kriminali. Dawn l-organizzazzjonijiet japprofittaw minn netwerks internazzjonali biex jinħolqu skemi MTIC avvanzati bl-għan li jiksbu flus mill-baġits nazzjonali. Dawn jinħbew wara isem ħaddieħor, li jagħti inqas saħħa lill-miżuri amministrattivi.
Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-UE tippermetti li ssir kontroverifika tal-informazzjoni tal-Eurofisc ma’ rekords kriminali, bażijiet ta’ dejta u informazzjoni oħra miżmuma mill-OLAF u l-Europol u tgħin biex jiġu identifikati dawk li tassew iwettqu l-frodi u n-netwerks tagħhom. B’mod partikolari l-OLAF jikseb informazzjoni rilevanti fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu dwar il-frodi doganali, li hija intrinsikament marbuta mal-frodi tal-VAT bħall-frodi tal-proċedura doganali 42. L-OLAF jista’ wkoll jiffaċilita u jikkoordina l-investigazzjonijiet dwar il-frodi tal-VAT, billi juża l-approċċ interdixxiplinari tiegħu.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà daħħlu fis-seħħ din il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u jinvolvu lill-Europol fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi MTIC. Madankollu, ħafna drabi dawn l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni huma tant kumplessi li joħolqu r-riskju li l-valur tal-informazzjoni jintilef qabel ma jasal għand l-awtoritajiet t-tajba. Rabta diretta bejn il-Eurofisc, il-Europol u l-OLAF kif ukoll l-UPPE, għall-aktar każijiet serji ta’ frodi tal-VAT, tqassar din il-latenza ta’ dejta u timmassimizza l-valur tagħha fil-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali.
Din il-proposta se tneħħi xi restrizzjonijiet minn fuq id-dritt tal-uffiċjali tal-Eurofisc li jikkonsultaw id-dejta tal-VIES fuq il-provvisti intra-Unjoni meta l-fornitur jew il-klijent ikun irreġistrat fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 21(2)). Bħalissa, l-aċċess huwa limitat għall-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, li jenħtieġ ikollhom identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi biex jingħataw aċċess għal din l-informazzjoni. Barra minn hekk, l-aċċess irid isir f’każ ta’ investigazzjoni dwar suspett ta’ frodi u jsir biss matul is-sigħat ta’ xogħol ġenerali. Din il-proposta tneħħi din l-aħħar kundizzjoni, peress li huwa diffiċli li tingħata ġustifikazzjoni għal-limitazzjoni taż-żmien għall-ġlieda kontra l-frodi serja tal-VAT. Ġie propost ukoll li d-dettalji prattiċi rigward l-identifikazzjoni tal-uffiċjali awtorizzati jiġu definiti f’att ta’ implimentazzjoni biex jiġi indirizzat it-tħassib ta’ ċerti Stati Membri.
Proċeduri ta’ rifużjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni
Il-Kapitolu XII jkopri t-trażmissjoni tat-talbiet għal rifużjonijiet tal-VAT fi Stati Membri oħra u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar dawn it-talbiet. Dan il-Kapitolu jiġi emendat biex titjieb il-koerenza mal-ġbir tad-djun tal-VAT fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u biex jiġi evitat kemm l-użu kif ukoll il-piż amministrattiv u l-kostijiet marbuta ma’ talba għal assistenza għall-irkupru mill-Istat Membru ta’ stabbiliment biex jiġi sekwestrat l-ammont ta’ rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta’ rifużjoni.
Skont ir-regoli eżistenti dwar l-assistenza għall-irkupru, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ stabbiliment jistgħu jibagħtu talba għal miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni lill-Istat Membru tar-rifużjoni għall-ammonti ta’ rifużjoni tal-VAT li jridu jiġu sekwestrati. Dan jeħtieġ li l-awtorità applikanti tħejji talba speċifika għall-assistenza għall-irkupru; l-awtoritajiet tar-rifużjoni tal-VAT u tal-irkupru tat-taxxa fl-Istat Membru rikjest iridu jinvolvu ruħhom f’koordinazzjoni speċjali biex iwettqu din it-talba; u l-persuna taxxabbli kkonċernata li trid tikkontesta l-miżuri ta’ rkupru jew ta’ prekawzjoni meħuda mill-awtoritajiet rikjesti, trid twettaq din l-azzjoni fl-Istat Membru rikjest skont l-Artikoli 14(2) u 17 tad-Direttiva 2010/24/UE.
Il-persuna taxxabbli kkonċernata tista’ taċċetta li jkollha r-rifużjoni tal-VAT ittrasferita direttament fl-Istat Membru ta’ stabbiliment sabiex jiġu rilaxxati l-obbligazzjonijiet pendenti tagħha f’dak l-Istat Membru jew biex dak l-ammont ta’ rifużjoni jinżamm bħala miżura ta’ prekawzjoni f’każ ta’ djun tal-VAT ikkontestati f’dak l-Istat Membru. F’dan l-aħħar każ, dik iż-żamma ta’ rifużjoni tista’ tiġi kkontestata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna stess, fl-istadji kollha tal-proċedimenti li jikkonċernaw id-dejn tal-VAT ikkontestat.
Il-proposta attwali tevita l-bżonn li jkun hemm talbiet ta’ assistenza għall-irkupru, dejjem jekk id-debitur tat-taxxa jaqbel mat-trasferiment dirett. B’hekk, jonqos ukoll il-piż amministrattiv għall-applikant tal-Istat Membru u jiġu evitati l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi kollha għall-Istat Membru rikjest.
Meta jiġu applikati l-arranġamenti ta’ trasferiment u ta’ żamma biex jiġi żgurat il-ħlas tal-obbligazzjonijiet tal-VAT ikkontestati fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, dak l-Istat Membru jrid jirrispetta sew id-drittijiet tad-debitur tat-taxxa. F’dan ir-rigward, il-proposta tipprevedi li jkun hemm sorveljanza ġudizzjarja taż-żamma tal-ammont ta’ rifużjoni tal-VAT fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Dan huwa mfassal biex jgħin lid-debituri tat-taxxa li jixtiequ jikkontestaw il-miżura, għax hekk mhux se jibqa’ jkollhom għalfejn jikkontestaw il-miżuri ta’ prekawzjoni fl-Istat Membru l-ieħor.
Żvelar ta’ każijiet serji ta’ frodi tal-VAT lill-OLAF u l-UPPE li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati Membri
Il-Kapitolu XIII li jkopri r-relazzjonijiet mal-Kummissjoni, ikun emendat biex iħares l-aħjar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti fl-UPPE jgħaddulu l-informazzjoni dwar l-aktar reati serji tal-VAT kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371. Dawn jistgħu jkunu każijiet li jinvolvu attività f’żewġ Stati Membri jew aktar u dannu totali ta’ mill-inqas EUR 10 miljun.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) se jkun korp indipendenti u deċentralizzat tal-UE. Dan se jkun responsabbli mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-baġit tal-UE, bħall-frodi tal-VAT transfruntiera ta’ aktar minn EUR 10 miljun. L-UPPE se jopera bħala uffiċċju uniku fl-Istati Membri parteċipanti u se jgħaqqad l-isforzi tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u Ewropew b’approċċ unifikat, armonizzat u effiċjenti.
L-OLAF se jibqa’ responsabbli mill-investigazzjonijiet amministrattivi f’irregolaritajiet mhux frawdolenti u frawdolenti li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Għalhekk, il-mandat u l-kompetenza tiegħu dwar il-frodi tal-VAT imorru lil hinn minn dawk il-każijiet identifikati bħala l-aktar serji fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371. Barra minn hekk, peress li mhux l-Istati Membri kollha se jkunu parti mill-UPPE, l-OLAF se jkompli bl-investigazzjonijiet amministrattivi tiegħu fir-rigward tal-Istati Membri mhux parteċipanti bl-istess mod kif qiegħed jagħmel illum. Fl-Istati Membri parteċipanti, fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, l-UPPE u l-OLAF se jistabbilixxu u jżommu kooperazzjoni mill-qrib bl-għan li jiżguraw il-komplementarjetà tal-mandati tagħhom, u jevitaw id-duplikazzjoni. F’dan il-kuntest, l-OLAF jista’ jappoġġa lill-investigazzjonijiet tal-UPPE dwar il-każijiet ta’ frodi tal-VAT.
L-OLAF jista’ wkoll jiffaċilita u jikkoordina l-investigazzjonijiet dwar il-frodi tal-VAT, billi juża l-approċċ interdixxiplinari tiegħu u jipprovdi analiżi u għarfien. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jgħaddu l-informazzjoni lill-OLAF dwar ir-reati tal-VAT li jidhrilhom xierqa għall-eżerċizzju tal-mandat tiegħu.
Aġġornament tal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kapitolu XV, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-iskambju ta’ informazzjoni, se jiġi emendat biex jirrifletti l-bażi ġuridika l-ġdida għall-protezzjoni tad-dejta personali: ir-Regolament (UE) 2016/679.
Il-Kapitolu XVI li jinkludi d-dispożizzjonijiet ġenerali u finali, irid jiġi aġġornat bil-bażi ġuridika l-ġdida għall-verifiki tal-Istati Membri dwar kif il-Kummissjoni teżerċita s-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha: ir-Regolament (UE) 182/2011.
Miżuri applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2020
Kondiviżjoni tal-proċeduri doganali 42/63 u d-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi mal-awtoritajiet tat-taxxa
Il-Kapitolu V jikkonċerna l-ħażna u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-persuni taxxabbli u t-tranżazzjonijiet. Jekk dan il-Kapitolu jiġi emendat se jippermetti l-iskambju ta’ dejta dwar l-importazzjonijiet doganali b’eżenzjonijiet tal-VAT u dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-vetturi.
L-ewwel sett ġdid ta’ dejta jiġi skambjat biex jindirizza l-abbuż tal-iskema tal-VAT għall-importazzjoni ta’ oġġetti mingħajr VAT (il-proċeduri doganali 42 u 63) li suppost kellhom jiġu konsenjati fi Stat Membru ieħor iżda li ġew iddevjati għas-suq illeċitu. Żvantaġġ wieħed ta’ dawn il-proċeduri huwa li l-proċess kollu jista’ jieħu żmien twil biex jiġi vverifikat, minkejja r-riskju ta’ frodi li jseħħ malajr. Qabel ma jkunu jistgħu jwettqu dawn il-verifiki, l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri ta’ importazzjoni u ta’ destinazzjoni jkollhom jistennew id-dikjarazzjoni rikapitolattiva tal-importatur, li ta’ spiss lanqas tasal.
B’din il-proposta, l-informazzjoni rilevanti rigward il-proċeduri doganali 42 u 63 sottomessi elettronikament mad-dikjarazzjoni doganali (eż. in-numri tal-VAT, il-valur tal-oġġetti importati, it-tip ta’ prodotti eċċ.) tkun kondiviża bejn l-Istat Membru ta’ importazzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Għalhekk l-awtoritajiet tat-taxxa fiż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jagħmlu kontroverifika ta’ din l-informazzjoni mal-informazzjoni rrapportata mill-importatur fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva u fid-dikjarazzjoni tal-VAT tiegħu, u mir-riċevitur fid-dikjarazzjoni tal-VAT tiegħu. Barra minn hekk, jekk l-Istat Membru ta’ destinazzjoni josserva li n-numru tal-VAT tal-klijent, għalkemm validu, ikun inkiseb b’mod illeċitu mill-importatur, jista’ jinforma minnufih lill-Istat Membru ta’ importazzjoni biex ikun jista’ jivverifika lill-importatur. Apparti dan, bil-kontroverifika tal-informazzjoni doganali mad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi tal-VAT, l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jidentifikaw każijiet ta’ sottovalutazzjoni waqt l-importazzjoni, maħsuba biex jiġu evitati d-dazji doganali. L-uffiċjali tal-Eurofisc jistgħu jingħataw aċċess estiż għad-dejta dwar il-provvisti intra-Unjoni.
L-emenda tal-Artikolu 21 tiċċara wkoll li jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali responsabbli mill-verifika tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-VAT fil-proċeduri doganali 42 u 63, jingħataw aċċess awtomatizzat għas-Sistema tal-Iskambju ta’ Informazzjoni tal-VAT (VIES) biex ikunu jistgħu jivverifikaw il-validità tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ eżenzjoni mill-VAT waqt l-importazzjoni u l-verifika awtomatika mal-fruntiera tkun deterrent kbir kontra dan it-tip ta’ frodi.
It-tieni sett ġdid ta’ dejta li għandha tiġi skambjata se tintuża mill-uffiċjali tal-Eurofisc biex jindirizzaw il-frodi transfruntiera li tinvolvi l-bejgħ ta’ karozzi użati. B’mod partikolari, din id-dejta tippermettilhom jidentifikaw malajr il-persuni li jwettqu tranżazzjonijiet frawdolenti u fejn ikunu wettquhom. Fil-prattika, dan l-aċċess għandu jingħata permezz tal-pjattaforma EUCARIS, fejn diġà jsiru skambji awtomatizzati ta’ informazzjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-vetturi.
Miżuri applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2021
Meta persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru wieħed jipprovdu oġġetti jew servizzi lil klijenti stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, dawn qed ikunu dejjem aktar soġġetti għall-obbligi f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Dan ta’ spiss jiġi xprunat minn żviluppi teknoloġiċi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni korretta tal-VAT fuq dawn it-tranżazzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ li l-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 32, li permezz tiegħu l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli għall-persuni taxxabbli, jiġi estiż biex jinkludi informazzjoni oħra, b’mod partikolari dwar ir-rati u l-miżuri mmirati lejn intrapriżi żgħar.
2017/0248 (CNS)
Proposta emendata għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1)Fil-Pjan ta’ Azzjoni 11 tagħha dwar il-VAT
, il-Kummissjoni ħabbret li biħsiebha tressaq proposta li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema definittiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fir-rigward tal-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju bejn l-Istati Membri Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Novembru 2016
, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex sadanittant ittejjeb ir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT f’rabta mat-tranżazzjonijiet transfruntiera.
(2)Il-persuna taxxabbli ċċertifikata hija wieħed mill-komponenti essenzjali ta’ dik is-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u, barra minn hekk, se jintuża għal ċerti miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sistema attwali tal-VAT. Il-kunċett ta’ persuna taxxabbli ċċertifikata jenħtieġ li jippermetti li jiġi ppruvat li persuna taxxabli speċifika tista’ tiġi kkunsidrata bħala persuna affidabbli li tħallas it-taxxa fi ħdan l-Unjoni.
(3)Ċerti regoli stabbiliti mid-Direttiva 2006/112/KE
għat-tranżazzjonijiet meqjusa bħala vulnerabbli għall-frodi għandhom japplikaw biss meta jkunu involuti persuni taxxabbli ċċertifikati. Għalhekk, huwa essenzjali li l-istatus tal-persuna taxxabbli ċċertifikata ta’ persuna taxxabbli jkun jista’ jiġi vverifikat b’mezzi elettroniċi sabiex jiġi ggarantit li dawk ir-regoli jistgħu japplikaw.
(4)Fl-ewwel pass lejn sistema definittiva tal-VAT kif propost fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, fil-każ ta’ provvisti ta’ merkanzija fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge meta l-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija tkun persuna taxxabbli ċċertifikata. Għalhekk, huwa essenzjali għal persuna taxxabbli li tagħmel provvista ta’ merkanzija ġewwa l-Unjoni li tkun taf jekk il-klijent tiegħu ikunx ingħata l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċċertifikata jew le. Minħabba x-xebh prattiku mal-eżenzjoni attwali għall-provvisti intra-Komunitarji tal-merkanzija u biex jiġu evitati spejjeż jew piżijiet mhux meħtieġa, jenħtieġ li tintuża s-Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) li fiha għandha tiġi integrata l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċċertifika.
(5)Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċċertifikata tal-persuni taxxabbli fl-Istati Membri, l-Istati Membri jenħtieġ li jirreġistraw u jaħżnu l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċċertifikata tal-persuni taxxabbli aġġornat f’sistema elettronika. Minn dakinhar ’il quddiem, l-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru jenħtieġ li jagħtu aċċess awtomatiku lill-awtoritajiet fiskali ta’ Stati Membri oħrajn għal din l-informazzjoni u jenħtieġ li jkun jistgħu, fuq talba mill-persuni msemmija fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 14
, jikkonfermaw permezz ta’ mezzi elettroniċi xi jkun l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċċertifikata ta’ kwalunkwe persuna taxxabbli meta dan ikun rilevanti għall-fini tat-tranżazzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu.
(6)Minħabba li d-dispożizzjonijiet inklużi f’dan ir-Regolament jirriżultaw mill-emendi introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill […] 15 /UE
, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-emendi.
(1)Is-sistema attwali ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri hija bbażata fuq arranġamenti tranżitorji introdotti fl-1993 li saru antikwati u suxxettibbli għal frodi fil-kuntest ta’ sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kumplessa ħafna. Il-Kummissjoni ressqet proposta li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju bejn l-Istati Membri li tkun ibbażata fuq it-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Peress li s-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Unjoni tista’ tieħu diversi snin biex tkun implimentata b’mod sħiħ, hemm bżonn ta’ miżuri fuq perjodu qasir li jiġġieldu l-frodi tal-VAT transfruntiera b’mod aktar effettiv u f’waqtu. It-titjib u s-simplifikazzjoni tal-istrumenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva, b’mod partikolari l-Eurofisc, huma wkoll ta’ importanza sinifikanti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT inġenerali u biex tissaħħaħ il-fiduċja bejn l-awtoritajiet tat-taxxa qabel ma tiġi introdotta s-sistema definittiva tal-VAT.
(2)Ta’ spiss ikollhom jitwettqu inkjesti amministrattivi għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, b’mod partikolari meta l-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fl-Istati Membri fejn tkun trid titħallas it-taxxa. Biex jiġi żgurat l-infurzar xieraq tal-VAT u biex jiġu evitati x-xogħol doppju u l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet tat-taxxa u tan-negozji, meta mill-inqas żewġ Stati Membri jqisu li tkun meħtieġa inkjesta amministrattiva fl-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tagħhom iżda taxxabbli fih, jenħtieġ li l-inkjesta titwettaq mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna taxxabbli u jenħtieġ li l-Istati Membri li jitolbu din l-inkjesta jassistu lill-Istat Membru tal-istabbiliment billi jieħdu sehem attiv fl-inkjesta.
(3)It-trażmissjoni ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 jenħtieġ li tkun kemm jista’ jkun sempliċi u effettiva. Għalhekk, kull darba li jqisuh meħtieġ, hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jibagħtu l-informazzjoni b’mezzi oħra għajr il-formoli standard.
(4)Il-kunċett ta’ persuna taxxabbli ċertifikata huwa wieħed mill-komponenti essenzjali tal-proposta dwar is-sistema definittiva tal-VAT u se jintuża wkoll għal ċerti miżuri ta’ simplifikazzjoni fis-sistema attwali tal-VAT. Il-kunċett ta’ persuna taxxabbli ċertifikata jenħtieġ li jippermetti li jiġi ppruvat li persuna taxxabli speċifika tista’ titqies bħala persuna affidabbli li tħallas it-taxxa fl-Unjoni.
(5)Ċerti regoli stabbiliti bid-Direttiva 2006/112/KE għal tranżazzjonijiet li jitqiesu bħala vulnerabbli għall-frodi għandhom japplikaw biss meta jkunu involuti persuni taxxabbli ċertifikati. Għalhekk, huwa essenzjali li l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata jkun jista’ jiġi vverifikat b’mezzi elettroniċi biex jiġi ggarantit li jistgħu japplikaw dawk ir-regoli.
(6)Bħala l-ewwel pass lejn sistema definittiva tal-VAT kif propost fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Iż-żmien biex niddeċiedu, il-mekkaniżmu tar-reverse charge għandu japplika għall-provvisti intra-Unjoni ta’ oġġetti meta x-xerrej tal-oġġetti jkun persuna taxxabbli ċertifikata. Għalhekk huwa essenzjali li l-persuni taxxabbli li jipprovdu oġġetti fl-Unjoni jkunu jafu jekk il-klijenti tagħhom ingħatawx l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata. Minħabba x-xebh prattiku mal-eżenzjoni attwali għall-provvisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti, u biex jiġu evitati l-kostijiet jew il-piż bla bżonn, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-istatus tal-persuna taxxabbli ċertifikata tingħata mis-Sistema tal-Iskambju ta’ Informazzjoni tal-VAT (VIES).
(7)Sabiex tingħata informazzjoni dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata tal-persuni taxxabbli fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istati Membri jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika, l-istatus aġġornat tal-persuni taxxabbli li jkunu ngħataw status ta’ persuna taxxabbli ċertifikata minn awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru. Wara dan jenħtieġ li l-awtoritajiet tat-taxxa fi Stat Membru jagħtu lill-awtoritajiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra aċċess awtomatizzat għal din l-informazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li fuq talba ta’ ċerti persuni previsti fir-Regolament (UE) Nru 904/2010, dawn ikunu jistgħu wkoll jikkonfermaw, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata ta’ kull persuna taxxabbli, jekk dak l-istatus ikun rilevanti għal dawk it-tranżazzjonijiet.
(8)L-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjonijiet ta’ oġġetti prevista fl-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE (“il-proċedura doganali 42”) tiġi ta’ sikwit abbużata u l-oġġetti jiġu ddevjati għas-suq illeċitu mingħajr ma titħallas VAT. Għalhekk huwa essenzjali li, meta l-uffiċjali doganali jivverifikaw jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti għall-għoti tal-eżenzjoni, jenħtieġ li dawn ikollhom aċċess għar-reġistru tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet doganali, bħala parti minn din il-proċedura, tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn trid issir l-akkwiżizzjoni intra-Komunitarja sussegwenti.
(9)Biex tiġi indirizzata l-frodi li tirriżulta mis-sistema doppja tal-VAT applikabbli għall-karozzi, jenħtieġ li l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc ikunu jistgħu jaċċessaw id-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi b’mod awtomatizzat. Din id-dejta tippermettilhom jidentifikaw malajr il-persuni li jwettqu tranżazzjonijiet frawdolenti u fejn ikunu wettquhom. Jenħtieġ li dan l-aċċess ikun disponibbli permezz tal-applikazzjoni tas-softwer tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (EUCARIS), li trid tintuża bilfors mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI, fir-rigward tad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi.
(10)Biex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet doganali u għad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(11)Bil-għan li jiġi żgurat il-monitoraġġ effettiv u effiċjenti tal-VAT fit-transazzjonijiet transfruntiera, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 jipprevedi l-preżenza ta’ uffiċjali fl-uffiċċji amministrattivi u waqt l-inkjesti amministrattivi fi Stati Membri oħra. Biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tat-taxxa biex jivverifikaw il-provvisti transfruntiera, jenħtieġ li jkun hemm awditi konġunti li jippermettu lill-uffiċjali minn żewġ Stati Membri jew aktar, jagħmlu parti minn tim wieħed ta’ awditjar u li jieħdu sehem attiv f’inkjesta amministrattiva konġunta.
(12)Meta persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru wieħed jipprovdu oġġetti jew servizzi lil klijenti stabbiliti fi Stat Membru ieħor, dawn qed ikunu dejjem aktar soġġetti għall-obbligi f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Dan ta’ spiss jiġi xprunat minn żviluppi teknoloġiċi. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni korretta tal-VAT fuq dawn it-tranżazzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ li l-mekkaniżmu li permezz tiegħu l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli għall-persuni taxxabbli, jiġi estiż biex jinkludi informazzjoni oħra, b’mod partikolari r-rati u l-miżuri għall-intrapriżi żgħar.
(13)Biex jiġu miġġielda l-aktar skemi serji ta’ frodi transfruntiera, jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa l-governanza, il-kompiti u l-funzjonament tal-Eurofisc. Jenħtieġ li l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc ikunu jistgħu jaċċessaw, jiskambjaw, jipproċessaw u janalizzaw malajr l-informazzjoni kollha meħtieġa u jikkoordinaw kull azzjoni ta’ segwitu. Huwa wkoll meħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra involuti fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni mmirata mal-Europol u mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Għalhekk, jenħtieġ li l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc ikunu jistgħu jikkondividu, spontanjament jew fuq talba, informazzjoni u għarfien mal-Europol u mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi. Dan jippermetti li l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc jirċievu dejta u għarfien miżmuma mill-Europol u mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi sabiex jiġu identifikati dawk li tassew iwettqu l-attivitajiet ta’ frodi tal-VAT.
(14)Biex ikunu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-Eurofisc, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(15)L-organizzazzjoni tat-trażmissjoni tat-talbiet għal rifużjonijiet tal-VAT — skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, toffri l-opportunità li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti biex jirkupraw djun tal-VAT mhux imħallsa fl-Istat Membru ta’ stabbiliment.
(16)Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi serja transfruntiera tal-VAT, jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkomunikaw lil dak l-uffiċċju, inkluż permezz tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, informazzjoni dwar l-aktar reati serji tal-VAT kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(17)Meta jqisu xieraq, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw ukoll lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi l-informazzjoni dwar ir-reati kontra s-sistema komuni tal-VAT. B’hekk l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jkun jista’ jissodisfa l-mandat tiegħu li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jipprovdi assistenza lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom ħalli jħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi.
(18)Il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess biss għall-informazzjoni kkomunikata jew miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 meta dan ikun meħtieġ għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi ospitati mill-Kummissjoni u użati mill-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
(19)Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jitqiesu l-limitazzjonijiet ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jitħarsu l-interessi msemmija fl-Artikolu 23(1)(e) ta’ dak ir-Regolament. Dawn il-limitazzjonijiet huma meħtieġa u proporzjonali meta jitqies it-telf ta’ dħul potenzjali għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali li din l-informazzjoni ssir disponibbli sabiex il-ġlieda kontra l-frodi tkun effettiva.
(20)Id-Direttiva 2006/112/KE se tistabbilixxi regoli għal tranżazzjonijiet li għandhom japplikaw biss meta jkunu involuti persuni taxxabbli ċertifikati u regoli ġodda dwar ir-rati u n-negozji ż-żgħar. Għalhekk jeħtieġ li tiġi differita l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata u dwar l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-persuni taxxabbli dwar ir-rati u r-regoli speċjali għan-negozji ż-żgħar sakemm jiġu applikati dawk ir-regoli. Peress li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet doganali u għad-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi se teħtieġ żviluppi teknoloġiċi ġodda, jeħtieġ li tiġi differita l-applikazzjoni tagħhom biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jwettqu dawk l-iżviluppi.
(21)Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib tal-istrumenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ġlieda kontra l-frodi transfruntiera fil-qasam tal-VAT, ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(22)(7)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 904/2010 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 904/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:
(1)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a)jitħassar il-paragrafu 3;
(b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-inkjesta amministrattiva flimkien mal-awtorità rikjedenti. Jistgħu jintużaw l-għodod u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 28 sa 30 ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-fehma li mhi meħtieġa l-ebda inkjesta amministrattiva, din għandha tinforma minnufih lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, inkjesta dwar l-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat Membru tal-awtorità rikjesta u li jkunu taxxabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, tista’ tiġi rifjutata biss:
(a) għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 54(1), ivvalutati mill-awtorità rikjesta skont id-dikjarazzjoni tal-aħjar prattiki dwar l-interazzjoni ta’ dan il-paragrafu u l-Artikolu 54(1), li għandha tiġi adottata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2);
(b) għar-raġunijiet previsti fil-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 54;
(c) għar-raġunijiet li l-awtorità rikjesta tkun diġà pprovdiet lill-awtorità rikjedenti bl-informazzjoni dwar l-istess persuna taxxabbli, bħala riżultat ta’ inkjesta amministrattiva mwettqa inqas minn sentejn qabel.
Meta l-awtorità rikjesta tirrifjuta inkjesta amministrattiva msemmija fit-tieni subparagrafu għar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b), hija għandha xorta waħda tipprovdi lill-awtorità rikjedenti bid-dati u bl-ammonti ta’ kull provvista rilevanti magħmula mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti matul l-aħħar sentejn.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri jqisu li hemm bżonn li ssir inkjesta amministrattiva, l-awtorità rikjesta ma għandhiex tirrifjuta li twettaq din l-inkjesta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru arranġamenti bejn dawk l-awtoritajiet rikjedenti u l-awtorità rikjesta li permezz tagħhom l-uffiċjali awtorizzati mill-awtoritajiet rikjedenti għandhom jieħdu sehem f’inkjesta amministrattiva mwettqa fit-territorju tal-awtorità rikjesta bil-għan li jiġbru l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu. Din l-inkjesta amministrattiva għandha titwettaq b’mod konġunt mill-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti u tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat ta’ kontroll bħal dawk mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u dokumenti bħall-uffiċjali tal-awtorità rikjesta għall-fini uniku li titwettaq l-inkjesta amministrattiva.”;
(2)fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-informazzjoni għandha tintbagħat permezz ta’ formoli standard jew b’mezzi oħra li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jqisu xierqa. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(1)
l-Artikolu 17 jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 17
1. Kull Stat Membru għandu jaħżen f’sistema elettronika l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-informazzjoni li jiġbor skont il-Kapitolu 6 fit-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE;
(b) id-dejta dwar l-identità, l-attività, l-organizzazzjoni u l-indirizz tal-persuni li lilhom ikun attribwixxa numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, li tkun inġabret skont l-Artikolu 213 tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll id-data meta ġie attribwit dak in-numru;
(c) id-dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT li jkun attribwixxa li jkunu saru invalidi, u d-dati li fihom dawk in-numri jkunu saru invalidi;
(d) l-informazzjoni li jiġbor skont l-Artikoli 360, 361, 364 u 365 tad-Direttiva 2006/112/KE kif ukoll, mill-1 ta’ Jannar 2015, l-informazzjoni li jiġbor skont l-Artikoli 369c, 369f u 369g ta’ dik id-Direttiva;
(e) l-informazzjoni dwar l-istatus tal-persuna taxxabbli ċċertifikata skont l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll id-data li fiha dak l-istatus ikun ingħata, ikun ġie rrifjutat jew ikun ġie rtirat.
2. Id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).”
(3)L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1 jiżdied il-punt (e) li ġej:
“(e) l-informazzjoni dwar l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata skont l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll id-data li fiha jkun ingħata, ikun ġie rifjutat jew ikun ġie rtirat dak l-istatus.”;
(b)fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f) l-informazzjoni li jiġbor skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-kodiċi tal-prodott, il-munita, l-ammont totali, ir-rata tal-kambju, il-prezzijiet tal-oġġetti individwali u l-piż nett.”;
(c)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(d)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(e)jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(4)L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-uffiċjali tiegħu li jivverifikaw ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu(17)(1) ta’ dan ir-Regolament li għalihom jingħata aċċess awtomatizzat mill-Istati Membri l-oħra.”;
(b)fil-paragrafu 2, il-punt (e) huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti (i) u (ii) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(i) l-aċċess huwa marbut ma’ investigazzjoni dwar suspett ta’ frodi jew biex jiġu individwati jew identifikati dawk li jwettqu frodi;
(ii) l-aċċess jingħata permezz ta’ uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) li jkollu identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni.”;
(ii)jitħassar il-punt (iii);
(c)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1)(f), minn tal-inqas id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu aċċessibbli:
(a)
in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT maħruġa mill-Istat Membru li qed jirċievi l-informazzjoni;
(b)
in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-importatur jew tar-rappreżentant tat-taxxa tiegħu li jipprovdi l-oġġetti lill-persuni li għandhom numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fil-punt (a);
(c)
il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-kodiċi tal-prodott, il-munita, l-ammont totali, ir-rata tal-kambju, il-prezzijiet tal-oġġetti individwali u l-piż nett tal-oġġetti importati segwiti bi provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti minn kull persuna msemmija fil-punt (b) għal kull persuna li għandha numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmi fil-punt (a);
(d)
il-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-kodiċi tal-prodott, il-munita, l-ammont totali, ir-rata tal-kambju, il-prezzijiet tal-oġġetti individwali u l-piż nett tal-oġġetti importati segwiti bi provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti minn kull persuna msemmija fil-punt (b) għal kull persuna li għandha numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn Stat Membru ieħor skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
“(i) l-aċċess huwa marbut ma’ investigazzjoni dwar suspett ta’ frodi jew biex jiġu individwati jew identifikati dawk li jwettqu frodi;
(ii) l-aċċess jingħata permezz ta’ uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) li jkollu identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni.
Il-valuri msemmija fil-punti (c) u (d) għandhom jingħataw fil-munita tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u għandhom jirreferu għal kull dokument amministrattiv ippreżentat.”;
(d)jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi dwar il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(e)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi dwar il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (e) tal-paragrafu 2 u fil-punt (d) tal-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(5)jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:
“Artikolu 21a
1. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni li ġejja dwar ir-reġistrazzjonijiet tal-vetturi nazzjonali:
(a) dejta dwar il-vetturi;
(b) dejta dwar is-sidien u d-detenturi tal-vettura li f’isimhom tkun irreġistrata l-vettura, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
2. L-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jingħata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
“(i) l-aċċess huwa marbut ma’ investigazzjoni dwar suspett ta’ frodi jew biex jiġu individwati jew identifikati dawk li jwettqu frodi;
(ii) l-aċċess jingħata permezz ta’ uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) li jkollu identifikazzjoni personali tal-utent għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni u d-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-arranġamenti prattiċi dwar il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(6)fl-Artikolu 24, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżviluppi kollha meħtieġa għas-sistemi tagħhom biex jippermettu l-iskambju ta’ dik l-informazzjoni bl-użu tan-netwerk CCN/CSI jew b’kull netwerk simili ieħor użat għall-istess fini.”;
(7)it-titolu tal-KAPITOLU VII huwa sostitwit b’dan li ġej:
“PREŻENZA F’UFFIĊĊJI AMMINISTRATTIVI U MATUL INKJESTI AMMINISTRATTIVI U AWDITI KONĠUNTI”;
(8)L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jistgħu, bil-għan li jiġbru u jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, jieħdu sehem fl-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru rikjest. Dawn l-inkjesti amministrattivi għandhom jitwettqu b’mod konġunt mill-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti u tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jeżerċitaw l-istess setgħat ta’ kontroll bħal dawk mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtoritajiet rikjedenti għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u dokumenti bħall-uffiċjali tal-awtorità rikjesta għall-fini uniku li titwettaq l-inkjesta amministrattiva. Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-awtorità rikjesta, iż-żewġ awtoritajiet jistgħu jabbozzaw rapport ta’ awditu komuni.”;
(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti preżenti fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafi 1, 2 u 2a jridu dejjem ikunu jistgħu juru l-awtorizzazzjoni tagħhom bil-miktub li fiha jkun hemm imniżżel l-identità u l-kariga uffiċjali tagħhom.”;
(9)(2)
Il-paragrafu 1 fl-Artikolu 31, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jiżguraw ukoll li jista’ jiġi vverifikat b’mezzi elettroniċi jekk kwalunkwe persuna speċifikata tkunx persuna taxxabbli ċertifikata skont l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2006/112/KE meta dan l-istatus tat-taxxa jkun rilevanti għall-finijiet ta’ dak l-Artikolu. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi mad-dejta msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.”;
(10)fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippubblika fis-sit web tagħha d-dettalji dwar id-dispożizzjonijiet approvati minn kull Stat Membru li jittrasponu l-Kapitolu 2 tat-Titolu VIII, l-Artikolu 167a, il-Kapitolu 3 tat-Titolu XI u l-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE.”;
(11)L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-kooperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, dan il-Kapitolu jistabbilixxi netwerk għall-iskambju, l-ipproċessar u l-analiżi fil-pront ta’ informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri u l-koordinazzjoni ta’ kull azzjoni ta’ segwitu (“Eurofisc”).”;
(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(b) iwettqu u jikkoordinaw l-iskambju multilaterali fil-pront u l-ipproċessar u l-analiżi konġunti ta’ informazzjoni mmirata fl-oqsma ta’ ħidma li fihom topera l-Eurofisc (“l-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc”);
(c) jikkoordinaw il-ħidma tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) tal-Istati Membri parteċipanti li jaġixxu fuq it-twissijiet u l-għarfien li jirċievu;”;
(ii)jiżdied il-punt (d) li ġej:
“(d) jikkoordinaw l-inkjesti amministrattivi tal-Istati Membri parteċipanti dwar il-persuni ssuspettati bi frodi u dawk li jwettqu l-frodi identifikati mill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc kif imsemmi fl-Artikolu 36(1).”;
(12)fl-Artikolu 34, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-Istati Membri li jkunu għażlu li jieħdu sehem f’qasam ta’ ħidma tal-Eurofisc għandhom jipparteċipaw b’mod attiv fl-iskambju multilaterali u l-ipproċessar u l-analiżi konġunti ta’ informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri parteċipanti kollha u fil-koordinazzjoni ta’ kull azzjoni ta’ segwitu.”;
(13)l-Artikolu 35 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 35
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Eurofisc b’appoġġ tekniku u loġistiku. Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, li tista’ tiġi skambjata fil-Eurofisc għajr fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 55(2).”;
(14)L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri għandhom jaħtru president tal-Eurofisc fost l-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc, għal perjodu limitat ta’ żmien.
L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri għandhom:
(a) jaqblu dwar l-istabbiliment u t-terminazzjoni tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc;
(b) jeżaminaw kull kwistjoni relatata mal-funzjonament operattiv tal-Eurofisc;
(c) jivvalutaw, tal-inqas fuq bażi annwali, l-effettività u l-effiċjenza tal-operat tal-attivitajiet tal-Eurofisc;
(d) japprovaw ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 37.
Il-president tal-Eurofisc għandu jiżgura li l-Eurofisc jaħdem kif suppost.”;
(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’qasam ta’ ħidma partikolari tal-Eurofisc (“l-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc”) għandhom jaħtru koordinatur tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc fost l-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perjodu limitat ta’ żmien.
Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc, għandhom:
(a) jiġbru flimkien l-informazzjoni li jirċievu mill-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc kif maqbul mill-parteċipanti fl-oqsma ta’ ħidma u jqiegħdu l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti l-oħra tal-Eurofisc; din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi;
(b) jiżguraw li l-informazzjoni li jirċievu mill-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc tiġi pproċessata u analizzata flimkien mal-informazzjoni mmirata rilevanti kkomunikata jew miġbura skont dan ir-Regolament, kif maqbul mill-parteċipanti fl-oqsma ta’ ħidma, u jqiegħdu r-riżultat għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti kollha tal-Eurofisc;
(c) jipprovdu feedback lill-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurosfisc;
(d) jippreżentaw rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-oqsma ta’ ħidma lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri.”
(c)jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:
“3. Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba, jgħaddu xi informazzjoni miġbura u proċessata lill-Europol u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”), kif maqbul mill-parteċipanti fl-oqsma ta’ ħidma.
4. Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc għandhom jqiegħdu l-informazzjoni li tasal mingħand il-Europol u l-OLAF għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti l-oħra tal-Eurofisc; din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi.
5. Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc għandhom jiżguraw ukoll li l-informazzjoni li tasal mingħand il-Europol u l-OLAF tiġi proċessata u analizzata flimkien mal-informazzjoni mmirata rilevanti kkomunikata jew miġbura skont dan ir-Regolament, kif maqbul mill-parteċipanti fl-oqsma ta’ ħidma, u jqiegħdu r-riżultati għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc.”;
(15)l-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 37
Il-president tal-Eurofisc għandu jippreżenta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-oqsma kollha ta’ ħidma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1).
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi u proċedurali fir-rigward tal-Eurofisc. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”;
(16)fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 48, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Meta l-Istat Membru ta’ stabbiliment isir jaf li persuna taxxabbli li tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9/KE, għandha obbligazzjonijiet tal-VAT mhux ikkontestati f’dak l-Istat Membru ta’ stabbiliment, dan jista’ jinforma lill-Istat Membru tar-rifużjoni b’dawk l-obbligazzjonijiet biex l-Istat Membru tar-rifużjoni jitlob il-kunsens tal-persuna taxxabbli għat-trasferiment tar-rifużjoni tal-VAT direttament lill-Istat Membru ta’ stabbiliment biex jiġu rilaxxati l-obbligazzjonijiet pendenti tal-VAT. Meta l-persuna taxxabbli tagħti l-kunsens għal dan it-trasferiment, l-Istat Membru tar-rifużjoni, f’isem il-persuna taxxabbli, għandu jittrasferixxi dan l-ammont lill-Istat Membru ta’ stabbiliment sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu rilaxxati l-obbligazzjonijiet pendenti tal-VAT. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jinforma lill-persuna taxxabbli jekk l-ammont trasferit jammontax għar-rilaxx sħiħ jew parzjali tal-obbligazzjonijiet tal-VAT fi żmien 15-il ġurnata mill-wasla tat-trasferiment mill-Istat Membru tar-rifużjoni.
Meta l-Istat Membru ta’ stabbiliment isir jaf li persuna taxxabbli li tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9/KE, għandha obbligazzjonijiet tal-VAT ikkontestati f’dak l-Istat Membru ta’ stabbiliment, dan jista’ jinforma lill-Istat Membru tar-rifużjoni b’dawk l-obbligazzjonijiet biex l-Istat Membru tar-rifużjoni jitlob il-kunsens tal-persuna taxxabbli għat-trasferiment tar-rifużjoni tal-VAT direttament lill-Istat Membru ta’ stabbiliment biex din tinżamm bħala miżura ta’ prekawzjoni. Meta l-persuna taxxabbli tagħti l-kunsens għat-trasferiment u ż-żamma, l-Istat Membru tar-rifużjoni, f’isem il-persuna taxxabbli, għandu jittrasferixxi dan l-ammont lill-Istat Membru ta’ stabbiliment sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat il-ħlas tal-obbligazzjonijiet tal-VAT ikkontestati. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jinforma lill-persuna taxxabbli bit-trasferiment u biż-żamma tal-ammont trasferit fi żmien 15-il ġurnata mill-wasla tat-trasferiment mill-Istat Membru tar-rifużjoni. It-trasferiment tal-ammont lill-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jsir biss meta l-Istat Membru ta’ stabbiliment ikollu kontroll ġudizzjarju effettiv li jagħti s-setgħa lill-qrati biex, fuq talba tal-persuna taxxabbli u fl-istadji kollha tal-proċedimenti, japprovaw ir-rilaxx tal-ammont miżmum jew ta’ kwalunkwe parti minnu.”;
(17)it-titolu tal-KAPITOLU XIII huwa sostitwit b’dan li ġej:
“RELAZZJONIJIET MAL-KUMMISSJONI U MAL-ISTITUZZJONIJIET, MAL-KORPI, MAL-UFFIĊĊJI U MAL-AĠENZIJI L-OĦRA TAL-UNJONI”;
(18)fl-Artikolu 49, jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939(*), l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jikkomunikaw lil dak l-uffiċċju kull informazzjoni disponibbli dwar reati serji kontra s-sistema komuni tal-VAT kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(**).
L-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, kull informazzjoni disponibbli dwar reati kontra s-sistema komuni tal-VAT sabiex ikun jista’ jqis azzjoni xierqa skont il-mandat tiegħu.”;
_________________________________________________________________
(*) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p1 1).
(**) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(19)L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-persuni debitament akkreditati mill-Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà tal-Kummissjoni jista’ jkollhom aċċess biss għal din l-informazzjoni meta dan ikun meħtieġ għall-kura, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi ospitati mill-Kummissjoni u użati mill-Istati Membri biex jimplimentaw dan ir-Regolament.”;
(b)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5. Kull ħażna, ipproċessar jew skambju ta’ informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). Madankollu għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u tad-drittijiet previsti fl-Artikoli 12 sa 22 u l-Artikoli 5 u 34 tar-Regolament (UE) 2016/679 sal-limitu meħtieġ biex jitħarsu l-interessi msemmija fl-Artikolu 23(1)(e) ta’ dak ir-Regolament. L-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu biss għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament u l-perjodi ta’ ħżin ta’ din l-informazzjoni għandhom ikunu limitati sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħqu dawk il-finijiet.”;
_____________________________________________________________
(*) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(20)fl-Artikolu 58, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).”;
_________________________________________________________________
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(21)L-Anness I jitħassar.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Il-punti (a) u (c) tal-punt (3) tal-Artikolu 1, u l-punt (9) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019.
Il-punti (b), (d) u (e) tal-punt (3) tal-Artikolu 1, il-punti (a), (c) u (e) tal-punt (4) tal-Artikolu 1, u l-punt (5) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.
Il-punt (10) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President