Brussell, 25.10.2017

COM(2017) 625 final

2017/0274(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2019, l-ammont annwali għall-2018, l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet annwali mistennija għas-snin 2020 u 2021


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-proposta tkopri:

   Il-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għas-sena 2019;

   L-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2018;

   L-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2018.

   Tbassir mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2020 u 2021.

Il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u l-fondi l-oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħa (jiġifieri t-Tmien, id-Disa’ u l-10 FEŻ) huma mmaniġġati skont il-ġabra ta’ regoli li ġejjin:

- Il-Ftehim ta’ Sħubija attwali bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”) kif emendat l-aħħar 1 .

- Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 2 (il-11-il “Ftehim Intern” tal-FEŻ),

- Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 3 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).

Id-dokumenti msemmijin hawn fuq jinkludu impenji pluriennali mill-Istati Membri biex jappoġġaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-Istati Membri għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji predeterminati. Il-kontribuzzjonijiet regolari huma xprunati minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Għaldaqstant, uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Skont l-Artikolu 21(7) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, l-ammont immaniġġjat mill-Kummissjoni u l-ammont immaniġġjat mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huma speċifikati separatament.

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il-FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jimmaniġġja.

Skont l-Artikolu 22(1) tal-11-il Regolament Finanzjarju, is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet l-ewwel għandhom jużaw l-ammonti disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għaldaqstant, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f’din il-proposta jikkonċernaw l-ammonti fl-10 FEŻ għall-BEI u l-ammonti fil-11-il FEŻ għall-Kummissjoni Ewropea.

Skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq dik il-proposta sal-15 ta’ Novembru.

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 4 , l-ishma tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-Tmien u tad-Disa’ FEŻ għandhom jitnaqqsu. It-tnaqqis għandu jkun implimentat kontra t-tielet ħlas parzjali tal-2017 u/jew l-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-2018 tal-Istati Membri, skont l-opzjoni tal-aġġustament magħżula minn kull Stat Membru.

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li Stat Membru li jonqos milli jħallas il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni dovut sal-iskadenza jkun jeħtieġlu jħallas l-imgħax fuq l-ammont li ma jkunx ħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Proporzjonalità

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Għażla tal-istrument

Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux rilevanti

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux rilevanti

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Mhux rilevanti

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux rilevanti

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux rilevanti

Drittijiet fundamentali

Mhux rilevanti

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Mhux rilevanti

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Mhux rilevanti

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux rilevanti

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux rilevanti

2017/0274 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2019, l-ammont annwali għall-2018, l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet annwali mistennija għas-snin 2020 u 2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 5 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-11 il-FEŻ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru 2017 li tispeċifika (a) l-ammont massimu għall-ammont annwali ta’ kontribuzzjoni għall-2019; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2018; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għas-sena 2018; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2020-2021.

(2)Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fl-4 ta’ Settembru 2017, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta’ impenji u pagamenti skont l-istrumenti li jimmaniġġja.

(3)L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi skont l-10 FEŻ għall-BEI u l-11-il FEŻ għall-Kummissjoni.

(4)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 tal-15 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020 6 stabbiliet il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2018 għal EUR 4 550 000 000 għal Kummissjoni u EUR 250 000 000 għall-BEI.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 tal-4 ta’ Lulju 2017dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2017 7 stabbiliet tnaqqis mill-fondi diżimpenjati ta’ kontribuzzjoni mit-Tmien u d-Disa’ FEŻ għal ammont ta’ EUR 200 000 000.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2019 huwa b’dan stabbilit għal EUR 4 900 000 000. Għandu jinqasam f’EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2018 huwa b’dan stabbilit għal EUR 4 800 000 000. Għandu jinqasam f’EUR 4 550 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 250 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Il-ħlasijiet ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma’ aġġustamenti taħt l-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għal ammont ta’ EUR 200 000 000 minn fondi diżimpenjati taħt it-Tmien u d-Disa’ FEŻ, wara pjan ta’ aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru.

Artikolu 4

It-tbassir mhux vinkolanti indikattiv għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2020 huwa b’dan stabbilit għal EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u għall-2021 għal EUR 4 700 000 000 għall-Kummissjoni u 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(2) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1
(3) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17-38
(4) ĠU L 173/15, 06.07.2017.
(5) ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.
(6) ĠU L 313, 19.11.2016, p. 25.
(7) ĠU L 173, 6.7.2017, p. 15.

Brussell, 25.10.2017

COM(2017) 625 final

ANNESS

tal

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2019, l-ammont annwali għall-2018, l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti ta' kontribuzzjonijiet annwali mistennija għas-snin 2020 u 2021


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ, %

Skema tal-11 FEŻ, %

l-ewwel (1) ħlas parzjali tal-2018 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

11-il FEŻ

10 FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

66 610 035,00

5 295 000,00

71 905 035,00

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

4 479 865,00

210 000,00

4 689 865,00

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

0,79745

16 347 725,00

765 000,00

17 112 725,00

ID-DANIMARKA

2,00

1,98045

40 599 225,00

3 000 000,00

43 599 225,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20,57980

421 885 900,00

30 750 000,00

452 635 900,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

1 770 175,00

75 000,00

1 845 175,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

19 271 230,00

1 365 000,00

20 636 230,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

30 900 675,00

2 205 000,00

33 105 675,00

SPANJA

7,85

7,93248

162 615 840,00

11 775 000,00

174 390 840,00

FRANZA

19,55

17,81269

365 160 145,00

29 325 000,00

394 485 145,00

IL-KROAZJA

0,00

0,22518

4 616 190,00

0,00

4 616 190,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

256 866 845,00

19 290 000,00

276 156 845,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

2 288 210,00

135 000,00

2 423 210,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

2 380 460,00

105 000,00

2 485 460,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

3 705 785,00

180 000,00

3 885 785,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

5 229 345,00

405 000,00

5 634 345,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

12 598 480,00

825 000,00

13 423 480,00

MALTA

0,03

0,03801

779 205,00

45 000,00

824 205,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

97 923 990,00

7 275 000,00

105 198 990,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

49 150 185,00

3 615 000,00

52 765 185,00

IL-POLONJA

1,30

2,00734

41 150 470,00

1 950 000,00

43 100 470,00

IL-PORTUGALL

1,15

1,19679

24 534 195,00

1 725 000,00

26 259 195,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

14 722 075,00

555 000,00

15 277 075,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

4 602 660,00

270 000,00

4 872 660,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

7 711 280,00

315 000,00

8 026 280,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

30 936 345,00

2 205 000,00

33 141 345,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

60 251 755,00

4 110 000,00

64 361 755,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

300 911 710,00

22 230 000,00

323 141 710,00

TOTAL TAL-UE-28

100,00

100,00

2 050 000 000,00

150 000 000,00

2 200 000 000,00