Brussell, 5.10.2017

COM(2017) 574 final

2017/0252(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, b’rabta mas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta’ dak il-Ftehim, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regol tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.SUĠĠETT TAL-PROPOSTA

Din il-proposta hija dwar id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (“il-Ftehim”) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ Deċiżjoni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta’ dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji 1 (“il-Konvenzjoni”)

2.KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.1Il-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

Il-Ftehim jistabbilixxi reġim kummerċjali preferenzjali – iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Dan ir-reġim iżid l-aċċess għas-suq bejn l-UE u l-Georgia. Il-Protokoll I tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

2.2.Is-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia

L-Artikolu 38 tal-Protokoll I jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali stabbilit permezz tal-Ftehim jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

2.3.L-att previst tas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia

Jeħtieġ li s-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia jadotta deċiżjoni rigward is-sostituzzjoni tal-Protokoll I tal-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni.

L-għan tal-att previst huwa li jiżgura l-implimentazzjoni b’mod effettiv tal-Konvenzjoni.

3.POŻIZZJONI LI GHANDHA TIĠI ADOTTATA F’ISEM L-UNJONI

Din il-Konvenzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta’ oġġetti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti. L-UE ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta’ Ġunju 2011. Il-Georgia talbet biex taderixxi għall-Konvenzjoni fit-23 ta’ Settembru 2015, u bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1 tat-28 ta’ Settembru 2016 2 , il-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni ddeċieda li l-Georgia għandha tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni.

L-UE u l-Georgia ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ aċċettazzjoni għand id-depożitarju ta’ din il-Konvenzjoni fis-26 ta’ Marzu 2012 u fis-17 ta’ Mejju 2017 rispettivament. Minħabba f’hekk, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tagħha, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ b’rabta mal-UE u l-Georgia fl-1 ta’ Mejju 2012 u fl-1 ta’ Lulju 2017 rispettivament.

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jipprevedi li kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Id-Deċiżjoni proposta tas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia hija pass proċedurali meħtieġa biex jinkiseb l-għan ewlieni tal-Konvenzjoni, li huwa s-sostituzzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini fil-Ftehimiet bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni permezz ta’ Protokoll li jirreferi għall-Konvenzjoni.

Għalhekk ma kinitx meħtieġa konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

Barra minn hekk, ma kienx hemm bżonn issir valutazzjoni tal-impatt għax l-emendi proposti għandhom natura teknika u ma jolqtux is-sustanza tal-protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini li hemm fis-seħħ bħalissa.

4.BAŻI ĠURIDIKA

4.1.Il-bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola l-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll strumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni”.

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Is-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia huwa korp stabbilit bi ftehim, jiġifieri l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra.

L-att li s-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia huwa mitlub li jadotta, jikkostitwixxi att li jkollu effetti legali.

L-att previst ma jissupplimentax jew ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

4.2.Il-bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tiġi adottata pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew komponenti jkun identifikabbli bħala ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tkun imsejsa fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik rikjesta mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

L-għan ewlieni u l-kontenut tal-att previst jirrelataw mal-politika kummerċjali komuni.

Il-bażi ġuridika sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija għalhekk l-Artikolu 207 tat-TFUE.

4.3.Il-konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 207 tat-TUE flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2017/0252 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, b’rabta mas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta’ dak il-Ftehim, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regol tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 3 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)Skont l-Artikolu 38 tal-Protokoll I tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali stabbilit permezz tal-Ftehim jista’ jadotta emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll I.

(3)Jeħtieġ li s-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia jadotta deċiżjoni dwar is-sostituzzjoni tal-Protokoll I tal-Ftehim, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji 4 (“il-Konvenzjoni”).

(4)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia, minħabba li d-deċiżjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(5)Din il-Konvenzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta’ oġġetti kkummerċjati skont il-Ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ b’rabta mal-Unjoni u l-Georgia fl-1 ta’ Mejju 2012 u fl-1 ta’ Lulju 2017 rispettivament.

(6)L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b’mod effettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Protokoll I jiġi sostitwit bi Protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni.

(7)L-att tas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia se jemenda l-Protokoll I għall-ftehim u għalhekk huwa xieraq li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara li jiġi adottat.

(8)Fis-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia, l-Unjoni se tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali, mingħajr ebda deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni dwar is-Sottokumitat Doganali għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.
(2) ĠU L 329, 3.12.2016, p. 118.
(3) ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1.
(4) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

Brussell, 5.10.2017

COM(2017) 574 final

ANNESS

ta’ [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, b’rabta mas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta’ dak il-Ftehim, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regol tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji


Abbozz

DEĊIŻJONI Nru … TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-GEORGIA

li

tissostitwixxi l-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Is-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Georgia,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)L-Artikolu 23(2) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jirreferi għall-Protokoll I tal-Ftehim (“il-Protokoll I”) għar-regoli tal-oriġini.

(2)Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(3)L-Artikolu 38 tal-Protokoll I jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali previst fl-Artikolu 74 tal-Ftehim jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll I.

(4)Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji 2 (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostitwixxi r-regoli tal-oriġini fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja b’att legali wieħed.

(5)L-Unjoni Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta’ Ġunju 2011. Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1 tat-28 ta’ Settembru 2016 3 , il-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni ddeċieda li l-Georgia għandha tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni.

(6)L-Unjoni u l-Georgia ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta’ aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta’ Marzu 2012 u fis-17 ta’ Mejju 2017, rispettivament. Minħabba f’hekk, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tagħha, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-UE u fil-Georgia fl-1 ta’ Mejju 2012 u fil-1 ta’ Lulju 2017 rispettivament.

(7)Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll I jiġi sostitwit bi Protokoll ġdid li jkun jirreferi għall-Konvenzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll I tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika minn …

Magħmul fi

   Għas-Sottokumitat Doganali

   Il-President

Anness

Protokoll I

rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli tal-oriġini applikabbli

1.    Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji 4 (“il-Konvenzjoni”).

2.    Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jitqiesu li qed jirreferu għal dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.    Meta jinqala’ xi tilwim rigward il-proċeduri ta’ verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, li ma jkunx jista’ jiġi riżolt bejn l-awtoritajiet doganali li jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali responsabbli biex iwettqu dik il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem is-Sottokumitat Doganali. Id-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu tar-riżoluzzjoni tat-tilwim fil-Kapitolu 14 (Riżoluzzjoni tat-Tilwim) tat-Titolu IV (Kwistjonijiet tal-Kummerċ u relatati mal-Kummerċ) ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw.

2.    Fil-każijiet kollha ir-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha timxi skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Is-Sottokumitat Doganali jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.    Jekk l-Unjoni Ewropea jew il-Georgia jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u l-Georgia jidħlu minnufih f’negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.    Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini negozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, għandhom ikomplu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati b’mod li jippermetti kumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji – kumulazzjoni

Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, u r-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia, il-prova tal-oriġini tista’ tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.

(1) ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.
(2) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.
(3) ĠU L 329, 3.12.2016, p. 118.
(4) ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.