Brussell, 15.9.2017

COM(2017) 486 final

2017/0223(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL


dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Abbażi tad-Direttivi 1 tan-negozjati rilevanti, il-Kummissjoni nnegozjat mal-Gvern ta’ Mauritius bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunita Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius 2 . Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fis-26 ta’ April 2017. Il-Protokoll ikopri perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data li fiha jkun iffirmat, kif huwa indikat fl-Artikolu 15.

Il-Protokoll il-ġdid għandu l-għan ewlieni li lill-bastimenti tal-Unjoni jagħtihom opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Mauritius, skont l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u filwaqt li jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u, meta applikabbli, fil-limiti tal-eċċess disponibbli. Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (2014-2017) u ta’ valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż Protokoll ġdid. It-tnejn li huma twettqu minn esperti esterni. Il-Protokoll se jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius jaħdmu aktar mill-qrib għall-promozzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli, għall-isfruttar sod tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Mauritius, u għall-appoġġ tal-isforzi ta’ Mauritius biex jiżviluppa ekonomija sostenibbli tal-oċeani, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll jistipula opportunitajiet tas-sajd f'dawn il-kategoriji:

   40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun;

   45 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta' politika

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fl-ilmijiet ta’ Mauritius u għal relazzjoni ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Unjoni u Mauritius, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata u tad-dimensjoni esterna tagħha. L-għan huwa li tiġi stabbilita sħubija strateġika ma’ dan il-pajjiż.

Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll il-ġdid.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea għall-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP).

2.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Matul l-evalwazzjonijiet ex-post u ex-ante, il-partijiet interessati ġew ikkonsultati dwar il-possibbiltà ta’ Protokoll ġdid bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius. Fil-laqgħat tekniċi li saru ġew ikkonsultati l-esperti mill-Istati Membri u mill-industrija. Dawn il-konsultazzjonijiet wasslu għall-konklużjoni li jkun ta’ ġid għall-Unjoni Ewropea u għar-Repubblika ta’ Mauritius li jiġi konkluż Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd.

3.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali hija ta’ EUR 575 000, abbażi ta’:

(a) it-tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 4 000 tunnellata, li għalih ġie stabbilit ammont annwali ta’ EUR 220 000 marbut mal-aċċess;

(b) l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika ta’ Mauritius, li jammonta għal EUR 220 000 fis-sena; kif ukoll

(c) l-appoġġ għall-iżvilupp fil-qasam tal-ekonomija tal-oċeani, li jammonta għal EUR 135 000 fis-sena.

Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali tas-sajd, dik marittima u l-ekonomija tal-oċeani , u b’mod partikolari l-ħtiġijiet ta’ Mautirius f’dak li għandu x’jaqsam ma’: ir-riċerka xjentifika; is-sajd artiġjanali; il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd; u l-ġlieda kontra s-sajd illegali.

2017/0223 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL


dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 3 ,

Billi:

1)Fit-28 ta’ Jannar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/146/UE 4 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (minn hawn’il “il-Ftehim”).

(2)L-ewwel Protokoll tal-Ftehim stabbilixxa, għal perjodu ta’ tliet snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Mauritius u l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea. Il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak il-Protokoll skada fis-27 ta’ Jannar 2017.

(3)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2017/.../UE 5 , il-Protokoll il-ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) ġie ffirmat fi [insert date of signature], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(4)Il-Protokoll huwa applikat fuq bażi proviżorja mid-data li fiha jiġi ffirmat.

(5)L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius għall-promozzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli, għall-isfruttar tajjeb tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Mauritius, u għall-appoġġ biex Mauritius jiżviluppa ekonomija sostenibbli tal-oċeani

(6)Il-Protokoll għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

(7)L-Artikolu 9 tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont l-Artikoli 5, 6(2), 7 u 8 tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċertu emendi tal-Protokoll. Sabiex titħaffef l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom bi proċedura ssimplifikata, b’ċertu kundizzjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll jinsab fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew il-persuni li għandhom is-setgħa jipproċedu, f’isem l-Unjoni, bin-notifiki previsti fl-Artikolu 16 tal-Protokoll sabiex ikun espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll.

Artikolu 3

Suġġett għad-dispożizzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 6 .

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta / inizjattiva

   1.2.    Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB

   1.3.    Natura tal-proposta / inizjattiva

   1.4.    Għan(ijiet)

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

   1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

   1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

   2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

   3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

   3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa 

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   3.2.3.    Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

   3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB 7  

11. – Affarijiet Marittimi u Sajd

11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għal organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO) u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u għal ftehimiet tas-sajd sostenibbli (SFAs)

1.3.Natura tal-proposta / inizjattiva

 Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

 Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 8  

 Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta / inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku / strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / tal-inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawk il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jiżguraw ukoll konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f’politiki oħra Ewropej (l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku:

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni Ewropea, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

Attività / attivitajiet ABM / ABB ikkonċernata/i:

L-affarijiet marittimi u s-sajd, sabiex jinbena qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd li jagħmlu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) (il-linja baġitarja 11.0301).

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandha tħalli fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Bil-konklużjoni tal-Protokoll tkun tista' tissawwar sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius; Bil-konklużjoni tal-Protokoll se jinħolqu opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Mauritius.

Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari fejn jidħlu l-monitoraġġ u l-ġlieda kontra s-sajd illegali.

Fl-aħħar nett, il-Protokoll se jikkontribwixxi għall-ekonomija bbażata fuq l-oċeani ta’ Mauritius, il-promozzjoni tat-tkabbir blu u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar tiegħu.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala persentaġġ tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll);

Il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;

Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ SFPAs oħrajn);

L-għadd ta’ laqgħat tekniċi u l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Hu maħsub li l-Protokoll il-ġdid jibda japplika b’mod proviżorju mid-data li fiha jiġi ffirmat ħalli l-operazzjonijiet tas-sajd jibdew mingħajr dewmien.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea fiż-żona tas-sajd ta’ Mauritius, u se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti Ewropej japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd biex jistadu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika ta’ Mauritius, bil-ħsieb li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. B’mod partikolari, dan jistipula monitoraġġ tal-bastimenti permezz tas-sistema tal-VMS u, fil-ġejjieni, it-trażmissjoni elettronika tad-dejta dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lir-Repubblika ta’ Mauritius fl-istrateġija nazzjonali tas-sajd tagħha, inkluża fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fir-rigward ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE jaf ifixkel l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, billi l-Ftehim fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jseħħux fi ħdan il-qafas definit minn protokoll tal-Ftehim. Dan joffri wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa mal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali.

1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

B'analiżi tal-qabdiet fil-passat fiż-żona tas-sajd ta’ Mauritius u tal-qabdiet riċenti fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif ukoll bil-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli, il-partijiet irnexxielhom jistabbilixxu tunnellaġġ ta’ referenza għat-tonn u għal speċijiet li jixbhuh ta’ 4 000 tunnellata fis-sena b’opportunitajiet tas-sajd għal 40 bastiment tas-sajd li jużaw it-tartarun tal-borża u għal 45 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. L-appoġġ settorjali ġie stabbilit f’livell relattivament għoli sabiex jitqiesu r-rekwiżiti li tissawwar il-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sajd ta’ Mauritius u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, kif ukoll il-pjanijiet għall-appoġġ tal-ekonomija bbażata fuq l-oċeani ta’ dan l-Istat Gżira.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-fondi mħallsin skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali ta’ Mauritius. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ wħud minn dawk il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri bħala parti mill-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament mingħand donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

   Il-proposta/inizjattiva tkun fis-seħħ mill-2017 sal-2021

   Impatt finanzjarju mill-2017 sal-2021

 Proposta / inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali mill-SSSS sal-SSSS,

segwita b’operat fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu ddelegati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi li huma nnominaw;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata li l-missjoni tas-servizz pubbliku tagħhom tkun li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ mmaniġġjar, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (id-DĠ MARE, id f’id mal-uffiċjal tas-sajd tagħha bbażat fir-reġjun) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, fejn jidħlu l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u d-dejta dwar il-qabdiet, u kif ukoll ir-rispett tal-kundizzjonalitajiet tal-appoġġ settorjali.

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jistipula mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u r-Repubblika ta’ Mauritius jeżaminaw mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw il-programmazzjoni u, jekk ikun japplika, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas tal-użu jew dewmien fl-użu tal-fondi maħsuba għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd.

2.2.2.Tagħrif fuq it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll intern

Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Bħala parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll se ssir ukoll analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Protokoll.

Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċertu kundizzjonijiet u f’ċertu ċirkustanzi.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mar-Repubblika ta’ Mauritius u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kwalunkwe pagament li jsir mill-Kummissjoni taħt FPA huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-kont bankarju tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġi identifikat bis-sħiħ. L-Artikolu 4(8) ta’ dan il-Protokoll jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha trid titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali ta’ Mauritius.

3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff 10 .

minn pajjiżi tal-EFTA 11

minn pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

11.03.01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd li jagħmlu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs)

Diff / Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………]

Diff / Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 2

Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ: <Id-DĠ GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD>

Sena
2017 13

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 11.0301

Impenji

(1)

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

Pagamenti

(2)

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 14  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għad-DĠ GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD

Impenji

=1+1a +3

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

Pagamenti

=2+2a

+3

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300






TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

Pagamenti

(5)

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

Pagamenti

=5+ 6

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

Jekk il-proposta / inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: Id-DĠ GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL għad-DĠ GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD

Approprjazzjonijiet

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 15

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,798

0,798

0,798

0,848

3,242

Pagamenti

0,798

0,798

0,798

0,848

3,242

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 16

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1 17 ...

- aċċess (ref t 4000xx55

Annwali

0,220

0,220

0,220

0,220

0,220

0,880

- settorjali

Annwali

0,355

0,355

0,355

0,355

0,355

1,420

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

0,575

0,575

0,575

0,575

2,300

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta / inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena 18

Sena

Sena

Sena

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

tar-riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 19
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
Riżorsi li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

.

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena 2017

Sena 2018

Sena 2019

Sena 20120

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Il-Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 20

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet)

11 01 04 01  21

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-implimentazzjoni tal-Protokoll (pagamenti, l-aċċess għal bastimenti tal-UE fl-ilmijiet ta’ Mauritius, l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet għas-sajd), it-tħejjija u s-segwitu ta’ Kumitati Konġunti) tħejjija għat-tiġdid tal-Protokoll: l-evalwazzjoni esterna, il-proċeduri leġiżlattivi, in-negozjati.

Persunal estern

Implimentazzjoni tal-Protokoll: kuntatti mal-awtoritajiet ta’ Mauritius għall-aċċess għal bastimenti tal-UE fl-ilmijiet ta’ Mauritius, l-ipproċessar tal-awtorizzazzjoni għas-sajd, it-tħejjija u s-segwitu ta’ Kumitati Konġunti, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta / inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta / inizjattiva se tinvolvi il-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta / inizjattiva ma tistipulax kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta / inizjattiva tistipula l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / inizjattiva tħalli dan l-impatt finanzjarju:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Il-linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

L-impatt tal-proposta / inizjattiva 22

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Adottat fil-11 ta’ April 2016 waqt it-3459 laqgħa tal-Kunsill tal-Agrikoltura u s-Sajd.
(2) ĠU L 79, 18.3.2014, p.3.
(3) ĠU C , , p. .
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/146/UE tat-28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (ĠU L 79, 18.3.2014, p. 2)
(5) ĠU L […}
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(7) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(8) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9) Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(10) Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(11) L-EFTA: L-Assoċazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(14) L-għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(15) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(16) Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(17) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…”
(18) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(19) L-assistenza teknika u / jew amministrattiva u n-nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(20) AC= Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(21) Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(22) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż ta’ ġbir.

Brussell, 15.9.2017

COM(2017) 486 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius


ANNESS I

PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

Artikolu 1
Tul ta’ żmien

   Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tagħhom.

Artikolu 2
Prinċipji

1.    Kif previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem bastimenti tal-Unjoni, jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' Mauritius biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa taħt dan il-Protokoll skont il-Kapitolu II tal-Anness tiegħu.

2.    Bil-għan li jitkompla l-iżvilupp tas-sajd responsabbli u sostenibbli, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat.

3.    B’dan, il-Partijiet qed jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' Mauritius abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkunu qed jistadu fl-ilmijiet ta' Mauritius. Mauritius jimpenja ruħu li japplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali kollha li joperaw fl-ilmijiet tiegħu.

4.    Fl-interess tat-trasparenza, l-awtoritajiet ta’ Mauritius jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-UE, permezz tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd (minn hawn ’il quddiem il-Kumitat Konġunt), l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet ta’ sajd li jsiru fl-ilmijiet ta' Mauritius, f’konformità mar-rekwiżiti IOTC.

5.    B’dan, il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw dan il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou fir-rigward ta’ elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt, u fir-rigward ta’ elementi fundamentali relatati mal-governanza t-tajba.

6.    L-impjieg tal-baħrin abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandu jkun regolat mid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, li għandha tapplika bi dritt għall-kuntratti korrispondenti u għat-termini ġenerali tal-impjieg. B’mod partikolari, din tikkonċerna l-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.

Artikolu 3
Opportunitajiet tas-sajd

1.    L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għal speċijiet migratorji ħafna (speċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-1982), għandhom ikunu kif ġej:

(a)    40 bastiment tas-sajd li jużaw it-tartarun tal-borża; kif ukoll

(b)    45 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

2.    Mauritius għandu jawtorizza massimu ta’ 20 bastiment tal-provvista sabiex jassistu fl-operazzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati fl-ilmijiet ta' Mauritius, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mill-IOTC.

3.    Il-Paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 4Kontribuzzjoni finanzjarja

1.    Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, għandha tkun ta’ EUR 2 300 000.

2.    Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tinkludi:

(a)    ammont annwali ta’ EUR 220 000 għall-aċċess għall-ilmijiet ta' Mauritius, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 4000 tunnellata fis-sena;

(b)    ammont speċifiku ta’ EUR 220 000 fis-sena bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta' Mauritius u għall-implimentazzjoni tagħha. kif ukoll

(c)    ammont addizzjonali ta’ EUR 135 000 għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-politika marittima u tal-ekonomija tal-oċeani f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 9 ta’ dan il-Protokoll.

3.    Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan il-Protokoll.

4.    L-Unjoni Ewropea għandha tħallas l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu mhux aktar tard minn 60 jum wara l-bidu tal-applikazzjoni proviżorja għall-ewwel sena u, mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.

5.    Jekk il-livell annwali tal-qabdiet tat-tonn mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' Mauritiusikun akbar mit-tunnellaġġ ta’ referenza annwali msemmi fil-paragrafu 2(a), l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għad-drittijiet tal-aċċess għandu jiżdied b'EUR 55 għal kull tunnellata addizzjonali li tinqabad.

6.    Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' Mauritius jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara. 

7.    Mauritius għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2(a).

8.    Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi mħallsa f’kont wieħed tat-Teżor Pubbliku ta' Mauritius miftuħ mal-Bank Ċentrali ta' Mauritius. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2(b) u 2(c) għandha tkun disponibbli għall-entità ta' Mauritius responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd u ta’ dawk marittimi. Kull sena, l-awtoritajiet ta' Mauritius għandhom jipprovdu n-numru tal-kont lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea.

9.    Ir-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(c) għandu jkun jintlaħaq qbil dwarhom fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt li sseħħ taħt dan il-Protokoll. Din se tinkludi d-definizzjoni ta’ azzjonijiet msemmija fl-Artikolu 9, id-dipartimenti responsabbli, l-approssimazzjonijiet baġitarji korrispondenti, il-modalitajiet ta’ żborż kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ rappurtar.

Artikolu 5
Appoġġ Settorjali

1.    Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati li jkopru, b’mod partikolari:

(a)    programm annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 4;

(b)    l-objettivi, li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u pluriennali sabiex jinkiseb, fuq medda ta’ żmien, sajd sostenibbli u responsabbli, skont il-prijoritajiet espressi minn Mauritius fil-politika tas-sajd u l-politika marittima nazzjonali tiegħu, u politiki oħrajn marbuta mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li għandhom impatt fuqu; kif ukoll

(c)    il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin kull sena.

2.    Kwalunkwe emenda fil-programm settorjali annwali jew pluriennali għandha tiġi approvata mill-Kumitat Konġunt.

3.    Kull sena, Mauritius għandu jippreżenta rapport annwali fuq l-azzjonijiet implimentati u r-riżultati miksuba bl-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. Mauritius għandu jirrapporta qabel l-iskadenza tal-Protokoll attwali dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali matul il-perjodu ta’ dan il-Protokoll.

4.    L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(b) għandu jitħallas bin-nifs, bi ħlasijiet parzjali. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-ħlas parzjali għandu jsir skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula. Għas-snin sussegwenti tal-applikazzjoni, il-ħlas parzjali għandu jsir abbażi ta’ analiżi tar-riżultati miksubin fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u l-programm annwali maqbul.    
Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi, jekk ir-riżultati miksuba jkunu inkonsistenti mal-programmazzjoni jew jekk l-eżekuzzjoni finanzjarja tinstab li ma tkunx biżżejjed mill-Kumitat Konġunt, il-ħlas tal-kontribuzzjoni f
inanzjarja speċifika previst fl-Artikolu 4(2)(b) ta’ dan il-Protokoll jista’ jiġi rivedut jew sospiż, parzjalment jew bis-sħiħ.

5.    Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jissokta wara konsultazzjoni u ftehim mill-Partijiet meta jkun iġġustifikat fuq il-bażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmazzjoni maqbula msemmija fil-paragrafu 1.

6.    Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(2)(b) ma tistax titħallas lil hinn minn perjodu ta’ sitt (6) xhur minn meta jiskadi l-Protokoll. Kull meta jkun meħtieġ, il-Partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali wara li jiskadi dan il-Protokoll.

Artikolu 6
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.    Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri ta’ ġestjoni applikabbli rilevanti adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

2.    Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet li ttieħdu fi ħdan l-IOTC u tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, fejn xieraq, ir-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-Partijiet jistgħu jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt u, fejn meħtieġ, jiftiehmu dwar il-miżuri sabiex tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd ta' Mauritius koperti minn dan il-Protokoll sa fejn huma kkonċernati l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni.

Artikolu 7
Sajd sperimentali u opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.    Il-Kumitat Konġunt jista’ jqis u japprova l-possibbiltà li jagħmel kampanji tas-sajd sperimentali fl-ilmijiet ta' Mauritius bil-ħsieb li jittestja l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta’ sajd ġdid li ma jkunx previst fl-Artikolu 3. Għal dan il-għan u fuq bażi ta' każ b’każ, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet, inkluż il-parteċipazzjoni tax-xjenzati minn Mauritius f’tali kampanji, u kwalunkwe parametru rilevanti ieħor. L-awtorizzazzjoni għas-sajd sperimentali m’għandhiex taqbeż il-perjodu massimu ta’ sitt (6) xhur.

2.    Filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u abbażi tar-riżultati tal-kampanji tas-sajd sperimentali, jekk l-Unjoni Ewropea tkun interessata f’opportunitajiet ġodda tas-sajd, il-Kumitat Konġunt għandu, fuq approvazzjoni, jippreskrivi l-kundizzjonijiet li japplikaw għal tali attivitajiet tas-sajd ġodda.

3.    F’każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, Mauritius jista’ jalloka l-possibbiltajiet tas-sajd tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Għalhekk il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 4(2)(a) ta’ dan il-Protokoll għandu konsegwentement jiġi aġġustat mill-Kumitat Konġunt. It-tariffi li s-sidien tal-bastimenti jridu jħallsu u l-kundizzjonijiet marbutin magħhom previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati kif xieraq.

Artikolu 8Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd, tunnellaġġ ta’ riferiment u tal-miżuri tekniċi bi ftehim reċiproku

1.    Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi u jaġġusta l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 3, diment li r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fl-IOTC jikkonfermaw li aġġustament bħal dan ikun jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet li jixbhuh fl-Oċean Indjan.

2.    F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4(2)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Madankollu, l-ammont annwali kollu mħallas mill-Unjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 4(2)(a). L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija f’dan l-Artikolu jista’ jkun ibbażat ukoll fuq ir-riżultati tas-sajd sperimentali mwettaq skont l-Artikolu 8.

3.    Tliet xhur qabel it-tmiem tat-tieni sena minn meta jibda japplika b'mod proviżorju l-Protokoll, u diment li l-livell attwali rrapportat tal-qabdiet minn bastimenti tal-UE fl-ilmijiet ta' Mauritius ikun jaqbeż it-tunnellaġġ ta’ referenza, il-Partijiet jistgħu jirrevedu u jaġġustaw it-tunnellaġġ ta’ referenza. Fejn japplika dan ta’ hawn fuq, il-kontribuzzjoni finanzjarja fl-Artikolu 4(2)(a) tista’ tiġi aġġustata għall-perjodu ta’ implimentazzjoni li jkun fadal.

4.    Meta jkun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt jista’ jeżamina u jadatta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu.

Artikolu 9
Kooperazzjoni fil-qasam tal-Ekonomija tal-Oċeani

1.    Il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex jiżviluppaw qafas biex titjieb il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ekonomija tal-oċeani. Dan jista’ jkopri fost l-oħrajn, l-akkwakultura, l-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani, l-ippjanar spazjali marittimu, l-enerġija tal-baħar u l-ambjent tal-baħar.

2.    Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp ta’ azzjonijiet konġunti sabiex dawn l-objettivi jintlaħqu aħjar, inkluż permezz ta’ għodod u ta’ programmi ta’ kooperazzjoni eżistenti.

3.    Il-Partijiet jaqblu li jibdew azzjoni permezz tal-istabbiliment ta’ punti fokali, skambju ta’ informazzjoni u għarfien espert f’dan il-qasam.

Artikolu 10
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.    L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża meta xi waħda mill-Partijiet teżiġi dan, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)    jekk ċirkostanzi eċċezzjonali, minbarra fenomeni naturali, ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' Mauritius;

(b)    fejn tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu li ma tistax tinstab soluzzjoni għaliha;

(c)    jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u mal-Anness tiegħu, u b’mod partikolari b’rabta ma’ ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet umani kif stipulat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu;

(d)    fil-każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlas stipulat fl-Artikolu 4(2)(a) fiż-żmien xieraq għal raġunijiet mhux koperti mill-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu.

2.    Qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli.

3.    Meta jkollha l-ħsieb li tissospendi l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.

4.    Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw bil-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 11
Qafas legali

1.    L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' Mauritius huma soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti ta' Mauritius, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2.    Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-kitba, fi żmien xieraq, b’kull bidla fil-leġiżlazzjoni u fil-politika tas-sajd rilevanti rispettiva tagħhom.

Artikolu 12Kunfidenzjalità

1.    Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li kull dejta personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet ta' Mauritius, li tinkiseb fil-kuntest tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi trattata f’kull ħin skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.

2.    Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-dejta aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' Mauritius, f’konformità mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-IOTC u ta’ organizzazzjonijiet tas-sajd internazzjonali rilevanti oħrajn.

3.    Id-dejta li tista’ titqies bħala kunfidenzjali għal raġunijiet oħra għandha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza.

Artikolu 13
Skambji elettroniċi tad-dejta

1.    Mauritius u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument se titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata.

2.    Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil xulxin dwar kwalunkwe tfixkil fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F’dawk iċ-ċirkostanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.

Artikolu 14
Terminazzjoni

1.    Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat fuq l-inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.

2.    F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali terminazzjoni.

3.    L-għoti tan-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet.

4.    Fil-każ tal-iskadenza tal-Protokoll, jew it-terminazzjoni tiegħu kif previst fl-Artikolu 12, is-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom ikomplu jkunu responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jew ta' dan il-Protokoll jew tal-liġijiet applikabbli ta' Mauritius li jkun seħħ qabel l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew għal kull tariffa tal-liċenzja jew għal kull ħlas dovut li jkun għadu pendenti li ma jkunx tħallas meta jkun skada l-Protokoll jew meta dan ikun ġie tterminat.

Artikolu 15
Applikazzjoni proviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod proviżorju mill-mument tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

Artikolu 16 Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.



ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FL-ILMIJIET TA' MAURITIUS

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.    Ħatra ta' awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u minkejja kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-Unjoni) jew għal Mauritius bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, meta applikabbli permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Mauritius;

għal Mauritius: il-Ministeru responsabbli mis-Sajd.

2.    Ilmijiet ta' Mauritius

Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Annessi tiegħu japplikaw biss għall-ilmijiet ta' Mauritius ddefiniti bħala lil hinn minn ħmistax-il (15) mil nawtiku mil-linja bażi.

L-informazzjoni relatata ma’ żoni oħra magħluqa għan-navigazzjoni u s-sajd għandha tkun ipprovduta lill-Unjoni, u kwalunkwe emenda sussegwenti jeħtieġ li titħabbar mill-anqas xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ tagħha.

3.    Kont bankarju

Mauritius għandu jgħarraf lill-Unjoni, qabel l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kontijiet bankarji tat-Teżor ta' Mauritius li fihom għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-Unjoni skont il-Ftehim. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż tat-trasferimenti bankarji assoċjati ma’ dawn il-ħlasijiet.

KAPITOLU II

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.    Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiġi inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC, ma jkunx fil-lista tal-bastimenti IUU tal-IOTC jew ta' kwalunkwe Organizzazzjoni ta’ Ġestjoni tas-Sajd Reġjonali oħra u li jkunu ġew issodisfati l-obbligi preċedenti l-oħrajn kollha tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd f'Mauritius skont il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni ta' Mauritius dwar is-sajd.

2.    Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

L-Unjoni għandha tissottometti, b’mezzi elettroniċi, applikazzjoni lil Mauritius għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas wieħed u għoxrin (21) jum kalendarju qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi tuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew miktuba b’mod ċar b’ittri kapitali.

Għal kull applikazzjoni inizjali għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll, jew wara bidla teknika fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

a.    il-prova tal-pagament tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba, li tagħha m’hemmx rifużjoni;

b.    l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt:

ta’ sid il-bastiment tas-sajd;

tal-aġent tas-sid għall-bastiment tas-sajd, jekk xieraq; kif ukoll

tal-operatur tal-bastiment tas-sajd;

c.    ritratt diġitali bil-kulur reċenti tal-bastiment, li juri dehra laterali dettaljata tal-bastiment inkluż l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment viżibbli b’mod ċar fuq il-buq;

d.    iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-bastiment; kif ukoll

e.    id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (fax, posta elettronika, eċċ.).

Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux ġew mibdula, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-pagament tat-tariffa.

3.    Tariffa tal-ħlas minn qabel

1.    L-ammont tat-tariffa tal-ħlas minn qabel huwa stabbilit skont ir-rata annwali kif ġej. Dan għandu jinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi tal-portijiet, it-taxxi għall-inżul, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti għall-provvista tas-servizzi.

2.    It-tariffi li jridu jħallsu s-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu kkalkulati skont ir-rata li ġejja għal kull tunnellata ta’ ħut maqbud:

Għall-ewwel u t-tieni sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, EUR 65 għal kull tunnellata;

Għat-tielet u r-raba’ sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, EUR 70 għal kull tunnellata;

3.    It-tariffa tal-ħlas minn qabel annwali li għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti fil-mument tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet ta' Mauritius għandha tkun kif ġej:

a. Bastimenti tas-Sajd għat-Tonn li jużaw it-Tartarun tal-Borża

EUR 8 500, li huma l-ekwivalenti għal:

- 130,8 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin fl-ilmijiet ta' Mauritius għall-ewwel sentejn mill-applikazzjoni tal-Protokoll,

- 121,4 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin fl-ilmijiet ta' Mauritius għall-aħħar sentejn ta’ applikazzjoni tal-Protokoll,

b. Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (aktar minn 100 GT)

EUR 4 125, li huma l-ekwivalenti għal:

- 63,5 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin fl-ilmijiet ta' Mauritius għall-ewwel sentejn mill-applikazzjoni tal-Protokoll,

- 58,9 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin fl-ilmijiet ta' Mauritius għall-aħħar sentejn ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

c. Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (anqas minn 100 GT)

EUR 2 050, li huma l-ekwivalenti għal:

- 31,5 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin fl-ilmijiet ta' Mauritius għall-ewwel sentejn mill-applikazzjoni tal-Protokoll,

- 29,3 tunnellata ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn maqbudin fl-ilmijiet ta' Mauritius għall-aħħar sentejn ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

4.    Bastimenti tal-provvista

Il-bastimenti tal-provvista għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd.

L-appoġġ ipprovdut la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.

Il-bastimenti tal-provvista għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd stabbiliti f’dan il-Kapitolu, sa fejn din tkun tapplika għalihom.

It-tariffa tal-liċenzja annwali applikabbli għall-bastimenti tal-provvista hija ta’ EUR 4 000.

5.    Lista proviżorja ta’ bastimenti awtorizzati

Ladarba jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti, inklużi l-bastimenti ta’ appoġġ, il-lista proviżorja ta’ bastimenti applikanti. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-Unjoni mill-awtorità kompetenti ta' Mauritius.

L-Unjoni għandha tibgħat il-lista proviżorja lis-sid tal-bastiment jew lill-aġent. Jekk l-uffiċċji tal-Unjoni jkunu magħluqin, Mauritius jista’ jibgħat il-lista proviżorja direttament lis-sid tal-bastiment jew lill-aġent tiegħu b'kopja lid-Delegazzjoni tal-UE f'Mauritius.

6.    Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu għas-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom, u f’forma elettronika, fi żmien wieħed u għoxrin (21) jum kalendarju minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa mill-awtorità kompetenti. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat elettronikament minnufih lid-Delegazzjoni tal-UE f'Mauritius. Verżjoni elettronika ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd tista’ tintuża għal mhux aktar minn sittin (60) jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni oriġinali.

Wara dan il-perjodu ta’ sittin (60) jum, il-kopja oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu.

7.    Lista ta’ bastimenti awtorizzati

Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal fi żmien 14-il jum mill-ħruġ tal-awtorizzazzjoni, għal kull kategorija ta’ bastimenti, inklużi l-bastimenti tal-provvista, il-lista finali ta’ bastimenti awtorizzati. Din il-lista għandha tintbagħat lill-Unjoni u għandha tieħu post il-lista proviżorja msemmija hawn fuq.

8.    Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta' validità, “perjodu annwali” tfisser:

a.    fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-31 ta' Diċembru tal-istess sena;

b.    imbagħad, kull sena kalendarja sħiħa;

c.    għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

Għall-ewwel u għall-aħħar sena tal-Protokoll, it-tariffa tal-ħlas minn qabel għandha tiġi kkalkulata fuq bażi pro rata temporis.

9.    Dokumenti li jridu jinżammu abbord

Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet ta' Mauritius jew f’port ta' Mauritius, għandu jkollu abbord f’kull ħin id-dokumenti li ġejjin:

a.    l-awtorizzazzjoni tas-sajd;

b.    id-dokumenti maħruġin minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru:

- iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, inkluż in-numru li taħtu huwa rreġistrat il-bastiment tas-sajd;

- disinji jew deskrizzjonijiet ċertifikati aġġornati tal-bastiment tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità tal-ħżin mogħtija f’metri kubi;

c.    jekk tkun saret xi modifika fil-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul ġenerali tiegħu, it-tunnellaġġ gross reġistrat tiegħu, il-potenza tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istivi tiegħu, ċertifikat iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jiddeskrivi n-natura ta’ dan it-tibdil; kif ukoll

d.    iċ-ċertifikat ta’ kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa.

10.    Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli.

Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ forza maġġuri, fuq talba tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih tal-istess kategorija tas-sajd bħal ta’ dak li qed jissostitwixxi, mingħajr ma jsir ħlas ieħor bil-quddiem. F’każ bħal dan, id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn li jużaw it-tartarun tal-borża mgħammra bi friża u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ fil-Kapitolu III għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ bastimenti fl-ilmijiet ta' Mauritius.

It-trasferiment għandu jinvolvi l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun se tinbidel minn sid il-bastiment jew mid-destinatarju tiegħu f'Mauritius u t-tfassil minnufih, min-naħa ta' Mauritius, tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr iktar dewmien lis-sid tal-bastiment jew lid-destinatarju tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar meta tingħata lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd. Id-Delegazzjoni tal-UE f'Mauritius għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Mauritius għandu jaġġorna l-lista ta’ bastimenti awtorizzati fuq bażi regolari. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.

KAPITOLU III

Rappurtar tal-qbid

1.    Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd, skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC għall-bastimenti bil-konz tal-wiċċ u għall-bastimenti bastimenti tas-sajd li jużaw it-tartarun tal-borża.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fl-ilmijiet ta' Mauritius.

Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb kuljum il-kwantità ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha, u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jinkludi wkoll rapporti meta ma jkun inqabad xejn, tal-qbid aċċessorju u tal-qbid skartat.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.    Rappurtar tal-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda tal-bastiment billi jibgħat il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu lil Mauritius għall-perjodu tal-preżenza tiegħu fl-ilmijiet ta' Mauritius.

Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed minn dawn il-modi:

a.    meta bastiment tas-sajd jidħol f’port ta' Mauritius, il-verżjoni oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat lir-rappreżentant lokali ta' Mauritius, li għandu jikkonferma bil-miktub li waslitlu; kopja tal-ġurnal għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni ta' Mauritius;

b.    meta jitlaq mill-ilmijiet ta' Mauritius mingħajr ma l-ewwel jgħaddi minn port ta' Mauritius, il-verżjoni oriġinali ta’ kull ġurnal abbord tas-sajd għandha tintbagħat b’mezzi elettroniċi fi żmien sebat (7) ijiem kalendarji wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor;

c.    bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd, jew;

d.    jew permezz ta’ fax, lin-numru mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd; jew

e.    permezz ta’ ittra lill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd, fi żmien ħmistax-il (15) jum kalendarju wara li joħroġ mill-ilmijiet ta' Mauritius.

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu sistema għall-iskambju elettroniku tad-dejta kollha, bil-ħsieb li teħfief il-komunikazzjoni tagħha.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-Unjoni u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Il-kaptan ta’ kwalunkwe bastiment tal-Unjoni li jopera skont il-Ftehim għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lil:

a.    Albion Fisheries Research Centre, u

b.    lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

i.    Institut de recherche pour le développement (IRD);

ii.    Instituto Español de Oceanografía (IEO);

iii.    Instituto Português do Mar e da Atmosfera (IPMA).

Jekk il-bastiment jerġa’ lura fl-ilmijiet ta' Mauritius tul il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, dan għandu jkompli jirrapporta l-qbid tiegħu.

Meta ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qabda, Mauritius jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport nieqes tal-qbid u jista’ jippenalizza lis-sid tal-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, Mauritius jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Mauritius għandu jgħarraf lill-Unjoni minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

3.    Monitoraġġ regolari tal-qabdiet

L-Unjoni għandha tipprovdi lil Mauritius, qabel it-tmiem ta’ kull trimestru, id-dejta dwar il-qabdiet għal kull bastiment tal-UE awtorizzat, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż l-isforzi tas-sajd (numru ta’ ġranet fuq il-baħar), li jikkorrispondu għat-trimestru(i) preċedenti.

Mauritius għandu jipprovdi fuq bażi ta’ kull trimestru, id-dejta dwar il-qabdiet ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati miksuba permezz tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Il-Partijiet se janalizzaw b’mod konġunt il-konsistenza tas-settijiet tad-dejta fuq bażi regolari u fuq talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

Din id-dejta aggregata għandha titqies proviżorja sakemm tasal notifika mill-Unjoni ta’ stqarrija annwali definittiva msemmija fil-paragrafu 5.

4.    Tranżizzjoni lejn sistema elettronika ta’ rappurtar (ERS)

Il-Partijiet jindikaw ir-rieda kondiviża tagħhom li jiżguraw it-tranżizzjoni għal sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet. Il-karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-arranġamenti ta’ trażmissjoni operattivi għandhom jiġu diskussi u miftiehma bejn il-Partijiet mill-aktar fis. Mauritius għandu jgħarraf lill-Unjoni malli l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni jkunu ġew issodisfati. Madankollu, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ rappurtar tal-qbid attwali se jkomplu japplikaw.

5.    Dikjarazzjoni finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn li jużaw it-tartarun bil-borża u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Għal kull bastiment tas-sajd li jużaw it-tartarun tal-borża u għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, abbażi tar-rappurtar tal-qbid ikkonfermat mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu jitħallsu mill-bastiment fir-rigward tal-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

L-Unjoni għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi lil Mauritius u lis-sid tal-bastiment, fl-istess ħin, qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena attwali. Mauritius għandu jgħarraf lill-Unjoni li rċieva d-dikjarazzjoni u jista’ jitlob mill-Unjoni kwalunkwe kjarifika li huwa jqis li tkun meħtieġa. F’dan il-każ, l-Unjoni għandha tikkonsulta mal-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera u mal-istituti xjentifiċi tal-Unjoni, u għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex tipprovdi lil Mauritius b'kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Meta jkun applikabbli, għandha ssir laqgħa xjentifika konġunta apposta biex jiġu eżaminati d-dejta dwar il-qabdiet u l-metodoloġiji li jkunu ntużaw għall-kontroverifiki tal-informazzjoni.

Mauritius jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi ta' evidenza dokumentarja, fi żmien tletin (30) jum kalendarju minn meta tintbagħat. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma' xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Jekk Mauritius ma joġġezzjonax fi żmien tletin (30) jum kalendarju, id-dikjarazzjoni finali għandha titqies li tkun ġiet adottata.

Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ogħla mit-tariffa tal-ħlas minn qabel imsemmija hawn fuq (il-punt 3 tal-Kapitolu II) imħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lil Mauritius sat-30 ta’ Settembru tas-sena attwali. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, sid il-bastiment ma jistax jieħu lura l-ammont li jifdal.

KAPITOLU IV

Ħatt l-art u trażbord

Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar. L-operazzjonijiet kollha tat-trażbord fil-port huma mmonitorjati fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd ta' Mauritius.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord għandu jinnotifika lil Mauritius, mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li ġej:

a.    l-isem u s-Sinjal Internazzjonali tas-Sejħa bir-Radju (IRCS) tal-bastiment tas-sajd li jrid iħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC;

b.    il-port li fih se jsir il-ħatt l-art jew it-trażbord;

c.    id-data u l-ħin skedati għall-ħatt l-art jew għat-trażbord;

d.    il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew tiġi trażbordata (identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha); kif ukoll

e.    f’każ ta’ trażbord, l-isem u l-IRCS tal-bastiment destinatarju.

Għall-bastimenti riċevituri, mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel il-bidu tat-trażbord u fi tmiemu, il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr li jkun qed jirċievi l-ħut għandu jgħarraf lill-awtoritajiet ta' Mauritius bil-kwantitajiet ta’ tonn u ta’ speċijiet li jixbhu lit-tonn li jkunu ġew ittrażbordati għal fuq il-bastiment tiegħu u għandu jimla d-dikjarazzjoni tat-trażbord u jibgħatha lill-awtorità ta' Mauritius fi żmien 24 siegħa.

L-operazzjoni tat-trażbord hija soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata minn Mauritius lill-kaptan jew lill-aġent tiegħu fi żmien 24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni tat-trażbord trid titwettaq f’port ta' Mauritius li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

Port Louis huwa l-port tas-sajd maħtur li fih l-operazzjonijiet tat-trażbord huma permessi f'Mauritius.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandu jwassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti skont il-leġiżlazzjoni ta' Mauritius.

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jinkoraġġixxu lill-bastimenti awtorizzati sabiex iżidu l-ħatt l-art tagħhom f'Mauritius, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet tal-operazzjoni.

KAPITOLU V

Kontroll

1.    Dħul fl-ilmijiet ta' Mauritius u ħruġ minnhom

Kull dħul fl-ilmijiet ta' Mauritius jew ħruġ minnhom ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd irid jiġi nnotifikat lil Mauritius fi żmien 12-il siegħa qabel id-dħul jew il-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

a.    id-data, il-ħin u r-rotta previsti;

b.    il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, kif identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali; kif ukoll

c.    il-preżentazzjoni tal-prodotti.

L-aħjar jekk in-notifika ssir bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-fax, f’indirizz tal-posta elettronika jew numru tal-fax ikkomunikat minn Mauritius. Mauritius għandu jikkonferma li rċieva din in-notifika minnufih billi jibgħat posta elettronika jew fax.

Mauritius għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizz tal-posta elettronika jew bil-frekwenza tat-trażmissjoni.

Kull bastiment tal-Unjoni li jinstab jistad fl-ilmijiet ta' Mauritius mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.

2.    Rapport perjodiku tal-qabdiet

Meta bastiment tal-Unjoni jkun qed jopera fl-ilmijiet ta' Mauritius, il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jinnotifika lill-Awtorità ta' Mauritius kull tlett (3) ijiem bil-qabda magħmula fl-ilmijiet ta' Mauritius. L-ewwel dikjarazzjoni tal-qbid għandha tibda tlett (3) ijiem wara d-data tad-dħul fl-ilmijiet ta' Mauritius.

Kull tlett (3) ijiem meta jirrapporta l-qabda perjodika tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

a.    id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta jkun qed isir ir-rappurtar;

b.    il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett (3) ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

c.    il-kwantità ta’ kull qabda aċċessorja waqt il-perjodu ta’ tlett (3) ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

d.    il-preżentazzjoni tal-prodott;

e.    għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn li jużaw it-tartarun tal-borża:

   i.    l-għadd ta’ użijiet abbażi tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (l-FAD) li rnexxew mill-aħħar rapport:

   ii.    l-għadd ta’ użijiet ta’ abbażi ta’ ġliba ħut ħielsa li rnexxew mill-aħħar rapport:

iii.    l-għadd ta’ użijiet li ma rnexxewx; kif ukoll

f.    għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konz tal-wiċċ:

   i.    l-għadd ta’ użijiet mill-aħħar rapport;

   ii.    l-għadd ta’ snanar li ntużaw mill-aħħar rapport.

Preferibbilment, in-notifika ssir bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-fax, f’indirizz tal-posta elettronika jew numru tal-fax ikkomunikat minn Mauritius, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 5. Mauritius għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tat-telefon jew fil-frekwenza tat-trażmissjoni.

Kull bastiment li jinstab jistad fl-ilmjiet ta' Mauritius mingħajr ma jkun innotifika r-rapport tal-qabda perjodika tiegħu ta’ tlett (3) ijiem għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-penali u għas-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni rilevanti ta' Mauritius.

Ir-rapporti perjodiċi tal-qabdiet għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena (1) mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

3.    Spezzjoni fil-port jew fuq il-baħar

L-ispezzjoni fil-port jew fuq il-baħar fl-ilmijiet ta' Mauritius tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi ta' Mauritius li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu l-verifiki tas-sajd.

Qabel jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom jinfurmaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-kariga uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. Meta tkun qed issir il-proċedura tal-ispezzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ biex iwettqu l-kompiti relatati mal-ispezzjoni. Dawn għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd, il-merkanzija u fuq l-attivitajiet ta’ ħatt jew ta’ trażbord tiegħu.

Mauritius jista’ jawtorizza lill-Unjoni sabiex tipparteċipa fl-ispezzjonijiet bħala osservatur.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-difiża ta’ sid il-bastiment fir-rigward ta’ ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, għandu jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur għandu jniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. Qabel jinżlu mill-bastiment, l-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-Unjoni kif previst fil-Kapitolu VII.

4.    Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza ta’ kwalunkwe bastiment fl-ilmijiet ta' Mauritius li jkun involut f’attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu sajd IUU, filwaqt li jfittxu li jiksbu kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak li jkunu lemħu. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lil Mauritius u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bastiment li wettaq l-osservazzjoni li min-naħa tagħha għandha tibgħathom lill-Unjoni jew lil korp maħtur minnha.

Mauritius għandu jibgħat lill-Unjoni kull rapport ta’ osservazzjoni li jkollu dwar bastimenti tas-sajd involuti f’attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu sajd IUU fl-ilmijiet ta' Mauritius.

KAPITOLU VI

Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta’ satellita (VMS)

1.    Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti

Meta jkunu fl-ilmijiet ta' Mauritius, il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu għandu jkollhom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti biex kull siegħa jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom, b’mod awtomatiku u kontinwu, liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

a.    l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b.    l-aktar pożizzjoni ġeografika reċenti tal-bastiment (lonġitudni, latitudni), bi żball fil-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;

c.    id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni; kif ukoll

d.    il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fl-ilmijiet ta' Mauritius għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet sussegwenti kollha għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ mill-ilmijiet ta' Mauritius, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jkun ipprovdut skont il-format stipulat fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness sakemm Mauritius ikollu l-kapaċità li jirċievi dawn ir-rapporti fil-format ibbażat fuq l-istandard P 1000 taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (CEFACT).

2.    Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżġura l-ħin kollu li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jintbagħtu sew liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

Il-bastimenti tal-Unjoni b’VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fl-ilmijiet ta' Mauritius. F’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment meta dan ikun diġà qed jopera fl-ilmijiet ta' Mauritius, din is-sistema għandha tissewwa fi tmiem il-vjaġġ jew għandha tinbidel fi żmien ħmistax-il jum (15) kalendarju. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fl-ilmijiet ta' Mauritius.

Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fl-ilmijiet ta' Mauritius b’VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika jew fax liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u liċ-ĊMS ta' Mauritius, mill-inqas kull sagħtejn, u jridu jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.    Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Mauritius

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta' Mauritius. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u Mauritius għandhom jiskambjaw l-indirizz tal-posta elettronika ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u Mauritius għandha ssir b’mod elettroniku permezz ta’ sistema sigura tal-komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS ta' Mauritius għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fir-riċeviment tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika t-tluq tiegħu mill-ilmijiet ta' Mauritius.

4.    Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni

Mauritius għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jinforma minnufih lill-Unjoni b’kull diffikultà fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni, bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kull tilwima li tista’ tinqala’ minħabba f’hekk.

Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun soġġett għall-penali previsti mil-leġiżlazzjoni ta' Mauritius li tkun fis-seħħ.

5.    Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza dokumentarja li turi ksur, Mauritius jista’ jitlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera sabiex inaqqas l-intervall tat-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment għal kull tletin minuta għal perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, u jibgħat kopja lill-Unjoni ta’ din it-talba. Mauritius għandu jibgħat din l-evidenza dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Mauritius fuq il-frekwenza l-ġdida.

Imbagħad, min-naħa tiegħu, iċ-ĊMS ta' Mauritius għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.

KAPITOLU VII 

Ksur tar-regoli

In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u ta’ konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni ta' Mauritius dwar is-sajd jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, jew bis-sospensjoni, bir-revoka jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment, kif definit fil-leġiżlazzjoni ta' Mauritius.

1.    Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq fl-ilmijiet ta' Mauritius minn bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim jeħtieġ li jissemma f’rapport tal-ispezzjoni. In-notifika tal-ksur u tas-sanzjonijiet applikabbli rilevanti li għalihom jistgħu jkunu responsabbli l-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sid tal-bastiment skont il-proċedura stabbilita fil-leġiżlazzjoni applikabbli ta' Mauritius. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa.

2.    Detenzjoni ta’ bastiment

Meta l-leġiżlazzjoni ta' Mauritius dwar is-sajd tippermetti dan fir-rigward ta’ ksur, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port ta' Mauritius, f’każ li jkun qed ibaħħar.

Mauritius għandu jinnotifika lill-Unjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni sabiex jistad. In-notifika se tipprovdi r-raġunijiet u se tinkludi evidenza dokumentarja li tappoġġa d-detenzjoni tal-bastiment, soġġett għal kwalunkwe rekwiżit ta’ kunfidenzjalità legali.

Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-protezzjoni tal-evidenza, Mauritius għandu jaħtar uffiċjal ta’ investigazzjoni u jorganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum wieħed kalendarju min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjonijiet oħrajn jistgħu jittieħdu. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.    Penali għall-ksur - Proċedura ta’ kompromess

Il-piena għall-ksur għandha tkun stabbilita minn Mauritius skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ tiegħu.

Qabel ma jitnedew il-proċeduri legali, għandha ssir proċedura ta’ kompromess bejn l-awtoritajiet ta' Mauritius u l-bastiment tal-Unjoni biex il-kwistjoni tissolva b’mod amikevoli sa fejn huwa legalment fattibbli. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mill-inqas 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment. Kwalunkwe ftehim milħuq għandu jkun finali u vinkolanti għall-Partijiet kollha kkonċernati. Jekk il-proċedura ta’ kompromess, li tista’ tinkludi proċess ta’ konċiljazzjoni, ma tirnexxix, il-kwistjoni tista’ titkompla quddiem qorti f'Mauritius.

4.    Proċedimenti legali – Garanzija bankarja

Sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur jista’ jiddepożita garanzija bankarja f’bank maħtur minn Mauritius, li l-ammont tagħha, kif stabbilit minn Mauritius, għandu jkopri l-ispejjeż relatati mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:

a.    kollha kemm hi, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni; jew

b.    l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-penali tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Mauritius għandu jinforma lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint (8) ijiem kalendarji minn meta tinqata’ s-sentenza.

5.    Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata skont il-leġiżlazzjoni ta' Mauritius.

KAPITOLU VIII

Reklutaġġ tal-baħrin

1.    Għadd ta’ baħrin li għandhom jiġu rreklutati

Matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet ta' Mauritius tnax-il (12) baħri kkwalifikat għandhom jimbarkaw fuq il-flotta tal-Unjoni. Is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom ifittxu li jirreklutaw aktar baħrin minn Mauritius.

Fil-każ li ma jkunx hemm imbark ta’ baħrin minn Mauritius, is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu somma f’daqqa li tkun ekwivalenti għas-salarju tal-baħrin li ma jkunux imbarkaw matul il-perjodu tal-kampanja tas-sajd fl-ilmijiet ta' Mauritius. Fil-każ li l-kampanja tas-sajd iddum inqas minn xahar, is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu meħtieġa li jħallsu somma li tikkorrispondi għal xahar salarju.

2.    Kuntratti tal-baħrin

Il-kuntratt tal-impjieg għandu jitfassal minn sid il-bastiment jew mill-aġent tiegħu u l-baħri, jekk ikun meħtieġ jista’ jiġi rrappreżentat mill-unjoni tagħhom, b’kooperazzjoni ma' Mauritius. B’mod partikolari, dan għandu jistipula d-data u l-port tar-reklutaġġ.

Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw lill-baħrin, il-kopertura tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom f'Mauritius, inkluż l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni tal-mard u tal-inċidenti.

Il-firmatarji għandhom jingħataw kopja tal-kuntratt.

Id-drittijiet bażiċi tax-xogħol stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandhom jiġu ggarantiti għall-baħrin minn Mauritius. B’mod partikolari, din għandha x’taqsam mal-libertà ta’ assoċjazzjoni u mal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.

3.    Pagi tal-baħrin

Il-pagi tal-baħrin tal-ta' Mauritius għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Dawn għandhom jiġu stabbiliti qabel ma tinħareġ l-awtorizzazjoni tas-sajd u bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment u d-destinatarju tiegħu f'Mauritius.

Il-pagi ma għandhomx ikunu iżjed baxxi minn dawk tal-ekwipaġġi tal-bastimenti nazzjonali u lanqas ma għandhom ikunu iktar baxxi mil-livell stabbilit mill-ILO.

4.    Obbligi tal-baħrin

Il-baħrin għandhom jirrapportaw lill-kaptan tal-bastiment li miegħu jkunu ġew assenjati fil-ġurnata ta’ qabel id-data tar-reklutaġġ stipulata fil-kuntratt tagħhom. Il-kaptan għandu jinforma lill-baħri bid-data u l-ħin tar-reklutaġġ. Jekk il-baħri jirtira jew ma jippreżentax ruħu fid-data u l-ħin stipulati għar-reklutaġġ tiegħu, il-kuntratt tiegħu għandu jitqies li huwa null u bla effett u s-sid tal-bastiment għandu jiġi eżentat awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jirreklutah. F’dan il-każ, is-sid tal-bastiment ma għandu jkun soġġett għall-ebda penali finanzjarja jew għall-ħlas ta’ kumpens.

KAPITOLU IX

OSSERVATURI

1.    Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Il-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu għandhom ikunu soġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

Din l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet previsti fir-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC (il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan).

Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom tunnellaġġ ta' 100 TG jew inqas għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu.

2.    Bastimenti u osservaturi magħżulin

L-awtoritajiet ta' Mauritius għandhom ifasslu lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Malli jitfasslu u meta jiġu aġġornati, dawn għandhom jintbagħtu minnufih lill-Unjoni. Il-bastimenti tal-Unjoni magħżula sabiex jirċievu osservatur għandhom għandhom iħallu lill-osservatur jitla’ abbord. Meta titfassal din il-lista, Mauritius għandu jikkunsidra l-preżenza tal-osservatur abbord, jew li se jitla’ abbord, skont skema ta’ osservazzjoni reġjonali. Rapporti tal-osservaturi relatati mal-osservazzjonijiet imwettqa fl-ilmijiet ta' Mauritius għandhom jintbagħtu lill-Albion Fisheries Research Centre.

L-awtoritajiet ta' Mauritius għandhom jinfurmaw lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati bl-isem tal-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) jum kalendarju qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.

L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli jkun meħtieġ biex iwettqu dmirijiethom.

3.    Salarju tal-osservatur

Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur magħżul minn Mauritius għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet ta' Mauritius.

4.    Kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu u Mauritius.

Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħall-uffiċjali. Madankollu, meta l-osservatur jintlaqa’ abbord għandha titqies l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li għalihom huwa jkun responsabbli sabiex jiggarantixxi s-sikurezza fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilità meħtieġa abbord il-bastiment sabiex iwettqu dmirijiethom. Għandu jkollhom aċċess għall-pont u għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għat-tagħmir ta’ navigazzjoni tal-bastiment u għal kwalunkwe dokument abbord, u għad-dokumenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-ġurnal dwar l-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment relatati b’mod dirett ma’ dmirijiethom.

Kull waqt, il-kaptan għandu jħalli lill-osservatur:

a.    jirċievi u jibgħat messaġġi u jikkomunika max-xatt u ma’ bastimenti oħrajn bit-tagħmir ta’ komunikazzjoni tal-bastiment;    

b.    jieħu, ikejjel u jneħħi mill-bastiment u jżomm kampjuni jew bċejjeċ sħaħ ta’ xi ħut;

c.    jaħżen kampjuni jew bċejjeċ sħaħ fuq il-bastiment, inklużi kampjuni u bċejjeċ sħaħ fil-friża tal-bastiment;

d.    jieħu ritratti jew reġistrazzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd, inkluż tal-ħut, tal-irkaptu tas-sajd, tat-tagħmir, tad-dokumenti, tat-tabelli u tar-reġistri, u jinżel minn fuq il-bastiment b’dawn ir-ritratti jew il-filmati li jkun ħa bħala osservatur jew li jkun uża abbord il-bastiment. Tali informazzjoni għandha tintuża biss għal skop xjentifiku sakemm ma jkunx mitlub speċifikament minn Mauritius f’każijiet fejn din id-dejta tista’ tintuża bħala appoġġ għal investigazzjoni ġuridika għaddejja.

5.    Imbark u żbark tal-osservaturi

L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul minn sid il-bastiment.

B’perjodu ta’ notifika ta’ għaxart (10) ijiem qabel l-imbark, sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jinnotifika lil Mauritius dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur ikun imbarkat f’pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehma fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Il-bastiment ikun għalhekk jista’ jħalli l-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port ta' Mauritius, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni.

6.    Obbligi tal-osservatur

Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:

a.    jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex la jinterrompu u lanqas itellfu l-attivitajiet tas-sajd;

b.    ma jagħmlux ħsara jew jużaw mingħajr awtorizzazzjoni tal-kaptan kwalunkwe proprjetà jew tagħmir abbord; kif ukoll

c.    jimxu mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mar-regoli ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kwalunkwe dokument tal-bastiment.

7.    Kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq dawn il-kompiti:

a.    jiġbor l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

i.    l-irkapti tas-sajd użati;

ii.    il-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd;

iii    il-volumi jew, fejn xieraq, l-għadd ta' ħut maqbud għal kull speċi fil-mira u kull speċi assoċjata, kif ukoll l-għadd ta' qabdiet aċċidentali u inċidentali; kif ukoll

iv.    l-għadd stmat tal-qabdiet miżmuma abbord u ta' dawk mormija;

b.    iwettaq il-kampjunar bijoloġiku previst fil-programmi xjentifiċi; kif ukoll

c.    kuljum l-osservaturi għandhom jikkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom bir-radju, bil-fax jew bil-posta elettronika waqt li l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet ta' Mauritius, inkluż il-kwantità tal-qabdiet u tal-qabdiet aċċessorji abbord, u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ miċ-ĊMS ta' Mauritius.

8.    Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandhom jiffirmawh l-osservatur u l-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lil Mauritius, li għandu jibgħat il-kopja tiegħu u l-informazzjoni identifikata fil-paragrafu 4(c) tal-Kapitolu attwali, lill-Unjoni fi żmien ħmistax-il (15) jum kalendarju mill-iżbark tal-osservatur.



-----------------------------------------------------------------

Appendiċijiet ta’ dan l-Anness

1. Appendiċi I – Il-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

2. Appendiċi 2 – Il-format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni



Appendiċi 1

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TA’ BASTIMENT TAS-SAJD BARRANI

Isem l-applikant: …………………………………………………………………………….… Indirizz tal-applikant: ………………………………………………………………………….…. …………………………….………………………………………………………………………. Isem u indirizz tal-kerrejja tal-bastiment jekk differenti minn dak ta’ hawn fuq: …………………………….………………………………………………………………………. Isem u indirizz tal-aġent f'Mauritius: ………………………………..……………………………………………………………………. Isem il-bastiment: ……………………………………………..………………………………….…. Tip ta’ bastiment: …………….……………………………………….……………………………... Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: ……………..……………………………………………………………….
Port u numru ta’ reġistrazzjoni: …………..……………………………………………………..…
Identifikazzjoni esterna tal-bastiment tas-sajd: ………………….……….………………………………..
Kodiċi tar-radju u frekwenza: ……………………….……………..…………………………...
In-numru tal-fax tal-bastiment: …………………………………………………………….……………..…
In-numru tal-IMO, jekk applikabbli;………………………………………………………………………Tul tal-bastiment: ………………………………………………………………………………
Wisa’ tal-bastiment: ………………………………………………………………………..……..….
Tip u saħħa tal-magna: …………………………………………………………………..…..….
Tunnellaġġ gross irreġistrat tal-bastiment: …………………………………………………………..…
Tunnellaġġ nett irreġistrat tal-bastiment: ………………………………………….………….…………....
Numru minimu ta’ ekwipaġġ: ……………………………………………………..………………
Tip ta’ sajd ipprattikat: …………………………………………………………………….…..
Speċi ta’ ħut proposta ……………………………………………………………………………
Perjodu ta’ validità mitlub: …………………………………………………………….………..

Niċċertifika li t-tagħrif mogħti hawn fuq huwa korrett.

Data:    ……………………………….    Firma:



Appendiċi 2 Il-format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS
RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element ta’ Dejta

Kodiċi

Obbligatorju/ Fakultattiv

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

M

Dettall dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

M

Dettall dwar il-messaġġ – destinatarju. Il-kodiċi ISO tal-pajjiż alfa-3

Minn

FR

M

Dettall dwar il-messaġġ – l-ispeditur. Il-kodiċi ISO tal-pajjiż alfa-3

Stat tal-Bandiera

FS

M

Dettall dwar il-messaġġ – l-Istat tal-bandiera

Tip ta’ messaġġ

TM

M

Dettall dwar il-messaġġ – it-tip ta’ messaġġ [ENT, POS, EXI]

Is-sinjal tas-sejħa bir-radju:

RC

M

Dettall dwar il-bastiment – sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment

Numru ta' referenza intern tal-Parti Kontraenti

IR

O

Dettall dwar il-bastiment – numru uniku tal-Parti Kontraenti (kodiċi ISO3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru)

In-numru tar-reġistrazzjoni esterna:

XR

M

Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LT

M

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS84)

Lonġitudni

LG

M

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDMM (WGS84)

Rotta

CO

M

Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Veloċità

SP

M

Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots)

Data

DA

M

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

M

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

M

Dettall dwar is-sistema - jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

O = element tad-dejta obbligatorju    
F = element tad-dejta fakultattiv

Il-formati ta’ trażmissjoni tad-dejta jistgħu jiġu adattati għal standards UN CEFACT



ANNESS II

Il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt

(1) Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika ta' Mauritius u, fejn ikun xieraq u sakemm tkun konformi mal-punt 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-emendi fil-Protokoll fejn jidħlu l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u dispożizzjonijiet relatati f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tal-Protokoll;

(b) deċiżjoni dwar il-modalitajiet tal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll;

(c) miżuri ta’ ġestjoni li huma fil-kompetenza tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll.

(2) Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim, l-Unjoni għandha:

(a) taġixxi skont l-għanijiet li ssegwi l-Unjoni fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(b) tikkonforma mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(c) tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali.

(3) Meta waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt ikun maħsub li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi fil-Protokoll imsemmija fil-punt 1, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u rilevanti oħra li tkun intbagħtet lill-Kummissjoni.

Għal dan il-għan, u abbażi ta' dik l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibagħtu lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, dokument li jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u l-approvazzjoni tiegħu.

(4) Fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), l-approvazzjoni tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandha teħtieġ maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata, ħlief meta għadd ta' Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka joġġezzjonaw għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta' tħejjija, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. F'każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill.

(5) Jekk, waqt laqgħat ulterjuri, fosthom dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.

(6) Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fi żmien dovut, kwalunkwe pass meħtieġ sabiex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, billi tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tressaq kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.