IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.8.2017
COM(2017) 429 final
2017/0195(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
B’segwitu għal proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE, ġiet adottata d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri.
L-għan tal-PRIMA hu li jiġi implimentat programm biex jitrawmu kapaċitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni u li jiġu żviluppati l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għat-titjib tal-effiċjenza, tas-sikurezza, tas-sigurtà u tas-sostenibbiltà tas-sistemi agroalimentari u tal-provvista u tal-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran. Fil-PRIMA se jipparteċipaw b’mod konġunt għadd ta’ Stati Membri u ta’ pajjiżi terzi (“Stati Parteċipanti fil-PRIMA”) b’livell għoli ta’ impenn għall-integrazzjoni xjentifika, finanzjarja u tal-ġestjoni u bl-istess termini u kundizzjonijiet.
Ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu (“l-Eġittu”) esprimiet ix-xewqa tagħha li tissieħeb fil-PRIMA bħala Stat Parteċipant fl-ittri tal-25 ta’ Frar 2016 u tal-25 ta’ Mejju 2017, u ħadet l-impenn li tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 33 miljun għall-inizjattiva.
Sabiex jiġi żgurat li l-Eġittu jipparteċipa fil-PRIMA fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma’ Orizzont 2020, huwa meħtieġ Ftehim Internazzjonali mal-Unjoni biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim ġuridiku stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 għall-Eġittu.
Fit-30 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, mal-Eġittu dwar Ftehim Internazzjonali bejn l-Unjoni u l-Eġittu, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA, soġġett għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324.
In-negozjati bdew fis-26 ta’ Ġunju 2017 u ġew konklużi b’suċċess fis-27 ta’ Lulju 2017, meta r-rappreżentanti ta’ kull waħda mill-Partijiet futuri poġġew l-inizjali tagħhom fuq it-test tal-abbozz ta’ Ftehim. L-abbozz ta’ Ftehim mehmuż ma’ din il-proposta huwa konformi mad-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill. B’mod partikolari, dan jistabbilixxi li t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA għandhom ikunu dawk li ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, u billi ssir referenza diretta għall-att leġiżlattiv tal-Unjoni.
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari s-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (PRIMA-IS) biex iwettqu l-awditjar u l-investigazzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, il-Ftehim jagħmel referenza speċifika għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u jobbliga lill-Partijiet biex jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Barra minn hekk, il-Ftehim futur jistipula li l-Partijiet iridu jsibu qbil dwar l-arranġamenti dettaljati għall-assistenza, peress li dawn l-arranġamenti huma essenzjali għall-kooperazzjoni ta’ bejniethom skont dan il-Ftehim. Fuq talba tal-Eġittu u kif maqbul matul in-negozjati, iddaħħlet premessa addizzjonali fil-preambolu tal-Ftehim biex tirrifletti l-fatt li l-kooperazzjoni sħiħa u l-koordinazzjoni sħiħa bejn l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet futuri huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim futur.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Kif ġie ppreżentat ukoll fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt għall-PRIMA, il-ftuħ tal-PRIMA għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi bħall-Eġittu huwa konsistenti mal-objettivi tal-kooperazzjoni internazzjonali għar-riċerka u għall-innovazzjoni kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012 “Intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni: Approċċ strateġiku” u fil-Programm Qafas Orizzont 2020, li jippromwovi l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-innovazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-soċjetà u jiġu appoġġati l-politiki esterni tal-Unjoni. Dan il-Ftehim huwa konsistenti wkoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju eżistenti li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, u mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika li jistipulaw li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Eġittu fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku u jħeġġu l-attivitajiet tar-riċerka u tal-iżvilupp fl-oqsma ta’ interess komuni.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
L-implimentazzjoni tal-PRIMA f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi terzi bħall-Eġittu hija konsistenti wkoll ma’ politiki oħra tal-Unjoni, bħall-politika dwar il-migrazzjoni, il-politika tal-iżvilupp u l-politika tal-viċinat, filwaqt li hija wkoll rilevanti għalihom.
2.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA
Il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ppreżentata ma’ din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill
- jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim f’isem l-Unjoni;
- jawtorizza lin-negozjatur tal-Ftehim biex jiffirma, f’isem l-Unjoni, il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA).
2017/0195 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri.
(2)L-għan tal-PRIMA hu li jiġi implimentat programm biex jitrawmu kapaċitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni u li jiġu żviluppati l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għat-titjib tal-effiċjenza, tas-sikurezza, tas-sigurtà u tas-sostenibbiltà tas-sistemi agroalimentari u tal-provvista u tal-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran.
(3)Fil-PRIMA se jipparteċipaw b’mod konġunt għadd ta’ Stati Membri u ta’ pajjiżi terzi (“Stati Parteċipanti fil-PRIMA”) b’livell għoli ta’ impenn għall-integrazzjoni xjentifika, finanzjarja u tal-ġestjoni u bl-istess termini u kundizzjonijiet.
(4)Ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu (“l-Eġittu”) esprimiet ix-xewqa tagħha li tissieħeb fil-PRIMA bħala Stat Parteċipant u fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont 2020 li jipparteċipaw fil-PRIMA.
(5)Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, l-Eġittu jsir Stat Parteċipant fil-PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA.
(6)Fit-30 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, mal-Eġittu dwar ftehim internazzjonali li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA, soġġett għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess meta l-Partijiet poġġew l-inizjali tagħhom fuq il-Ftehim.
(7)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar ’il quddiem.
(8)Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju, bil-ħsieb li l-Eġittu jitħalla jipparteċipa fil-PRIMA mill-bidu nett.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan, l-iffirmar tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) huwa approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ għall-iffirmar tal-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod proviżorju, skont l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, mid-data li fiha l-UE tirċievi n-notifika mill-Eġittu dwar it-tlestija tal-proċeduri tiegħu stess għall-approvazzjoni tal-Ftehim u sakemm jidħol fis-seħħ.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA).
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Titolu 08 Riċerka u Innovazzjoni, il-Programm Qafas Orizzont 2020.
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
☑ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
L-iskop ta’ din l-inizjattiva huwa li l-Eġittu jitħalla jsir Stat Parteċipant fil-PRIMA, li l-objettiv strateġiku tagħha huwa li jinbnew kapaċitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni u li jiġu żviluppati l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għas-sistemi agroalimentari, biex dawn isiru sostenibbli, u għall-provvista u għall-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran, biex dawk is-sistemi, il-provvista u l-ġestjoni jsiru iżjed reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffettivi u sostenibbli fil-livell ambjentali u soċjali, kif ukoll biex jingħata kontribut bl-għan li tinstab soluzzjoni upstream għall-problemi marbuta mal-iskarsezza tal-ilma, mas-sigurtà tal-ikel, man-nutrizzjoni, mas-saħħa, mal-benesseri u mal-migrazzjoni.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Nru tal-objettiv speċifiku
Sabiex jinkisbu l-objettivi tagħha, se jipparteċipaw b’mod konġunt fil-PRIMA għadd ta’ Stati Membri u ta’ pajjiżi terzi bl-istess termini u kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li l-Eġittu jipparteċipa fil-PRIMA fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma’ Orizzont 2020, huwa meħtieġ Ftehim Internazzjonali mal-Unjoni biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim ġuridiku stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 għall-Eġittu.
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)
Speċifika l-effetti li jenħtieġ li jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Din l-inizjattiva se tippermetti lill-Eġittu jsir Stat Parteċipant fil-PRIMA, biex b’hekk ikun fl-istess livell tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati ma’ Orizzont 2020. Skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, l-entitajiet ġuridiċi tal-Eġittu jkunu awtomatikament eliġibbli biex japplikaw għal finanzjament mill-UE fi proġetti ffinanzjati mill-baġit tal-UE.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
L-iskop ta’ din l-inizjattiva huwa li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA. Għaldaqstant, l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt ta’ din l-inizjattiva huma marbuta strettament ma’ dawk tal-inizjattiva PRIMA kollha kemm hi, kif speċifikat fil-proposta korrispondenti tal-Kummissjoni.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew twil
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija hawn fuq u għar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt għall-PRIMA, li jakkumpanja din il-proposta tal-Kummissjoni.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija hawn fuq.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Ma hemm l-ebda preċedent għal din l-inizjattiva, peress li l-inizjattiva PRIMA hija l-ewwel inizjattiva ta’ rilevanza ta’ dan it-tip bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka fl-istess livell tal-Istati Membri u li b’hekk teħtieġ il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija hawn fuq.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–☑
Proposta/inizjattiva b’effett mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim u sakemm id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tibqa’ fis-seħħ (31/12/2028).
–☑ Impatt finanzjarju mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim sal-31 ta’Diċembru 2020 (matul dan il-perjodu jrid jiġi stabbilit arranġament li jimplimenta l-Ftehim. Wara dan il-perjodu, mhija prevista l-ebda attività ulterjuri skont il-Ftehim).
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,
–segwita bi tħaddim fuq skala sħiħa.
1.7.Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanat(i)
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
☑ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ddelegati:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li huma ħatru;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;
–☑ lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Se tiġi stabbilita entità ġuridika ġdida li se tkun iddedikata b’mod esklużiv għall-implimentazzjoni tal-PRIMA. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-PRIMA se tiġi pprovduta permezz ta’ din l-istruttura.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija fit-taqsimiet preċedenti.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija fit-taqsimiet preċedenti.
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija fit-taqsimiet preċedenti.
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
Jekk jogħġbok irreferi għall-proposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE msemmija fit-taqsimiet preċedenti.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari s-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (PRIMA-IS) biex iwettqu l-awditjar u l-investigazzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, il-Ftehim li jrid jiġi konkluż bejn l-UE u l-Eġittu jagħmel referenza speċifika għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 u jobbliga lill-Partijiet biex jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Barra minn hekk, il-Ftehim futur jistipula li l-Partijiet iridu jsibu qbil dwar l-arranġamenti dettaljati għall-assistenza, peress li dawn l-arranġamenti huma essenzjali għall-kooperazzjoni ta’ bejniethom skont dan il-Ftehim.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Intestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1a
|
08.01.05
|
Mhux diff.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura………………………………………]
|
Diff./Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
[Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża
l-ispreadsheet dwar id-dejta baġitarja ta’ natura amministrattiva
(it-tieni dokument anness ma’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fis-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
1a
|
“Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi”
|
|
DĠ: <RTD.>
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021-2029
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja: 08.010501
|
|
(3)
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ RTD
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <1a>
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
EUR
|
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021-2029
|
TOTAL
|
|
DĠ: <RTD.>
|
|
•Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
•Nefqa amministrattiva oħra
|
4 600
|
4 600
|
4 600
|
|
13 800
|
|
TOTAL tad-DĠ <RTD.>
|
Approprjazzjonijiet
|
4 600
|
4 600
|
4 600
|
|
13 800
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)
|
4 600
|
4 600
|
4 600
|
|
13 800
|
EUR
|
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021-2029
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
27 600
|
27 600
|
27 600
|
|
82 800
|
|
|
Pagamenti
|
27 600
|
27 600
|
27 600
|
|
82 800
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Niżżel snin kemm hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
TAL-OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021-2029
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
4 600
|
4 600
|
4 600
|
|
13 800
|
|
Sottototal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
4 600
|
4 600
|
4 600
|
|
13 800
|
|
’Il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
Sottototal
’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
23 000
|
23 000
|
23 000
|
|
69 000
|
|
TOTAL
|
27 600
|
27 600
|
27 600
|
|
82 800
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.
3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Sena
2021-2029
|
|
•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
08 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
0,2
|
0,2
|
0,2
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
•Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
0,2
|
0,2
|
0,2
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
Tħejjija u konklużjoni ta’ arranġament amministrattiv mal-awtoritajiet tal-Eġittu għall-assistenza fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva se teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega dak li hu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat ta’ hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’EUR
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Niżżel snin kemm hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–☑
Il-proposta/l-inizjattiva ma jkollha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻
fuq ir-riżorsi proprji
–◻
fuq id-dħul mixxellanju
EUR
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Niżżel snin kemm hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.8.2017
COM(2017) 429 final
ANNESS
ta'
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
ANNESS
ta'
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
L-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”),
minn naħa waħda,
u
r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Eġittu”),
min-naħa l-oħra,
(minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”)
Billi l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004, jipprevedi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika;
Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Frar 2008, jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni tal-Partijiet fir-riċerka xjentifika u teknoloġika;
Billi d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri tirregola t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-UE u tal-Pajjiżi Assoċjati ma’ Orizzont 2020 li huma Stati Parteċipanti tal-inizjattiva, b’mod partikolari l-obbligi finanzjarji tagħhom u l-parteċipazzjoni fl-istrutturi regolatorji tal-inizjattiva;
Billi skont it-termini tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324, l-Eġittu jsir Stat Parteċipant fil-PRIMA soġġett għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA;
Billi l-Eġittu esprima x-xewqa tiegħu li jissieħeb fil-PRIMA bħala Stat Parteċipant, fl-istess livell tal-Istati Membri tal-UE u tal-Pajjiżi Assoċjati ma’ Orizzont 2020 li jipparteċipaw fil-PRIMA;
Billi huwa meħtieġ ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-Eġittu biex jiġu rregolati d-drittijiet u l-obbligi tal-Eġittu bħala Stat Parteċipant fil-PRIMA;
Billi l-kooperazzjoni sħiħa u l-koordinazzjoni sħiħa bejn l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet huma essenzjali għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iskop
L-iskop ta’ dan il-Ftehim huwa li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA).
Artikolu 2
Termini u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA
It-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Eġittu fil-PRIMA għandhom ikun dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti b’dik id-Deċiżjoni u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, b’mod partikolari billi jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u tal-Artikolu 11(3) u (4) tagħha. L-arranġamenti dettaljati għall-assistenza għandhom jiġu miftiehma bejn il-Partijiet, peress li dawn l-arranġamenti huma essenzjali għall-kooperazzjoni ta’ bejniethom skont dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplikaw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Eġittu.
Artikolu 4
Applikazzjoni proviżorja, dħul fis-seħħ u durata
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess.
2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin permezz tal-kanali diplomatiċi li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew konklużi. Wara l-iffirmar tiegħu u sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim b’mod proviżorju mid-data li fiha l-UE tirċievi n-notifika mill-Eġittu dwar it-tlestija tal-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu.
3. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tibqa’ fis-seħħ, diment li ma jiġix terminat minn waħda mill-Partijiet skont l-Artikolu 5.
Artikolu 5
Terminazzjoni
1. Kwalunkwe Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim fi kwalunkwe waqt b’avviż bil-miktub li jinforma lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni li tittermina dan il-Ftehim.
It-terminazzjoni għandha ssir effettiva sitt xhur wara d-data li fiha l-avviż bil-miktub ikun wasal għand id-destinatarju.
2. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-waqt tat-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jissoktaw sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim.
3. Il-Partijiet għandhom isolvu b’kunsens komuni kwalunkwe konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.
Artikolu 6
Soluzzjoni tat-tilwim
Il-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim prevista fl-Artikolu 82 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, għandha tapplika għat-tilwimiet kollha marbuta mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Dan il-Ftehim għandu jitfassal b’kopji duplikati bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bl-Għarbi, filwaqt li t-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi.