Brussell, 7.8.2017

COM(2017) 416 final

2017/0187(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor b’rabta mal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Is-suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor b’rabta mad-deċiżjoni prevista dwar l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 għal sentejn oħra.

2.Il-kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992

Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 (minn hawn’ il quddiem “il-Ftehim”) għandu l-għan li jiżgura kooperazzjoni internazzjonali msaħħa b’rabta mal-kwistjonijiet dinjija taz-zokkor u kwistjonijiet relatati, jipprovdi forum għal konsultazzjonijiet intergovernattivi dwar iz-zokkor u dwar modi għat-titjib tal-ekonomija dinjija taz-zokkor, jiffaċilita l-kummerċ billi jiġbor u jagħti informazzjoni dwar is-suq dinji taz-zokkor u dolċifikanti oħrajn u li jinkoraġġixxi ż-żieda fid-domanda għaz-zokkor, b’mod partikolari għal użi għajr dawk tradizzjonali. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993.

L-Unjoni Ewropea hija parti għall-Ftehim 1 .

2.2.Il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor

Il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor huwa l-korp responsabbli għall-qadi tal-funzjonijiet kollha meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Huwa jadotta regoli u regolamenti, inklużi r-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill u l-kumitati tiegħu u r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal tal-Organizzazzjoni. Il-Kunsill iżomm id-dokumentazzjoni meħtieġa u jippubblika rapport annwali u informazzjoni oħra, jekk jitqies xieraq.

Il-Membri tal-Ftehim għandhom 2000 vot b’kollox. Kull Membru tal-Ftehim għandu għadd speċifiku ta’ voti li kull sena jiġi aġġustat skont kriterji definiti minn qabel fil-Ftehim. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill għandhom jittieħdu, fil-prinċipju, b’kunsens sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Ftehim. Fin-nuqqas ta’ kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom isiru permezz ta’ vot ta’ maġġoranza sempliċi sakemm il-Ftehim ma jistipulax dwar vot speċjali.

2.3.L-att previst tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor

Wara l-51 sessjoni tiegħu fit-22 ta’ Ġunju 2017 il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor se jieħu deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 għal sentejn (2) oħra (“l-att previst”). Id-Deċiżjoni ser tittieħed permezz ta’ proċedura bil-miktub.

L-att previst għandu jsir vinkolanti għall-partijiet f’konformità mal-Artikolu 45(2) tal-Ftehim, li jipprevedi li: “Il-Kunsill jista’, permezz ta’ vot speċjali, jestendi dan il-Ftehim lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 1995 għal perjodi suċċessivi ta’ mhux iktar minn sentejn kull darba. Kwalunkwe Membru li ma jaċċettax din it-tip ta’ estensjoni għal dan il-Ftehim għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub u ma jistax jibqa’ Parti ta' dan il-Ftehim mill-bidu tal-perjodu tal-estensjoni”.

3.Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni

Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ: il-"Ftehim") ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993 għal perjodu ta' tliet snin sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien ’l hawn, huwa ġie estiż b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Il-Ftehim kien estiż l-aħħar f’Ġunju tal-2015 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2017. Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li l-Ftehim jiġi estiż għal darb’oħra għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn.

L-estensjoni tal-Ftehim tinvolvi l-prolongazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-baġit amministrattiv tal-Ftehim u toħloq effetti legali. Il-provvediment għal dik il-kontribuzzjoni jinsab fil-partita 05 06 01 tal-baġit tal-UE (Ftehimiet Agrikoli Internazzjonali).

L-għan ta’ din il-proposta hu li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill sabiex il-Kummissjoni tgħarraf lill-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor bil-miktub, f’isem l-Unjoni, li l-Unjoni taqbel mal-estensjoni tal-Ftehim sal-31 ta’ Diċembru 2019.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni hija meħtieġa minħabba li l-estensjoni tal-Ftehim toħloq effetti legali għall-Unjoni.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola l-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll strumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatura tal-Unjoni 2 .

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor huwa korp stabbilit permezz ta’ ftehim, jiġifieri l-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor 1992.

L-att li l-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor irid jadotta, jikkostitwixxi att li għandu effetti legali. L-att previst se jkun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 45(2) tal-Ftehim.

L-att previst ma jissupplimentax jew ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tiġi adottata pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew komponenti jkun identifikabbli bħala ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tissejjes fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik rikjesta mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst jirrelata mal-politika kummerċjali komuni.

Il-bażi ġuridika sostantiva għad-deċiżjoni proposta hija għalhekk l-Artikolu 207 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2017/0187 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor b’rabta mal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 (il-Ftehim) ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/580/KEE 3 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993 għal perjodu ta’ tliet snin sal-31 ta’ Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien ’l hawn, huwa ġie estiż b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Ġie estiż l-aħħar f’Ġunju tal-2015 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor 4 , u se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2017.

(2)Skont l-Artikolu 45(2) tal-Ftehim, il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor “jista’, permezz ta’ vot speċjali, jestendi dan il-Ftehim wara l-31 ta’ Diċembru 1995 għal perjodi suċċessivi, ta’ mhux iktar minn sentejn kull darba. Kwalunkwe Membru li ma jaċċettax din it-tip ta’ estensjoni għal dan il-Ftehim għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub u ma jistax jibqa’ Parti għal dan il-Ftehim mill-bidu tal-perjodu tal-estensjoni.”

(3) Wara l-51 sessjoni tiegħu fit-22 ta’ Ġunju 2017 il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor se jieħu deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 għal sentejn (2) oħra (“l-att previst”). Id-Deċiżjoni ser tittieħed permezz ta’ proċedura bil-miktub.

(4)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li jenħtieġ li tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, minħabba li l-estensjoni tal-Ftehim se tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(5)Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li l-Ftehim jiġi estiż għal darb’oħra għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn.

(6)Fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, l-Unjoni se tiġi rappreżentata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TEU).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, wara l-51 sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun din li ġejja:

Li tawtorizza lill-Kummissjoni tadotta pożizzjoni favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992 għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

Fin Stat/17/MK/ig/

rev1_3163147

agri.ddg3.g.4(2017)3127013

6.221.2017.1

DATA: 11/07/2017

1.

INTESTATURA TAL-BAĠIT:

Il-Kapitolu 05 06 L-ASPETTI INTERNAZZJONALI TAL-QASAM TAL-POLITIKA TAL-“AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI”

05 06 01- Ftehimiet agrikoli internazzjonali

APPROPRJAZZJONIJIET:

B2017: 8 105 849 €

DB2018: 7 228 000 €

2.

TITOLU:
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor b’rabta mal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor 1992.

3.

BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

GĦANIJIET:

Li jiġi estiż il-Ftehim Internazzjonali eżistenti dwar iz-Zokkor b’sentejn oħra (mill-1.1.2018 sal-31.12.2019). (L-ebda impatt fl-2017).

5.

IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI

PERJODU TA’ 12-IL XAHAR


(f’miljuni ta’ EUR)

IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI

2017

(f’miljuni ta’ EUR)

IS-SENA FINANZJARJA LI JMISS

2018 (f'miljuni ta' EUR)

5.0

NEFQA

-    IDDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-UE
(RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI)

-    AWTORITAJIET NAZZJONALI

-    OĦRAJN

   0.49

5.1

DĦUL

-    RIŻORSI PROPRJI TAL-UE
(IMPOSTI/DAZJI DOGANALI)

-    NAZZJONALI

2019

(f’miljuni ta’ EUR)

5.0.1

STIMA TAN-NEFQA

0.57

5.1.1

STIMA TAD-DĦUL

5.2

METODU TA' KALKOLAZZJONI: Abbażi ta’ suppożizzjonijiet dwar l-istima tal-għadd ta’ voti tal-UE (li jvarja kull sena) u dwar l-istima tal-ammont li għandu jitħallas għal kull vot f’GBP.

6.0

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI?

IVA LE

6.1

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI?

6.2

SE JKUN HEMM BŻONN TA’ BAĠIT SUPPLIMENTARI?

6.3

SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDDAĦĦLU L-APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI?

IVA LE

L-ammont li għandu jitħallas fir-realtà jista’ jvarja skont l-għadd finali ta’ voti li l-UE tingħata, skont l-ammont li għandu jitħallas għal kull vot f’GBP u skont ir-rata tal-kambju tal-Euro mal-Lira Sterlina.

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (92/580/KEE) tat-13/11/1992; ĠU L 379, 23/12/1992, p. 15.
(2) Il-Kawża C-399/12 Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (OIV), ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61–64.
(3) ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.
(4) ĠU L 234, 8.9.2015, p. 6.